27.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/309

tas-26 ta' Frar 2015

li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri Provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1195/2014 (2) (“ir-Regolament provviżorju”).

(2)

Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni wara lment li tressaq fit-3 ta' Jannar 2014 mill-Assoċjazzjoni Daniża tal-Akkwakultura (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti troti qawsalla permezz ta' Notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Notifika ta' bidu”) (3). Kif imsemmi fil-premessa (1) tar-Regolament provviżorju, in-Notifika ta' bidu kienet soġġetta għal rettifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' Settembru 2014 (“ir-rettifika”) (4).

2.   Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(3)

Kif stipulat fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta' sussidju u tad-danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

3.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju kumpensatorju provviżorju (“divulgazzjoni provviżorja”), għadd ta' partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub fir-rigward tas-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew (“AEE”) talbet smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali (“Uffiċjal tas-Seduta”). Is-smigħ seħħ fis-26 ta' Novembru 2014. L-allegat tibdil tal-ambitu tal-prodott permezz ta' rettifika, l-inklużjoni ta' trota qawsalla affumikata fl-ambitu tal-prodott u l-kalkolu ta' standing ġew diskussi matul is-seduta. It-tieni laqgħa mal-Uffiċjal tas-Seduta saret fit-8 ta' Jannar 2015. Minbarra l-kwistjonijiet diskussi waqt is-seduta tas-26 ta' Novembru 2014, ġew diskussi l-metodoloġija applikata għall-analiżi tal-ħsara u l-approċċ propost fir-rigward tal-impriżi.

(6)

Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew modifikati skont dan.

(7)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' trota qawsalla li toriġina fit-Turkija u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju provviżorju (“divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħtu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni definittiva.

(8)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn xieraq.

4.   Il-kampjunar

(9)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-AEE semmiet ir-rettifika għan-Notifika ta' Bidu msemmija fil-premessa (2) u sostniet li permezz ta' din ir-rettifika, il-Kummissjoni estendiet id-definizzjoni tal-prodott. Minħabba l-allegata estensjoni ma setax jiġi eskluż li xi esportaturi Torok ma preżentawx ruħhom mal-ftuħ u ma komplewx il-formola tal-kampjun. Għaldaqstant, il-kampjun tal-produtturi esportaturi jistgħu ma jibqgħux rappreżentattivi. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti tenniet il-kumment tagħha mingħajr ma tat aktar sostanzjar jew spjegazzjoni.

(10)

18-il grupp ta' produtturi esportaturi fit-Turkija pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-volum ta' esportazzjoni totali lejn l-Unjoni ddikjarat minn dawn il-kumpaniji matul l-2013 kien jirrappreżenta t-totalità tal-esportazzjonijiet mit-Turkija lejn l-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju. Kif imsemmi fil-premessa (15) tar-Regolament provviżorju, skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' gruppi ta' produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-kampjun jirrappreżenta 64 % tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Għalhekk il-kampjun huwa rappreżentattiv u l-pretensjonijiet tal-parti f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

(11)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-kampjunar, il-premessi minn (9) sa (17) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.   Eżami individwali

(12)

11-il kumpanija jew grupp ta' kumpaniji talbu għal eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku.

(13)

Il-Kummissjoni ċaħdet dawn it-talbiet minħabba li n-numru ta' produtturi esportaturi huwa tant kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(14)

Kif stabbilit fil-premessa (24) tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss):

li tiżen ħajja 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

friska, imkessħa, iffriżata u/jew affumikata:

fil-forma ta' ħuta sħiħa (bir-ras), bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa jew le, li tiżen 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

bla ras, bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa jew le, li tiżen 1 kg jew anqas kull waħda, jew

fil-forma ta' flettijiet li jiżnu 400 g jew anqas kull waħda,

li toriġina fit-Turkija u li fil-preżent taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(15)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, u kif diġà ssemma fil-premessa (9), waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li l-Kummissjoni kienet estendiet l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni permezz ta' rettifika li allegatament ġie ikkonfermat mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament provviżorju. Din il-parti argumentat li tali espansjoni tal-ambitu tal-prodott kienet illegali. Barra minn hekk, huma sostnew li l-partijiet interessati kellhom ikunu ġew ikkonsultati dwar l-allegata l-espansjoni tal-ambitu tal-prodott. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti tenniet il-kumment tagħha mingħajr ma tat aktar sostanzjar jew spjegazzjoni.

(16)

Kif iddikjarat fil-premessa (25) tar-Regolament provviżorju, ir-rettifika ma affettwatx l-ambitu tal-prodott, imma kienet purament editorjali. Għalhekk, mill-bidu nett, l-ambitu tal-prodott kopra daqs ta' porzjon ta' trota qawsalla fil-preżentazzjonijiet varji kollha. Matul l-investigazzjoni deher ċar li d-deskrizzjoni tal-preżentazzjonijiet differenti fl-ambitu tal-prodott kienet ambigwa u li kien hemm xi inkonsistenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi differenti ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jeħtieġ li jiġu ċċarati. Pereżempju, qari litterali tal-ambitu tal-prodott kellu jinkludi li l-ħut ħaj jitnaddaf. Madankollu, deher li l-partijiet interessati kollha li ntalbu biex jimlew il-kwestjonarji rilevanti rrappurtaw it-tipi kollha tal-prodott minkejja żball klerikali u għalhekk ġie konkluż li kien hemm fehim komuni li t-tipi kollha kienu inklużi fl-ambitu tal-prodott mill-bidu tal-proċedura kurrenti. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa minnufih wara l-pubblikazzjoni tar-rettifika bil-posta elettronika iżda l-ebda minnhom ma ssottomettiet kummenti jew allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-preżentazzjonijiet kollha prodotti kif koperti mid-definizzjoni tal-prodott kienu ġew irrappurtati lill-Kummissjoni mill-produtturi esportaturi. Għalhekk il-pretensjonijiet tal-parti f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.

(17)

Żewġ partijiet interessati ddikjaraw li t-trota affumikata għandha tkun eskluża mill-ambitu tal-prodott. Huma kkontestaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni stabbilita fil-premessa (29) tar-Regolament provviżorju li l-preżentazzjonijiet varji — “ħajjin”, “imkessħin”, “iffriżati” jew “affumikati” — koperti mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u reġgħu rreferew għal żewġ investigazzjonijiet antidumping li jikkonċernaw prodotti oħra tas-sajd (it-trota qawsalla l-kbira u s-salamun) konklużi fl-2004 (5) u fl-2005 (6) rispettivament fejn il-prodotti affumikati ma kinux fl-ambitu tal-prodott. Il-partijiet ressqu informazzjoni dwar l-effetti tal-proċess tal-affumikar li allegatament bidel il-karatteristiċi msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, huma tennew li l-istruttura tal-ispejjeż tal-flettijiet affumikati u preżentazzjonijiet oħrajn ikunu differenti ħafna u li l-proċess tal-produzzjoni ta' flettijiet affumikati involvew spejjeż tal-affumikar sinifikanti.

(18)

Wara d-divulgazzjoni finali l-AEE sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx iċċarat liema kienu l-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi ta' troti affumikati u dawk li mhumiex li nstab li kienu simili. L-AEE sostniet ukoll li kienu pprovdew evidenza li turi li trota affumukata pereżempju kellha struttura kimika, karattri sensorjali u valur nutrittiv differenti minn trota mhux akffumikata.

(19)

Minkejja l-effetti tal-proċess tal-affumikar, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-karatteristiċi bażiċi ewlenin kif spjegat fil-premessa (29) tar-Regolament provviżorju jibqgħu simili u ma ġġustifikawx l-esklużjoni ta' dawn il-prodotti affumikati mill-ambitu tal-prodott. Għall-kuntrarju ta' dak li kien intqal mill-AEE, il-prodott, li huwa t-trota f'diversi preżentazzjonijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem, iżżomm il-karatteristiċi u l-kwalitajiet kimiċi u nutrizzjonali bażiċi tagħha anki meta tkun affumikata. L-informazzjoni dwar l-effetti tal-proċess tal-affumikar, li l-partijiet kienu ressqu, ma pprovdietx evidenza li l-karatteristiċi bażiċi msemmijin hawn fuq se jinbidlu b'mod fundamentali fil-proċess tal-affumikar. Il-kwistjoni ġiet diskussa wkoll waqt is-seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta msemmija fil-premessa (5). Barra minn hekk, il-kategoriji kollha tal-prodott ikkonċernat, inkluża t-trota affumikata, huma koperti bil-Kapitolu 3 tan-Nomenklatura Magħquda (7) u huma distinti b'mod ċar minn preparazzjonijiet ta' ħut li huwa kopert bil-Kapitolu 16 tal-istess nomenklatura. Rigward l-istrutturi differenti tal-ispejjeż, il-partijiet ikkonċernati ma komplewx jissostanzjaw il-pretensjoni tagħhom. Barra minn hekk, kif issemma diġà fil-premessa (30) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni wriet li l-istruttura tal-ispejjeż tal-flettijiet affumikati u preżentazzjonijiet oħra kienet tabilħaqq simili. L-element ewlieni tal-ispiża, li jammonta għal 50 % tal-ispiża totali ta' kull preżentazzjoni kien l-ispiża tat-trobbija, li tikkonsisti essenzjalment fl-għalf (ħut mitħun u żejt tal-ħuta), l-ispiża tal-enerġija u l-ispejjeż tal-bajd jew tal-ħut li għadu qed jikber. F'kull każ, kif spjegat fil-premessi (112) u (113) tar-Regolament provviżorju, il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz sar billi tqabblu l-prezzijiet għal kull tip ta' prodott. Fl-aħħar nett, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (31) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjonijiet li saru qabel ma sabux jew ikkonkludew speċifikament li l-prodotti affumikati għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Għaldaqstant il-pretensjonijiet li saru f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.

(20)

Wara d-divulgazzjoni finali l-AEE u l-Gvern tat-Turkija (“GTT”) tennew li l-inklużjoni tat-trota affumikata fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni attwali tmur kontra l-prattika preċedenti u li l-Kummissjoni ma spjegatx biżżejjed l-allegat tbegħid mill-prattika preċedenti.

(21)

Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (31) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjonijiet li saru qabel ma sabux jew ikkonkludew speċifikament li l-prodotti affumikati għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Minħabba li l-prodotti affumikati ma kinux koperti mill-ilmenti ta' dawn l-investigazzjonijiet ta' qabel, il-Kummissjoni ma investigatx jekk dawn setgħux kienu inklużi fl-ambitu tal-investigazzjonijiet fil-każ ipotetiku li dawn setgħu ġew inklużi fl-ilment. Għalhekk, l-allegazzjoni li l-investigazzjoni kurrenti titbiegħed mill-prattika preċedenti hija żbaljata u għalhekk ġiet miċħuda.

(22)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-prodott ikkonċernat jew prodotti simili, il-premessi minn (24) sa (32) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

C.   SUSSIDJU

1.   Appoġġ mill-Istat għall-investimenti fis-settur tal-akkwakultura

(23)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward l-appoġġ mill-istat għall-invesitmenti fis-settur tal-akkwakultura, il-premessi minn (38) sa (49) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

2.   Sussidji diretti jew indiretti lill-produtturi tat-troti

(24)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun u l-Gvern tat-Turkija (“GTT”) kkontestaw il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont medju ta' sussidju indirett billi titqies biss il-produzzjoni tat-troti li jkollha pagamenti diretti. Dawn talbu li l-Kummissjoni tuża ċ-ċifri tal-produzzjoni totali tat-troti tal-ilma intern, kif ippubblikati f'Settembru 2014 tal-Istitut Statistiku Tork (8). Wara d-divulgazzjoni finali, iż-żewġ partijiet tennew it-talba tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li d-dejta provduta tat-total tal-produzzjoni tat-troti tal-ilma intern fit-Turkija matul il-perjodu tal-investigazzjoni, minkejja li ġew ippreżentati wara ż-żjarat ta' verifika, huma kredibbli u għalhekk aċċettat din it-talba.

(25)

Għaldaqstant, l-ammont medju ta' sussidju indirett ikkalkulat fir-rigward tax-xiri minn żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun minn fornituri mhux relatati ġie emendat minn 0,60 lira Torka (TRY) sa 0,51 TRY kull kg ikkalkulat fuq “bażi ta' ekwivalenti ta' ħut sħiħ”, abbażi tal-kalkolu li ġej:

Total tas-sussidju għall-pajjiż kollu mogħti kif rappurtat fit-tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTT

Bit-tnaqqis tal-ammont ta' sussidju dirett riċevut mill-produtturi esportaturi fil-kampjun (Özpekler, Kilic, GMS)

Bit-tnaqqis tat-tariffa ta' 0,2 % trasferita lill-unjonijiet, bħala prerekwiżit legali minħabba li ġie riċevut is-sussidju dirett

Wara dan l-ammont ġie diviż bit-total tal-produzzjoni tat-troti tal-ilma intern bit-tnaqqis tal-produzzjoni tat-troti tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, (Özpekler, Kilic, GMS) kif rappurtat fit-tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTT.

(26)

Għalhekk, l-ammont medju tas-sussidju għal kull kg ikkalkulat fuq “bażi ta' ekwivalenti ta' ħut sħiħ” għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien ibbażat fuq l-ammont riċevut għall-għoti ta' sussidju dirett għall-attività agrikola u l-ammont medju ta' sussidju mogħti mill-GTT, jiġifieri 0,51 TRY kull kg ikkalkulat fuq “bażi ta' ekwivalenti ta' ħut sħiħ” għax-xiri minn fornituri mhux relatati, fil-każ li jkun hemm. Il-benefiċċju totali kien imbagħad ikkalkulat bħala perċentwal tal-valur CIF.

(27)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun ssuġġerixxa bidla żgħira fil-metodu ta' kalkolu għal dak li jirrigwarda l-ammont ta' sussidju ta' materja prima mixtrija minn produttur esportatur ieħor fil-kampjun. Il-Kummissjoni aċċettat dan is-suġġeriment u aġġornat it-tabella ta' hawn taħt fil-premessa (33) skont dan.

(28)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u sussegwentement wara d-divulgazzjoni definittiva, żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li l-Kummissjoni kienet ikkumpensat l-ammont ta' sussidju dirett mogħti lilhom iżda mhux il-benefiċċju attwali. L-ammonti riċevuti, madankollu, jikkostitwixxu dħul taxxabbli. Ir-rata tat-taxxa korporattiva applikabbli ta' 20 % fit-Turkija għandha għalhekk tkun imnaqqsa mit-total tal-ammont ta' sussidju dirett riċevut. L-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku jindika li “kull miżata għall-applikazzjoni, jew spejjeż oħra minfuqa kif meħtieġ sabiex jikkwalifika għal, jew jakkwista, is-sussidju” għandha titnaqqas mill-ammont tal-benefiċċju. Il-produtturi esportaturi kienu tal-opinjoni li l-pagament ta' taxxi fuq fuq il-kumpaniji applikabbli huwa prerekwiżit biex jiġu riċevuti fondi mogħtija lilhom u għalhekk għandu jitqies bħala “spejjeż oħra” mġarrba biex jikkwalifikaw għal, jew jakkwistaw, is-sussidju.

(29)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba. Ma hemm l-ebda bażi legali fir-Regolament bażiku li jappoġġa l-metodoloġija proposta. It-taxxi ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Il-pagament tat-taxxa fuq il-kumpaniji huwa obbligu skont il-Liġi tat-Taxxa Torka li tapplika għall-kumpaniji kollha irrispettivament minn jekk jirċevux sussidji jew le. Kuntrarju għal dak li jemmnu l-produtturi esportaturi, mhux il-pagament tat-taxxi fuq il-kumpaniji huwa prerekwiżit biex jiġu riċevuti l-fondi iżda t-trobbija attwali tal-prodott ikkonċernat.

(30)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u sussegwentement wara d-divulgazzjoni definittiva, żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li peress li dawn ikollhom jistennew għal żmien twil sakemm jingħataw is-sussidji, sadanittant iġarrbu spejjeż finanzjarji sostanzjali. Għalhekk dawn jistennew li l-Kummissjoni tagħmel aġġustament 'l isfel għall-benefiċċju tal-ammont riċevut biex tirrifletti dawn l-ispejjeż ta' finanzjament. F'dan ir-rigward, il-produtturi esportaturi fil-kampjun jirreferu għall-premessa (42) tar-Regolament provviżorju li fiha l-Kummissjoni kkonstatat benefiċċju fuq il-bażi tal-eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għal makkinarju mixtri u kkwantifikat dan il-benefiċċju bħala “imgħax pagabbli lil bank kummerċjali għall-perjodu sakemm il-VAT titħallas lura”.

(31)

Din l-istqarrija mhijiex fondata. Il-korpi amministrattivi responsabbli jeħtieġ li jistabbilixxu l-proċeduri neċessarji u l-mekkaniżmi ta' superviżjoni sabiex tiġi ġestita tali skema ta' sussidju kbir. Għalhekk, huwa normali li skema bħal din, li numru kbir ta' bdiewa fis-settur tal-akkwakultura fit-Turkija huma intitolati għaliha, tista' tieħu ċertu żmien sakemm jingħataw is-sussidji. Li jitqabbel mal-premessa (42) tar-Regolament provviżorju mhuwiex korrett. Il-benefiċċju tal-VAT deskritt fih huwa skema ta' sussidju maħsub mill-GTT, filwaqt li spejjeż finanzjarji possibbli li huma spejjeż involuti li normalment ikun hemm u li l-kumpens mhuwiex maħsub għalihom mill-GTT.

(32)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward is-sussidji diretti u indiretti lill-produtturi, il-premessi minn (50) sa (64) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

(33)

B'kunsiderazzjoni għall-kummenti li saru mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni provviżorja l-marġini ta' sussidju dirett u indirett huma kif ġej:

Sussidji Diretti u Mhux Diretti

Isem il-Kumpanija

Il-marġini tas-sussidju

GMS

6,9 %

Kilic

9,5 %

Özpekler

6,4 %

Ternaeben

8,0 %

3.   Self issussidjat

(34)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u sussegwentement wara d-divulgazzjoni definittiva, wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun sostna li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat self bħala sussidju kumpensatorju minkejja li kien maħsub għal investiment mhux relatat mal-prodott ikkonċernat.

(35)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba. Fil-kors tal-investigazzjoni ġie stabbilit li l-produttur esportatur ta' trota qawsalla rċieva tali self, li huwa kompensatorju peress li huwa speċifiku għas-settur tal-akkwakultura. Dan ġie kkunsidrat bħala irrilevanti li l-iskema inkwistjoni mhijiex speċifika għall-entità legali li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni sakemm il-programm huwa speċifiku u l-benefiċċji tiegħu jistgħu jkunu relatati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Tal-aħħar huwa l-każ minħabba li s-self issussidjat naqqas l-ispiża finanzjarja globali tal-produttur li huwa ta' benefiċċju wkoll għall-prodott ikkonċernat. Ebda evidenza ma kienet sottomessa li l-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji mill-produtturi esportaturi kkonċernati kienet immexxija b'tali mod li l-ispiża finanzjarja ġenerali tal-kumpanija ma tkunx affettwata mill-għotja tas-self.

(36)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, produttur esportatur ieħor fil-kampjun sostna li l-Kummissjoni ma kinitx allokat b'mod korrett il-benefiċċju ta' self issussidjat bejn żewġ entitajiet legali differenti tal-istess grupp, fejn entità legali waħda biss tipproduċi l-prodott ikkonċernat.

(37)

Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba u allokat il-benefiċċju abbażi tal-fatturat tal-entitajiet legali rispettivi. Il-benefiċċju allokat lill-prodott ikkonċernat huwa kważi ineżistenti u għalhekk ma għandux jidher fl-ammont ta' sussidju globali.

(38)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u sussegwentement wara d-divulgazzjoni definittiva, fir-rigward tas-self kompensatorju, wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ikkontesta l-kalkolu tal-Kummissjoni tal-proporzjon tal-fatturat użat fl-allokazzjoni tal-benefiċċji lill-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Dan argumenta li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għandu jiġi diviż bid-dħul totali tal-kumpanija inkluż il-bejgħ tat-troti u prodotti oħra kemm mibjugħa domestikament kif ukoll esportati lejn l-UE sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' dħul biex jiġi determinat l-ammont tas-self issussidjat.

(39)

Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba. Madankollu, minkejja din il-metodoloġija ġdida, il-marġini tas-self issussidjat baqa' l-istess.

(40)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward is-self issussidjat, il-premessi minn (65) sa (81) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

(41)

B'kunsiderazzjoni għall-kummenti li saru mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni provviżorja l-marġini ta' sussidju dirett u indirett huma kif ġej:

Self preferenzjali

Isem il-Kumpanija

Il-marġini tas-sussidju

Özpekler

0,3 %

4.   Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikoltura u Rati ta' Appoġġ għall-Primjum

(42)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-pula ta' assigurazzjoni għall-agrikoltura u r-rati ta' appoġġ għall-primjum, il-premessi minn (82) sa (90) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

5.   Sussidji għall-konsulenza

(43)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward is-sussidji għall-konsulenza, il-premessa (91) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

6.   Sussidji għall-fjuwil u r-rimi ta' bastimenti tas-sajd

(44)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward is-sussidji għall-fjuwil u r-rimi ta' bastimenti tas-sajd, il-premessa (92) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

7.   Kalkolu tal-marġini tas-sussidju totali

(45)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, żewġ kumpaniji fil-kampjun indikaw żball aġġustat klerikali fil-kalkolu tal-marġini tas-sussidju totali. Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba u aġġornat it-tabella ta' hawn taħt skont dan.

(46)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġini tas-sussidju globali, il-metodoloġija kif stabbilit fil-premessi (93) sa (98) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

(47)

B'kunsiderazzjoni tal-kummenti li saru mill-partijiet interessati, il-marġini tas-sussidju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, huwa kif ġej:

Isem il-Kumpanija

Il-marġini tas-sussidju

GMS

6,9 %

Kilic

9,5 %

Özpekler

6,7 %

Ternaeben

8,0 %

Medja ponderata tal-kampjun

7,6 %

Marġini tas-sussidju madwar il-pajjiż kollu

9,5 %

D.   IL-ĦSARA

1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(48)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni kienet eskludiet id-dejta mill-produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni mill-produzzjoni totali tal-Unjoni. Huma sostnew li l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut fl-Unjoni kienet għalhekk de facto eskluża mill-investigazzjoni.

(49)

Wara d-divulgazzjoni finali l-istess parti tenniet il-kummenti tagħha u ssuġġeriet li l-Kummissjoni kellha tagħmel (i) jew analiżi integrata bbażata fuq il-produzzjoni kombinata totali tal-bdiewa u tal-proċessuri fl-Unjoni jew (ii), analiżi f'żewġ stadi abbażi ta' analiżi segmentata inizjali tal-ħsara tas-segment tal-bdiewa minn naħa u s-segment tal-proċessuri min-naħa l-oħra segwit minn integrazzjoni fl-analiżi tal-industrija kollha. Intqal li tal-aħħar tkun skont il-każistika tad-WTO fil-każ ta' KE- Salamun (9) kif ukoll il-prattika preċedenti tal-Kummissjoni (10). Madankollu, il-parti ma pprovdiet l-ebda stima dwar liema effetti jista' jkollhom il-metodoloġiji alternattivi, fil-każ li jkun hemm, fuq l-analiżi tal-ħsara. Fl-aħħar nett, l-istess parti interessata sostniet li l-metodoloġija hija inkonsistenti mal-fatt li l-importazzjonijiet destinati għall-ipproċessar mill-ġdid huma inklużi kemm fil-volum tal-importazzjonijiet kif ukoll l-produzzjoni tal-Unjoni.

(50)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTT ressaq l-argument li d-dejta mingħand il-produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi fil-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(51)

Barra minn hekk, il-GTT argumenta li l-volum tal-produzzjoni użat fl-analiżi tal-ħsara huwa differenti mill-volum tal-produzzjoni użat fl-analiżi permanenti u għalhekk potenzjalment żbaljat. Il-GTT tenna wkoll il-kummenti tiegħu dwar id-difetti allegati tal-analiżi permanenti.

(52)

L-investigazzjoni attwali inkludiet il-produtturi kollha tal-Unjoni ta' troti ħajjin, friski, iffriżati, iffilettjati u affumikati. Kif spjegat fil-premessa (10) tar-Regolament provviżorju, il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni inkluda l-istadji differenti u t-tipi tal-produzzjoni (il-produzzjoni ta' troti ħajjin, friski, iffriżati, iffilettjati u affumikati) u ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni sħiħa. L-allegazzjoni ta' hawn fuq li l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut kienet de facto eskluża mill-analiżi kienet żbaljata u ġiet miċħuda.

(53)

Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda dejta disponibbli li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq analiżi segmentata tal-istadji differenti u t-tipi ta' produzzjoni. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (10) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni hija frammentata ħafna b'iżjed minn 700 intrapriża żgħira u ta' daqs medju, għalhekk ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tiġbor id-dejta dwar segmenti differenti. Għalhekk, l-analiżi segmentata ssuġġerita ma kinitx possibbli f'dan il-każ.

(54)

Fl-aħħar nett, l-inklużjoni tal-importazzjonijiet maħsuba għar-riproċessar fiċ-ċifra tal-produzzjoni ġiet identifikata biex jinkiseb l-aħjar stima tal-volum tal-produzzjoni. F'kull każ, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (esklużi t-troti affumikati) maħsuba għar-riproċessar kienu jirrappreżentaw inqas minn 3 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni kkalkolata skont din il-metodoloġija u metodoloġija alternattiva li teskludihom miċ-ċifra tal-produzzjoni tal-Unjoni għalhekk ma kellhom l-ebda impatt sinifikanti fuq dan l-indikatur tal-ħsara.

(55)

Il-volum tal-produzzjoni differenti kkalkulat għall-finijiet ta' analiżi permanenti u l-analiżi tal-ħsara jirrifletti l-fatt li informazzjoni aktar preċiża saret disponibbli matul l-investigazzjoni filwaqt li l-analiżi permanenti kienet ibbażata fuq valutazzjoni prudenti ta' evidenza prima facie disponibbli fiż-żmien tal-analiżi permanenti. Il-Kummissjoni wieġbet ukoll għall-mistoqsijiet speċifiċi tal-GTT rigward l-analiżi permanenti minn divulgazzjoni individwali mibgħuta fit-18 ta' Diċembru 2014 u matul is-seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta fit-8 ta' Jannar 2015. Għalhekk, l-argument li l-volum tal-produzzjoni użat għall-analiżi tal-ħsara huwa potenzjalment skorrett minħabba differenza ta' sorsi bejn l-analiżi permanenti u l-analiżi tal-ħsara hija miċħuda.

(56)

Kif spjegat fil-premessa (123) tar-Regolament provviżorju, il-volum tal-produzzjoni kien ibbażat fuq dejta tal-Federazzjoni ta' Produtturi Ewropej ta' Akkwakultura (FEAP) li hija miġbura fuq bażi ex-farm u tirreferi għal ħut ħaj imrobbi f'kull Stat Membru. Il-proporzjon ta' importazzjonijiet maħsuba għar-riproċessar żdied mal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-ħut ħaj abbażi tal-informazzjoni miġbura u vverifikata matul din l-investigazzjoni. Peress li l-volum tal-produzzjoni huwa kkalkulat fuq “bażi ta'ekwivalenti ta' ħut sħiħ”, ma hemm l-ebda differenza jekk dan jiġi kkalkulat mill-ewwel tip ta' bejgħ, li jfisser “ħajjin”, jew l-aħħar forma possibbli ta' bejgħ, li jfisser “ipproċessati”. B'hekk, jekk il-volum ta' ħut ipproċessat żdied mal-volum ta' ħut ħaj, kif issuġġerit mill-parti interessata, dan kien jirriżulta f'għadd doppju. Minkejja li l-volum tal-produzzjoni totali kien prinċipalment ibbażat fuq dejta mill-produzzjoni ta' ħut ħaj sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-metodoloġija użata ma teskludix tipi oħra tal-produzzjoni tal-Unjoni (il-produzzjoni ta' troti friski, iffriżati, iffilettjati u affumikati) u l-fatturi tal-ħsara jirreferu għall-industrija tal-Unjoni kollha, jiġifieri ħut ħaj u ipproċessar ulterjuri. Għalhekk, b'kuntrast għal dak li ntqal minn din il-parti, il-metodoloġija użata biex ikun stabbilit il-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ma eskludietx l-industrija tal-ipproċessar tat-troti. Għaldaqstant l-argument ġie miċħud.

(57)

F'kull każ, anki jekk il-metodoloġija ssuġġerita mill-parti interessata kienet tkun aċċettata u d-dejta mingħand il-produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw il-ħut ħaj ġiet miżjuda mad-dejta minn produtturi fl-Unjoni ta' ħut ħaj, u anki jekk dan jista' jwassal għal dikjarazzjoni żejda ta' xi indikaturi ta' ħsara bħall-volum tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-impjiegi, huma xorta waħda juru l-istess xejriet tul il-perjodu kkunsidrat minħabba li l-volumi riprodotti mill-industrija tal-ipproċessar huma marbuta mal-volumi tal-produzzjoni ta' ħut ħaj.

(58)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (99) sa (100) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(59)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, u kif diġà ssemma fil-premessa (48), parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni eskludiet dejta minn produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni ta' ħut ħaj, u inkludiet biss il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li impurtaw ħut ħaj għal aktar ipproċessar. Għaldaqstant din il-parti ddikjarat li l-konsum totali tal-Unjoni jiġi ddikjarat b'mod insuffiċjenti. Wara d-divulgazzjoni finali l-istess parti tenniet il-kumment tagħha mingħajr ma pprovdiet ebda prova addizzjonali, ħlief eżempju ipotetiku rigward l-ishma tas-suq, fejn sostniet li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-Unjoni hija intrinsikament illoġika u tirriżulta f'sehem tas-suq tal-importazzjoni mit-Turkija ddikjarat b'mod eċċessiv.

(60)

Kif spjegat fil-premessi minn (52) sa (56) l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut fl-Unjoni, fil-fatt, ma kinitx eskluża mill-analiżi. Madankollu, id-dejta tal-produzzjoni ġiet stabbilita abbażi ta' ħut ħaj ikkalkulat fuq “bażi ta' ekwivalenti ta' ħut sħiħ” sabiex jiġi evitat l-għaddu doppju. L-istess riżultat kien jintlaħaq kieku l-volum totali tal-produzzjoni kien ikun stabbilit abbażi ta' iktar troti pproċessati kkonvertiti f'“ekwivalenti ta' ħut sħiħ”. B'hekk, jekk il-volum ta' ħut ipproċessat kien żdied mal-volum ta' ħut ħaj, kif issuġġerit mill-parti interessata, dan kien jirriżulta f'għadd doppju u għaldaqstant kien iżid b'mod artifiċjali l-volum totali tal-produzzjoni u l-konsum fl-Unjoni. Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessa (57), dawn l-indikaturi madankollu juru l-istess xejriet tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew miċħuda.

(61)

L-impatt allegat fuq is-sehem tas-suq tal-importazzjoni mit-Turkija huwa indirizzat fil-premessa (64).

(62)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (101) sa (105) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(63)

Wara d-divulgazzjoni finali parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni eskludiet dejta minn produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni ta' ħut ħaj, u inkludiet biss il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li impurtaw ħut ħaj għal aktar ipproċessar. Din il-parti sostniet li din il-metodoloġija wasslet għal dikjarazzjoni b'mod eċċessiv tas-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija. Kif imsemmi fil-premessa (59), ħlief eżempju ipotetiku rigward l-ishma tas-suq, il-parti ma pprovdiet ebda prova għat-talba tagħha.

(64)

Kif spjegat fil-premessa (60) id-dejta tal-produzzjoni ġiet stabbilita abbażi ta' ħut ħaj ikkalkulat fuq “bażi ta' ekwivalenti ta' ħut sħiħ” sabiex jiġi evitat l-għadd doppju. Jekk il-volum ta' ħut ipproċessat kien żdied mal-volum ta' ħut ħaj, kif issuġġeriet il-parti interessata, dan kien jirriżulta f'għadd doppju u għaldaqstant dikjarazzjoni insuffiċjenti tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija. Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessa (57), dawn l-indikaturi madankollu juru l-istess xejriet tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(65)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (106) sa (108) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(66)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti waħda sostniet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija ma għandhomx jiġu stabbiliti fuq bażi medja iżda fuq bażi tat-tip ta' prodott bħala l-kompożizzjoni tat-tip ta' prodott u l-piż ta' tip partikolari wieħed f'dik il-kompożizzjoni jkollu impatt sinifikanti fuq il-prezz medju. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti tenniet il-kumment tagħha mingħajr ma tat aktar sostanzjar tat-talba tagħha.

(67)

Jitqies xieraq li għall-iskopijiet tal-istabbiliment u l-analiżi tat-tendenzi tal-indikaturi ta' ħsara globali relatati mal-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi użat prezz medju ponderat tal-importazzjoni li huwa relatat mal-prodott ikkonċernat kif definit. Dejta dettaljata tinġabar biss għall-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, id-dejta f'livell tat-tip ta' prodott ma tkunx disponibbli għall-perjodu kollu kkunsidrat. F'kull każ, il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni jippermetti li tiġi eżaminata t-tendenza valida għall-prodott ikkonċernat. Il-fatt li tendenza tkun allegatament differenti għal ċerti tipi ta' prodotti ma jistax jinvalida t-tendenza ġenerali. Fl-aħħar nett, il-prezz jiġi ponderat biex jiġi kkunsidrat dik li huwa l-ponderazzjoni ta' xi tipi ta' prodotti f'diversi kompożizzjonijiet.

(68)

Min-naħa l-oħra, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif spjegat fil-premessi (112) u (113) tar-Regolament provviżorju il-Kummissjoni użat il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' ex-works; u qabblithom mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn produtturi Torok fil-kampjun li kkooperaw lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi tal-kost, tal-assigurazzjoni u tal-merkanzija (CIF), b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(69)

Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, l-argument ġie miċħud.

(70)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-istess parti qajmet dubji dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tagħmel l-ebda aġġustament għall-kost ta' wara l-importazzjoni. Wara din it-talba l-Kummissjoni kompliet tanalizza l-informazzjoni disponibbli u ntużaw l-ispejjeż medji ta' wara l-importazzjoni mġarrba mill-importatur relatat tal-produttur esportatur fil-kampjun.

(71)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. B'kunsiderazzjoni tal-aġġustament deskritt fil-premessa (70) ta' hawn fuq, il-medja ponderata tal-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni kien bejn 2 % u 16 % (il-medja ponderata tal-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz kienet ta' 6 %).

(72)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (109) sa (111) u minn (114) sa (117) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Kummenti ġenerali

(73)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTT talab li l-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-indikaturi makroekonomiċi ta' ħsara aggregati fuq il-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss. Din il-parti tenniet id-dikjarazzjoni tagħha wara d-divulgazzjoni finali. Hija l-prassi tal-Kummissjoni li l-indikaturi makroekonomiċi huma stabbiliti kif ukoll analizzati fil-livell tal-Unjoni u mhux fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Huwa tassew ikkunsidrat li sa fejn huma kkonċernati l-indikaturi makroekonomiċi, dejta kompleta tal-industrija sħiħa tal-Unjoni, li tinkludi wkoll id-dejta mill-kumpaniji fil-kampjun tirrifletti aħjar is-sitwazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, minn dejta ta' parti biss mill-industrija. Għalhekk din it-talba ġiet miċħuda.

(74)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (118) sa (122) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(75)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, u kif diġà ssemma fil-premessa (9), parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni eskludiet dejta minn produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni ta' ħut ħaj, u inkludiet biss il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li impurtaw ħut ħaj għal aktar ipproċessar. Għaldaqstant din il-parti ddikjarat li l-volum totali tal-produzzjoni tal-Unjoni jiġi ddikjarat b'mod insuffiċjenti.

(76)

Kif spjegat fil-premessa (52) il-Kummissjoni analizzat l-industrija kollha tal-Unjoni inklużi l-produtturi ta' troti ħajjin, friski, iffriżati, iffilettjati u affumikati u kif spjegat fil-premessi (56) u (60), il-volum totali tal-produzzjoni fl-Unjoni ma ġietx affettwata mill-metodoloġija użata mill-Kummissjoni. Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud.

(77)

Il-GTT sostna li d-dejta tal-Federazzjoni ta' Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura (FPEA) inkludiet id-dejta ta' 13-il Stat Membru biss u, għal din ir-raġuni, il-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni kien dikjarat b'mod insuffiċjenti.

(78)

Id-dejta tal-FPEA ma kinitx tinkludi l-Istati Membri b'volum totali tal-produzzjoni ta' anqas minn 1 000 tunnellata (“ekwivalenti ta' ħut sħiħ”) fis-sena, li jista' jkun, madankollu, li minħabba l-kwantitajiet baxxi, ma kellha l-ebda impatt sinifikanti fuq it-tendenzi stabbiliti. Barra minn hekk, din il-parti ma wriet l-ebda impatt potenzjali bl-inklużjoni tal-bqija tal-Istati Membri fid-dejta globali. Għaldaqstant l-argument ġie miċħud.

(79)

Wara d-divulgazzjoni finali l-GTT sostna li ċ-ċifri tal-produzzjoni ta' żewġ Stati Membri, l-aktar il-Bulgarija u r-Rumanija li ġew esklużi kienu effettivament ipproduċew aktar minn 1 000 tunnellata fl-2011. Madankollu, il-volumi tal-produzzjoni pprovduti mill-GTT jirreferu essenzjalment għall-produzzjoni ta' troti kbar li mhuwiex il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.

(80)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata waħda sostniet li l-kapaċità tal-produzzjoni kif spjegat fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju kienet żbaljata peress li ġiet kkalkulata abbażi tal-volum tal-produzzjoni stabbilit b'mod inkorrett kif iddikjarat fil-premessa (75). Barra minn hekk, din il-parti interessata sostniet li r-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma għandhiex tkun ibbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun minħabba li l-kampjun inkluda produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw diversi stadji tal-produzzjoni, bħall-affumikar, filwaqt li l-volum tal-produzzjoni jinkludi allegatament biss troti ħajjin. Wara d-divulgazzjoni finali din il-parti sostniet li l-formula użata kienet ibbażata b'mod żbaljat fuq il-medja tar-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi fil-kampjun minflok intużat id-dejta speċifika tal-industrija tal-ħut ħaj min-naħa u l-industrija tal-ipproċessar min-naħa l-oħra. Il-parti stqarret ukoll li barra minn hekk id-dejta tal-industrija tal-ipproċessar li kienet qed takkwista troti ħajjin fl-Unjoni ma kinitx inkluża li allegatament ħalliet impatt sinifikanti fuq id-determinazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni globali fl-Unjoni. Fl-aħħar nett, din il-parti sostniet li d-determinazzjoni tal-kapaċità għandha, f'kull każ, tkun ibbażata fuq formula iżda fuq dejta attwali mill-produtturi tal-Unjoni.

(81)

Kif stipulat fil-premessi (52), (56) u (60) il-Kummissjoni ma eskludietx l-industrija tal-ipproċessar fl-Unjoni mill-analiżi tagħha u l-argument li l-volum tal-produzzjoni ġie kkalkulat ħażin, ġie miċħud. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53) ma kien hemm l-ebda dejta disponibbli li ppermettiet lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi segmentata bl-użu ta' dejta miż-żewġ industriji speċifiċi. Għall-istess raġuni, id-determinazzjoni tal-kapaċità ma setgħetx tkun ibbażata fuq id-dejta attwali minn aktar minn 700 produttur żgħir u ta' daqs medju tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessi (123) u (124) tar-Regolament provviżorju, ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità stabbilita mill-Kummissjoni kienet konsistenti mal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, l-argument li d-determinazzjoni tal-kapaċità fuq il-bażi ta' ċifri tal-produzzjoni totali mhux kompluti u li r-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma għandhomx ikunu bbażati fuq l-informazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġie miċħud ukoll. F'kull każ, anki jekk il-metodoloġija alternattiva biex jiġi kkalkulat il-volum tal-produzzjoni li ġie ssuġġerit mill-parti interessata ġiet aċċettata u d-dejta mill-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni li kienet qed takkwista troti ħajjin fl-Unjoni ġiet miżjuda mad-dejta mill-produtturi fl-Unjoni ta' ħut ħaj, li rriżulta f'għadd doppju kif spjegat fil-premessa (56), l-iżvilupp tar-rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità juri l-istess tendenzi tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(82)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (123) sa (128) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(83)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, u kif diġà ssemma fil-premessa (9), parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni eskludiet dejta minn produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni ta' ħut ħaj, u inkludiet biss il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li impurtaw ħut ħaj għal aktar ipproċessar. Din il-parti allegat li l-parti tal-industrija tal-ipproċessar fl-Unjoni ġiet eskluża mill-analiżi bħala tali. Għalhekk, din il-parti sostniet li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jiġi dikjarat b'mod insuffiċjenti u s-sehem mis-suq jiġi kkalkulat fuq din il-bażi żbaljata. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti tenniet il-kummenti tagħha u ssuġġeriet li l-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-metodoloġiji alternattivi deskritti fil-premessa (49), mingħajr ma tissostanzja r-rilevanza tagħhom għal din il-konstatazzjoni.

(84)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (52), (56) u (60), l-argument li l-volum tal-produzzjoni ġie stabbilit b'mod żbaljat u dik il-parti tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx ġiet ikkunsidrata waqt l-analiżi ġie miċħud. Għaldaqstant l-argument li l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq ġew stabbiliti b'mod inkorrett ġie miċħud ukoll. Kif spjegat fil-premessa (53) kull analiżi segmentata ma kinitx possibbli u ġiet miċħuda. Madankollu, kieku l-metodoloġija għall-kalkolu tal-volum ta' bejgħ li ġiet issuġġerita mill-parti interessata kienet ġiet aċċettata dan kien jirriżulta f'għadd doppju u, konsegwentement, dikjarazzjoni b'mod eċċessiv tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessa (57), dawn l-indikaturi madankollu juru l-istess tendenzi tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(85)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (129) sa (133) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.2.3.   It-tkabbir

(86)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (134) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(87)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, u kif diġà ssemma fil-premessa (9), parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni eskludiet dejta minn produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipproċessaw ħut ħaj akkwistat minn produtturi oħrajn tal-Unjoni ta' ħut ħaj, u li għalhekk l-impjiegi ġew dikjarati b'mod insuffiċjenti. Wara d-divulgazzjoni finali, din il-parti sostniet li l-formula użata kienet ibbażata b'mod żbaljat fuq l-impjieg tal-produtturi fil-kampjun minflok użat id-data ta' dawn iż-żewġ industriji speċifiċi. Il-parti stqarret ukoll li barra minn hekk id-dejta tal-industrija tal-ipproċessar li kienet qed takkwista troti ħajjin fl-Unjoni ma kinitx inkluża li allegatament ħalliet impatt sinifikanti fuq id-determinazzjoni tal-impjiegi globali fl-Unjoni. Fl-aħħar nett, din il-parti sostniet li d-determinazzjoni tal-impjiegi, f'kull każ, ma għandhiex tkun ibbażata fuq formula iżda fuq dejta attwali mill-produtturi tal-Unjoni.

(88)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (52), (56) u (60), l-argument li din il-parti tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx ġiet ikkunsidrata waqt l-analiżi ġie miċħud. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53) ma kien hemm l-ebda dejta disponibbli li ppermettiet lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi segmentata bl-użu tad-dejta tal-industrija tal-ħut ħaj min-naħa u l-industrija tal-ipproċessar min-naħa l-oħra. Għall-istess raġuni, id-determinazzjoni tal-impjiegi ma setgħetx tkun ibbażata fuq dejta attwali minn aktar minn 700 produttur żgħir u ta' daqs medju tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (136) tar-Regolament provviżorju, iċ-ċifra tal-impjiegi stabbilita mill-Kummissjoni kienet konsistenti mal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni meta stabbilixxiet id-dejta tal-impjiegi qieset l-industrija kollha tal-Unjoni inkluża l-industrija tal-ipproċessar. Għaldaqstant l-argument li l-impjiegi u ġew stabbiliti b'mod inkorrett ġie miċħud ukoll. F'kull każ, anki jekk il-metodoloġija alternattiva biex jiġi kkalkulat il-volum tal-produzzjoni li ġie ssuġġerit mill-parti interessata ġiet aċċettata u d-dejta mill-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni li kienet qed takkwista troti ħajjin fl-Unjoni ġiet miżjuda mad-dejta mill-produtturi fl-Unjoni ta' ħut ħaj, li rriżulta f'għadd doppju kif spjegat fil-premessa (56), l-iżvilupp tal-impjiegi juri l-istess tendenzi tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(89)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (135) sa (137) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(90)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti waħda sostniet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma għandhomx jiġu stabbiliti fuq bażi medja iżda fuq bażi tat-tip ta' prodott bħala l-kompożizzjoni tat-tip ta' prodott u l-piż ta' tip partikolari wieħed f'dik il-kompożizzjoni jkollu impatt sinifikanti fuq il-prezz medju. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti tenniet il-kummenti tagħha mingħajr ma tat aktar sostanzjar tal-allegazzjoni tagħha.

(91)

Madankollu, b'analoġija, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (67) u (68) dan l-argument ġie miċħud.

(92)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (140) sa (142) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

4.3.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(93)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (143) sa (144) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.3.3.   Inventarji

(94)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessa (145) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

4.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

(95)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (146) sa (151) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

5.   Konklużjoni dwar id-ħsara

(96)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq analiżi globali tal-fatturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi rilevanti u fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (152) sa (155) tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni kollha inklużi l-passi differenti u t-tipi ta' produzzjoni (il-produzzjoni ta' troti ħajjin, friski, iffriżati, iffilettjati u affumikati) ġarrbet ħsara materjali fit-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, huma kkonfermati.

E.   KAWŻALITÀ

1.   L-effetti tal-importazzjonijiet issussidjati

(97)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (157) sa (161) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.   L-effetti ta' fatturi oħra

2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(98)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (162) sa (165) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(99)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (166) sa (168) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.3.   L-iżvilupp tal-konsum

(100)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (169) sa (170) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.4.   Il-kompetizzjoni ma' speċijiet oħrajn ta' ħut

(101)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-ħsara materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkaġunata mill-kompetizzjoni ma' speċijiet oħra ta' ħut. Il-partijiet irreferew għal xi studji (11) li allegatament urew li speċijiet oħra ta' ħut qed jikkompetu mat-troti qawsalla fl-għamla ta' porzjonijiet fis-suq Ġermaniż. Il-partijiet ikkonċernati argumentaw ukoll li, minbarra l-allegata kompetizzjoni mat-troti kbar, is-salamun u l-pangasius, kien hemm ukoll kompetizzjoni mal-bakkaljaw, il-ħalibatt, il-kavalli u r-redfish li kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(102)

L-istudji msemmija hawn fuq li fihom il-partijiet ikkonċernati msemmija ma ppreżentaw l-ebda evidenza konklużiva la rigward is-suq Ġermaniż u lanqas is-suq tal-Unjoni bħala entitajiet sħaħ li jappoġġaw l-allegazzjonijiet li saru. Dawn l-allegazzjonijiet kienu wkoll kontradetti mill-fatt li matul il-perjodu kollu kkunsidrat l-importazzjonijiet mit-Turkija ta' troti qawsalla żdiedu kemm fis-sehem mis-suq u l-volumi tal-bejgħ fl-Unjoni.

(103)

L-allegata kompetizzjoni minn speċijiet ta' ħut li f'kull każ ma setgħetx tispjega d-deterjorament ekonomiku u finanzjarju globali tal-industrija tal-Unjoni u speċjalment it-telf tas-sehem fis-suq meta mqabbel mal-importazzjonijiet mit-Turkija, li kienu qed jiżdiedu matul il-perjodu kkunsidrat.

(104)

Għaldaqstant it-talbiet li saru f'dan ir-rigward ġew miċħuda.

(105)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (171) sa (175) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

2.5.   Il-piżijiet amministrattivi u regolatorji, restrizzjonijiet ġeografiċi

(106)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet interessati tennew l-allegazzjoni tagħhom li l-analiżi ma kkunsidratx l-impatt negattiv tal-piż amministrattiv fl-Istati Membri.

(107)

Il-piż amministrattiv u regolatorju inklużi l-limitazzjonijiet allegati li jintużaw ċerti żoni ġeografiċi għal għanijiet tal-akkwakultura fl-Istati Membri bħala fattur ieħor possibbli li jkun ikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġew indirizzati fil-premessi minn (176) sa (178) tar-Regolament provviżorju. Il-partijiet ikkonċernati ma komplewx jissostanzjaw l-allegazzjoni tagħhom jew jipprovdu informazzjoni addizzjonali f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.

(108)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (176) sa (178) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

2.6.   Pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar

(109)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet interessati tennew l-allegazzjoni tagħhom li l-analiżi ma kkunsidratx l-impatt negattiv tal-pressjoni tal-prezzijiet u setgħa ta' negozjar għolja fis-settur ta-bejgħ bl-imnut.

(110)

Il-pressjoni tal-prezzijiet u s-setgħa ta' negozjar tas-settur tal-bejgħ bl-imnut bħala fatturi oħra possibbli li jkunu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġew indirizzati fil-premessi minn (179) sa (181) tar-Regolament provviżorju. Il-partijiet ikkonċernati ma komplewx jissostanzjaw l-allegazzjoni tagħhom jew jipprovdu informazzjoni addizzjonali f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.

(111)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (179) sa (181) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

2.7.   Investimenti żejda, spejjeż finanzjarji, tibdil fir-rati tal-kambju u telf straordinarju marbut ma' tilwim

(112)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet interessati tennew l-allegazzjoni tagħhom li l-analiżi ma kkunsidratx l-impatt negattiv ta' fatturi oħra fuq il-produtturi individwali tal-Unjoni bħal l-allegati investimenti żejda, kwistjonijiet ambjentali u tilwim.

(113)

Madankollu, dawn il-fatturi ġew indirizzati fil-premessi minn (182) sa (186) tar-Regolament provviżorju. Il-partijiet ikkonċernati ma komplewx jissostanzjaw l-allegazzjoni tagħhom jew jipprovdu informazzjoni addizzjonali f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.

(114)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (182) sa (186) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(115)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (187) sa (189) tar-Regolament provviżorju li l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati u li l-ebda fatturi oħra analizzati kemm individwalment kif ukoll kollettivament ma jiksru r-rabta kawżali huma kkonfermati.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(116)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (191) sa (194) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.   L-interess ta' importaturi mhux relatati

(117)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, żewġ importaturi addizjonali ppreżentaw ruħhom u sostnew li l-impożizzjoni tad-dazji għat-troti mit-Turkija jkollhom impatt negattiv fuqhom. Madankollu dawn il-partijiet ma ssostanzjawx dawn l-allegazzjonijiet. Għalhekk dawn it-talbiet ġew miċħuda.

(118)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (195) sa (198) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.   L-interess tal-utenti, tal-konsumaturi, tal-fornituri

(119)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (199) sa (203) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(120)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessa (204) tar-Regolament provviżorju li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Turkija hija kkonfermata.

G.   MIŻURI KOMPENSATORJI

(121)

Abbażi tal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni dwar is-sussidjar, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji sabiex tiġi evitata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati.

1.   Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara (Marġini ta' ħsara)

(122)

Fid-dawl tal-aġġustament deskritt fil-premessi (70) u (71) hawn fuq, il-marġini ta' ħsara ġie rivedut kif deskritt fil-premessa (127) hawn taħt.

(123)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi minn (206) sa (217) tar-Regolament provviżorju jiġu kkonfermati.

2.   Miżuri definittivi

(124)

Fid-dawl ta' dak li qed jintqal, u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, id-dazji kompensatorji definittivi għandhom ikunu imposti skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-ħsara mal-marġnijiet tas-sussidju. L-ammont ta' dazji għandu jkun stabbilit fil-livell il-baxx tal-marġini ta' dumping u dak tal-ħsara.

(125)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Torok, id-dazju għal “Il-kumpaniji l-oħra kollha” ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji fil-kampjun jew fuq dawk li kkooperaw fl-investigazzjoni. Id-dazju għal “Il-kumpaniji l-oħra kollha” jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni.

(126)

Għall-kumpaniji Torok mhux fil-kampjun li kkooperaw u li huma elenkati fl-Anness, ir-rata ta' dazju definittiva hija stabbilita bil-medja ponderata tar-rati tal-kumpaniji fil-kampjun.

(127)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati tad-dazju kompensatorju definittiv, espressi skont il-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġini tas-sussidju

Il-marġini ta' ħsara

Dazju kompensatorju

GMS

6,9 %

24 %

6,9 %

Kilic

9,5 %

37 %

9,5 %

Özpekler

6,7 %

22 %

6,7 %

Ternaeben

8,0 %

17 %

8,0 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

7,6 %

23 %

7,6 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,5 %

37 %

9,5 %

(128)

Il-miżuri kumpensatorji ta' hawn fuq huma stabbiliti fil-forma ta' dazji ad valorem, jiġifieri fi proporzjon mal-valur tal-importazzjoni.

(129)

Ir-rati ta' dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn irriflettew l-qagħda ta' dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li huwa manifatturat mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija.

(130)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “il-kumpaniji l-oħra kollha”.

(131)

Kumpanija tista' titlob li jiġu applikati dawn ir-rati ta' dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (12). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li wieħed juri li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż ta' informazzjoni dwar il-bidla fl-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(132)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji kompensatorji, id-dazju residwu għall-kumpaniji l-oħrajn kollha għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

3.   Impenji

(133)

Wara d-divulgazzjoni tar-Regolament provviżorju 15-il produttur li jesportaw offrew impenji ta' prezzijiet skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

(134)

Il-Kummissjoni analizzat dawn l-offerti b'attenzjoni fid-dawl tal-kuntest speċifiku tar-relazzjoni mat-Turkija. Il-Kummissjoni madankollu kkunsidrat li dawn l-impriżi ma jkunux prattiċi fil-proċediment attwali. Dan huwa minħabba n-numru għoli ta' preżentazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, id-differenzi sinifikanti fil-prezz bejn id-diversi preżentazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u r-riskju ta' kontrokumpens minħabba bejgħ ta' prodotti oħrajn lill-istess klijenti.

(135)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom (AEA), sostniet li r-raġunijiet li fil-każ li jiġu kkunsidrati l-impriżi ma jkunx prattiku mhumiex korretti. L-ewwel nett, hija sostniet li n-numru ta' preżentazzjonijiet huwa limitat, dawn huma identifikabbli b'mod ċar permezz tal-kodiċi TARIC u, jekk meħtieġ, ċerti preżentazzjonijiet jistgħu jinġabru, it-tieni nett, li l-eżistenza ta' differenzi kbar fil-prezzijiet bejn preżentazzjonijiet differenti mhux se jagħmel dawn impriżi mhux prattikabbli minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjoni minimi differenti jistgħu jkunu stabbiliti għal preżentazzjonijiet differenti u, fl-aħħar nett, li impriżi simili kienu ġew aċċettati f'każ ta' prodotti oħra tas-sajd (salamun) (13) qabel.

(136)

L-ewwel nett, il-produtturi esportaturi fil-kampjun li kienu offrew impriżi u li dwarhom il-Kummissjoni kellha informazzjoni dettaljata kienu esportaw seba' preżentazzjonijiet differenti tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Preżentazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu identifikati b'mod ċar b'kodiċi TARIC. Barra minn hekk, kull grupp ta' preżentazzjonijiet li jeħtieġu prezzijiet differenti jista' jwassal għal kumpens trasversali bejn l-prezzijiet minimi tal-importazzjoni ta' preżentazzjonijiet differenti. It-tieni, jekk in-numru għoli ta' produtturi esportaturi u preżentazzjonijiet flimkien ma' differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn il-preżentazzjonijiet jittaffa b'għadd kbir ta' prezzijiet minimi ta' importazzjoni kif issuġġerit mill-parti interessata, dan jagħmel il-monitoraġġ tal-impenji anke aktar prattiku. It-tielet nett, it-tnaqqis tar-riskju tal-kumpens trasversali permezz ta' monitoraġġ kontinwu ta' klawsola li ma jbiegħux aktar prodotti oħra lill-istess konsumaturi jwassal għal konsum ta' riżorsi b'mod sproporzjonat u għaldaqstant mhux prattiku. Fl-aħħar nett, f'dak li jirrigwarda l-każ tas-salamun, l-impenji aċċettati f'dak iż-żmien ġew ippruvati li mhuwiex prattiku kif jidher mill-ħafna rtirar matul iż-żmien tal-miżuri. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, l-argumenti li l-impenji jkunu prattiċi f'dan il-każ preżenti huma miċħuda.

(137)

Għalhekk, l-impenji fuq il-prezzijiet offruti ġew miċħuda.

4.   Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji

(138)

Fid-dawl tal-marġini ta' sussidju misjuba u minħabba l-livell ta' ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju kompensatorju provviżorju impost bir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju kompensatorju għandhom jiġu rilaxxati.

(139)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (14).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Dazju kumpensatorju provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tat-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss):

li tiżen ħajja 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

friska, imkessħa, iffriżata u/jew affumikata:

fil-forma ta' ħuta sħiħa (bir-ras), bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa jew le, li tiżen 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

bla ras, bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa jew le, li tiżen 1 kg jew anqas kull waħda, jew

fil-forma ta' flettijiet li jiżnu 400 g jew anqas kull waħda,

li fil-preżent taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (il-kodiċi TARIC 0301919011, 0302118011, 0303149011, 0304429010, 0304829010 u 0305430011) u li toriġina mit-Turkija.

2.   Ir-rati tad-dazju kompensatorju definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikunu kif ġej:

Il-kumpanija

Id-dazju kompensatorju

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Akyol Su Ürn.Ürt.Taş.Kom.İth.İhr.Paz.San. ve Tic. Ltd. Şti

Asya Söğüt Su Ürünleri Üretim Dahili Paz.ve İhr. Ltd.Şti

GMS Su Ürünleri Üretim İth. Paz. San. ve Tic. Ltd. Şti

Gümüşdoga Su Ürünleri Üretim Ihracat Ithalat AŞ

Gümüş-Yel Su Ürünleri üretim İhracat ve İthalat Ltd. Şti

Hakan Komandit Şirketi

İskele Su Ürünleri Hayv.Gida Tur.Inş.Paz.Ihr.Ltd.Şti

Karaköy Su Ürünleri Üretim Paz.Tic.İhr. ve İth.Ltd.Şti

Özgü Su Ürün. Üret. Taș. Komis. İth. İhr. Paz. San. ve Tic. Ltd. Şti

6,9 %

B964

BAFA Su Ürünleri Yavru Üretim Merkezi Sanayi Ticaret AŞ

9,5 %

B965

Özpekler İnşaat Taahhüd Dayanıklı Tüketim Malları Su Ürünleri Sanayi ve Ticaret Limited Şirketi

6,7 %

B966

Ternaeben Gida ve Su Ürünleri Ithalat ve Ihracat Sanayi Ticaret AŞ

8,0 %

B967

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

7,6 %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,5 %

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazji kompensatorji provviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1195/2014 jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti li huma ogħla mir-rati definittivi tad-dazju kompensatorju jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Fejn kull produttur esportatur ġdid fit-Turkija jipprovdi xhieda suffiċjenti lill-Kummissjoni li:

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni (l-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013),

mhuwiex relatat ma' xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fit-Turkija li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

huwa jkun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

l-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u għaldaqstant jiġi soġġett għar-rata ta' dazju medja ponderata ta' 7,6 %.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).

(3)  Avviż ta' bidu ta' proċediment ta' kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta' ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija (ĠU C 44, 15.2.2014, p. 9).

(4)  Rettifika tal-Avviż ta' bidu ta' proċediment ta' kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta' ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija (ĠU C 297, 4.9.2014, p. 23).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbru b'mod definittiv id-dazju impost fuq l-importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 23).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 tat-22 ta' April 2005 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tas-salamun imrobbi fil-farms li joriġina min-Norveġja, ĠU L 104, 23.4.2005, p. 5 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta' Jannar 2006 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).

(8)  http://www.turkstat.gov.tr/Kitap.do?metod=KitapDetay&KT_ID=13&KITAP_ID=52

(9)  Ir-Rapport tal-Panil, Komunitajiet Ewropej — Miżuri Antidumping fuq is-Salamun Imrobbi min-Norveġja, WT/DS337/R, adottat fil-15 ta' Jannar 2008

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).

(11)  Nielsen et al, Integration of Farmed Trout in Germany, Marine Resource Economics, Volum 22, pp. 195-213 u Nielsen, M., Smit, J., & Guillen, J. (2009). L-integrazzjoni tas-suq tal-ħut fl-Ewropa. Journal of Agricultural Economics, 60 (2), 367-385.10.1111/j.1477-9552.2008.00190.x

(12)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 85/2006:

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).


ANNESS

Produtturi esportaturi Torok li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li ma ngħatawx eżami individwali:

Isem

kodiċi addizzjonali TARIC

Abalıoğlu Yem-Soya ve Tekstil San. A.Ș.

B968

Ada Su Ürünleri Turizm İnșaat ve Ticaret Ltd. Ști.

B969

Ahmet Aydeniz Gıda San. ve Tic. A.Ș.

B970

Alba Lojistik İhracat İthalat Ltd. Ști.

B971

Alba Su Ürünleri A.Ș.

B972

Alfam Su Ürünleri A.Ș.

B973

Alima Su Ürünleri ve Gida San. Tic. A.Ș.

B974

Alka Su Ürünleri A.Ș.

B975

Azer Altin Su Ürünleri

B976

Bağcı Balık Gıda ve Enerji Üretimi San ve Tic. A.Ș.

B977

Çamlı Yem Besicilik Sanayii ve Ticaret A.Ș

B978

Çirçir Su Ürünleri Ltd. Ști.

B979

Ipaș Su Ürünleri A.Ș.

B980

Kemal Balıkçılık Ihr. Şti Ltd.

B981

Liman Entegre Balıkçılık San ve Tic. Şti Ltd.

B982

Miray Su Ürünleri

B983

Önder Su Ürünleri San. ve Tic. Şti Ltd.

B984

Penta Su Ürünleri Üretim ve Sanayi Tic. A.Ș.

B985

Çirçir Su Ürünleri Ltd. Ști.

B986

TSM Deniz Ürünleri San. Tic. A.Ș.

B987

Ugurlu Balık A.Ș.

B988

Yașar Dıș Tic. A.Ș.

B989