02020R2236 — MT — 12.08.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008 (ĠU L 442 30.12.2020, p. 410) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/617 tal-14 ta’ April 2021 |
L 131 |
41 |
16.4.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/619 tal-15 ta’ April 2021 |
L 131 |
72 |
16.4.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1329 tal-10 ta’ Awwissu 2021 |
L 288 |
48 |
11.8.2021 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2236
tas-16 ta’ Diċembru 2020
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u mudell tad-dikjarazzjoni għal dawn li ġejjin:
il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura (l-Anness I);
mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn ħlief il-konsum mill-bniedem (l-Anness II);
mudell ta’ dikjarazzjoni mill-kaptan tal-bastiment: addendum għat-trasport tal-konsenji ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar (l-Anness III).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kontenitur” tfisser kontenitur kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990;
“dgħajsa barrada” tfisser dgħajsa barrada kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990;
“lixka tas-sajd” tfisser lixka tas-sajd kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990;
“miżuri nazzjonali” tfisser miżuri nazzjonali kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990;
“ħabitat” tfisser ħabitat kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990;
“pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu elenkati” tfisser pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;
“Stat Membru, żona jew kompartiment ħielsa mill-mard” tfisser Stat Membru, żona jew kompartiment kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990;
“programm ta’ eradikazzjoni” tfisser programm ta’ eradikazzjoni kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990.
Artikolu 3
Mili taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
Artikolu 4
Rekwiżiti għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
Il-veterinarju uffiċjali għandu jimla ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid ikollu l-firma tal-veterinarju uffiċjali u t-timbru uffiċjali; il-kulur tal-firma u l-kulur tat-timbru, għajr it-timbri imbuzzati jew b’marka tal-ilma, iridu jkunu differenti mill-kulur tal-istampar;
meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun fih dikjarazzjonijiet multipli jew alternattivi, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jridu jiġu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-veterinarju uffiċjali, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jikkonsisti minn wieħed minn dawn li ġejjin:
folja waħda tal-karti;
diversi folji tal-karti fejn il-folji kollha jkunu indiviżibbli u jikkostitwixxu parti sħiħa integrata;
sekwenza ta’ paġni b’kull paġna nnumerata sabiex jiġi indikat li hija paġna partikolari f’sekwenza finita;
meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun magħmul minn sekwenza ta’ paġni kif imsemmi fil-punt (c)(iii), ta’ dan il-paragrafu, kull paġna trid tindika l-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jkollha l-firma tal-veterinarju uffiċjali u t-timbru uffiċjali;
fil-każ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji fl-Unjoni, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jakkumpanja l-konsenja sakemm din tasal fil-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni;
fil-każ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni fejn il-konsenja tiġi soġġetta għall-kontrolli uffiċjali;
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jinħareġ qabel il-konsenja, li huwa relatat magħha, tħalli l-kontroll tal-awtorità kompetenti li qed toħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;
fil-każ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jitfassal fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-dħul fl-Unjoni.
Artikolu 5
Sostituzzjoni taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
Fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel referenza ċara għall-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali, u tiddikjara b’mod ċar li qed tissostitwixxi ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali;
tindika numru ġdid għaċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jkun differenti minn dak taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali;
tindika d-data ta’ meta nħareġ, li ma tkunx l-istess bħad-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali;
tipproduċi dokument oriġinali maħruġ fuq karta, ħlief fil-każ ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni elettroniċi sottomessi fis-sistema TRACES.
Artikolu 6
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimaligħall-movimenti fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li jridu jintużaw għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi għandhom jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-annimali akkwatiċi u l-kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:
AQUA-INTRA-ESTAB imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 1 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura;
AQUA-INTRA-RELEASE mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 2 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għar-rilaxx fl-ambjent naturali;
AQUA-INTRA-HC imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem;
AQUA-INTRA-RESTRICT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 4 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew tal-mard emerġenti;
AQUA-INTRA-BAIT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 5 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għall-użu bħala lixka ħajja tas-sajd;
PAO-AQUA-INTRA-PROCESS imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 6 tal-Anness I, għall-prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin, maħsuba għal proċessar ulterjuri;
PAO-AQUA-INTRA-RESTRICT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 7 tal-Anness I, għall-prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew tal-mard emerġenti.
Artikolu 7
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn ħlief il-konsum dirett mill-bniedem
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 1(2)(b) li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra għajr il-konsum dirett mill-bniedem għandu jikkorrispondi għall-mudell AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 8
Mudell tad-dikjarazzjoni għat-trasport ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar
Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) li trid tintuża għat-trasport ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar għandha tikkorrispondi għall-mudell tal-addendum AT-AQUA-SEA mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
Dak l-addendum għandu jimtela mill-kaptan tal-bastiment u jinhemeż maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti.
Artikolu 9
Tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-Anness I fih il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:
MUDELL
AQUA-INTRA-ESTAB |
Kapitolu 1: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura |
AQUA-INTRA-RELEASE |
Kapitolu 2: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għar-rilaxx fl-ambjent naturali |
AQUA-INTRA-HC |
Kapitolu 3: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem |
AQUA-INTRA-RESTRICT |
Kapitolu 4: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew mard emerġenti |
AQUA-INTRA-BAIT |
Kapitolu 5: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-użu bħala lixka ħajja tas-sajd |
PAO-AQUA-INTRA-PROCESS |
Kapitolu 6: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ prodott li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin, maħsuba biex jiġu pproċessati ulterjorment |
PAO-AQUA-INTRA-RESTRICT |
Kapitolu 7: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew mard emerġenti |
KAPITOLU 1
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦALL-ISTABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA (MUDELL “AQUA-INTRA-ESTAB”)
KAPITOLU 2
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦAR-RILAXX FL-AMBJENT NATURALI (MUDELL “AQUA-INTRA-RELEASE”)