02020R2235 — MT — 29.07.2024 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442 30.12.2020, p. 1) |
Emendat bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2235
tas-16 ta’ Diċembru 2020
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi mudelli standard għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, għaċ-ċertifikati uffiċjali jew għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali:
għall-movimenti bejn l-Istati Membri jew fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti ġerminali tagħhom u n-noti ta’ kif għandhom jimtlew;
għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, nebbieta għall-konsum mill-bniedem u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem, u n-noti ta’ kif għandhom jimtlew.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati, fil-forma ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, ċertifikati uffiċjali jew ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali rispettivament, u mudell tal-attestazzjoni għall-annimali u l-oġġetti li ġejjin, maħsuba għall-konsum mill-bniedem:
il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għall-movimenti fl-Unjoni tal-oġġetti li ġejjin, maħsuba għall-konsum mill-bniedem:
prodotti li joriġinaw minn annimali terrestri li jistgħu jiġu mċaqalqa minn żona ristretta soġġetta għal miżuri ta’ emerġenza jew miżuri ta’ kontroll tal-mard jew li joriġinaw minn annimali ta’ speċijiet soġġetti għal dawk il-miżuri;
kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda;
il-mudelli taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali u l-oġġetti li ġejjin, maħsuba għall-konsum mill-bniedem:
prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti li jeħtieġu ċertifikat bħal dan f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 ( 2 );
ċerti annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jeħtieġu ċertifikat bħal dan f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;
insetti ħajjin u bebbux ħaj;
il-mudell taċ-ċertifikat għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta;
il-mudell taċ-ċertifikat għat-tranżitu fl-Unjoni lejn pajjiż terz, bi tranżitu immedjat jew wara l-ħżin fl-Unjoni ta’ prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem;
il-mudelli taċ-ċertifikati fil-każ ta’ spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta’ provenjenza jew fil-każ ta’ tbiċċir ta’ emerġenza barra mill-biċċerija;
il-mudell ta’ attestazzjoni privata ffirmata mill-operatur tan-negozju tal-ikel importatur għal prodotti komposti stabbli fil-ħżin li fihom prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għajr il-laħam ipproċessat, meta dawn il-prodotti komposti jkunu deħlin fl-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“biċċerija” tfisser biċċerija kif definit fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“saqajn taż-żrinġijiet” tfisser saqajn taż-żrinġijiet kif definit fil-punt 6.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u saqajn taż-żrinġijiet tal-ġeneru Pelophylax mill-familja Ranidae, u tal-ġeneri Limnonectes, Fejervarya u Hoplobatrachus mill-familja Dicroglossidae;
“bebbux” tfisser bebbux kif definit fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kwalunkwe bebbux ieħor tal-familji Helicidae, Hygromiidae jew Sphincterochilidae;
“insetti” tfisser insetti kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (27), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292;
“bastiment reefer” tfisser bastiment reefer kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (43), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292;
“bastiment friża” tfisser bastiment friża kif definit fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“bastiment fabbrika” tfisser bastiment fabbrika kif definit fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“ċentru ta’ spedizzjoni” tfisser ċentru ta’ spedizzjoni kif definit fil-punt 2.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif definit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif definit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“nebbieta” tfisser nebbieta kif definit fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 208/2013.
Artikolu 3
Mudelli standard għaċ-ċertifikati għall-movimenti fl-Unjoni, bejn l-Istati Membri u għad-dħul fl-Unjoni
Artikolu 4
Mili taċ-ċertifikati għall-annimali u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Artikolu 5
Rekwiżiti għaċ-ċertifikati għall-kunsinni ta’ annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Il-veterinarju uffiċjali jew l-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni għandu jimla ċ-ċertifikati għall-kunsinni ta’ annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
iċ-ċertifikat irid ikollu l-firma tal-veterinarju uffiċjali jew tal-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni u t-timbru uffiċjali; il-kulur tal-firma u l-kulur tat-timbru, għajr timbru bbuzzat ’il barra jew bil-marka tal-ilma, iridu jkunu differenti mill-kulur tal-istampar;
meta ċ-ċertifikat ikun fih dikjarazzjonijiet multipli jew alternattivi, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jridu jiġu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-veterinarju uffiċjali jew mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat;
iċ-ċertifikat irid jikkonsisti minn wieħed minn dawn li ġejjin:
folja waħda tal-karti;
diversi folji tal-karti fejn il-folji kollha jkunu indiviżibbli u jikkostitwixxu parti sħiħa integrata;
sekwenza ta’ paġni b’kull paġna nnumerata sabiex jiġi indikat li hija paġna partikolari f’sekwenza finita;
meta ċ-ċertifikat ikun magħmul minn sekwenza ta’ paġni kif imsemmi fil-punt (c)(iii) ta’ dan il-paragrafu, kull paġna jrid ikollha l-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-firma tal-veterinarju uffiċjali jew tal-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, u t-timbru uffiċjali;
fil-każ taċ-ċertifikati għall-movimenti tal-kunsinni fl-Unjoni jew bejn l-Istati Membri, iċ-ċertifikat irid jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni;
fil-każ taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni, iċ-ċertifikat irid jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni fejn il-kunsinna hija soġġetta għall-kontrolli uffiċjali;
iċ-ċertifikat irid jinħareġ qabel ma l-kunsinna li huwa relatat magħha tħalli l-kontroll tal-awtorità kompetenti li qed toħroġ iċ-ċertifikat;
fil-każ taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni, iċ-ċertifikat irid jitfassal fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni.
Artikolu 6
Sostituzzjoni taċ-ċertifikati għall-kunsinni ta’ annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Fiċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel referenza ċara għall-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat inizjali, u tiddikjara b’mod ċar li qed tissostitwixxi ċ-ċertifikat inizjali;
tindika numru taċ-ċertifikat ġdid li jkun differenti minn dak taċ-ċertifikat inizjali;
tindika d-data ta’ meta nħareġ, li ma tkunx l-istess bħad-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat inizjali;
tipproduċi dokument oriġinali maħruġ fuq karta, ħlief fil-każ ta’ ċertifikati ta’ sostituzzjoni elettroniċi sottomessi fi TRACES.
Artikolu 7
Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikat uffiċjali għal movimenti fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Artikolu 8
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali ungulati maħsub għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmija fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali ungulati maħsub għall-konsum mill-bniedem, għandhom jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
BOV imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 1 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali bovini domestiċi;
OVI mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 2 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali ovini u kaprini domestiċi;
POR imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali porċini domestiċi;
EQU imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 4 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, ta’ solipedi domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom);
RUF imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 5 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-ġewwieni, il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali tal-familja Bovidae (għajr l-annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi), annimali kamelidi u annimali ċervidi miżmuma bħala kaċċa mrobbija;
RUW imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 6 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-ġewwieni, il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali selvaġġi tal-familja Bovidae (għajr l-annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi), annimali kamelidi selvaġġi u annimali ċervidi selvaġġi;
SUF imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 7 tal-Anness III għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-ġewwieni, il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali miżmuma bħala kaċċa mrobbija ta’ razez selvaġġi ta’ annimali porċini u annimali tal-familja Tayassuidae;
SUW imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 8 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-ġewwieni, laħam ikkapuljat u laħam separat mekkanikament ta’ annimali selvaġġi ta’ razez selvaġġi ta’ annimali porċini u annimali tal-familja Tayassuidae;
EQW imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 9 tal-Anness III għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-ġewwieni, il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, ta’ solipedi selvaġġi tas-subġeneru Hippotigris (żebra);
RUM-MSM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 10 tal-Anness III, għal-laħam separat mekkanikament tar-ruminanti domestiċi, maħsub għall-konsum mill-bniedem;
SUI-MSM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 11 tal-Anness III, għal-laħam separat mekkanikament ta’ annimali porċini domestiċi, maħsub għall-konsum mill-bniedem;
NZ-TRANSIT-SG imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 12 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem li joriġina minn New Zealand u li jgħaddi minn Singapore b’ħatt, ħżin possibbli u tagħbija mill-ġdid qabel id-dħul fl-Unjoni.
Artikolu 9
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam tat-tjur, tar-ratiti u ta’ għasafar tal-kaċċa oħrajn, bajd u prodotti tal-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmija fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam tat-tjur, tar-ratiti u ta’ għasafar tal-kaċċa oħrajn, bajd u prodotti tal-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
POU mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 13 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, tat-tjur għajr ir-ratiti;
POU-MI/MSM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 14 tal-Anness III, għal-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, maħsub għall-konsum mill-bniedem, tat-tjur għajr ir-ratiti;
RAT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 15 tal-Anness III, għal-laħam frisk tar-ratiti maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament;
RAT-MI/MSM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 16 tal-Anness III, għal-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, maħsub għall-konsum mill-bniedem, tar-ratiti;
GBM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 17 tal-Anness III, għal-laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament;
GBM-MI/MSM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 18 tal-Anness III, għal-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, maħsub għall-konsum mill-bniedem, tal-għasafar tal-kaċċa;
E mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 19 tal-Anness III, għall-bajd maħsub għall-konsum mill-bniedem;
EP imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 20 tal-Anness III, għall-prodotti tal-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 10
Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammiferi tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam separat mekkanikament
Iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmija fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam separat mekkanikament, tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammiferi tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija, għandhom jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
WL imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 21 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem ta’ leporidae selvaġġi (fniek u liebri), ħlief il-laħam ikkapuljat, il-laħam separat mekkanikament u l-ġewwieni għajr il-leporidae mhux imqaxxra mill-ġilda u li ma ġewx evixxerati;
WM mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 22 tal-Anness III għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-ġewwieni, il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, ta’ mammiferi tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae;
RM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 23 tal-Anness III, għal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam ikkapuljat u l-laħam separat mekkanikament, tal-fniek imrobbija.
Artikolu 11
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ preparati tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ preparati tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell MP-PREP imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 24 tal-Anness III.
Artikolu 12
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż ix-xaħmijiet tal-annimali mdewba u l-qrieqeċ, l-estratti tal-laħam, l-istonkijiet, il-vexxiki u l-intestini trattati għajr il-budellat
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmija fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż ix-xaħmijiet tal-annimali mdewba u l-qrieqeċ, l-estratti tal-laħam, l-istonkijiet, il-vexxiki u l-intestini trattati għajr il-budellat, għandhom jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
MPNT mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 25 tal-Anness III, għall-prodotti tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż ix-xaħmijiet tal-annimali imdewba u l-qrieqeċ, l-estratti tal-laħam, u l-istonkijiet, il-vexxiki, l-intestini trattati, għajr il-budellat, li mhumiex meħtieġa li jgħaddu minn trattament speċifiku li jimmitiga r-riskju;
MPST imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 26 tal-Anness III, għal prodotti tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż ix-xaħmijiet tal-annimali imdewba u l-qrieqeċ, l-estratti tal-laħam, u l-istonkijiet, il-vexxiki, l-intestini trattati, għajr il-budellat, li huma meħtieġa li jgħaddu minn trattament speċifiku li jimmitiga r-riskju.
Artikolu 13
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ budellat maħsub għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ budellat maħsub għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell CAS imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 27 tal-Anness III.
Artikolu 14
Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħut ħaj, krustaċji ħajjin, prodotti li joriġinaw minn dawk l-annimali u ċerti prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Artikolu 15
Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, prodotti li joriġinaw minn dawk l-annimali u ċerti molluski bivalvi pproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Artikolu 16
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti bbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmija fl-Artikolu 1(3)(b)(ii), li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti bbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
MILK-RM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 33 tal-Anness III, għall-ħalib mhux ipproċessat maħsub għall-konsum mill-bniedem;
MILK-RMP/NT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 34 tal-Anness III, għall-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem derivati mill-ħalib mhux ipproċessat jew minn prodotti tal-ħalib, jew it-tnejn, li ma humiex meħtieġa jgħaddu minn trattament speċifiku li jimmitiga r-riskju;
DAIRY-PRODUCTS-PT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 35 tal-Anness III, għall-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma meħtieġa jgħaddu minn trattament ta’ pastorizzazzjoni;
DAIRY-PRODUCTS-ST imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 36 tal-Anness III, għall-prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem li huma meħtieġa li jgħaddu minn trattament speċifiku li jimmitiga r-riskju għajr il-pastorizzazzjoni;
COLOSTRUM imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 37 tal-Anness III, għall-kolostru maħsub għall-konsum mill-bniedem;
COLOSTRUM-BP imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 38 tal-Anness III, għall-prodotti bbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 17
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ saqajn taż-żrinġijiet imkessħin, iffriżati jew ippreparati maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ saqajn taż-żrinġijiet imkessħin, iffriżati jew ippreparati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell FRG imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 39 tal-Anness III.
Artikolu 18
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ bebbux maħsub għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(iii), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ bebbux maħsub għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell SNS imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 40 tal-Anness III.
Artikolu 19
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni tal-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għajr il-kapsuli tal-ġelatina li mhumiex idderivati mill-għadam tar-ruminanti
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3), il-punt (b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni tal-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għajr il-kapsuli tal-ġelatina li mhumiex idderivati mill-għadam tar-ruminanti, għandu jikkorrispondi għall-mudell GEL imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 41 tal-Anness III.
Artikolu 20
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell COL imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 42 tal-Anness III.
Artikolu 21
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ materja prima għall-produzzjoni ta’ ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ materja prima għall-produzzjoni ta’ ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell RCG mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 43 tal-Anness III.
Artikolu 22
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ materja prima ttrattata għall-produzzjoni ta’ ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bniedem/uffiċjali imsemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ materja prima ttrattata għall-produzzjoni ta’ ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell TCG imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 44 tal-Anness III.
Artikolu 23
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni tal-għasel u ta’ prodotti oħra tal-apikultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ għasel u prodotti oħra tal-apikultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell HON imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 45 tal-Anness III.
Artikolu 24
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti raffinati ħafna kif deskritt fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3), il-punt (b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti raffinati ħafna kif deskritt fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi għall-mudell HRP imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 46 tal-Anness III.
Artikolu 25
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell REP imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 47 tal-Anness III.
Artikolu 26
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(iii), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell INS imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 48 tal-Anness III.
Artikolu 27
Mudell taċ-ċertifikat għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali derivati minn annimali ungulati domestiċi, tjur, fniek jew prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem u mhux koperti mill-Artikoli 8 sa 26
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(b)(i), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali derivati minn annimali ungulati domestiċi, tjur, fniek jew prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem u mhux koperti mill-Artikoli 8 sa 26, għandu jikkorrispondi mal-mudell PAO mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 49 tal-Anness III.
Artikolu 28
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti komposti bi skadenza qasira maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta’ prodotti komposti bi skadenza twila maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li fihom xi kwantità ta’ prodotti tal-laħam, għajr il-ġelatina li mhix idderivata mill-għadam tar-ruminanti, il-kollaġen li mhux idderivat mill-għadam tar-ruminanti u prodotti raffinati ħafna, u xi kwantità ta’ prodotti bbażati fuq il-kolostru
Ir-rekwiżit taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti komposti bi skadenza twila maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li fihom:
xi kwantità ta’ prodotti tal-laħam, għajr il-ġelatina li mhix idderivata mill-għadam tar-ruminanti, il-kollaġen li mhux idderivat mill-għadam tar-ruminanti u prodotti raffinati ħafna; jew,
xi kwantità ta’ prodotti bbażati fuq il-kolostru.
Artikolu 29
Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ nebbieta maħsuba għall-konsum mill-bniedem u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 1(3)(c), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ nebbieta maħsuba għall-konsum mill-bniedem u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem, għandu jikkorrispondi mal-mudell SPR imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 51 tal-Anness III.
Artikolu 30
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu mill-Unjoni lejn pajjiż terz, permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara ħżin fl-Unjoni, ta’ prodotti komposti bi skadenza qasira maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta’ prodotti komposti bi skadenza twila maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li fihom xi kwantità ta’ prodotti tal-laħam, għajr il-ġelatina, il-kollaġen u prodotti raffinati ħafna, u xi kwantità ta’ prodotti bbażati fuq il-kolostru
Ir-rekwiżit taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għat-tranżitu mill-Unjoni lejn pajjiż terz, permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara ħżin fl-Unjoni, ta’ prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jkun fihom:
xi kwantità ta’ prodotti tal-laħam għajr il-ġelatina, il-kollaġen u l-prodotti raffinati ħafna;
xi kwantità ta’ prodotti bbażati fuq il-kolostru.
Artikolu 30a
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali/tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz u jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż jew territorju terz
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 1(3), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz u jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż jew territorju terz, għandu jikkorrispondi mal-mudell STORAĠE-TC-PAO mfassal skont il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 53 tal-Anness III.
Artikolu 31
Mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa fil-każ ta’ spezzjoni ante mortem fl-azjenda ta’ provenjenza
Iċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 1(3), il-punt (e), li jridu jintużaw fil-każ ta’ spezzjoni ante mortem fl-azjenda ta’ provenjenza f’konformità mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624, għandhom jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV, għall-annimali ħajjin li jinġarru lejn il-biċċerija fil-każ ta’ spezzjoni ante mortem fl-azjenda ta’ provenjenza f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (f) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;
il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV, għall-pollam imrobbi għall-produzzjoni tal-foie gras u għall-pollam evixxerat b’dewmien imbiċċra fl-azjenda ta’ provenjenza f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;
il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness IV, għall-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini domestiċi, is-solipedi domestiċi u l-kaċċa mrobbija, imbiċċra fl-azjenda ta’ provenjenza f’konformità mat-Taqsima I, il-Kapitolu VIa u mat-Taqsima III, il-punt 3, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;
il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 4 tal-Anness IV, għall-kaċċa mrobbija mbiċċra fl-azjenda ta’ provenjenza f’konformità mat-Taqsima III, il-punt 3a, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624.
Artikolu 32
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fil-każ tat-tbiċċir b’emerġenza barra mill-biċċerija
Iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 1(3), il-punt (e), li jrid jintuża barra mill-biċċerija fil-każ tat-tbiċċir b’emerġenza f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624, għandu jikkorrispondi għall-mudell stabbilit fil-Kapitolu 5 tal-Anness IV.
Artikolu 33
Mudell ta’ attestazzjoni privata mill-operatur għal prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li jkun fihom prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għajr il-laħam ipproċessat
Il-mudell tal-attestazzjoni privata msemmi fl-Artikolu 1(3), il-punt (f), li jrid jintuża mill-operatur għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 għandu jikkorrispondi mal-mudell stabbilit fl-Anness V.
Artikolu 34
Tħassir
Artikolu 35
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 36
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-Anness I fih mudelli standard taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali u noti dwar kif għandhom jimtlew:
|
Kapitolu 1 |
: |
Mudell standard taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għaċ-ċaqliq ta’ annimali u prodotti bejn l-Istati Membri u fi ħdan l-Unjoni |
|
Kapitolu 2 |
: |
Noti għall-mili tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għaċ-ċaqliq ta’ annimali u ta’ prodotti bejn l-Istati Membri jew fi ħdan l-Unjoni |
|
Kapitolu 3 |
: |
Mudell standard taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, ta’ prodotti komposti, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem u ta’ żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem |
|
Kapitolu 4 |
: |
Noti għall-mili tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-unjoni ta’ annimali, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, ta’ prodotti komposti, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ nebbieta maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta’ żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem |
KAPITOLU 1
MUDELL STANDARD TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI, IĊ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI U Ċ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI/TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAĊ-ĊAQLIQ TA’ ANNIMALI U PRODOTTI BEJN STATI MEMBRI U FI ĦDAN L-UNJONI
KAPITOLU 2
NOTI GĦALL-MILI TAL-MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI, IĊ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI U Ċ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI/TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAĊ-ĊAQLIQ TA’ ANNIMALI U TA’ PRODOTTI BEJN L-ISTATI MEMBRI JEW FI ĦDAN L-UNJONI
Ġenerali
Sabiex tagħżel pożittivament kwalunkwe għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti b’salib (x).
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor jew stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-entrati jew il-kaxxi kollha japplikaw għall-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati uffiċjali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali fil-Kapitolu 1.
Il-kopji stampati ta’ ċertifikat elettroniku għandu jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.
Tista’ tintgħażel biss waħda mill-għażliet fil-kaxex I.18 u I.20.
Fejn kaxxa tippermetti li ssir għażla waħda jew aktar, l-għażla/għażliet magħżula biss tintwera/jintwerew fil-verżjoni elettronika taċ-ċertifikat.
Meta kaxxa ma tkunx obbligatorja, il-kontenut tagħha għandu jidher ingassat.
|
PARTI I — DESKRIZZJONI TAL-KUNSINNA |
|
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
|
I.1 |
Konsenjatur |
|
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż (1) tal-persuna fiżika jew ġuridika li qed tibgħat il-kunsinna. |
|
I.2 |
Referenza tal-IMSOC |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC. Ripetut fil-kaxxi II.a u III.2 |
|
I.2a |
Referenza lokali |
|
|
Indika l-kodiċi alfanumeriku uniku li l-awtorità kompetenti tista’ tassenja. Ripetut fil-kaxxi II.b u III.2a |
|
I.3 |
Awtorità ċentrali kompetenti |
|
|
Indika isem l-Awtorità ċentrali kompetenti fil-pajjiż li qed joħroġ iċ-ċertifikat. |
|
I.4 |
Awtorità kompetenti lokali |
|
|
Indika l-isem l-awtorità kompetenti lokali fil-pajjiż li qed joħroġ iċ-ċertifikat. |
|
I.5 |
Konsenjatarju |
|
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha hija maħsuba l-kunsinna fil-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
I.6 |
Operatur li jwettaq operazzjonijiet ta’ assemblaġġ indipendentement minn stabbiliment |
|
|
Din tikkonċerna operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ assemblaġġ għall-ungulati u għat-tjur tat-trobbija miżmuma, indipendentement minn stabbiliment, kif imsemmi fl-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Indika n-numru tar-reġistrazzjoni u isem l-operatur irreġistrat. |
|
I.7 |
Pajjiż ta’ oriġini |
|
|
Indika l-isem u l-kodiċi tal-pajjiż ISO tal-pajjiż minn fejn joriġinaw l-annimali jew il-prodotti (prodotti ġerminali, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali). |
|
I.8 |
Reġjun ta’ oriġini |
|
|
Fejn rilevanti, għall-moviment ta’ annimali jew ta’ prodotti li jkunu affettwati minn miżuri ta’ reġjonalizzazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, indika l-kodiċi tar-reġjuni jew taż-żoni approvati kif indikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew isem il-kompartimenti għall-mard tal-annimali akkwatiċi kif elenkati fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/aquaculture/index_en.htm |
|
I.9 |
Pajjiż tad-destinazzjoni |
|
|
Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-pajjiż li għalih huma ddestinati l-annimali jew il-prodotti. |
|
I.10 |
Reġjun tad-destinazzjoni |
|
|
Ara l-kaxxa I.8 |
|
I.11 |
Post tad-dispaċċ |
|
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-istabbiliment(i), jew fejn rilevanti post(ijiet) ieħor/oħra, minn fejn ikunu ġejjin l-annimali jew il-prodotti. Meta japplika, indika wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment(i). Għall-annimali: indika l-istabbiliment fejn jinżammu b’mod regolari jew fejn jiġu assemblati l-annimali. Għal semen, għal ovoċiti jew għal embrijuni maħsuba għar-riproduzzjoni artifiċjali: indika kif xieraq iċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, it-tim għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni, l-istabbiliment għall-ipproċessar tal-prodott ġerminali, iċ-ċentru għall-ħżin tal-prodott ġerminali jew l-istabbiliment konfinat. Fil-każ ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini, il-post tad-dispaċċ jista’ jkun l-istabbiliment li jżomm annimali donaturi. Għal prodotti oħra: kwalunkwe unità ta’ kumpanija fis-settur tal-ikel jew tal-prodotti sekondarji mill-annimali. Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti. |
|
I.12 |
Post tad-destinazzjoni |
|
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-istabbiliment, jew fejn rilevanti post ieħor, fejn ikunu se jitwasslu l-annimali jew il-prodotti għall-ħatt finali. Meta japplika, indika wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni. |
|
I.13 |
Post tat-tagħbija |
|
|
Għall-annimali biss: indika l-isem u l-indirizz tal-post fejn l-annimali jitgħabbew fil-mezz tat-trasport, u fil-każ li jiġu assemblati minn qabel, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ u n-numru tal-approvazzjoni tiegħu. Għall-prodotti: indika l-isem, l-indirizz u l-kategorija (pereżempju, stabbiliment, port jew ajruport) tal-post finali fejn il-prodotti jkunu se jitgħabbew fil-mezz tat-trasport. |
|
I.14 |
Data u ħin tat-tluq |
|
|
Indika d-data u, meta meħtieġ, il-ħin, meta l-annimali jew il-prodotti jkunu skedati li jitilqu mill-post tat-tagħbija. |
|
I.15 |
Mezzi tat-trasport |
|
|
Agħżel wieħed jew aktar mill-mezzi tat-trasport li ġejjin għall-annimali jew għall-prodotti li jkunu se jitilqu mill-pajjiż tad-dispaċċ, u indika l-identifikazzjoni(jiet) tagħhom: — inġenju tal-ajru (indika n-numru tat-titjira); — bastiment (indika l-isem u n-numru tal-bastiment. Fil-każ ta’ bastimenti tal-bhejjem, indika n-numru uniku taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni); — ferrovija (indika n-numru tal-identità tat-tren u n-numru tal-vagun); — vettura tat-triq (indika n-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler, jekk applikabbli. Fil-każ ta’ vettura tat-triq li tintuża għal vjaġġi twal, indika wkoll in-numru uniku taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni). — oħrajn (mezzi tat-trasport minbarra dawk imsemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (3)) Fil-każ ta’ mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma, agħżel “bastiment” u identifika l-vettura/i tat-triq permezz tan-numru tar-reġistrazzjoni (flimkien man-numru tat-trejler, jekk applikabbli), minbarra l-isem u n-numru tal-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma skedat. |
|
I.16 |
Trasportatur |
|
|
Din il-kaxxa tapplika biss għal annimali u għal prodotti fejn dan ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Indika l-isem, l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna/i fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi responsabbli mit-trasport. Indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni, fejn applikabbli. |
|
I.17 |
Dokumenti ta’ akkumpanjament |
|
|
Indika t-tip ta’ dokument: pereżempju permess CITES f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (4), permess għal speċijiet aljeni invażivi (IAS) f’konformità mal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra inklużi ta’ natura kummerċjali. Indika l-kodiċi uniku tad-dokumenti ta’ akkumpanjament u tal-pajjiż ta’ ħruġ. Referenzi tad-dokumenti kummerċjali: pereżempju indika n-numru tal-polza tal-ajru, in-numru tal-polza ta’ kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq. Għall-prodotti (prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali): indika r-referenza tad-dokument kummerċjali fejn din tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għas-semen, l-ovoċiti jew l-embrijuni intiżi għar-riproduzzjoni artifiċjali mibgħuta minn stabbilimenti għall-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali u ċentri għall-ħżin ta’ prodotti ġerminali: indika r-referenza tad-dokument(i) jew ċertifikat(i) uffiċjali inizjali li jakkumpanjaw is-semen, l-ovoċiti u/jew l-embrijuni ta’ din il-kunsinna lil dawk l-istabbilimenti ta’ proċessar tal-prodotti ġerminali u ċ-ċentri ta’ ħżin tal-prodotti ġerminali minn: — iċ-ċentru għall-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen u/jew — it-tim tal-ġbir jew tal-produzzjoni tal-embrijuni li jiġbor jew jipproduċi l-ovoċiti jew l-embrijuni, u/jew — l-istabbiliment għall-ipproċessar tal-prodott ġerminali fejn ikunu ġew ipproċessati u nħażnu s-semen, l-ovoċiti jew l-embrijuni, u/jew — iċ-ċentru għall-ħżin tal-prodott ġerminali fejn ikunu nħażnu s-semen, l-ovoċiti jew l-embrijuni. Għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa, u fejn applikabbli għall-ekwidi: indika n-numru tal-passaport. Għall-annimali ta’ speċijiet protetti: indika n-numru tal-permess CITES. Għall-ungulati mibgħuta minn stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ: indika n-numru/i tas-serje tad-dokument(i) u/jew taċ-ċertifikat(i) uffiċjali li abbażi tiegħu/tagħhom jinħareġ iċ-ċertifikat għal din il-kunsinna. |
|
I.18 |
Kundizzjonijiet tat-trasport |
|
|
Indika l-kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport ta’ prodotti (ambjentali, imkessħa, iffriżata). Din il-kaxxa ma tapplikax għall-annimali. |
|
I.19 |
Numru tal-kontenitur/Numru tas-siġill |
|
|
Fejn japplika, indika n-numru tal-kontenitur u n-numru tas-siġill (tista’ tindika iktar minn numru wieħed). In-numru tal-kontenitur irid ikun ipprovdut jekk l-oġġetti jkunu ttrasportati f’kontenituri magħluqa. In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Numru tas-siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontenitur, fuq it-trakk jew fuq il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat. |
|
I.20 |
Ċertifikat bħala jew għal |
|
|
Agħżel l-iskop tal-moviment tal-annimali, l-użu maħsub tal-merkanzija jew il-kategorija kif speċifikata fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni: Fertilizzanti organiċi u tejjieba tal-ħamrija: tikkonċerna ċerti prodotti sekondarji jew prodotti derivati kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Użu tekniku: prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Wirja: tikkonċerna annimali maħsuba għal wirja u għal avvenimenti sportivi, kulturali jew simili f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Prodotti għall-konsum mill-bniedem: tikkonċerna biss prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għalihom il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni teħtieġ ċertifikat. Ipproċessar ulterjuri: tikkonċerna prodotti li jridu jiġu pproċessati aktar qabel ma jitqiegħdu fis-suq kif ukoll annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li huma ddestinati għal stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard kif iddefinit fl-Artikolu 4(52) tar-Regolament (UE) 2016/429. Annimali akkwatiċi ħajjin għall-konsum mill-bniedem: annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem, jiġifieri annimali akkwatiċi li jitwasslu lill-konsumatur finali ħajjin jew ikkonsmati ħajjin. Stabbiliment konfinat: kif definit fl-Artikolu 4(48) tar-Regolament (UE) 2016/429. Stabbiliment ta’ kwarantina jew simili: kif previst fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (7) fir-rigward tal-annimali terrestri u fl-Artikolu 15 jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 (8) fir-rigward tal-annimali tal-akkwakultura. Ċirklu li jivvjaġġa /eżibizzjoni tal-annimali: kif iddefinit fl-Artikolu 2(34) u (35), rispettivament, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035. Ħelsien fl-ambjent naturali: tikkonċerna biss annimali ħajjin, li għandhom jinħelsu fl-ambjent naturali fil-post tad-destinazzjoni. Annimali ekwini reġistrati: skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2(30) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035. Żamma aktar fit-tul: annimali maħsuba għal stabbilimenti li jżommu annimali ħajjin inkluż dawk maħsuba għar-riċerka jew għal dawk li jżommu l-annimali domestiċi, ħlief jekk ikunu japplikaw għalihom skop jew kategorija aktar speċifiċi minn I.20 (eż. stabbilimenti ta’ kwarantina, konfinati eċċ.). Tinkludi wkoll annimali, li huma maħsuba sabiex jerġgħu jibnu l-istokk ta’ provvisti tal-kaċċa salvaġġa jew sabiex jinħelsu fl-ambjent naturali, jekk dawk ikunu maħsuba biex jgħaddu minn stabbiliment qabel ma jinħelsu. Ċentru ta’ purifikazzjoni: kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/691. Ċentru ta’ dispaċċ: skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/691. Żona fejn jinżammu l-molluski: skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/691. Stabbiliment tal-akkwakultura ornamentali: kif previst fl-Artikolu 17 jew fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/691. Tbiċċir: għal annimali maħsubin għal biċċerija, jew direttament jew permezz ta’ stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ. Prodotti ġerminali: skont id-definizzjoni fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (UE) 2016/429. Avveniment jew attività qrib il-fruntieri: tikkonċerna l-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma bejn l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2016/429 fejn tali movimenti jkunu għal: — użu rikreattiv qrib il-fruntieri; — esibizzjonijiet, u avvenimenti sportivi, kulturali u oħrajn simili, organizzati qrib il-fruntieri; — ragħa ta’ annimali terrestri miżmuma f’mergħat maqsuma bejn l-Istati Membri; — xogħol magħmul minn annimali terrestri miżmuma qrib il-fruntieri tal-Istati Membri. Oħra: maħsuba għal skopijiet mhux elenkati band’oħra f’din il-klassifikazzjoni, inklużi annimali akkwatiċi maħsuba għal lixka tas-sajd. |
|
I.21 |
Għal tranżitu permezz ta’ pajjiż terz |
|
|
Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ tranżitu fil-każ tat-trasport bit-triq. Agħżel il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ ħruġ jew indika l-isem tal-awtorità lokali tal-post li fih jinsab il-punt ta’ ħruġ. Agħżel il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ dħul fl-Unjoni. |
|
I.22 |
Għat-tranżitu minn Stati Membri |
|
|
Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-Istat(i) Membru/i ta’ tranżitu fil-każ tat-trasport bit-triq. |
|
I.23 |
Għall-esportazzjoni |
|
|
Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni u agħżel il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ ħruġ jew indika l-isem tal-awtorità lokali tal-post li fih jinsab il-punt ta’ ħruġ. |
|
I.24 |
Ħin mistenni tal-ivvjaġġar |
|
|
Din il-kaxxa tapplika biss għal annimali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u tirreferi għad-durata mistennija tal-vjaġġ intenzjonat iddikjarat mit-trasportatur fid-dokumentazzjoni tat-trasport f’konformità mal-Artikolu 4(1)(e) tiegħu. L-informazzjoni mdaħħla f’din il-kaxxa għandha tikkorrispondi għad-durata totali mistennija ddikjarata fit-Taqsima 1 tal-ippjanar tar-reġistru tal-vjaġġ stabbilit fl-Anness II għal dak ir-Regolament, fil-każ ta’ ekwidi domestiċi għajr ekwidi rreġistrati u annimali domestiċi ta’ speċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini soġġetti għal vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi (kif iddefiniti fil-punt (m) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament). |
|
I.25 |
Reġistru tal-vjaġġ |
|
|
Din il-kaxxa tapplika biss għal ekwidi domestiċi għajr ekwidi reġistrati u annimali domestiċi ta’ speċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini soġġetti għal vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi, kif iddefiniti fil-punt (m) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. Billi timmarka “iva”, l-IMSOC awtomatikament tiġġenera r-reġistru tal-vjaġġ li għandu jimtela u jiġi ppreżentat mill-organizzatur tal-vjaġġ f’konformità mal-Anness II għal dak ir-Regolament. |
|
I.26 |
Numru totali ta’ pakketti |
|
|
Indika n-numru totali u t-tip ta’ pakketti fil-kunsinna, fejn xieraq. Għall-annimali: in-numru ta’ kaxxi, ta’ gaġeġ, ta’ kontenituri, ta’ tankijiet, ta’ kaxxi tan-naħal jew ta’ stalel li fihom qed jiġu ttrasportati l-annimali. Għas-semen, għall-ovoċiti u għall-embrijuni intenzjonati għar-riproduzzjoni artifiċjali: in-numru ta’ kontenituri. Għall-prodotti: in-numru ta’ pakketti. Fil-każ ta’ kunsinni bl-ingrossa, din il-kaxxa mhijiex obbligatorja. |
|
I.27 |
Kwantità totali |
|
|
Għall-annimali terrestri jew għall-prodotti ġerminali: indika kif xieraq in-numru totali ta’ rjus, ta’ bajd għat-tfaqqis jew ta’ tubi straw espressi bħala unitajiet. Għall-annimali akkwatiċi: indika kif xieraq, in-numru totali ta’ annimali, ta’ bajd jew ta’ larvi espress bħala unitajiet. |
|
I.28 |
Piż totali nett/piż gross (f’kg) |
|
|
Il-piż nett totali huwa l-massa tal-annimali jew tal-oġġetti nfushom, mingħajr il-kontenituri immedjati jew kwalunkwe imballaġġ. Jiġi kkalkolat awtomatikament mill-IMSOC fuq il-bażi tal-informazzjoni mdaħħla fil-kaxxa I.30. Il-piż nett iddikjarat tal-ikel miksi għandu jkun mingħajr il-kisi. Indika l-piż gross totali, jiġifieri l-massa aggregata tal-annimali jew tal-oġġetti, flimkien mal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, iżda mingħajr il-kontenituri tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport. |
|
I.29 |
Spazju totali previst għall-kunsinna (f’m2) |
|
|
Din il-kaxxa tapplika biss għall-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. L-allokazzjonijiet tal-ispazju matul it-trasport għandhom tal-anqas jikkonformaw maċ-ċifri stipulati, fir-rigward tal-annimali u tal-mezzi tat-trasport imsemmija, fil-Kapitolu VII tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1/2005. L-informazzjoni mdaħħla f’din il-kaxxa għandha tikkorrispondi għall-ispazju totali previst għall-kunsinna ddikjarat fit-Taqsima 1 tal-ippjanar tar-reġistru tal-vjaġġ stabbilit fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1/2005, fil-każ ta’ ekwidi domestiċi għajr ekwidi reġistrati u annimali domestiċi ta’ speċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini soġġetti għal vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi (kif iddefiniti fil-punt (m) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament). |
|
I.30 |
Deskrizzjoni tal-kunsinna |
|
|
Iddikjara kwalunkwe rekwiżit speċifiku relatat mal-annimali jew man-natura/mal-ipproċessar tal-prodotti kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Għall-annimali: indika l-ispeċi, il-kategorija, il-metodu ta’ identifikazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-età, is-sess, il-kwantità jew il-piż nett, u t-test. Għan-naħal tal-għasel u għan-naħal bagħli, indika waħda minn dawn li ġejjin: irġejjen b’massimu ta’ 20 attendent, kolonji bid-duqqajs jew oħrajn. Għall-annimali akkwatiċi, indika n-numru, il-volum jew il-piż nett, kif xieraq għall-istadju tal-ħajja tagħhom. Għas-semen, għall-ovoċiti u għall-embrijuni intenzjonati għar-riproduzzjoni artifiċjali: indika — it-tip (semen, embrijuni derivati in vivo, ovoċiti derivati in vivo, embrijuni prodotti in vitro jew embrijuni mikromanipulati); — id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni; — in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni (iċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, it-tim għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni, l-istabbiliment għall-ipproċessar tal-prodott ġerminali, iċ-ċentru għall-ħżin tal-prodott ġerminali jew l-istabbiliment konfinat). Fil-każ ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini miġbur fl-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom, indika n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ dak l-istabbiliment; — il-marka ta’ identifikazzjoni fuq it-tubu straw jew fuq pakkett ieħor; — il-kwantità; — l-ispeċi, is-subspeċi (għall-annimali minn stabbilimenti konfinati, jekk meħtieġ) u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i). Għall-prodotti: indika l-ispeċi, it-tipi ta’ prodotti, it-tip ta’ trattament, in-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti flimkien mal-kodiċi ISO tal-pajjiż (biċċerija, impjant tal-ipproċessar, maħżen imkessaħ, ċentru tal-ġbir), in-numru ta’ pakketti, it-tip ta’ imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett. Speċi: indika l-isem xjentifiku jew kif iddefinit f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Tip ta’ imballaġġ: identifika t-tip ta’ imballaġġ skont id-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni Nru 21 (9) tan-NU/CEFACT (Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku). |
|
PARTI II – Ċertifikazzjoni |
|
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
|
|
L-Unjoni Ewropea |
|
|
Din il-kaxxa tirreferi għall-pajjiżi emittenti. |
|
|
Mudell taċ-ċertifikat |
|
|
Din il-kaxxa tirreferi għat-titlu speċifiku ta’ kull mudell taċ-ċertifikat. |
|
II. |
Informazzjoni dwar is-saħħa |
|
|
Din il-kaxxa tirreferi għar-rekwiżiti speċifiċi tal-Unjoni dwar is-saħħa li jkunu applikabbli għall-ispeċi tal-annimali jew għan-natura tal-prodotti ttrasportati bejn l-Istati Membri jew fi ħdan l-Unjoni. |
|
II.a |
Referenza tal-IMSOC |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2. |
|
II.b |
Referenza lokali |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2a. |
|
|
Uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni |
|
|
Din il-kaxxa tirreferi għall-firma tal-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni kif iddefinit fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Indika l-isem bl-ittri kapitali, il-kwalifika u t-titlu, fejn applikabbli, tal-firmatarju, u l-isem u l-kodiċi tal-unità ta’ kontroll, it-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti li l-firmatarju huwa assoċjat magħha u d-data tal-firma. |
|
PARTI III – Kontrolli |
|
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
|
III.1 |
Data tal-kontrolli uffiċjali |
|
|
Indika d-data meta l-veterinarju uffiċjali kif iddefinit fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 ikun wettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinna. |
|
III.2 |
Referenza tal-IMSOC |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2. |
|
III.2a |
Referenza lokali |
|
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2.a. |
|
III.3 |
Verifika ta’ dokumenti |
|
|
Dan huwa l-eżami taċ-ċertifikati, tal-attestazzjonijiet uffiċjali u ta’ dokumenti oħra li jinkludu dokumenti ta’ natura kummerċjali, li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinna, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-garanziji addizzjonali dwar is-saħħa tal-annimali għall-mard tal-Kategorija Ċ kif iddefiniti fil-punt (3) tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (11). Dan jinkludi wkoll il-verifika tal-konformità mal-miżuri nazzjonali kif rilevanti f’konformità mal-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) 2016/429. In-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri nazzjonali jfisser li l-kunsinna mhijiex sodisfaċenti. Immarka “iva” jew “le” skont kif ikun xieraq. |
|
III.4 |
Kontroll tal-identità |
|
|
Din hija spezzjoni viżwali sabiex jiġi vverifikat li l-kontenut u t-tikkettar tal-kunsinna, inklużi l-marki fuq l-annimali, is-siġilli u l-mezzi tat-trasport, jikkorrispondu għall-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikat u f’dokumenti oħra li jakkumpanjawh. Immarka “iva” jew “le” skont kif ikun xieraq. |
|
III.5 |
Kontroll fiżiku |
|
|
Din tirreferi għal kontroll fuq l-annimali jew fuq il-prodotti, u, kif xieraq, kontroll fuq l-imballaġġ, fuq il-mezz tat-trasport, fuq it-tikkettar u fuq it-temperatura, it-teħid ta’ kampjuni għall-analiżi, għall-ittestjar jew għad-dijanjożi, u kwalunkwe kontroll ieħor meħtieġ għall-verifika tal-konformità mar-regoli applikabbli. Immarka “iva” jew “le” skont kif ikun xieraq. Iddikjara n-numru tal-annimali vverifikati. |
|
III.6 |
Test tal-laboratorju |
|
|
Immarka “iva” jekk ikun sar test. Ittestjati għal: agħżel il-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih ikun sar test tal-laboratorju. — immarka “aleatorju” fejn il-kunsinna ma tkunx miżmuma sakemm ikun hemm riżultat tat-test. — immarka “suspett” fejn l-annimali jew il-prodotti jkunu ssuspettati li ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (inklużi każijiet li fihom annimali jkunu ssuspettati li jkollhom marda jew li juru sinjali ta’ mard), u jinżammu sakemm ikun hemm riżultat. — immarka “miżuri ta’ emerġenza” meta l-annimali jew il-prodotti jiġu ttestjati skont miżuri ta’ emerġenza nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli u jinżammu sakemm ikun hemm riżultat. Riżultati tat-test: — immarka “pendenti” meta jkun għadu ma ħariġx riżultat tat-test; — immarka “sodisfaċenti” jew “mhux sodisfaċenti” meta jkun disponibbli r-riżultat tat-test. |
|
III.7 |
Kontroll tat-trattament xieraq tal-annimali |
|
|
Din il-kaxxa tapplika biss għall-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. Immarka “le” meta l-annimali ma jkunx sarilhom kontroll tat-trattament xieraq tal-annimali. Immarka “sodisfaċenti” jew “mhux sodisfaċenti” meta jkunu disponibbli r-riżultati tal-kontrolli fuq l-annimali u fuq il-kundizzjonijiet tat-trasport mal-wasla. |
|
III.8 |
Nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali |
|
|
Immarka l-kaxxa/i xierqa skont in-natura tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità stabbilit(i) fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005: — l-idoneità għat-trasport (Anness I, Kapitolu I u Kapitolu VI, paragrafu 1.9); — il-mezz tat-trasport (Anness I, Kapitoli II u IV); — il-prattiki tat-trasport (Anness I, Kapitolu III); — il-limiti taż-żmien tal-ivvjaġġar (Anness I, Kapitolu V); — dispożizzjonijiet addizzjonali għal vjaġġ twil (Anness I, Kapitolu VI); — il-konċessjonijiet ta’ spazju (Anness I, Kapitolu VII); — l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur (Artikolu 6); — iċ-ċertifikat ta’ kompetenza tax-xufier (Artikolu 6(5)); — ir-rekords tar-reġistru tal-vjaġġ (fil-każ ta’ informazzjoni nieqsa jew inkonsistenti fir-reġistru tal-vjaġġ); — oħrajn (fejn ma jkun applikabbli l-ebda wieħed min-nuqqasijiet ta’ konformità msemmija hawn fuq, kompluti kif meħtieġ). |
|
III.9 |
Nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa |
|
|
Immarka l-kaxxa/i xierqa skont in-natura tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità stabbilit(i): — Ċertifikat invalidu jew nuqqas ta’ ċertifikat (meta kunsinna tiġi ttrasportata mingħajr ċertifikazzjoni jew notifika minn qabel); — Prova invalida tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur; — Nuqqas ta’ qbil bejn id-dokumenti tal-identità u dawk ta’ akkumpanjament; — Moviment mhux awtorizzat (meta miżura ta’ emerġenza tal-Unjoni jew nazzjonali taffettwa l-pajjiż(i) għall-ispeċijiet taħt kunsiderazzjoni); — Reġjun/żona/kompartiment mhux approvati; — Stabbiliment mhux approvat; — Speċi pprojbita (ipprojbita fi Stat Membru jew protetta mis-CITES); — Nuqqas ta’ garanziji addizzjonali dwar is-saħħa tal-annimali għall-mard tal-Kategorija Ċ; — Annimali morda jew suspettati li huma morda; — Riżultat(i) tat-test mhux sodisfaċenti; — Identifikazzjoni nieqsa jew mhux konformi; — Nuqqas ta’ konformità mal-miżuri nazzjonali; — Indirizz tad-destinazzjoni invalidu; — Oħrajn (fejn ma jkun applikabbli l-ebda wieħed min-nuqqasijiet ta’ konformità msemmija hawn fuq, kompluti kif meħtieġ). |
|
III.10 |
Impatt tat-trasport fuq l-annimali |
|
|
Din il-kaxxa tapplika biss għall-annimali. Numru ta’ annimali mejtin: indika kemm mietu annimali. Numru ta’ annimali mhux f’sikkithom: indika kemm annimali ma kinux f’sikkithom biżżejjed sabiex jivvjaġġaw. Numru ta’ kemm twieldu jew ta’ aborti: indika kemm-il mara welldet jew korriet matul it-trasport. Fil-każ ta’ annimali mwassla f’numri kbar (flieles ta’ ġurnata, ħut, molluski, eċċ.), agħti stima tan-numru ta’ annimali mejtin jew mhux f’sikkithom kif rilevanti. |
|
III.11 |
Azzjoni korrettiva |
|
|
Indika kwalunkwe deċiżjoni meħuda sabiex jiġi rrimedjat nuqqas ta’ konformità stabbilit wieħed jew aktar minn fost dawk indikati fil-kaxxi III. 8 u III. 9, f’konformità mal-Artikolu 138(2) tar-Regolament (UE) 2017/625: — Ħatt: il-ħatt tal-annimali u ż-żamma tagħhom f’akkommodazzjoni xierqa b’kura xierqa sakemm il-problema tiġi riżolta; — Trasferiment f’mezz ieħor tat-trasport: it-trasferiment tal-kunsinna tal-annimali jew ta’ parti minnha minn mezz tat-trasport li ma jissodisfax ir-rekwiżiti legali għal wieħed li jissodisfahom; — Kwarantina/iżolament; — Qtil umanitaju/ewtanażja (dment li jkunu l-aktar miżura xierqa sabiex tissalvagwardja s-saħħa tal-bniedem u s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali); — Qerda tal-karkassi/tal-prodotti; — Ritorn tal-kunsinna fl-Istat Membru tad-dispaċċ; — Trattament tal-annimali jew tal-prodotti; — L-użu tal-prodotti għal finijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom kienu maħsuba oriġinarjament; — Oħrajn (fejn ma tkun applikabbli l-ebda waħda mill-azzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq, kompluti kif meħtieġ). |
|
III.12 |
Segwitu għall-kwarantina jew għall-iżolament |
|
|
Għall-annimali terrestri: agħżel “qtil umanitarju/ewtanażja” jew “ħelsien” tal-annimali skont ir-riżultati tal-eżamijiet matul il-kwarantina. Għall-annimali tal-akkwakultura: agħżel “qtil umanitarju/ewtanażja” jew “ħelsien” tal-annimali skont ir-riżultati tal-eżamijiet matul l-iżolament fi stabbiliment approvat f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/691. |
|
III.13 |
Post tal-kontrolli uffiċjali |
|
|
Agħżel post ta’ spezzjoni: — Stabbiliment reġistrat; — Stabbiliment approvat; — Stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ; — Operatur li jwettaq operazzjonijiet ta’ assemblaġġ indipendentement minn stabbiliment; — Stabbiliment konfinat; — Stabbiliment tal-prodott ġerminali; — Post tal-kontroll; — Port; — Ajruport; — Tul ir-rotta; — Punt ta’ ħruġ; — “Oħrajn” (meta ma tkun tapplika l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija aktar ’il fuq). |
|
III.14 |
Veterinarju uffiċjali |
|
|
Din il-kaxxa tirreferi għall-firma tal-veterinarju uffiċjali kif iddefinit fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625. Indika l-isem bl-ittri kapitali, il-kwalifika u t-titlu, fejn applikabbli, l-isem u l-kodiċi tal-unità ta’ kontroll u d-data tal-firma. |
|
(1)
Il-kodiċi internazzjonali standard b’żewġ ittri għal pajjiż f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alpha-2; http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm
(2)
Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(3)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(4)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).
(5)
Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
(6)
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(7)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
(8)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 345).
(9)
L-aħħar verżjoni: http://www.unece.org/uncefact/codelistrecs.html
(10)
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(11)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21). |
|
KAPITOLU 3
MUDELL STANDARD TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI, IĊ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI U Ċ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI/TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI, TA’ PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI, TA’ PRODOTTI KOMPOSTI, TA’ PRODOTTI ĠERMINALI, TA’ PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI, TA’ NEBBIETA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U TA’ ŻRIERAGĦ MAĦSUBA GĦALL-PRODUZZJONI TA’ NEBBIETA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM