Kif tippubblika offerta?
SIMAP hu l-portal tal-UE għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jipprovdi:
- Tagħrif dwar is-settur Ewropew għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi
- Links għal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi
- Links għal-limiti, il-kodiċi u n-nomenklaturi użati fil-għoti ta’ kuntratti pubbliċi
- Il-formoli uffiċjali standard għall-kunsinna ta’ avviżi li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali (ĠU S), kif stipulat fid-direttivi Ewropej:
- onlajn għat-trażmissjoni għall-pubblikazzjoni,
- f’format PDF għall-konsultazzjoni.
Fejn issib offerti ppubblikati?
Sejħiet għal offerti għal xogħlijiet, servizzi u kuntratti ta’ forniment pubbliku li jissodisfaw il-kriterji speċifiċi ta’ limitu għandhom jiġu rriklamati mal-Unjoni Ewropea kollha. Dan isir permezz tat-TED, l-edizzjoni onlajn tal-ĠU S.