17.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/35
tal-10 ta' Ottubru 2014
li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
WERREJ
TITOLU I |
VALUTAZZJONI U REKWIŻITI KAPITALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJI (PILASTRU I), GOVERNANZA MTEJBA (PILASTRU II) U TRASPARENZA AKBAR (PILASTRU III) | 20 |
KAPITOLU I |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 20 |
TAQSIMA 1 |
Definizzjonijiet u prinċipji ġenerali | 20 |
TAQSIMA 2 |
Evalwazzjonijiet esterni tal-kreditu | 24 |
KAPITOLU II |
Valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet | 25 |
KAPITOLU III |
Regoli dwar dispożizzjonijiet tekniċi | 29 |
TAQSIMA 1 |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 29 |
TAQSIMA 2 |
Kwalità tad-dejta | 31 |
TAQSIMA 3 |
Metodoloġiji għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi | 32 |
SUBTAQSIMA 1 |
Suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi | 32 |
SUBTAQSIMA 2 |
Informazzjoni sottostanti għall-kalkolu tal-aħjar stimi | 34 |
SUBTAQSIMA 3 |
Projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-aħjar stima | 35 |
SUBTAQSIMA 4 |
Marġni tar-riskju | 37 |
SUBTAQSIMA 5 |
Kalkolu tal-provvedimenti tekniċi bħala total | 39 |
SUBTAQSIMA 6 |
Rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali; | 39 |
TAQSIMA 4 |
Struttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju | 40 |
SUBTAQSIMA 1 |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 40 |
SUBTAQSIMA 2 |
Struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju | 41 |
SUBTAQSIMA 3 |
Aġġustament għall-volatilità | 42 |
SUBTAQSIMA 4 |
Aġġustament ta' korrispondenza | 43 |
TAQSIMA 5 |
Linji ta' negozju | 44 |
TAQSIMA 6 |
Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet | 45 |
KAPITOLU IV |
Fondi proprji | 47 |
TAQSIMA 1 |
Determinazzjoni tal-fondi proprji | 47 |
SUBTAQSIMA 1 |
Approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari | 47 |
SUBTAQSIMA 2 |
Trattament tal-parteċipazzjonijiet tal-fondi proprji | 49 |
TAQSIMA 2 |
Klassifikazzjoni tal-fondi proprji | 50 |
TAQSIMA 3 |
Eliġibbiltà tal-fondi proprji | 58 |
SUBTAQSIMA 1 |
Fondi ring-fenced | 58 |
SUBTAQSIMA 2 |
Limiti kwantitattivi | 59 |
KAPITOLU V |
Formula standard tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza | 59 |
TAQSIMA 1 |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 59 |
SUBTAQSIMA 1 |
Kalkoli bbażati fuq ix-xenarji | 59 |
SUBTAQSIMA 2 |
Approċċ ta' trasparenza | 60 |
SUBTAQSIMA 3 |
Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali | 60 |
SUBTAQSIMA 4 |
Riskju ta' bażi materjali | 60 |
SUBTAQSIMA 5 |
Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza | 61 |
SUBTAQSIMA 6 |
Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet | 61 |
SUBTAQSIMA 7 |
Kamp ta' applikazzjoni tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni | 72 |
TAQSIMA 2 |
Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja | 72 |
TAQSIMA 3 |
riskju tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja | 87 |
TAQSIMA 4 |
Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa | 91 |
TAQSIMA 5 |
Modulu tar-riskju tas-suq | 104 |
SUBTAQSIMA 1 |
Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni | 104 |
SUBTAQSIMA 2 |
Submodulu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax | 105 |
SUBTAQSIMA 3 |
Submodulu ta' riskju tal-ekwità | 108 |
SUBTAQSIMA 4 |
Submodulu ta' riskju fuq il-propjetà | 111 |
SUBTAQSIMA 5 |
Submodulu ta' riskju tal-firxa | 111 |
SUBTAQSIMA 6 |
Submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq | 120 |
SUBTAQSIMA 7 |
Submodulu ta' riskju fuq il-valuta | 123 |
TAQSIMA 6 |
Modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti | 124 |
SUBTAQSIMA 1 |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 124 |
SUBTAQSIMA 2 |
Skoperturi tat-tip 1 | 131 |
SUBTAQSIMA 3 |
Skoperturi tat-tip 2 | 133 |
TAQSIMA 7 |
Modulu ta' assi intanġibbli | 134 |
TAQSIMA 8 |
Riskju operazzjonali | 134 |
TAQSIMA 9 |
aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti | 135 |
TAQSIMA 10 |
Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju | 136 |
TAQSIMA 11 |
Fondi ring fenced | 141 |
TAQSIMA 12 |
Parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni | 142 |
TAQSIMA 13 |
Proċedura biex jiġu aġġornati l-parametri ta' korrelazzjoni | 144 |
KAPITOLU VI |
Rekwiżit kapitali tas-solvenza — mudelli interni sħaħ u parzjali | 144 |
TAQSIMA 1 |
Definizzjonijiet | 144 |
TAQSIMA 2 |
Test tal-użu | 145 |
TAQSIMA 3 |
Standards tal-kwalità statistika | 146 |
TAQSIMA 4 |
Standards tal-kalibrazzjoni | 151 |
TAQSIMA 5 |
Integrazzjoni tal-mudelli interni parzjali | 151 |
TAQSIMA 6 |
Attribuzzjoni tal-profitt u t-telf | 152 |
TAQSIMA 7 |
Standards tal-validazzjoni | 152 |
TAQSIMA 8 |
Standards tad-dokumentazzjoni | 153 |
TAQSIMA 9 |
Mudelli u dejta esterni | 155 |
KAPITOLU VII |
Rekwiżit kapitali minimu | 155 |
KAPITOLU VIII |
Investimenti f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni | 159 |
KAPITOLU IX |
Sistema ta' governanza | 162 |
TAQSIMA 1 |
Elementi tas-sistema ta' governanza | 162 |
TAQSIMA 2 |
Funzjonijiet | 168 |
TAQSIMA 3 |
Rekwiżiti ta' idoneità | 171 |
TAQSIMA 4 |
Esternalizzazzjoni | 171 |
TAQSIMA 5 |
Politika ta' renumerazzjoni | 173 |
KAPITOLU X |
Supplimentazzjoni kapitali | 174 |
TAQSIMA 1 |
Ċirkustanzi biex tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali | 174 |
TAQSIMA 2 |
Metodoloġiji għall-kalkolu ta' supplimentazzonijiet kapitali | 175 |
KAPITOLU XI |
Estensjoni tal-perjodu ta' rkupru | 178 |
KAPITOLU XII |
Divulgazzjoni pubblika | 179 |
TAQSIMA 1 |
Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja: struttura u kontenut | 179 |
TAQSIMA 2 |
Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp; nonżvelar ta' informazzjoni | 185 |
TAQSIMA 3 |
Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp; skadenzi, mezzi ta' divulgazzjoni u aġġornamenti | 186 |
KAPITOLU XIII |
Rappurtar superviżorju regolari | 187 |
TAQSIMA 1 |
Elementi u kontenut | 187 |
TAQSIMA 2 |
Skadenzi u mezzi ta' komunikazzjoni | 193 |
KAPITOLU XIV |
Trasparenza u responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji | 194 |
KAPITOLU XV |
Veikoli bi skop speċjali | 195 |
TAQSIMA 1 |
Awtorizzazzjoni | 195 |
TAQSIMA 2 |
Kundizzjonijiet kuntrattwali mandatorji | 195 |
TAQSIMA 3 |
Sistema ta' governanza | 196 |
TAQSIMA 4 |
Rappurtar superviżorju | 197 |
TAQSIMA 5 |
Rekwiżiti ta' solvenza | 197 |
TITOLU II |
GRUPPI TAL-ASSIGURAZZJONI | 199 |
KAPITOLU I |
Kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp | 199 |
TAQSIMA 1 |
Solvenza tal-grupp għażla tal-metodu ta' kalkolu u prinċipji ġenerali | 199 |
TAQSIMA 2 |
Solvenza tal-grupp metodi ta' kalkolu | 201 |
KAPITOLU II |
Mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp konsolidat | 206 |
TAQSIMA 1 |
Mudellli interni sħaħ u parzjali użati biss għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp | 206 |
TAQSIMA 2 |
Użu ta' mudell intern għall-grupp | 208 |
KAPITOLU III |
Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal gruppi b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzat | 210 |
KAPITOLU IV |
Koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-grupp | 211 |
TAQSIMA 1 |
Kulleġġi tas-superviżuri | 211 |
TAQSIMA 2 |
Skambju ta' informazzjoni | 213 |
TAQSIMA 3 |
Supervizzjoni nazzjonali jew reġjonali tas-sottogrupp | 213 |
KAPITOLU V |
Divulgazzjoni pubblika | 214 |
TAQSIMA 1 |
Rapport dwar is-solvenza tal-grupp u l-kundizzjoni finanzjarja | 214 |
TAQSIMA 2 |
Rapport dwar is-solvenza unika u l-kundizzjoni finanzjarja | 216 |
KAPITOLU I |
Rappurtar superviżorju regolari | 217 |
TAQSIMA 1 |
Rappurtar regolari | 217 |
TAQSIMA 2 |
Rappurtar dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju u tranżazzjonijiet bejn il-gruppi | 219 |
TITOLU IIII |
EKWIVALENZA TA' PAJJIŻ TERZ U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI | 220 |
KAPITOLU I |
Impriżi li jwettqu attivitajiet ta' riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz | 220 |
KAPITOLU II |
Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz relatati | 223 |
KAPITOLU III |
Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għandhom l-impriżi prinċipali barra mill-unjoni | 224 |
KAPITOLU IV |
Dispożizzjonijiet finali | 226 |
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d- Direttiva 2009/138/KE u b'mod partikolari l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 35(9), l-Artikolu 37(6), l-Artikolu 37(7), l-Artikolu 50(1)(a), l-Artikolu 50(1)(b), l-Artikolu 50(2)(a), l-Artikolu 50(2)(b), l-Artikolu 50(3), l-Artikolu 56, l-Artikolu 75(2), l-Artikolu 75(3), l-Artikolu 86(1)(a) sa (i), l-Artikolu 86(2)(a), l-Artikolu 86(2)(b), l-Artikolu 92(1), l-Artikolu 92 (1a), l-Artikolu 97(1), l-Artikolu 97(2), l-Artikolu 99(a), l-Artikolu 99(b), l-Artikolu 109a(5), l-Artikolu 111(1)(a) sa (f), Artikolu 111(1)(g) sa (q), l-Artikolu 114(1)(a), l-Artikolu 114(1)(b), l-Artikolu 126, l-Artikolu 127, l-Artikolu 130, l-Artikolu 135(2)(a), l-Artikolu 135(2)(b), l-Artikolu 135(2)(c), l-Artikolu 135(3), l-Artikolu 143(1), l-Artikolu 172(1), l-Artikolu 211(2), l-Artikolu 216(7), l-Artikolu 217(3), l-Artikolu 227(3), l-Artikolu 234, l-Artikolu 241(a), l-Artikolu 241(b), l-Artikolu 241(c), l-Artikolu 244(4), l-Artikolu 244(5), l-Artikolu 245(4), l-Artikolu 245(5), l-Artikolu 248(7), l-Artikolu 248(8), l-Artikolu 249(3), l-Artikolu 256(4), l-Artikolu 260(2) u l-Artikolu 308b(13) tiegħu,
Billi:
(1) |
Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regoalment, għandhom jitqiesu l-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji minsuġa fin-negozju ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-piż u l-kumplessità imposti fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-profil tar-riskju tagħhom. Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-informazzjoni għandha titqies materjali jekk din l-istess informazzjoni jista' jkollha influwenza fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti previsti ta' dik l-informazzjoni. |
(2) |
Sabiex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom l-għan li jagħmlu valutazzjoni tal-kreditu huma stess fuq l-iskoperturi kollha tagħhom. Madankollu, fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess fuq l-ikbar skoperturi jew l-iktar skoperturi kumplessi li għandhom biss. |
(3) |
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżviluppaw mudelli interni li jkopru r-riskju ta' kreditu meta l-iskoperturi tagħhom ikunu materjali f'termini assoluti u meta fl-istess ħin ikollhom għadd kbir ta' kontropartijiet materjali. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom approċċ armonizzat għad-definizzjonijiet tal-iskoperturi li jkunu materjali f'termini assoluti u għadd kbir ta' kontropartijiet materjali. |
(4) |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' stimi preġudikati tar-riskju ta' kreditu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li ma jużawx mudell intern approvat biex jikkalkulaw ir-riskju ta' kreditu fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom, il-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess ma għandhomx jirriżultaw f'rekwiżiti kapitali li jkunu inqas minn dawk li jirriżultaw minn klassifikazzjonijiet esterni. |
(5) |
Sabiex tiġi evitata dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet meta l-iskoperturi jkunu għal impriża oħra tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-użu tal-klassifikazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit kapitali f'konformità mal-formula standard jista' jittiħidlu postu minn referenza għall-pożizzjoni ta' solvenza tal-kontroparti (l-approċċ tal-proporzjon ta'solvenza). Approċċ bħal dan ikun jeħtieġ kalibrazzjoni msejsa fuq Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza u ammonti eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopru lil dawn ir-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza kif inhu definit meta s- Solvenza II tkun fis-seħħ. L-approċċ tal-proporzjon tas-solvenza għandu jkun limitat għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassgurazzjoni li mhumiex klassifikati. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-valwazzjoni għal finijiet superviżorji jkunu kompatibbli mal-iżviluppi internazzjonali fil-kontabbiltà, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw metodi ta' valutazzjoni konsistenti mas-suq stipulati fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, sakemm l-impriża ma tkunx mitluba tuża metodu speċifiku ta' valutazzjoni b'rabta ma' ċerti assi jew obbligazzjonijiet jew sakemm ma jkollhiex il-permess li tuża metodi bbażati fuq il-metodu ta' valutazzjoni li tuża biex tħejji r-rapporti finanzjarji. |
(7) |
Il-valwazzjoni mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' metodi ta' valutazzjoni konsistenti mas-suq stipulati fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għandha ssegwi ġerarkija ta' valutazzjoni bi prezzijiet tas-suq ikkwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet bħala l-metodu ta' valutazzjoni ta' inadempjenza, sabiex jiġi żgurat li l-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu vvalutati bl-ammont li bih ikunu jistgħu jiġu skambjati fil-każ tal-assi jew ittrasferiti jew saldati fil-każ tal-obbligazzjonijiet bejn partijiet informati u l-partijiet disposti fi tranżazzjoni distakkata. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat mill-impriżi irrispettivament minn jekk il-metodi ta' valwazzjoni internazzjonali jew metodi ta' valwazzjoni oħrajn isegwux ġerarkija ta' valwazzjoni differenti. |
(8) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirrikonoxxu u jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-taxxa differita b'rabta mal-entrati kollha li huma rikonoxxuti għal finijiet ta' solvenza jew fil-karta bilanċjali tat-taxxa sabiex jiġi żgurat li jkunu koperti l-ammonti kollha li jistgħu jirriżultaw fi flussi ta' flus mit-taxxi futuri. |
(9) |
Il-valwazzjoni tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tinkludi l-obbligi relatati ma' negozju eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. L-obbligi marbutin ma' negozju futur ma għandhomx jiġu inklużi fil-valwazzjoni. Meta l-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludu għażliet għad-detenturi ta' polza li jistabbilixxu, iġeddu, jestendu, iżidu jew ikomplu l-kopertura tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew għażliet għall-impriżi li jwaqqfu l-kuntratt jew jemendaw il-primjums jew il-benefiċċji, għandhom jiġu ddefiniti l-limiti tal-kuntratt sabiex jiġi speċifikat jekk il-kopertura addizzjonali li tirriżulta minn dawk l-għażliet hijiex meqjusa bħala negozju eżistenti jew futur. |
(10) |
Sabiex jinstab il-valur tat-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-valwazzjoni tal-obbligi għandha tqis il-flussi tal-flus futuri marbutin ma' għażliet ta' tiġdid tal-kuntratti, irrispettivament mill-profittabbiltà tagħhom, sakemm l-għażla tat-tiġdid ma timplikax li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha l-istess drittijiet, minn perspettiva ekonomika, fuq l-istabbiliment tal-primjums jew tal-benefiċċji tal-kuntratt imġedded bħal dawk li jeżistu għal kuntratt ġdid. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li l-analiżi tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx imfixkla, il-provvedimenti tekniċi ta' portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jistgħu jkunu negattivi. Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi ma għandux ikun soġġett għal minimu ta' żero. |
(12) |
Il-valur tat-trasferiment ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jista' jkun inqas mill-valuri ta' ċediment tal-kuntratti sottostanti. Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi ma għandux ikun soġġett għal valuri ta' ċediment minimi. |
(13) |
Sabiex jintlaħqu provvedimenti tekniċi li jikkorrispondu għall-valur tat-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kalkolu tal-aħjar stima għandu jqis l-iżviluppi fil-ġejjieni, bħal dawk demografiċi, legali, mediċi, teknoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi, li jkunu se jħallu impatt fuq il-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ tal-flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi. |
(14) |
Sabiex tinstab l-aħjar stima li tikkorrispondi għall-medja bil-koeffiċjent tal-probabbiltà tal-flussi tal-flus futuri kif imsemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-projezzjoni tal-flussi tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima għandha tqis l-inċertezzi kollha fil-flussi tal-flus. |
(15) |
L-għażla tal-metodu biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima għandha tkun proporzjonata meta mqabbla mal-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji appoġġjati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-medda ta' metodi biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima tinkludi tekniki ta' simulazzjoni, deterministiċi u analitiċi. Għal ċerti kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, partikolarment meta dawn iwasslu għal benefiċċji diskrezzjonali skont xi jkun ir-redditu fuq l-investimenti jew fejn dawn jinkludu garanziji finanzjarji u għażliet kuntrattwali, il-metodi ta' simulazzjoni jistgħu jwasslu għal kalkolu aktar xieraq tal-aħjar stima. |
(16) |
Meta l-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludu garanziji u opzjonijiet finanzjarji, il-valur preżenti tal-flussi tal-flus li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti jista' jiddependi kemm fuq ir-riżultat mistenni tal-eventi u l-iżviluppi futuri kif ukoll fuq kif ir-riżultat proprju f'ċerti xenarji jista' jmur lil hinn mir-riżultat mistenni. Il-metodi użati biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima għandhom iqisu dipendenzi bħal dawn. |
(17) |
Id-definizzjoni ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri għandha tkopri l-benefiċċji tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jitħallsu flimkien mal-benefiċċji ggarantiti u li jirriżultaw minn parteċipazzjoni bil-qligħ mid-detentur ta' polza. Din ma għandhiex tkopri l-benefiċċji marbutin mal-indiċi jew mal-unità. |
(18) |
Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jiġi trasferit lil impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni oħra. B'mod partikolari, il-kalkolu għandu jqis id-diversifikazzjoni tal-portafoll kollu. |
(19) |
Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju għandu jkun imsejjes fuq projezzjoni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tikkunsidra l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali. Ma għandhomx jiġu stipulati kalkoli separati tal-marġni ta' riskju gross u nett tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u tal-veikoli bi skop speċjali. |
(20) |
L-aġġustament għar-riskju ta' kreditu għar-rati tal-imgħax bażiċi mingħajr riskju għandhom jiġu dderivati minn rati tas-suq li jkopru r-riskju ta' kreditu rifless fir-rata varjabbli tal-iswaps tar-rati tal-imgħax. Għal dan il-għan, sabiex id-determinazzjoni tal-aġġustament tiġi allinjata mal-prattika standard tas-suq u f'kundizzjonijiet tas-suq simili għal dawk fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/51/UE, b'mod partikolari għall-euro, ir-rati tas-suq għandhom jikkorrispondu għar-rati offruti bejn il-banek għal maturità ta' tliet xhur. |
(21) |
F'kundizzjonijiet tas-suq simili għal dawk fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/51/UE, meta tinstab l-aħħar maturità li għaliha s-swieq tal-bonds ma jkunx għandhom approfonditi, likwidi u trasparenti skont l-Artikolu 77a tad-Direttiva 2009/138/KE, is-suq għall-bonds denominat f'euro ma għandux jitqies bħala approfondit u likwidu meta l-volum kumulattiv tal-bonds b'maturitajiet akbar minn jew ekwivalenti għall-aħħar maturità jkun inqas minn 6 fil-mija tal-volum tal-bonds kollha f'dak is-suq. |
(22) |
Meta ma tkunx tista' tinsilet firxa tal-kreditu affidabbli mill-istatistika ta' inadempjenza, bħal fil-każ tal-iskoperturi għad-dejn sovran, il-firxa fundamentali għall-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-aġġustament ta' volatilità għandha tkun ekwivalenti għall-porzjon tal-medja fit-tul tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stipulata fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2009/138/KE. Fir-rigward tal-iskoperturi għall-gvern ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, il-klassi tal-assi għandha tkopri d-differenza bejn l-istati Membri individwali. |
(23) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fis-sejbien tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju, skont il-premessa 29 tad-Direttiva 2014/51/UE, il-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-identifikazzjoni tad-dejta użata mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) biex jiġi kkalkulat l-aġġustament għar-rati tal-iswap għar-riskju ta' kreditu, l-aġġustament tal-volatilità u l-firxa fundamentali għall-aġġustament ta' korrispondenza, għandhom jiġu ppubblikati mill-EIOPA bħala parti mill-informazzjoni teknika li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 77e(1) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(24) |
Is-segmentazzjoni tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni f'linji operatorji u gruppi ta' riskji omoġenji għandha tirrifletti l-għamla tar-riskji sottostanti għall-obbligazzjoni. L-għamla tar-riskji sottostanti tista' tiġġustifika segmentazzjoni li tvarja mill-allokazzjoni tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni għal attivitajiet ta' assigurazzjoni tal-ħajja u attivitajiet ta' asigurazzjoni mhux tal-ħajja, mill-klassijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE u mill-klassijiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(25) |
Is-sejbien ta' jekk metodu għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkunx proporzjonat meta mqabbel mal-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji għandu jinkludi valutazzjoni tal-iżball mudell tal-metodu. Iżda din il-valutazzjoni ma għandhiex tirrikjedi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jispeċifikaw l-ammont preċiż tal-iżball mudell. |
(26) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni superviżorja biex jintuża l-aġġustament ta' korrispondenza msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi għandhom jitħallew jikkunsidraw prodotti tal-assigurazzjoni eliġibbli differenti bħala portafoll wieħed, diment li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jintlaħqu fuq bażi kontinwa u ma jkunx hemm ostakoli legali għan-negozju li jkun qed jiġi organizzat u ġestit b'mod separat mil-bqija tan-negozju tal-impriżi f'portafoll wieħed. |
(27) |
L-approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari li għandhom jiġu inklużi biex jilħqu r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tkun imsejsa fuq valutazzjoni tal-kriterji rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji. Madankollu, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun qed tfittex approvazzjoni għal entrata ta' fondi proprji anċillari għandha turi lill-awtoritajiet superviżorji li l-kriterji jkunu ntlaħqu u għandha tagħti l-informazzjoni kollha lill-awtoritajiet superviżorji li dawn jistgħu jeħtieġu sabiex jagħmlu valutazzjoni bħal din. Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-fondi proprji anċillari mill-awtoritajiet superviżorji għandha ssir fuq bażi ta' każ b'każ. |
(28) |
Meta jkunu qed jikkunsidraw applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari, skont l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkunsidraw is-sustanza ekonomika u l-infurzabbiltà legali tal-entrati ta' fondi proprji anċillari li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni. |
(29) |
Il-fondi proprji tal-Grad 1 għandhom ikunu magħmula minn entrati ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità għolja u li jassorbu bis-sħiħ it-telf sabiex impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun tista' tibqa' topera bħala negozju avvjat. |
(30) |
Meta l-effett ekonomiku ta' tranżazzjoni, jew grupp ta' tranżazzjonijiet konnessi, ikun ekwivalenti għall-parteċipazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fl-ishma tagħha stess, l-eċċess tal-assi fuq l-obbligi għandu jitnaqqas biex jirrifletti l-eżistenza ta' gravami fuq dik il-parti tal-fondi proprji. |
(31) |
Il-valutazzjoni ta' jekk entrata ta' fond proprju individwali tkunx għal durata biżżejjed għandha tkun imsejsa fuq il-maturità oriġinali ta' dik l-entrata. Id-durata medja tal-fondi proprji totali ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-maturità li jifdal tal-entrati tal-fondi proprji kollha, ma għandhiex tkun sinifikattivament inqas mid-durata medja tal-obbligazzjonijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-ammont totali ta' fondi proprji tagħhom huwiex għal durata biżżejjed bħala parti mill-valutazzjoni tagħhom stess tar-riskju u s-solvenza, b'kunsiderazzjoni kemm tal-maturità oriġinali kif ukoll dik li jifdal tal-entrati ta' fondi proprji kollha u tal-obbligazzjonijiet kollha tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. |
(32) |
Il-valutazzjoni tal-assorbiment tat-telf f'każ ta' stralċ skont l-Artikolu 93 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhiex tkun imsejsa fuq paragun tal-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet ivvalutat fuq bażi ta' negozju avvjat kontra l-eċċes tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet ivvalutat bis-suppożizzjoni li l-proċedimenti ta' stralċ ikunu nfetħu b'rabta mal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
(33) |
Billi l-primjums futuri riċevibbli fuq kuntratti eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma inklużi fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, l-ammont tal-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet li huwa inkluż fil-Grad 1 ma għandux jiġi aġġustat biex jeskludi l-profitti mistennija fuq dawk il-primjums futuri. |
(34) |
L-entrati ta' fondi proprji b'karatteristiċi li jinċentivaw it-tifdija, bħal żidiet kuntrattwali fid-dividend pagabbli jew żidiet fit-rata tal-kupuni flimkien ma' opzjoni eżerċitabbli, għandhom ikunu limitati biex ikunu jistgħu jitfasslu restrizzjonijiet fuq il-ħlas lura jew it-tifdija fil-każ ta' ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u għandhom jiġu klassifikati biss bħala Grad 2 jew Grad 3. |
(35) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jaqsmu l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet f'ammonti li jikkorrispondu għal entrati tal-kapital fir-rapporti finanzjarji tagħhom u riżerva ta' rikonċiljazzjoni. Ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni tista' tkun pożittiva jew negattiva. |
(36) |
Il-lista sħiħa ta' entrati ta' fondi proprji għandha tkun stabbilita għal kull grad, inkluż il-Grad 3, biex b'hekk ikun ċar għal liema entrati l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ifittxu approvazzjoni superviżorja għall-klassifikazzjoni. |
(37) |
Il-fondi ring-fenced huma arranġamenti li, fihom, sett identifikat ta' assi u obbligazzjonijiet jiġi ġestit bħallikieku kien impriża separata, u ma għandhomx jinkludu negozju konvenzjonali marbut mal-indiċi, mal-unitajiet jew ta' riassigurazzjoni. It-trasferabbiltà mnaqqsa tal-assi ta' fond ring-fenced għandha tkun riflessa fil-kalkolu tal-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. |
(38) |
Kemm l-attivitajiet tal-assigurazzjoni kif ukoll tar-riassigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja jistgħu jirriżultaw f'fondi ring-fenced. Il-parteċipazzjoni bil-qligħ mhux bilfors timplika delimitazzjoni, u ma għandhiex titqies bħala l-karatteristika li tiddefinixxi fond ring-fenced. |
(39) |
Il-fondi ring-fenced għandhom ikunu limitati għal dawk l-arranġamenti li jnaqqsu l-kapaċità ta' ċerti entrati ta' fondi proprji li jassorbu t-telf fuq bażi ta' negozju avvjat. L-arranġamenti li jaffettwaw l-assorbiment tat-telf biss fil-każ ta' stralċ ma għandhomx jitqiesu bħala fondi ring-fenced. |
(40) |
Sabiex jiġi evitat milli l-fondi proprji jingħaddu darbtejn bejn is-settur tal-assigurazzjoni u dak bankarju fuq livell individwali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom inaqqsu mill-ammont tal-fondi proprji bażiċi kwalunkwe parteċipazzjoni f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li jaqbżu l-10 % tal-entrati ta' fondi proprji tal-Grad 1 li ma jkunu soġġetti għal ebda limitu. Il-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li flimkien jaqbżu l-istess livell limitu għandhom jitnaqqsu parzjalment fuq bażi proporzjonali. It-tnaqqis ma jkunx meħtieġ meta l-parteċipazzjonijiet ikunu strateġiċi u meta jiġi applikat il-metodu 1 stipulat fl-Anness I mad-Direttiva 2002/87/KE għal dawn l-impriżi għall-kalkolu tas-solvenza tal-grupp. |
(41) |
Il-parti l-kbira tal-ammont eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali Minimu u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandha tkun imsawra minn fondi proprji tal-Grad 1. Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-limiti ma toħloqx effetti proċikliċi potenzjali, il-limiti fuq l-ammonti eliġibbli tal-entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 3 għandhom japplikaw b'tali mod li telf fil-fondi proprji tal-Grad 1 ma jirriżultax f'telf fil-fondi proprji eliġibbli totali li jkun ikbar minn dak it-telf. Għaldaqstant, il-limiti għandhom japplikaw sakemm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu jkunu koperti bil-fondi proprji. L-entrati ta' fondi proprji li jaqbżu l-limiti ma għandhomx jingħaddu bħala fondi proprji eliġibbli. |
(42) |
Meta tfassal listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, l-EIOPA għandha tirrispetta r-rekwiżit li ma hemm ebda differenza fir-riskju bejn skoperturi għal dawn u l-iskoperturi għall-gvern ċentrali li huma stabbiliti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom minħabba s-setgħat speċifiċi ta' ġbir ta' dħul tal-gvern ċentrali u peress li jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi, li għandhom effett ta' tnaqqis tar-riskju ta' inadempjenza. L-effett tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(2)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE relatat ma' dawn il-listi huwa li l-iskoperturi diretti għall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali elenkati huma meqjusin bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni li huma stabbiliti fiha għall-finijiet tal-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq u l-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tal-formula standard. |
(43) |
Sabiex jiġi evitat milli jingħataw inċentivi ħżiena biex il-kuntratti fuq terminu twil jiġu ristrutturati bħala kuntratti li jiġġeddu għal terminu qasir, il-kejl tal-volum tar-riskju primjum mhux tal-ħajja u r-riskju primjum tas-saħħa SLT użat fil-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-sustanza ekonomika tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, u mhux fuq il-forma ġuridika tagħhom. Għalhekk, il-kejl tal-volum għandu jkopri l-primjums iggwadanjati li ma jaqbżux il-limiti tal-kuntratt tal-kuntratti eżistenti u fuq il-kuntratti li jkunu sejinkitbu fit-12-il xahar li ġejjin. |
(44) |
Peress li l-profitti mistennija inklużi fil-primjums futuri ta' kuntratti eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja huma rikonoxxuti fil-fondi proprji eliġibbli tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għandu jkopri r-riskju ta' skadenza marbut mal-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja. |
(45) |
B'rabta mar-riskju primjum, il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja u tas-saħħa għandu jkun imsejjes fuq l-ikbar primjums iggwadanjati fl-imgħoddi u dawk mistennijin fil-ġejjieni biex tiġi kkunsidrata l-inċertezza fuq il-primjums futuri ggwadanjati. Madankollu, meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun tista' tiżgura b'mod affidabbli li l-primjums futuri ggwadanjati ma jkunux se jaqbżu l-primjums mistennija, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-primjums mistennijin li jiġu ggwadanjati biss. |
(46) |
Sabiex jiġu riflessi l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju ta' skadenza tal-massa fil-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju relatat mal-opzjonijiet li impriża ċedenti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' kuntratt tar-riassigurazzjoni tista' teżerċita ma jkunx materjali għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni aċċettanti. |
(47) |
Sabiex jirrifletti l-profil tar-riskju differenti tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jitfittex fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja (saħħa SLT) u ta' negozji tal-assigurazzjoni tas-saħħa oħrajn (saħħa NSLT), il-modulu tas-sottoskrizzjoni tar-riskju tal-ħajja għandu jinkludi submoduli differenti għal dawn iż-żewġ tipi ta' assigurazzjoni. |
(48) |
Sabiex jiġu riflessi l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-immudellar tal-moduli tas-sottoskrizzjoni tar-riskju tal-ħajja u tas-saħħa SLT għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju relatat mad-dipendenza fuq il-benefiċċji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fuq l-inflazzjoni mhuwiex materjali. |
(49) |
Il-kalkoli bbażati fuq xenarju għas-submoduli tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja u tas-saħħa tal-formula standard għandhom ikunu bbażati fuq l-ispeċifikazzjoni ta' telf katastrofiku gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom iħallu lok għall-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kuntratti speċifiċi tar-riassigurazzjoni u tal-veikoli bi skop speċjali tagħhom meta jkunu qed jiddeterminaw il-bidla fil-fondi proprji bażiċi li tirriżulta mix-xenarju. |
(50) |
Sabiex jirrifletti l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju tal-obbligazzjonijiet fis-submodulu tar-riskju katastrofiku mhux tal-ħajja tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju ta' akkumulazzjoni ta' għadd kbir ta' pretensjonijiet simili li jkunu koperti mill-obbligi tal-assigurazzjoni tal-obbligi ta' partijiet terzi ma jkunx materjali. |
(51) |
Sabiex jirrifletti l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju ta' aċċident tal-massa fil-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-iskopertura tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għal riskju ta' aċċident tal-massa f'pajjiżi terzi, barra minn pajjiżi Ewropej speċifiċi, ma jkunx materjali għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi tal-assigurazzjoni soġġetti għad-Direttiva 2009/138/KE. Għandu jkun imsejjes ukoll fuq is-suppożizzjoni li r-riskju ta' aċċident tal-massa b'rabta mal-assigurazzjoni ta' kumpens tal-ħaddiema ma jkunx materjali. |
(52) |
Sabiex jirrifletti l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti fil-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti b'rabta mal-assigurazzjoni tal-ispiża medika u l-assigurazzjoni għal protezzjoni tad-dħul, barra mill-kuntratti tal-gruppi ma jkunx materjali. |
(53) |
Sabiex jirrifletti l-evidenza empirika fuq il-katastrofi naturali fil-kalibrazzjoni tal-formula standard, l-immudellar tar-riskju ta' katastrofi naturali għandu jkun imsejjes fuq diviżjonijiet ġeografiċi li jkunu omoġenji biżżejjed b'rabta mar-riskju li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu skoperti għalih. Il-ponderazzjonijiet tar-riskju għal dawk id-diviżjonijiet għandhom ikunu speċifikati b'tali mod li jkopru l-proporzjon tat-telf annwali u s-somma assigurata għal-linji operatorji rilevanti bl-użu ta' kejl tal-Valur fir-Riskju b'livell ta' fiduċja ta' 99,5 %. Il-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni bejn dawk id-diviżjonijiet ġeografiċi għandhom jintgħażlu b'tali mod li jirriflettu d-dipendenza bejn ir-riskji rilevanti fid-diviżjonijiet ġeografiċi, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe tendenza mhux lineari tad-dipendenza. |
(54) |
Sabiex il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali fil-formula standard jkopri l-iskopertura reali għar-riskju, is-somma assigurata għandha tinstab b'mod li jqis il-limiti kuntrattwali għall-kumpens għal eventi katastrofiċi. |
(55) |
Il-modulu tar-riskju tas-suq tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li s-sensittività tal-assi u l-obbligazzjonijiet għall-bidliet fil-volatilità tal-parametri tas-suq ma tkunx materjali. |
(56) |
Il-kalibrazzjoni tar-riskju tar-rata ta' interess b'maturitajiet itwal għandha tirrifletti li r-rata forward aħħarija li lejha tikkonverġi l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju tkun stabbli tul iż-żmien u tinbidel biss minħabba bidliet fl-aspettattivi fit-tul. |
(57) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-formula standard, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jidentifikaw liema mill-impriżi relatati tagħhom ikunu ta' għamla strateġika. Il-kalibrazzjoni tas-submodulu tar-riskju tal-ekwità fuq l-investimenti f'impriżi relatati li jkunu ta' għamla strateġika għandha tirrifletti t-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur tagħhom li jirriżulta mill-għamla strateġika tagħhom u mill-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati. |
(58) |
Is-submodulu tar-riskju tal-ekwità msejjes fuq id-durata ta' żmien għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-perjodu ta' parteċipazzjoni tipiku tal-investimenti tal-ekwità msemmi fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE jkun konsistenti mad-durata medja tal-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(59) |
Sabiex jiġu evitati l-effetti tal-proċikliċità, il-perjodu ta' żmien għall-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku għas-submodulu tar-riskju tal-ekwità għandu jilħaq bilanċ bejn iż-żamma tas-sensittività għar-riskju tas-submodulu u r-riflessjoni tal-objettiv tal-aġġustament simetriku. |
(60) |
Meta aġġustament ta' korrispondenza jiġi applikat fil-kalkolu tal-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fis-submodulu tar-riskju ta' firxa għandu jkopri l-impatt tal-bidliet fil-firxiet tal-assi fuq l-aġġustament ta' korrispondenza u, għalhekk, fuq il-valur tal-provvedimenti tekniċi. |
(61) |
Fid-dawl l il-profil tar-riskju tal-proprjetà li tinsab f'pajjiżi terzi mhux materjalment differnti minn dak ta' proprjetàli tinsab fl-Unjoni, is-submodulu tar-riskju tal-proprjetà tal-formula standard għandu jittratta dawn iż-żewġ tipi ta' skoperturi bl-istess mod. |
(62) |
Minħabba li r-riskju tal-konċentrazzjoni jirriżulta fil-parti l-kbira min-nuqqas ta' divesifikazzjoni fl-emittenti li għalihom ikunu skoperti l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, is-submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskji tas-suq tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-konċentrazzjoni ġeografika jew settorjali tal-assi miżmumin mil-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mhijiex materjali. |
(63) |
Il-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li, għall-iskoperturi li jistgħu jiġu ddiversifikati u meta jkun probabbli li l-kontroparti tiġi kklassifikata (skoperturi tat-tip 1), it-telf f'każ ta' inadempjenza fuq il-kontropartijiet li ma jappartjenux għall-istess grupp ikun indipendenti u t-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq il-kontropartijiet li jappartjenu għall-istess grupp ma jkunx indipendenti. |
(64) |
Sabiex jiġi żgurat li r-riskju ta' kreditu fuq il-kontropartijiet kollha li għalih ikunu skoperti l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni huwa kopert mir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kkalkulat bil-formula standard, l-iskoperturi kollha li la jkunu koperti mis-submodulu tar-riskju tal-firxiet u lanqas mill-modulu tar-riskju ta' inademjenza tal-kontropartijiet bħala skoperturi tat-tip 1, għandhom ikunu koperti mill-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet bħala skoperturi tat-tip 2. |
(65) |
Il-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet tal-formula standard għandu jirrifletti l-effett ekonomiku tal-arranġamenti kollaterali fil-każ ta' inadempjenza tal-kontroparti. B'mod partikolari, għandu jitqies jekk is-sjieda sħiħa tal-kollateral tiġix trasferita jew le. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll jekk fil-każ ta' insolvenza tal-kontroparti, is-sejbien tas-sehem proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-beni ta' insolvenza tal-kontroparti li jkunu f'eċċess tal-kollateral iqisx il-fatt li l-impriża tirċievi l-kollateral. |
(66) |
B'konsistenza mal-approċċ stipulat fl-Artikolu 104(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza għandu jinkludi modulu tar-riskju addizzjonali sabiex jiġu indirizzati r-riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-assi intanġibbli, kif inhuma rikonoxxuti u vvalutati għall-finijiet tas-solvenza, li ma jkunu koperti mkien aktar fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. |
(67) |
Il-modulu tar-riskju operazzjoanli tal-formula standard ikopri r-riskju li jirriżulta minn proċessi interni, persunal jew sistemi inadegwati jew li fallew, jew minn eventi esterni f'kalkolu bbażat fuq il-fatturament. Għal dan l-għan, dispożizzjonijiet tekniċi, primjums gwadanjati matul it-tnax-il xahar ta' qabel, u l-ispejjeż li saru matul it-tnax-il xahar ta' qabel huma kkunsidrati miżuri tal-volum xierqa biex ikun kopert dan ir-riskju. Din il-miżura tal-volum aħħarija hija rilevanti biss għal kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju huwa merfugħ mit-titolari tal-polza. Fid-dawl tal-fatt li l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni huma implimentati b'mod eteroġenu f'mudelli ta' negozju ta' assigurazzjoni differenti, dawn l-ispejjeż m'għandhomx jitqiesu fil-miżura tal-volum għall-ammont ta' spejjeż magħmula matul it-12-il xahar ta' qabel. Sabiex ikun żgurat li r-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali jkompli jilħaq il-livell ta' kunfidenza stabbilit fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE, il-modulu tar-riskju operazzjonali għandu jiġi eżaminat mill-ġdid bħala parti mir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard użati meta jiġi kkalkolat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, kif imsemmi fil-premessa (150). Din ir-reviżjoni għandh atiffoka b'mod partikulari fuq il-kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju huwa merfugħ mit-titolari tal-polza. |
(68) |
Il-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u t-taxxi differiti għandu jiżgura li ma jkunx hemm għadd doppju tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonali futuri jew mit-taxxi differiti. |
(69) |
Il-benefiċċji diskrezzjonali futuri ġeneralment ikunu aspett assoċjat mal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u s-saħħa SLT. Għaldaqstant, l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi għandu jqis l-effett tal-mitigazzjoni pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonali futuri b'rabta mar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja, mar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT, mar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa, mar-riskju tas-suq u u mar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet. Sabiex tiġi limitata l-kumplessità tal-formula standard u tal-piż tal-kalkolu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-aġġustament ma għandux japplika għar-riskji tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u l-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT. Peress li t-telf li jirriżulta minn proċessi interni li jkunu inadegwati jew li ma jkunux irnexxew, persunal jew sistemi, jew minn eventi esterni, jista' jkun li ma jiġix assorbit effettivament mill-benefiċċji diskrezzjonali futuri, l-aġġustament ma għandux japplika għar-riskju operazzjonali. |
(70) |
Ir-rikonoxximent tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandu jirrifletti s-sustanza ekonomika tat-teknika użata u għandu jkun ristrett għal tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji li jittrasferixxu b'mod effettiv ir-riskju lil hinn mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
(71) |
Il-valutazzjoni ta' jekk kienx hemm trasferiment effettiv tar-riskju għandha tqis kull aspett tat-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskji u l-arranġamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kontropartijiet tagħhom. Fil-każ ta' mitigazzjoni tar-riskji pprovduta mir-riassigurazzjoni, is-sempliċi fatt li l-probabbiltà ta' varjazzjoni sinifikanti fl-ammont jew fit-twaqqit tal-pagamenti mir-riassiguratur tkun remota ma għandux ifisser li r-riassiguratur ma jkunx assuma r-riskju. |
(72) |
Il-kalkoli msejsin fuq xenarju tal-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jkunu msejsin fuq l-impatt tal-istressijiet instantanji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx iqisu t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jiddependu fuq it-teħid ta' azzjoni fil-ġejjieni mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, bħal strateġiji dinamiċi ta' ħħeġġjar jew azzjonijiet ta' ġestjoni futuri, fiż-żmien li jkun hemm l-istress. L-istrateġiji dinamiċi ta' ħħeġġjar u l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri għandhom ikunu distinti mill-arranġamenti ta' ħħeġġjar rotanti, li fiha teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tkun attwalment fis-seħħ u tkun se tiġi sostitwita meta tiskadi ma' arranġament simili indipendentement mill-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża. |
(73) |
Sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni li fiha l-effettività ta' teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tiddgħajjef mill-eżistenza ta' riskju ta' bażi, b'mod partikolari minħabba spariġġ fil-muniti, l-impriżi għandhom jirriflettu r-riskju ta' bażi materjali fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Meta r-riskju ta' bażi materjali ma jkunx rifless fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ma għandhiex tiġi rikonoxxuta. |
(74) |
L-eżistenza ta' arranġamenti ta' parteċipazzjoni bil-qligħ, li fihom il-profitti jkunu allokati lid-detenturi jew lill-benefiċjarji ta' polza għandha tkun riflessa kif xieraq fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. |
(75) |
Meta l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għal modulu jew submodulu ta' riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarji bidirezzjonali fuq fondi proprji bażiċi, bħal fir-riskju tar-rata tal-imgħax, ir-riskju tal-munita jew ir-riskju ta' skadenza, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiddetermina liema xenarju jaffettwa bl-aktar mod ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'mod ġenerali. Meta dawn ikunu rilevanti, din id-determinazzjoni għandha tqis l-effetti tal-parteċipazzjoni bil-qligħ u d-distribuzzjoni tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-livell tal-fond ring-fenced. Ix-xenarju ddeterminat b'dan il-mod għandu jkun ix-xenarju reievanti biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal kull fond ring-fenced. |
(76) |
Sabiex ikunu jistgħu jitħejjew ir-reviżjonijiet futuri ta' parametri ta' korrelazzjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni empirika xierqa, bħal bidliet fir-rati tal-mortalità u r-rati ta' skadenza għall-obbligi tal-ħajja u l-proporzjonijiet kombinati jew proporzjonijiet run-off tal-provvedimenti għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-EIOPA għandha tirċievi dejta xierqa mingħand l-awtoritajiet superviżorji. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirċievu din id-dejta mingħand l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni bħala parti mill-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lis-superviżuri minħabba li din tkun meħtieġa għall-finijiet tas-superviżjoni u għalhekk ma għandhiex tirriżulta f'piżijiet addizzjonali għall-impriżi. |
(77) |
Meta tagħti opinjoni dwar aġġornament fil-parametri ta' korrelazzjoni, l-EIOPA għandha tqis jekk l-applikazzjoni tal-parametri ta' korrelazzjoni aġġornati mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirriżultawx f'Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ġenerali li jikkonforma mal-prinċipji fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE, u jekk id-dipendenzi bejn ir-riskji jkunux nonlineari jew jekk ikunx hemm nuqqas ta' diversifikazzjoni f'xenarji estremi, f'liema każ l-EIOPA għandha tikkunsidra miżuri alternattivi ta' dipendenza għall-finijiet tal-kalibrazzjoni tal-aġġornamenti mal-parametri ta' korrelazzjoni. |
(78) |
Aktarx li ħafna aspetti tal-mudelli interni jinbidlu maż-żmien hekk kif l-għarfien dwar l-immudellar tar-riskju jitjieb, u l-awtoritajiet superviżorji għandhom iqisu l-informazzjoni u l-prattika attwali meta jkunu qed jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom tal-mudell intern sabiex jiżguraw li dan ikun aġġornat meta mqabbel mal-iżviluppi riċenti. |
(79) |
Mudell intern jista' jkollu rwol importanti fis-sistema ta' governanza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biss jekk ikun adattat għan-negozju tal-impriża u mifhum mill-persuni li jibbażaw id-deċiżjonijiet fuq ir-riżultat tiegħu. Għalhekk it-test tal-użu għall-mudelli interni għandu jiżgura li l-mudelli interni approvati jkunu xierqa għan-negozju tal-impriża u jkunu mifhuma mill-persuni li effettivament imexxu l-impriża. |
(80) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza abbażi ta' mudell intern għandhom jużaw il-mudell intern fis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju tagħhom u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom b'tali mod li joħloq inċentivi biex tittejjeb il-kwalità tal-mudell intern innifsu. |
(81) |
Ir-rekwiżit li l-mudell intern jintuża b'mod wiesa' u jkollu rwol importanti fis-sistema ta' governanza tagħhom stipulat fl-Artikolu 120 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandux iwassal sabiex l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddependu bis-sħiħ fuq ir-riżultat tal-mudell intern. L-impriżi ma għandhomx jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom abbażi tar-riżultat tal-mudell intern mingħajr ma jikkontestaw l-adegwatezza tal-mudell. Għandhom ikunu jafu bil-limitazzjonijiet tal-mudell intern u għandhom jikkunsidrawhom fid-deċiżjonijiet tagħhom. |
(82) |
Peress li ma hemmx metodu partikolari għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbilità għall-mudelli interni ma huwa stipulat skont l-Artikolu 121(4) tad-Direttiva 2009/138/KE u peress li l-mudelli interni għandhom jiġu adattati għan-negozju speċifiku tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-mudelli interni jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti fil-metodoloġija tagħhom, fl-informazzjoni, is-suppożizzjonijiet u d-dejta użati għall-mudell intern u fil-proċessi ta' validazzjoni tagħhom. Għalhekk l-istandards tal-kwalità statistika u l-istandards ta' validazzjoni għandhom jibqgħu bbażati fuq il-prinċipji u jinkludu biss rekwiżiti minimi speċifiċi. Għall-istess raġuni, l-istandards tad-dokumentazzjoni ma għandhomx jinkludu lista sħiħa ta' dokumenti, iżda biss lista minima ta' dokumenti li għandu jkun hemm għal kull mudell intern. Id-dokumentazzjoni tal-impriżi għandha tinkludi kull informazzjoni addizzjonali neċessarja biex tinżamm konformità mal-istandards tad-dokumentazzjoni għall-mudelli interni. |
(83) |
Sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern ikun aġġornat u jirrifletti l-profil tar-riskju tagħhom bl-aħjar mod possibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu konxji mill-iżviluppi attwarji rilevanti u l-prattika tas-suq tal-immudellar tar-riskju li ġeneralment tkun aċċettata. Madankollu, dan ma jimplikax li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jadattaw dejjem il-mudell intern tagħhom għall-prattiki tas-suq li jkunu ġeneralment aċċettati. F'ħafna każijiet jista' jkun hemm bżonn li wieħed ivarja mill-prattika tas-suq ġeneralment aċċettata sabiex jiġi stabbilit mudell intern xieraq. |
(84) |
Huwa probabbli li l-mudelli interni jkunu bbażati fuq ammont kbir ta' dejta li tirriżulta minn varjetà ta' sorsi li jkunu ta' karatteristiċi u kwalità differenti. Sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tad-dejta użata għall-mudell intern, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiġbru, jipproċessaw u japplikaw id-dejta b'mod trasparenti u strutturat. |
(85) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu dwar l-istruttura tal-mudell intern li tirrifletti bl-aħjar mod ir-riskji tagħhom. Dan għandu jsir wara li jkun hemm approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji. Fil-każ ta' mudelli interni parzjali, jista' jkun aktar xieraq li l-komponenti differenti jiġu kkalkulati b'mod separat u jiġu integrati direttament fil-formula standard mingħajr ma ssir aktar aggregazzjoni fil-mudell intern. F'dan il-każ, previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà għandha tiġi kkalkulata għal kull komponent. |
(86) |
Kull teknika ta' integrazzjoni ta' mudell intern parzjali fil-formula standard biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza hija parti minn dak il-mudell intern u għandha, flimkien mal-komponenti l-oħrajn tal-mudell intern parzjali, tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(87) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari bl-użu ta' kalkolu standard irrispettivament minn jekk l-impriża tużax il-formula standard jew mudell intern biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. |
(88) |
Sabiex jiġu kkalkulati l-limitu massimu u l-limitu minimu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu msemmijin fl-Artikolu 129(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx jintalbu jikkalkulaw Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza fuq bażi trimestrali. Meta l-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu ma jaħbatx ma' kalkolu annwali tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriżi għandhom jużaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jkun ġie kkalkulat l-aħħar f'konformità mal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(89) |
F'konformità mal-prinċipju tal-“persuna prudenti” stipulat fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2009/138/KE u sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorjali, l-interessi tal-impriżi li jirripakkjaw is-self ta' titoli kummerċjabbli u strumenti finanzjarji oħrajn (oriġinaturi, sponsors jew mutwanti oriġinali) u l-interessi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu f'dawk it-titoli jew l-istrumenti għandhom jiġu allinjati. Sabiex dan l-allinjament jintlaħaq, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jitħallew jinvestu f'dawk it-titoli jew l-instrumenti biss jekk l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jżommu interess ekonomiku materjali nett fl-assi sottostanti. Ir-rekwiżit biex l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jżommu interess ekonomiku materjali nett fl-assi sottostanti, għandu japplika wkoll meta jkun hemm oriġinaturi multipli, sponsors jew mutwanti oriġinali. Biex jiġi evitat milli jkun hemm evażjoni potenzjali tar-rekwiżiti, jiġu evitati problemi ta' nuqqas ta' ftehim u sabiex il-lingwa tiġi allinjata ma' dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, it-terminu “investiment fil-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni” għandu jintuża minflok “investiment f'titoli kummerċjabbli jew strument finanzjarju ieħor imsejjes fuq self ripakkjat”. |
(90) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu fit-titolizzazzjoni għandu jkollhom fehim komprensiv u tajjeb ħafna tal-investiment u l-iskoperturi sottostanti tiegħu. Sabiex jaslu għal dan il-fehim, l-impriżi għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom dwar l-investiment biss wara li jkunu wettqu diliġenza bir-reqqa kif dovuta, li minnha għandhom jiksbu informazzjoni xierqa u għarfien dwar it-titolizzazzjoni. |
(91) |
Sabiex jiġi żgurat li r-riskji li jirriżultaw minn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkunu riflessi kif xieraq fir-rekwiżiti kapitali tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, jeħtieġ li jiġu inklużi regoli li jipprevedu trattament li jkun sensittiv għar-riskju u li jkun prudenzjalment sod għal investimenti bħal dawn, skont in-natura u l-proċess ta' sottoskrizzjoni tal-karatteristiċi sottostanti tal-iskopertuti kif ukoll dawk strutturali u ta' trasparenza. Titolizzazzjonijiet li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċifiku fis-submodulu tar-riskju ta' firxa, waqt li jirrikonoxxi il-profil tar-riskju inqas tagħhom. Fid-dawl li huma biss is-segmenti l-aktar superjuri li jikkwalifikaw għal trattament bħal dan, u meta jitqies it-titjib tal-kreditu inkorporat fil-biċċa l-kbira tas-segmenti superjuri meta mqabbel mal-pula kollha ta' skoperturi sottostanti, huwa xieraq li l-fatturi tar-riskju tal-firxa jiġu llimitati fuq tali pożizzjonijiet fil-livell tal-fattur ta' riskju tal-firxa li jkun applikabbli għal skoperturi sottostanti, jiġifieri fil-livell ta' fattur tar-riskju ta' 3 % għal kull sena tad-durata applikabbli għal self mhux klassifikat. Dan l-approċċ għandu jkun rieżaminat bħala parti mir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-metodi, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard użati meta jiġi kkalkolat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, kif imsemmi fil-premessa (150). |
(92) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe arbitraġġ regolatorju, ir-regoli dwar it-titolizzazzjoni għandhom japplikaw abbażi tal-prinċipju ta' sustanza tipprevali fuq il-forma. Għal dan il-għan hemm bżonn li jkun hemm definizzjoni ċara u komprensiva tat-titolizzazzjoni li tkopri kull tranżazzjoni jew skema li biha r-riskju ta' kreditu assoċjat ma' skopertura jew ġabra ta' skoperturi jiġi segmentat. Skopertura li toħloq obbligu ta' pagament dirett għal tranżazzjoni jew skema użata għall-finanzjament jew l-operazzjoni tal-assi fiżiċi ma għandhiex titqies bħala skopertura għal titolizzazzjoni, anki jekk it-tranżazzjoni jew l-iskema jkollha obbligazzjonijiet ta' pagamenti ta' senjorità differenti. |
(93) |
Governanza tajba hija l-bażi għal ġestjoni effettiva u soda tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif ukoll element ewlieni tal-qafas regolatorju. Is-sistema ta' governanza ta' impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tkun imsejsa fuq allokazzjoni xierqa u trasparenti ta' responsabbiltajiet superviżorji u ta' ġestjoni biex jitħalla jkun hemm teħid effettiv ta' deċiżjonijiet, jiġu evitati l-kunflitti tal-interess u tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-impriża. |
(94) |
Prinċipju bażiku ta' governanza tajba huwa li l-ebda individwu ma għandu jkollu setgħa fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr ebda xorta ta' kontroll. Għaldaqstant, qabel l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna lill-impriża, tal-inqas persuna waħda għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni. |
(95) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju, l-azzjonijiet meħudin mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinkludu l-istabbiliment, l-implimentazzjoni, iż-żamma u l-monitoraġġ tal-prattiki u l-proċeduri xierqa għall-politika tal-immaniġġjartar-riskju tal-impriża, b'kunsiderazzjoni tal-oqsma prijoritarji tan-negozju tal-impriżi. |
(96) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom kontrolli interni xierqa fis-seħħ biex jiżguraw li l-persuni kollha b'responsabbiltajiet superviżorji u operazzjonali jaġixxu f'konformità mal-objettivi tal-impriża u f'konformità mal-liġijiet, ir-Regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi applikabbli. |
(97) |
Sabiex tiġi żgurata valwazzjoni ekonomika affidabbli, preċiża u li tkun f'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, importanti li jiġu stabbiliti u implimentati kontrolli interni xierqa għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, inklużi rieżami u verifika indipendenti tal-informazzjoni, id-dejta u s-suppożizzjonijiet użati. |
(98) |
Sabiex jiġi żgurat li l-valwazzjoni tal-provvediment tekniku ssir f'konformità mal-Artikoli 76 sa 85 tad-Direttiva 2009/138/KE, is-sistema ta' governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandha tinkludi proċess ta' validazzjoni tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi. |
(99) |
Fil-kuntest tas-sistema ta' governanza, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza, individwu jew unità organizzazzjonali li jkunu qed iwettqu funzjoni għandhom ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti relatati b'mod oġġettiv u b'mod ħieles minn kwalunkwe influwenza u li jirrapportaw is-sejbiet rilevanti direttament lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju. Sabiex l-awtoritajiet superviżorji jkunu jistgħu jieħdu miżuri korrettivi fil-ħin, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinnotifikaw b'mod tempestiv lill-awtorità superviżorja bl-informazzjoni rigward il-persuni kollha li effettivament jamministraw l-impriża jew li huma responsabbli għal funzjonijiet prinċipali oħrajn u informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġu vvalutati l-idoneità u l-adegwatezza ta' dawn il-persuni. Madankollu, b'rikonoxximent tal-bżonn li jiġu evitati piżijiet żejda fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew is-superviżuri, in-notifika mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma għandhiex timplika approvazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja. Fil-każ li l-awtorità superviżorja tikkonkludi li persuna ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta' idoneità u adegwatezza stipulati fid-Direttiva 2009/138/KE, din għandu jkollha s-setgħa li titlob li l-impriża tibdel lil dik il-persuna. |
(100) |
Sabiex tiġi vvalutata r-reputazzjoni tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew li jkollhom funzjonijiet importanti oħrajn, il-kondotta mgħoddija ta' dawk il-persuni għandha tiġi mistħarrġa biex jiġi stabbilit jekk ikunux kapaċi jirrilaxxaw id-dmirijiet tagħhom b'mod effettiv skont ir-regoli, ir-regolamenti u l-linji gwida applikabbli. L-informazzjoni rigward il-kondotta mgħoddija tista' tkun informazzjoni li tinsilet minn rekords kriminali jew finanzjarji. Il-kondotta mgħoddija fin-negozju ta' persuna tista' tipprovdi indikazzjoni dwar l-integrità ta' dik il-persuna. |
(101) |
Sabiex jiġi żgurat li l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet jew l-attivitajiet issir b'mod effettiv u ma ddgħajjifx l-obbligi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom skont id-Direttiva 2009/138/KE, hemm bżonn li jiġu stipulati rekwiżiti dwar kif għandu jintgħażel il-fornitur tas-servizzi, dwar il-ftehim bil-miktub li għandu jiġi konkluż u dwar il-verifika kontinwa li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni trid tagħmel rigward il-fornitur tas-servizzi. |
(102) |
Il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni li jipprovdu inċentivi biex jittieħdu riskji li jmorru lil hinn mil-limiti approvati tat-tolleranza tar-riskji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jdgħajfu l-ġestjoni effettiva tar-riskji ta' impriżi bħal dawn. Għalhekk, hemm bżonn li jkunu previsti rekwiżiti dwar ir-remunerazzjoni għall-finijiet ta' ġestjoni soda u prudenti tan-negozju u biex jiġu evitati arranġamenti ta' remunerazzjoni li jħeġġu t-teħid ta' riskji eċċessivi. |
(103) |
L-ispeċifikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu imposti supplimentazzjonijiet kapitali u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tas-supplimentazzjonijiet kapitali jkun għodda superviżorja u prattikabbli għall-protezzjoni tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza permezz tal-kalkolu ta' Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirrifletti kif xieraq il-profil tar-riskju ġenerali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-ammonti tas-supplimentazzjonijiet kapitali għandhom valur numerikament pożittiv. L-ispeċifikazzjoni għandha tqis ukoll il-bżonn li jiġu żviluppati approċċi konsistenti u komuni għal ċirkostanzi simili. Għal dan il-għan, perċentwali u limiti ta' referenza jistgħu jintużaw bħala suppożizzjonijiet biex jiġu vvalutati d-devjazzjonijiet iżda dawn ma għandhomx ifixklu milli jinlaħaq l-objettiv prinċipali tal-istabbiliment ta' tfassil ta' supplimentazzjonijiet xierqa għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni inkwistjoni. |
(104) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta tiddeċiedi fuq jekk tiddikjarax l-eżistenza ta' sitwazzjoni avversa eċċezzjonali li taffettwa lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti mis-suq jew il-linji operazzjonali affettwati, l-EIOPA għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha fil-livell tas-suq jew il-linja operatorja affettwati, inklużi dawk stipulati f'dan ir-Regolament. |
(105) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4), fid-deċiżjoni dwar jekk il-perjodu ta' rkupru għandux jiġi estiż u fid-determinazzjoni tat-tul ta' tali estensjoni għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni partikolari, soġġett għall-massimu ta' seba' snin stipulati fl-Artikolu 138(4), l-awtorità superviżorja għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha li jkunu speċifiċi għall-impriża, inklużi dawk stipulati f'dan ir-Regolament. |
(106) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tistipula li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiżvelaw lill-pubbliku l-informazzjoni dwar il-qagħda tas-solvenza u finanzjarja tagħhom. Rekwiżiti dettaljati u armonizzati li jirregolaw l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata u l-mezzi li bihom dan għandu jsir, għandhom ikunu xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet tas-suq ekwivalenti u operat bla xkiel tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni, u biex iħaffu l-integrazzjoni effettiva tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni. |
(107) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità fil-qasam tad-divulgazzjoni pubblika ma għandhiex tirriżulta f'rekwiżit li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jintalbu jiżvelaw xi informazzjoni li ma tkunx rilevanti għan-negozju tagħhom jew li ma tkunx materjali. |
(108) |
Meta jsiru referenzi għal informazzjoni ekwivalenti żvelata pubblikament skont rekwiżiti legali jew regolatorji oħrajn, dawn għandhom iwasslu direttament għall-informazzjoni nnifisha u ma għandhomx ikunu referenza għal dokument ġenerali. |
(109) |
Meta l-awtoritajiet superviżorji jippermettu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 53(1) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, ma jiżvelawx ċerta informazzjoni, it-tali permess għandu jibqa' validu biss sakemm tibqa' teżisti r-raġuni għan-nuqqas ta' divulgazzjoni. Meta t-tali raġuni ma tibqax teżisti, u minn dakinhar 'il quddiem biss, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti. |
(110) |
Id-Direttiva 2009/138/KE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jirrikjedu l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-finijiet superviżjorji. Parti essenzjali minn dik l-informazzjoni għandha tkun l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet superviżorji fuq bażi regolari. |
(111) |
Għandhom jiġu adottati rekwiżiti dettaljati u armonizzati li jirregolaw l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fuq bażi regolari u l-mezz li bih dan għandu jintlaħaq sabiex tiġi żgurata konverġenza effettiva fil-proċess tar-rieżami superviżorju mwettaq mill-awtoritajiet superviżorji. |
(112) |
L-informazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-awtoritajiet superviżorji tinkludi r-rapport dwar il-kundizzjoni finanzjarja u ta' solvenza. Barra minn hekk, għandhom jippreżentaw ir-rapport superviżorju regolari li jinkludi informazzjoni, barra minn dik inkluża fir-rapport tal-kundizzjoni finanzjarja u ta' solvenza, li huwa meħtieġ għall-finijiet ta' superviżjoni. Għall-benefiċċju kemm tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll tal-awtoritajiet superviżorji, dawn iż-żewġ rapporti għandhom jitfasslu fuq l-istess struttura. |
(113) |
Abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirrikjedu preżentazzjoni annwali tar-rapport superviżorju regolari tagħha. Meta dan ma jkunx il-każ u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jippreżentaw ir-rapport superviżorju regolari tagħhom kull tliet snin biss, dawn xorta għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet superviżorji darba fis-sena bi kwalunkwe żvilupp kbir li jkun seħħ mill-aħħar perjodu ta' rappurtar. |
(114) |
Informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva għandha tiġi żvelata jew ippreżentata lill-awtorità superviżorja fuq bażi regolari f'forma ta' rapport narrattiv u ta' mudelli kwantitattivi. Il-mudelli kwantitattivi għandhom jispeċifikaw f'dettall akbar u, fejn ikun xieraq, iżidu mal-informazzjoni mogħtija fir-rapport narrattiv. Ir-rapport u l-mudelli għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni, li żżid mal-informazzjoni li diġà tkun ingħatat fir-rapport dwar il-qagħda finanzjarja u ta' solvenza, lill-awtoritajiet superviżorji biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom skont id-Direttiva 2009/138/KE iżda ma għandhomx jirriżultaw f'piż żejjed għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. L-ambitu tal-mudelli kwantitattivi li għandhom jiġu ppreżentati fuq bażi trimestrali għandu jkun aktar limitat mill-ambitu tal-mudelli kwantitattivi li għandhom jiġu ppreżentati fuq bażi annwali. |
(115) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità fil-qasam tar-rapportar superviżorju ma għandhiex tirriżulta f'rekwiżit li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew fergħat tagħhom stabbiliti fi ħdan l-Unjoni jippreżentaw xi informazzjoni li la tkun rilevanti għan-negozju tagħhom u lanqas tkun materjali. |
(116) |
Il-kriterji u l-metodi għall-proċess ta' rieżami superviżorju għandhom jiġu żvelati. Dawn għandhom ikopru l-mezzi u l-miżuri ġenerali li l-awtoritajiet superviżorji jużaw sabiex jeżaminaw mill-ġdid u jevalwaw il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, partikolarment sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-immaniġġjar tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif ukoll il-ħila tagħhom li jifilħu għal bidliet jew eventi avversi. |
(117) |
Id-divulgazzjoni ta' dejta statistika aggregata skont l-Artikolu 31(2)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE huwa maħsub biex jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-setturi tal-assigurazzjoni nazzjonali kif ukoll dwar l-attivitajiet importanti tal-awtoritajiet superviżorji nfushom. L-informazzjoni rilevanti għandha tkopri d-dejta relatata kemm mar-rekwiżiti kwantitattivi u kemm ma' dawk kwalitattivi, flimkien ma' dejta nazzjonali aggregata rrappurtata f'termini paragunabbli tul iż-żmien. |
(118) |
Sabiex tiġi żgurata l-paragunabbiltà tad-divulgazzjoni superviżorja, għandu jkun hemm lista definita tal-aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali dwar liema d-dejta aggregata għandha tiġi żvelata mill-awtoritajiet superviżorji bħala minimu. |
(119) |
L-iskopertura tal-veikolu bi skop speċjali dejjem għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-veikolu bi skop speċjali jkollu assi li jkunu daqs l-iskopertura tar-riskju massima aggregata tiegħu jew iktar minnha. |
(120) |
Meta veikolu bi skop speċjali jassumi riskji minn aktar minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni waħda, dak il-veikolu bi skop speċjali għandu jkun protett il-ħin kollu mill-proċedimenti ta' stralċ ta' kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni l-oħrajn li jittrasferixxu r-riskji lejn dak il-veikolu bi skop speċjali. |
(121) |
Il-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-idoneità u l-adegwatezza għall-azzjonisti jew il-membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva f'dak il-veikolu bi skop speċjali u għall-persuni li effettivament joperaw il-veikolu bi skop speċjali għandhom, fejn ikun rilevanti, jikkunsidraw rekwiżiti simili li japplikaw għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. |
(122) |
It-trasferiment tar-riskju mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal fuq dak il-veikolu bi skop speċjali u mill-veikolu bi skop speċjali lill-fornituri tad-dejn jew il-finanzjament għandu jkun ħieles minn kwalunkwe tranżazzjoni konnessa li tista' xxekkel it-trasferiment effettiv tar-riskju, pereżempju d-drittijiet kuntrattwali ta' ftehimiet ta' tpaċija jew dawk sekondarji maħsubin biex inaqqsu t-telf potenzjali jew attwali mġarrab b'riżultat tat-trasferiment tar-riskju fuq il-fornituri tad-dejn jew il-finanzjament għal fuq il-veikolu bi skop speċjali. |
(123) |
Sabiex jiġi żgurat li l-inklużjoni tal-pagamenti futuri ma xxekkilx it-trasferiment effettiv tar-riskju mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal fuq il-veikolu bi skop speċjali, importanti li n-nuqqas ta' riċevuta tal-pagamenti ma jaffettwax ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Meta jkun qed jiġi ddeterminat li m'hemm l-ebda xenarju li fih dan jista' jiġri, l-impriża għandha tikkunsidra x-xenarji kollha kkontemplati fil-ftehimiet kuntrattwali u kwalunkwe xenarju ieħor, sakemm il-probabbiltà li dawk ix-xenarji l-oħrajn jimmaterjalizzaw tkun waħda remota wisq. |
(124) |
L-Artikolu 220 tad-Direttiva 2009/138/KE jeħtieġ il-kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp li għandu jsir f'konformità mal-metodu 1 (metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà), ħlief f'każ li l-applikazzjoni esklussiva tiegħu ma tkunx xierqa. Waqt li jkun qed jivvaluta jekk il-metodu 2 (metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni) għandux jintuża minflok — jew flimkien ma' — il-metodu 1, is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra għadd ta' elementi armonizzati rilevanti. Element fosthom huwa jekk l-użu tal-metodu 1 ikunx ta' piż żejjed, u jekk l-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji tal-grupp ikunux tali li l-użu tal-metodu 2 ma jaffettwax materjalment ir-riżultati tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp. Meta jkun qed jiġi żgurat, għal dawn il-finijiet, jekk l-użu tal-metodu 2 jaffettwax materjalment ir-riżultati tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, il-metodu 2 għandu jitqabbel mal-metodu 1 bl-użu tal-fondi proprji eliġibbli tal-grupp aggregat u r-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat kkalkulati skont id-Direttiva 2009/138/KE u mhux mar-rekwiżiti ta' solvenza stipulati f'pajjiż terz ekwivalenti. |
(125) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni f'pajjiżi terzi, meta grupp jinkludi impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni f'pajjiżi terzi relatati, u f'każijiet li fihom il-Kummissjoni tkun adottat atti delegati skont il-paragrafi 4 jew 5 tal-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE li jiddeterminaw li r-reġimi ta' solvenza ta' dawk il-pajjiżi terzi huma ekwivalenti jew provviżorjament ekwivalenti, is-superviżur tal-grupp għandu jagħti prijorità lil kunsiderazzjoni bħal din meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk il-metodu 2 (metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni) għandux jintuża minflok — jew flimkien ma' — il-metodu 1 (konsolidazzjoni). |
(126) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tistipula li, meta l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw li ċerti fondi proprji eliġibbli għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni relatata ma jkunux jistgħu jsiru disponibbli effettivament biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp, dawk il-fondi proprji jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sakemm ikunu eliġibbli li jkopru ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża relatata. F'dan il-kuntest, meta jikkunsidraw jekk ċerti fondi proprji ta' impriża relatata jistgħux isiru disponibbli effettivament għall-grupp, l-awtoritajiet superviżorji għandhom isawru d-deċiżjonijiet tagħhom fuq jekk ikunx hemm xi restrizzjonijiet li jaffettwaw il-funġibbiltà tal-entrati ta' fondi proprji korrispondenti (jiġifieri, jekk humiex iddedikati biex jassorbu biss ċertu telf) jew it-trasferibbiltà tagħhom (jiġifieri jekk hemmx ostakoli sinifikanti biex l-entrati ta' fondi proprji jittieħdu mingħand entità għal oħra). Għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe interess minoritarju fil-fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni sussidjarja, impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni f'pajjiż terz, kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. |
(127) |
Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi ta' polza u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jappartjenu għal grupp ikunu protetti b'mod adegwat fil-każ ta' stralċ ta' kwalunkwe impriża inkluża fl-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp, l-entrati ta' fondi proprji li jinħarġu mill-kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u mill-kumpaniji azzjonarji finanazjarji mħallta fil-grupp ma għandhomx jitqiesu li huma ħielsa minn gravami sakemm il-pretensjonijiet marbutin ma' dawk l-entrati ta' fondi proprji ma jiġux ikklassifikati wara l-pretensjonijiet tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza kollha tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jappartjenu għall-grupp. |
(128) |
Regoli adattati għandhom jiġu pprovduti fil-livell tal-grupp għat-trattament tal-veikoli bi skop speċjali. F'dan il-kuntest, il-veikoli bi skop speċjali kif inhuma ddefiniti fid-Direttiva 2009/138/KE u li jikkonformaw mar-rekwiżiti inklużi fiha jew li huma rregolati minn awtorità superviżorja ta' pajjiż terz u jikkonformaw ma' rekwiżiti ekwivalenti, ma għandhomx ikunu kompletament ikkonsolidati. |
(129) |
Il-kalkolu tal-aħjar stima tal-provvedimenti tekniċi fil-livell tal-grupp skont il-metodu 1 (metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà) għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-total tal-aħjar stima tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti u sehem proporzjonali tal-aħjar stima għall-impriżi relatati magħha, kull waħda aġġustata għat-tranżazzjonijiet fost l-impriżi ta' grupp, ikun bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ammont li jirriżulta mill-kalkolu tal-aħjar stima għall-obbligi kkonsolidati tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fil-livell tal-grupp skont l-Artikoli 75 sa 86 tad-Direttiva 2009/138/KE. B'mod partikolari, meta jintużaw l-aħjar stimi tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi f'dak il-kalkolu, dawk l-aħjar stimi għandhom jiġu vvalutati skont dawk l-Artikoli. |
(130) |
Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju tal-provvedimenti tekniċi fil-livell tal-grupp skont il-metodu 1 (metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà) għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-grupp isir b'mod separat għal kull impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-grupp u li l-marġni ta' riskju ma jippermettix li jkun hemm diversifikazzjoni bejn ir-riskji ta' dawk l-impriżi. B'rabta mal-impriżi msemmijin fl-Artikolu 73(2) u (5) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-kalkolu għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-portafoll għall-attivitajiet tal-ħajja u mhux tal-ħajja jsir b'mod separat. |
(131) |
Il-gruppi jistgħu japplikaw għall-użu ta' żewġ tipi ta' mudelli interni biex jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat tagħhom. Meta mudell intern jintuża biss għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat, u ma jintużax biex jikkalkola r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża relatata ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fil-grupp, għandu japplika l-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-approvazzjoni ta' mudell intern użat biex jikkalkula biss ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat tingħata mis-superviżur tal-grupp b'mod li jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva dwar il-proċedura ta' approvazzjoni tal-mudelli interni użati fil-livell individwali, inkluż l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 114(2) ta' dik id-Direttiva. Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni fost il-kulleġġ tas-superviżuri, huwa neċessarju li jiġi speċifikat kif is-superviżur tal-grupp għandu jinvolvi awtoritajiet superviżorji oħrajn qabel jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni. |
(132) |
Meta grupp japplika għall-użu tal-istess mudell intern biex jikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat kif ukoll ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża relatata ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fil-grupp, għandu japplika l-Artikolu 231 tad-Direttiva 2009/138/KE. F'dan il-kuntest, sabiex jiġi żgurat li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati jikkooperaw b'mod effettiv u jieħdu deċiżjoni infurmata konġunta dwar jekk jippermettux l-użu ta' dak il-mudell intern, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni meħtieġa u dwar il-proċedura għad-deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni. |
(133) |
L-approvazzjoni tal-mudell intern użat biss għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat mogħtija abbażi tal-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhiex tinfluwenza l-permessi futuri skont l-Artikolu 231 ta' dik id-Direttiva. B'mod partikolari, kull applikazzjoni għal permess biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat flimkien mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni relatata fil-grupp abbażi ta' mudell intern li diġà jkun approvat skont l-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE għandha ssegwi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 231 ta' dik id-Direttiva. |
(134) |
Il-gruppi għandhom japplikaw għal permess biex jużaw mudell intern parzjali għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat, meta biss uħud mill-impriżi relatati jkunu inklużi fl-ambitu tal-mudell intern tal-grupp, jew b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni limitat imsemmi fl-Artikolu 112(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, jew b'rabta ma' taħlita ta' kwalunkwe wieħed minnhom. |
(135) |
Sabiex mudell intern użat biss għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat jintuża b'mod wiesa' u jkollu rwol importanti fis-sistema ta' governanza tal-grupp, ir-riżultat ta' dak il-mudell intern għandu jintuża mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li n-negozju tagħha jaqa' kompletament jew parzjalment fl-ambitu tal-mudell intern. F'dan il-kuntest, dawn l-impriżi ma għandhomx jintalbu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tal-użu bħallikieku kienu qed jużaw dak il-mudell intern għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom. Ir-rekwiżit sabiex jintlaħaq it-test tal-użu għal dawn l-impriżi għandu jkun limitat għar-riżultat ta' dak il-mudell intern u għall-finijiet ta' implimentazzjoni konsistenti tas-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju u ta' kontroll interni fil-grupp kollu. |
(136) |
Meta jivvaluta jekk ikunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 236 tad-Direttiva 2009/138/KE, is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħrajn għandhom jikkunsidraw għadd ta' kriterji rilevanti armonizzati sabiex jiżguraw superviżjoni armonizzata tas-solvenza tal-grupp għal gruppi b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzata. |
(137) |
Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti fis-superviżjoni ta' impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzata kif stipulat fl-Artikoli 237 sa 243 tad-Direttiva 2009/138/KE, huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet superviżorji fis-superviżjoni tat-tali impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. |
(138) |
Sabiex jiġi ddeterminat b'mod ċar meta tkun inqalgħet sitwazzjoni ta' emerġenza skont it-tifsira tal-Artikolu 239(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lil dik l-impriża sussidjarja tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazjoni li l-kundizzjoni finanzjarja tagħha tkun qed tiddeterjora għandha tikkunsidra għadd ta' kriterji armonizzati. |
(139) |
Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jkun pjattaforma permanenti għall-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji, it-trawwim ta' fehim komuni tal-profil tar-riskju tal-grupp u l-impriżi relatati tiegħu u l-mira lejn superviżjoni aktar effiċjenti u effettiva bbażata fuq ir-riskju kemm fil-livell tal-grupp kif ukoll fil-livell tal-individwu. F'dan il-kuntest, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-kulleġġ huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji biex fergħa titqies bħala sinifikanti għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji ta' fergħat sinifikanti fil-kulleġġ. Huwa essenzjali wkoll li jiġu armonizzati r-rekwiżiti applikabbli għall-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, sabiex titrawwem il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji. |
(140) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tirrikjedi lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni jew il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta parteċipanti biex jiżvelaw lill-pubbliku informazzjoni dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja tal-grupp. Dik id-Direttiva tippermettilhom ukoll li jipprovdu rapport wieħed dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja li jinkludi kemm l-informazzjoni ta' dak il-grupp kif ukoll l-informazzjoni dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja meħtieġa b'rabta ma' kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħhom. Dak ir-reġim għandu l-għan li jiżgura li l-azzjonisti interessati jiġu mgħarrfin kif xieraq dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja tal-gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin inaqqsu kemm ikun xieraq il-piż relatat għat-tali gruppi. F'dan il-kuntest, hemm bżonn li jiġu armonizzati r-rekwiżiti applikabbli għad-divulgazzjoni pubblika mill-gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, irrispettivament minn jekk dawk il-gruppi jużawx l-għażla li jipprovdu rapport uniku dwar il-kundizzjoni ta' solvenza u finanzjarja. |
(141) |
Għandhom jiġu adottati rekwiżiti ddettaljati u armonizzati li jirregolaw l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fuq bażi regolari mill-gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni biex tiġi żgurata konverġenza effettiva fil-proċess tar-rieżami superviżorju tas-superviżuri tal-grupp. Ir-rekwiżiti għandhom jiffaċilitaw ukoll l-iskambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri u għandhom, kemm jista' jkun possibbli, jimmiraw li jillimitaw il-piż relatat għat-tali gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. |
(142) |
Il-valutazzjoni skont l-Artikoli 172, 227 u 260 tad-Direttiva 2009/138/KE dwar jekk ir-reġim tas-solvenza jew prudenzjali ta' pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I jew jew it-Titolu III ta' dik id-Direttiva għandha tkun proċess kontinwu mwettaq bil-għan li jiġi żgurat li r-reġim tas-solvenza jew prudenzjali tal-pajjiż terz juri livell ekwivalenti għal dak stipulat fid-Direttiva ta' protezzjoni tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza. |
(143) |
Il-valutazzjoni skont l-Artikoli 172, 227 u 260 tad-Direttiva 2009/138/KE dwar jekk reġim tas-solvenza jew prudenzjali ta' pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I jew it-Titolu III ta' dik id-Direttiva għandha ssir abbażi tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament, rispettivament, fl-Artikolu 378 fir-rigward tal-Artikolu 172, fl-Artikolu 379 fir-rigward tal-Artikolu 227, u fl-Artikolu 380 fir-rigward tal-Artikolu 260. |
(144) |
Id-determinazzjoni dwar jekk il-kriterji li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-pajjiż terz ikunux ġew issodisfati għandha tkun imsejsa fuq is-sustanza tal-leġiżlazzjoni u ta' rekwiżiti regolatorji oħrajn fir-reġim tas-solvenza jew prudenzjali ta' dak il-pajjiż terz, kif ukoll kif dik il-leġiżlazzjoni u dawk ir-rekwiżiti jiġu implimentati u applikati u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji f'dak il-pajjiż terz. Id-determinazzjoni għandha tikkunsidra wkoll kemm l-awtoritajiet superviżorji fil-pajjiż terz japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità kif inhu stipulat fid-Direttiva 2009/138/KE. |
(145) |
Sabiex jiġi żgurat li l-effetti ta' sejba ta' ekwivalenza pożittiva kif inhu stipulat fl-Artikolu 172(2) u 172(3) tad-Direttiva 2009/138/KE u fl-Artikolu 211 ta' dan ir-Regolament ma jxekklux l-objettiv prinċipali tar-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, jiġifieri l-protezzjoni adegwata tal-benefiċjarji u tad-detenturi ta' polza, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 172 tad-Direttiva għandhom jinkludu l-prinċipji stipulati fit-Titolu I dwar ir-regoli ġenerali fuq il-bidu u l-eżerċitar ta' attivitajiet ta' riassigurazzjoni. |
(146) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kunsiderazzjoni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-fondi proprji eliġibbli stipulati minn pajjiż terz fid-determinazzjoni tas-solvenza tal-grupp fejn jintuża l-metodu 2 tirriżulta f'determinazzjoni tas-solvenza tal-grupp ekwivalenti għal dik li tirriżulta li kieku jintużaw jekk ir-rekwiżiti fid-Direttiva 2009/138/KE, il-kriterji għall-valwazzjoni tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 227 ta' dik id-Direttiva għandhom jinkludu l-prinċipji stipulati fit-Titolu I, Kapitolu VI dwar ir-regoli marbutin mal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, il-fondi proprji, ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza, ir-rekwiżit kapitali minimu u r-regoli dwar l-investiment. |
(147) |
Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni ta' grupp mis-superviżjoni tal-grupp fil-livell tal-Unjoni ma ddgħajjifx ir-rwol fundamentali attribwit lis-superviżjoni tal-grupp fid-Direttiva 2009/138/KE, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 260 ta' dik id-Direttiva għandhom jinkludu l-prinċipji stipulati fit-Titolu III dwar is-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp. |
(148) |
L-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji fil-pajjiżi terzi li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' ekwivalenza pożittiva jew li għalihom japplika reġim ta' ekwivalenza temporanju jew provviżorju għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw li jkun hemm fehim reċiproku ċar dwar ir-riskji u s-solvenza tal-grupp. |
(149) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista' tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' ekwivalenza pożittiva jew li għalihom japplika reġim ta' ekwivalenza temporanju jew provviżorju għandhom ikunu marbutin b'obbligi ta' segretezza professjonali. |
(150) |
Sabiex jiġi żgurat li l-formula standard tkompli tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE fuq bażi kontinwa, il-Kummissjoni se tagħmel rieżami tal-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard użati fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bil-formula standard, b'mod partikolari l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard użati fil-modulu tar-riskju tas-suq kif stipulat fit-Titolu I tal-Kapitolu V tat-Taqsima 6, inkluż rieżami tal-parametri standard għal titoli b'introjtu fiss u infrastruttura fit-tul u l-parametri standard użati għar-riskju primjum u ta' riżerva stipulati fl-Anness II, il-parametri standard għar-riskju ta' mortalità, kif ukoll is-sottosett tal-parametri standard li jistgħu jiġu sostitwiti minn parametri speċifiċi għall-impriża msemmijin fl-Artikolu 218 u l-metodi standardizzati biex jiġu kkalkulati dawn il-parametri msemmijin fl-Artikolu 220. Dan ir-rieżami għandu jisfrutta l-esperjenza miksuba mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni waqt il-perjodu tranżitorju u l-ewwel snin tal-applikazzjoni ta' dawn l-atti ddelegati, u għandu jitwettaq qabel Diċembru 2018. |
(151) |
Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju matul il-perjodu ta' introduzzjoni progressiva previst fl-Artikolu 308a tad-Direttiva 2009/138/KE, li se jibda fl-1 ta' April 2015, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
VALUTAZZJONI U REKWIŻITI KAPITALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJI (PILASTRU I), GOVERNANZA MTEJBA (PILASTRU II) U TRASPARENZA AKBAR (PILASTRU III)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TAQSIMA 1
Definizzjonijiet u prinċipji ġenerali
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“metodi alternattivi ta' valwazzjoni” tfisser metodi ta' valwazzjoni li huma konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, minbarra dawk li jużaw biss il-prezzijiet ikkwotati tas-suq għall-istess assi jew obbligazzjonijiet jew oħrajn simili; |
2. |
“analiżi tax-xenarji” tfisser l-analiżi tal-impatt ta' taħlita ta' eventi avversi; |
3. |
“obbligu tal-assigurazzjoni tas-saħħa” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
4. |
“obbligu tal-assigurazzjoni għall-ispejjeż mediċi” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-għoti jew il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (3)(i); |
5. |
“obbligu tal-assigurazzjoni għall-protezzjoni tad-dħul” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (3)(ii) barra mill-kumpens imsemmi fil-punt (3)(i); |
6. |
“obbligu tal-assigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-għoti jew il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punti (3)(i) u (ii) u li jirriżulta biss minn aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, korriment industrijali u mard okkupazzjonali; |
7. |
“obbligu tar-riassigurazzjoni tas-saħħa” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa; |
8. |
“obbligu tar-riassigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi; |
9. |
“obbligu tar-riassigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul; |
10. |
“obbligu tar-riassigurazzjoni tal-kumpens tal-ħaddiema” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-asssigurazjoni tal-kumpens tal-ħaddiema; |
11. |
“primjums kontabilizzati” tfisser, il-primjums dovuti lil impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni waqt perjodu ta' żmien speċifikat irrispettivament minn jekk it-tali primjums jistgħux ikunu marbutin, parzjalment jew kompletament, ma' kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mogħtija f'perjodu ta' żmien differenti; |
12. |
“primjums iggwadanjati” tfisser, il-primjums marbutin mar-riskju kopert mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul perjodu ta' żmien speċifikat; |
13. |
“ċediment” tfisser il-modi kollha possibbli biex polza tiġi tterminata kompletament jew parzjalment, inklużi:
|
14. |
“diskontinwità” ta' polza tal-assigurazzjoni tfisser ċediment, skadenza mingħajr valur, il-ħlas ta' kuntratt, provvedimenti awtomatiċi ta' nuqqas ta' skwalifika jew l-eżerċitar ta' opzjonijiet oħrajn ta' diskontinwità jew in-nuqqas ta' eżerċitar ta' opzjonijiet ta' kontinwità; |
15. |
“opzjonijiet ta' diskontinwità” tfisser id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detenturi ta' polza li jippermettu lil dawk id-detenturi ta' polza jitterminaw, iċedu, inaqqsu, jirrestrinġu jew jissospendu kompletament jew parzjalment il-kopertura tal-assigurazzjoni jew jippermettu l-politika tal-assigurazzjoni li tiskadi; |
16. |
“opzjonijiet ta' kontinwità” tfisser id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detenturi ta' polza li jippermettu lil dawk id-detenturi ta' polza jistabbilixxu, iġeddu, iżidu, jestendu jew ikomplu kompletament jew parzjalment il-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
17. |
“kopertura ta' mudell intern” tfisser ir-riskji li huma riflessi fil-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà li ssawwar il-mudell intern; |
18. |
“ambitu ta' mudell intern” tfisser ir-riskji li l-mudell intern ikun approvat biex ikopri; l-ambitu ta' mudell intern jista' jinkludi riskji li huma u li mhumiex riflessi fil-formula standard għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
19. |
“investiment f'titoli kummerċjabbli jew strument finanzjarju ieħor imsejjes fuq self ripakkjat” u “pożizzjoni ta' titolizzazzjoni” tfisser skopertura għal titolizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
20. |
“pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni” tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(63) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
21. |
“oriġinatur” tfisser oriġinatur fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
22. |
“sponsor” tfisser sponsor fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
23. |
“segment” tfisser segment fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(67) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
24. |
“bank ċentrali” tfisser bank ċentrali fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(46) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
25. |
“riskju ta' bażi” tfisser ir-riskju li jirriżulta mis-sitwazzjoni li fiha l-iskopertura koperta mit-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ma tikkorrispondix għall-iskopertura għar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
26. |
“arranġamenti kollaterali” tfisser arranġamenti li skonthom il-fornitur ta' kollateral jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
|
27. |
b'rabta ma' sett ta' entrati, “it-taħlitiet kollha possibbli ta' żewġ” entrati bħal dawn tfisser il-pari tal-entrati ordnati kollha minn dak is-sett; |
28. |
“arranġament ta' pula” tfisser arranġament li bih diversi impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jaqblu li jikkondividu riskji tal-assigurazzjoni identifikati fi proporzjonijiet definiti. Il-partijiet assigurati mill-membri tal-arranġament tal-pula ma jkunux membri tal-arranġament tal-pula huma stess. |
29. |
“skopertura tal-pula tat-tip A” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għal arranġament tal-pula fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula. |
30. |
“skopertura tal-pula tat-tip B” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazjoni jew tar-riassigurazzjoni għal membru ieħor ta' arranġament tal-pula fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula; |
31. |
“skopertura tal-pula tat-tip C” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun parti minn arranġament tal-pula għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra li ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula. |
32. |
“suq kbir” tfisser suq fejn tranżazzjonijiet li jinvolvu kwantità kbira ta' strumenti finanzjarji jkunu jistgħu jsiru mingħajr ma jaffettwaw b'mod sinifikanti l-prezz tal-istrumenti. |
33. |
“suq likwidu” tfisser suq fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti faċilment permezz ta' att ta' xiri jew bejgħ mingħajr ma jikkawżaw ċaqliq sinifikanti fil-prezz. |
34. |
“suq trasparenti” tfisser suq li fih l-informazzjoni attwali dwar in-negozju u l-prezzijiet tkun disponibbli faċilment għall-pubbliku, partikolarment għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
35. |
“bonusijiet diskrezzjonali futuri” u “benefiċċji diskrezzjonali futuri” jfissru benefiċċji futuri li mhumiex benefiċċji tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni barra minn dawk li jkunu marbutin mal-indiċi jew mal-unitajiet u li jkollhom dawn il-karatteristiċi:
|
36. |
“struttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju” tfisser struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju li tkun derivata bl-istess mod bħall-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju li għandha tintuża biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE iżda mingħajr applikazzjoni ta' aġġustament ta' korrispondenza jew aġġustament ta' volatilità jew aġġustament tranżitorju għall-istruttura tar-rata mingħajr riskju rilevanti skont l-Artikolu 308c ta' dik id-Direttiva; |
37. |
“portafoll tal-aġġustamenti ta' korrispondenza” tfisser portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li għalihom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza u l-portafoll assenjat tal-assi kif imsemmi fl-Artikolu 77b(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
38. |
“obbligi tas-Saħħa SLT” tfisser obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkunu assenjati għal-linji operatorji għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont l-Artikolu 55(1). |
39. |
“obbligi tas-Saħħa NSLT” tfisser obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkunu assenjati għal-linji operatorji għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja skont l-Artikolu 55(1). |
40. |
“Impriża ta' investiment kollettiv” tfisser impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertaking for collective investment in transferable securities — UCITS) kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew fond ta' investiment alternattiv (alternative investment fund — AIF) kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
41. |
b'rabta mal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, “unità tan-negojzu prinċipali” tfisser segment iddefinit tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jopera b'mod indipendenti minn partijiet oħrajn tal-impriża u li jkollu riżorsi u proċeduri ta' governanza ddedikati fl-impriża u li jinkludi riskji li jkunu materjali b'rabta man-negozju kollu tal-impriża; |
42. |
b'rabta ma' grupp tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, “unità tan-negozju prinċipali” tfisser segment iddefinit tal-grupp li jopera b'mod indipendenti minn partijiet oħrajn tal-grupp u li jkollu riżorsi u proċeduri ta' governanza ddedikati fil-grupp u li jinkludi riskji li jkunu materjali b'rabta man-negozju kollu tal-grupp; kwalunkwe entità ġuridika li tappartjeni għall-grupp hija unità tan-negozju prinċipali jew tikkonsisti minn diversi unitajiet tan-negozju prinċipali; |
43. |
“korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju” għandha tfisser, fejn fil-liġi nazzjonali tkun prevista sistema tal-bord b'żewġ livelli li tinkludi korp ta' ġestjoni u korp superviżorju, il-korp maniġerjali jew il-korp superviżorju jew dawn iż-żewġ korpi kif ikun speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jew, meta ma jkunx speċifikat l-ebda wieħed fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, il-korp maniġerjali; |
44. |
“skopertura għar-riskju massimu aggregat” tfisser it-total tal-pagamenti massimi, inklużi l-ispejjeż li l-veikoli bi skop speċjali jistgħu jġarrbu, esklużi l-ispejjeż li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
45. |
“kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti” tfisser kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu ġew rikonoxxuti obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għalih; |
46. |
“il-qligħ mistenni inkluż fil-primjums futuri” tfisser il-valur preżenti mistenni tal-flussi tal-flus futuri li jirriżultaw mill-inklużjoni fil-provvedimenti tekniċi ta' primjums relatati ma' kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti li jkunu mistennija li jiġu riċevuti fil-ġejjieni, iżda li ma jistgħux jiġu riċevuti għal kwalunkwe raġuni, ħlief meta r-raġuni tkun li seħħ l-event assigurat, irrispettivament mid-drittijiet legali jew kuntrattwali tad-detentur ta' polza biex iwaqqaf il-polza. |
47. |
“assigurazzjoni ipotekarja” tfisser assigurazzjoni tal-kreditu li tipprovdi kopertura lill-mutwanti f'każ ta' li s-self ipoketarju tagħhom jisfa inadempjenti. |
48. |
“impriża sussidjarja” tfisser kwalunkwe impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, inklużi sussidjarji tagħha; |
49. |
“impriża relatata” tfisser kwalunkwe impriża sussidjarja jew impriża oħra li fiha ssir parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma' impriża oħra permezz ta' relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE; |
50. |
“impriża regolata” tfisser “entità regolata” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
51. |
“impriża mhux regolata” tfisser kwalunkwe impriża barra minn dawk elenkati fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2002/87/KE; |
52. |
“impriża mhux regolata li twettaq attivitajiet finanzjarji” tfisser impriża mhux irregolata li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fejn dawk l-attivitajiet jikkostitwixxu parti sinifikanti mill-attività totali tagħha; |
53. |
“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża mhux regolata li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta' pproċessar tad-dejta, servizzi tas-saħħa u tal-kura jew kwalunkwe attività oħra simili li hija anċillari għall-attività prinċipali ta' waħda jew aktar minn waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
54. |
“kumpanija maniġerjali tal-UCITS” tfisser kumpanija maniġerjali fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta' investiment awtorizzata skont l-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva sakemm din ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali skont dik id-Direttiva; |
55. |
“maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv” tfisser maniġer ta' fondi ta' investiment alternattivi fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE; |
56. |
“istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
57. |
“impriża tal-assigurazzjoni domestika” tfisser impriża awtorizzata u ssorveljata minn awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE li kieku l-uffiċċju prinċipali tagħha kien jinsab fl-Unjoni; |
58. |
“impriża tar-riassigurazzjoni domestika” tfisser impriża awtorizzata u ssorveljata minn awtoritajiet superviżorji ta' pajjiż terz li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala impriża tar-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE li kieku l-uffiċċji prinċipali tagħha kienu jinsabu fl-Unjoni. |
Artikolu 2
Ġudizzju espert
1. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jagħmlu suppożizzjonijiet dwar regoli relatati mal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, il-fondi proprji, ir-rekwiżiti kapitali tas-solvenza, ir-rekwiżiti kapitali minimi u r-regoli tal-investiment, dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-għarfien espert tal-persuni bl-għarfien, l-esperjenza u l-fehim rilevanti tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tagħhom.
2. Filwaqt li jqisu kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-utenti interni tas-suppożizzjonijiet rilevanti jiġu mgħarrfin dwar il-kontenut rilevanti, il-livell ta' affidabbiltà u l-limitazzjonijiet tagħhom. Għal dak il-għan, il-fornituri tas-servizzi li jkunu ġew esternalizzati lilhom funzjonijiet jew attivitajiet jiġu kkunsidrati li huma utenti interni.
TAQSIMA 2
Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni
Artikolu 3
Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu mal-iskali tal-kwalità kreditizja
Il-livell tal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 109a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE jinkludi l-iskali tal-kwalità kreditizja minn żero sa sitta.
Artikolu 4
Rekwiżiti ġenerali dwar l-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw valutazzjoni tal-kreditu esterna għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard biss fejn din tkun inħarġet minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
2. L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinnominaw ECAI waħda jew aktar biex jintużaw għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard.
3. L-użu ta' valutazzjonijiet tal-kreditu jkun konsistenti u t-tali valutazzjonijiet ma jintużawx b'mod selettiv
4. Meta jużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn ECAI nominata għal ċerta klassi ta' entrati, tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu b'mod konsistenti għall-entrati kollha li jappartjenu għal dik il-klassi; |
(b) |
meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn ECAI nominata, tużahom b'mod konsistenti u kontinwu tul iż-żmien; |
(c) |
impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI nominata li jikkunsidraw l-ammonti kollha ta' prinċipal u ta' mgħax li jridu jingħataw lilha; |
(d) |
meta jkun hemm disponibbli biss valtazzjoni tal-kreditu waħda minn ECAI nominata għal entrata kklassifikata, dik il-valutazzjoni tal-kreditu intuża biex tiddetermina r-rekwiżiti kapitali għal dik l-entrata; |
(e) |
meta jkun hemm disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati u dawn jikkorrispondu għal parametri differenti għal entrata kklassifikata, il-valutazzjoni li tiġġenera rekwiżit kapitali ogħla tintuża; |
(f) |
meta jkun hemm disponibbli iktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għal entrata kklassifikata, jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali. Jekk l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali jkunu differenti, tintuża l-valutazzjoni li tiġġenera l-ogħla rekwiżit kapitali minn dawk iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu. Jekk l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali jkunu l-istess, intuża l-valutazzjoni li tiġġenera dak ir-rekwiżit kapitali; |
(g) |
meta jkunu disponibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw kemm valutazzjonijiet tal-kreditu mitlubin kif ukoll dawk mhux mitlubin. |
5. Meta entrata tkun parti mill-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriża tipproduċi l-valutazzjoni tal-kreditu interna tagħha stess tal-entrata u tallokaha f'waħda mis-seba' livelli fl-iskala ta' valutazzjoni tal-kwalità kreditizja. Meta l-valutazzjoni tal-kreditu interna tagħha stess tiġġenera rekwiżit kapitali aktar baxx minn dak iġġenerat mill-valutazzjonijiet tal-kreditu disponibbli mill-ECAIs nominati, il-valutazzjoni tal-kreditu interna stess ma tiġix ikkunsidrata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi ta' impriża jinkludu il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 2 kif inhu msemmi fl-Artikolu 177(3) u l-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.
Artikolu 5
Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittenti u tal-emissjoni
1. Meta tkun teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifiċi li għalihom tappartjeni l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura, tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu.
2. Meta ma jkunx hemm valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċerta entrata, iżda jkun hemm valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifiċi li ma tappartjenix għalihom l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura jew ikun hemm valutazzjoni tal-kreditu ġenerali għall-emittent, dik il-valutazzjoni tal-kreditu tintuża f'wieħed minn dawn il-każijiet:
(a) |
tipproduċi l-istess rekwiżit kapitali jew wieħed ogħla milli kien ikun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew f'livell infejuri fl-aspetti kollha bħall-programm jew il-faċilità emittenti speċifiċi jew għal skoperturi skoperta superjuri ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti; |
(b) |
tipproduċi l-istess rekwiżit kapitali jew wieħed inqas milli kien ikun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew f'livell superjuri fl-aspetti kollha bħall-programm jew il-faċilità emittenti speċifiċi jew għal skoperturi skoperti superjuri ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti. |
Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jikkunsidraw li ma hemmx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli għall-iskopertura.
3. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-emittenti fi grupp korporattiv ma jintużawx bħala valutazzjoni tal-kreditu għal emittent ieħor fil-istess grupp korporattiv.
Artikolu 6
Żewġ gradazzjonijiet tal-kreditu għall-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(4)(d), fejn ikun hemm disponibbli valutazzjoni waħda biss tal-kreditu minn ECAI nominata għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, ma tintużax dik il-valutazzjoni tal-kreditu. Ir-rekwiżiti kapitali għal dik l-entrata jiġu dderivati bħallikieku ma hemmx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli.
KAPITOLU II
VALUTAZZJONI TAL-ASSI U L-OBBLIGAZZJONIJIET
Artikolu 7
Suppożizzjonijiet ta' valutazzjoni
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet abbażi tas-suppożizzjoni li l-impriża tkun se twettaq in-negozju tagħha bħala negozju avvjat.
Artikolu 8
Kamp ta' applikazzjoni
L-Artikoli 9 sa 16 japplikaw għar-rikonoxximent u l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, ħlief għall-provvedimenti tekniċi.
Artikolu 9
Metodoloġija ta' valutazzjoni — prinċipji ġenerali
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu l-assi u l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
2. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, diment li dawk l-istandards jinkludu metodi ta' valwazzjoni li jkunu konsistenti mal-approċċ ta' valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta dawk l-istandards jippermettu li jintużaw iktar minn metodu ta' valwazzjoni wieħed, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw biss il-metodi ta' valutazzjoni li jkunu konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.
3. Meta l-metodi ta' valwazzjoni inklużi fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Reglament (KE) Nru 1606/2002 ma jkunux konsistenti b'mod permanenti jew temporanju mal-approċċ ta' valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi ta' valwazzjoni oħrajn li jitqiesu konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.
4. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, u partikolarment b'rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-rissigurazzjoni jistgħu jirrikonoxxu u jivvalutaw l-assi jew l-obbligazzjoni fuq il-bażi tal-metodu ta' valwazzjoni li jintuża biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tagħhom diment li:
(a) |
il-metodu ta' valwazzjoni jkun konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(b) |
il-metodu ta' valwazzjoni jkun proporzjonat fir-rigward tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità inerenti tar-riskji fin-negozju tal-impriża; |
(c) |
l-impriża ma tivvalutax dawk l-assi jew l-obbligazzjoni billi tuża standards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fir-rapporti finanzjarji tagħha; |
(d) |
il-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà timponi kostijiet fuq l-impriża li jkunu sproporzjonati fir-rigward tal-ispejjeż amministrattivi totali. |
5. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi individwali b'mod separat.
6. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-obbligazzjonijiet individwali b'mod separat.
Artikolu 10
Metodoloġija ta' valwazzjoni — il-ġerarkija tal-valwazzjoni
1. Meta jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 9 (1), (2) u (3) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsegwu ġerarkija ta' valwazzjoni stipulata fil-paragrafi 2 sa 7, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni meta l-parteċipanti tas-suq jieħdu dawk il-karatteristiċi f'kunsiderazzjoni meta jkunu qed jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data tal-valutazzjoni, inklużi l-kundizzjoni u l-post tal-assi jew tal-obbligazzjoni u r-restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, fuq il-bejgħ jew l-użu tal-assi.
2. Bħala l-metodu ta' valwazzjoni f'każ ta' inadempjenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet.
3. Meta l-użu ta' prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet ma jkunx possibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet li jużaw prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għal assi u obbligazzjonijiet simili b'aġġustamenti biex jirriflettu d-differenzi. Dawk l-aġġustamenti jirriflettu fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjonijiet inklużi dawn kollha li ġejjin:
(a) |
il-kundizzjoni jew il-post tal-assi jew l-obbligazzjoni; |
(b) |
kemm l-inputs ikunu relatati mal-entrati li jkunu paragunabbli mal-assi jew l-obbligazzjoni; u |
(c) |
il-volum jew il-livell tal-attività fis-swieq li fihom ikunu osservati l-inputs. |
4. L-użu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-prezzijiet ikkwotati fis-suq ikun imsejjes fuq il-kriterji għas-swieq attivi, kif inhu ddefinit fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
5. Meta ma jkunux issodisfati l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 4, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni.
6. Meta jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddependu bl-inqas mod possibbli fuq l-inputs speċifiċi għall-impriżi u jisfruttaw bis-sħiħ l-inputs tas-suq reievanti inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
il-prezzijiet ikkwotati għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi jew simili fi swieq li mhumiex attivi; |
(b) |
l-inputs barra mill-prezzijiet ikkwotati li jkunu osservabbli għall-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi rati tal-imgħax u kurvi tar-rendita osservabbli f'intervalli ġeneralment ikkwotati, volatilitajiet implikati u firxiet ta' kreditu; |
(c) |
l-inputs ikkorroborati mis-suq, li jaf ma jkunux direttament osservabbli, iżda li jkunu msejsin jew sostnuti minn dejta tas-suq osservabbli. |
Dawk l-inputs tas-suq kollha jiġu aġġustati għall-fatturi msemmija fil-paragrafu 3.
Sa fejn l-inputs osservabbli rilevanti ma jkunux disponibbli inklużi f'ċirkostanzi fejn ikun hemm attività tas-suq batuta, jekk ikun hemm affattu, għall-assi jew l-obbligazzjoni fid-data ta' valwazzjoni, l-impriżi jużaw inputs li ma jkunux osservabbli li jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi s-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju. Meta jintużaw inputs mhux osservabbli, l-impriżi jaġġustaw id-dejta li tkun speċifika għall-impriża jekk informazzjoni raġonevoli disponibbli tindika li parteċipanti fis-suq oħrajn kienu jużaw dejta differenti jew li jkun hemm xi ħaġa partikolari għall-impriża li ma tkunx disponibbli għal parteċipanti tas-suq oħrajn.
Meta jivvalutaw is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju msemmijin f'dan il-paragrafu, l-impriżi jqisu r-riskju inerenti fit-teknika ta' valwazzjoni speċifika użata biex jitkejjel il-valur ġust u r-riskju inerenti fl-inputs ta' dik it-teknika ta' valwazzjoni.
7. L-impriżi jużaw tekniki ta' valwazzjoni li huma konsistenti ma' wieħed jew aktar mill-approċċi li ġejjin meta jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni:
(a) |
approċċ tas-suq, li juża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerati minn tranżazzjonijiet tas-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew gruppi ta' assi u obbligazzjonijiet simili jew identiċi. It-tekniki ta' valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq jinkludu prezzar tal-matriċi. |
(b) |
approċċ tal-introjtu, li jikkonverti l-ammonti futuri, bħall-flussi tal-flus jew l-introjtu jew l-ispejjeż, għal ammont kurrenti wieħed. Il-valur ġust jirrifletti l-aspettattivi attwali tas-suq dwar dawk l-ammonti futuri. It-tekniki ta' valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tal-introjtu jinkludu tekniki ta' valur preżenti, mudelli ta' tal-ipprezzar tal-opzjonijiet u l-metodu ta' qligħ żejjed fuq għadd ta' perjodi; |
(c) |
l-approċċ tal-kost jew l-approċċ tal-kost tas-sostituzzjoni kurrenti jirriflettu l-ammont li jkun meħtieġ attwalment biex jissostitwixxi l-kapaċità tas-servizz ta' assi. Mill-perspettiva ta' bejjiegħ li jkun parteċipant fis-suq, il-prezz li jingħata għal assi jkun imsejjes fuq il-kost għal bejjiegħ li jkun parteċipant tas-suq biex jakkwista jew jibni assi ta' sostituzzjoni ta' kwalità paragunabbli aġġustat għall-ħruġ mill-użu. |
Artikolu 11
Rikonoxximent ta' obbligazzjonijiet kontinġenti
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jirrikonoxxu l-obbligazzjonijiet kontinġenti, kif definit fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li huma materjali, bħala obbligazzjonijiet.
2. L-obbligazzjonijiet kontinġenti jkunu materjali meta l-informazzjoni dwar id-daqs jew l-għamla attwali jew potenzjali ta' dawk l-obbligazzjonijiet tkun tista' tinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġudizzjoni tal-utent maħsub ta' dik l-informazzjoni, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 12
Metodi ta' valwazzjoni għall-avvjament u assi intanġibbli
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi li ġejjin b'valur żero:
1. |
avvjament; |
2. |
assi intanġibbli barra mill-avvjament, sakemm l-assi intanġibbli ma jkunx jista' jinbiegħ għalih u l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tkun tista' turi li hemm valur għall-istess assi jew għal assi simili derivat skont l-Artikolu 10(2), f'liema każ l-assi jiġi vvalutat skont l-Artikolu 10. |
Artikolu 13
Metodi ta' valwazzjoni għal impriżi relatati
1. Għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-assi ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati, skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-ġerarkija tal-metodi li ġejjin:
(a) |
bl-użu tal-metodu ta' valwazzjoni ta' inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
bl-użu tal-metodu tal-ekwità aġġustata msemmi fil-paragrafu 3 fejn il-valwazzjoni skont il-punt (a) ma tkunx possibbli; |
(c) |
bl-użu tal-metodu ta' valwazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10(3) ta' dan ir-Regolament jew metodi ta' valwazzjoni alternattivi skont l-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jintlaħqu:
|
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni individwali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-parteċipazzjonijiet fl-impriżi li ġejjin bil-valur żero:
(a) |
l-impriżi li jiġu esklużi mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(b) |
l-impriżi li jitnaqqsu mill-fondi proprji eliġibbli għas-solvenza tal-grupp skont l-Artikolu 229 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
3. Il-metodu tal-ekwità aġġustata msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jirrikjedi lill-impriża parteċipanti biex tivvaluta l-parteċipazzjonijiet tagħha f'impriżi relatati abbażi tas-sehem tagħha ta' eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet tal-impriża relatata miżmuma mill-impriża parteċipanti.
4. Meta tikkalkula l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet għall-impriżi relatati, l-impriża parteċipanti tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet individwali tal-impriża skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u, meta l-impriża relatata tkun impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew veikolu bi skop speċjali kif inhu msemmi fl-Artikolu 211 ta' dik id-Direttiva, il-provvedimenti tekniċi skont l-Artikoli 76 sa 85 ta' dik id-Direttiva.
5. Meta tikkalkula l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet għall-impriżi relatati li ma jkunux impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriża parteċipanti tista' tikkunsidra l-metodu tal-ekwità kif inhu preskritt fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 bħala konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet individwali skont il-paragrafu 4 ma tkunx prattikabbli. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u assi intanġibbli oħrajn li kieku jkunu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.
6. Fejn il-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament huma sodisfatti, u fejn l-użu ta' metodi ta' valutazzjoni msemmija fil-paragrafi (a) u (b) mhumiex possibbli, investimenti f'impriżi relatati jistgħu jiġu valutati fuq il-bażi ta' metodu ta' valutazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tuża biex tħejji r-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tagħha. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u assi intanġibbli oħrajn li kieku jkunu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Metodi ta' valwazzjoni għall-obbligazzjonijiet speċifiċi
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalwaw l-obbligazzjonijiet finanzjarji, kif imsemmi fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kumissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, skont dawk skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament meta jkun hemm ir-rikonoxximent inizjali. Ma jkunx hemm aġġustament sussegwenti biex tiġi kkunsidrata l-bidla fl-affidabbiltà kreditizja proprja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni wara r-rikonoxximent inizjali.
2. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalwaw l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jkunu ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 11. Il-valur tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jkun daqs il-valur preżenti mistenni tal-flussi tal-flus futuri meħtieġ biex tiġi saldata l-obbligazzjoni kontinġenti tul il-ħajja ta' dik l-obbligazzjoni kontinġenti, billi tintuża l-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskju.
Artikolu 15
Taxxi differiti
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu u jivvalutaw it-taxxi differiti b'rabta mal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha, inklużi l-provvedimenti tekniċi, li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-solvenza u tat-taxxa skont l-Artikolu 9.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw it-taxxi differiti, minbarra l-assi taxxi differiti li jirriżultaw mir-riport tal-krediti tat-taxxa mhux użati u r-riport tat-telf mit-taxxa mhux użat, fuq il-bażi tad-differenza bejn il-valuri attribwiti lill-assi u lill-obbligazzjonijiet kif jiġu rikonoxxuti u vvalutati skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u fil-każ ta' provvedimenti tekniċi skont l-Artikoli 76 sa 85 ta' dik id-Direttiva u l-valuri attribwiti lill-assi u l-obbligazzjonijiet kif jiġu rikonoxxuti u vvalutati għall-finijiet tat-taxxa.
3. L-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tattribwixxi valur pożittiv lit-taxxi differiti biss meta jkun probabbli li l-qligħ taxxabbli futur se jkun disponibbli u li se jkun jista' jintuża kontrih l-assi tat-taxxa differita, filwaqt li jiġi kkunsidrat kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju fuq il-limiti taż-żmien marbutin mar-riport tat-telf mit-taxxa mhux użata jew ir-riport tal-krediti tat-taxxa mhux użati.
Artikolu 16
Esklużjoni tal-metodi ta' valwazzjoni
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji b'kost jew b'kost amortizzat.
2. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma japplikawx il-mudelli ta' valwazzjoni li jivvalutaw fil-limitu inferjuri tal-ammont riportat u l-valur ġust meta jitnaqqsu il-kostijiet tal-bejgħ.
3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx il-proprjetà, il-proprjetà ta' investiment, l-impjant u t-tagħmir b'mudelli tal-kost meta l-valur tal-assi jkun iddeterminat bħala kost meta jitnaqqsu d-deprezzament u l-indeboliment.
4. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu lokatarji f'lokazzjoni finanzjarja jew lokaturi jikkonformaw ma' dan li ġej meta jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet f'arranġament lokatizju:
(a) |
l-assi lokatarji jiġu vvalutati b'valur ġust; |
(b) |
għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur preżenti tal-pagamenti minimi tal-lokazzjoni, jintużaw inputs konsistenti tas-suq u ma jsir l-ebda aġġustament sussegwenti biex tiġi kkunsidrata l-affidabbiltà kreditizja proprja tal-impriża; |
(c) |
il-valutazzjoni skont il-kost deprezzat ma tiġix applikata. |
5. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġustaw il-valur realizzabbli nett għall-inventarji skont il-kost stmat għall-ikkompletar u l-kostijiet stmati meħtieġa biex isir il-bejgħ meta dawk il-kostijiet ikunu materjali. Dawk il-kostijiet jitqiesu materjali meta n-nuqqas ta' inklużjoni tagħhom ikun jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti tal-karta bilanċjali, inklużi l-awtoritajiet superviżorji. Ma tiġix applikata l-valutazzjoni b'kost.
6. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx l-għotjiet mhux monetarji b'ammont nominali.
7. Meta jivvalutaw l-assi bijoloġiċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġustaw il-valur billi jżidu l-kostijiet stmati għall-bejgħ jekk il-kostijiet stmati għall-bejgħ ikunu materjali.
KAPITOLU III
REGOLI MARBUTIN MAL-PROVVEDIMENTI TEKNIĊI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 17
Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni
Għall-kalkolu tal-aħjar stima u l-marġni ta' riskju tal-provvedimenti tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fid-data li fiha l-impriża ssir parti fil-kuntratt li minnu jirriżulta l-obbligu jew id-data li fiha tibda l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, skont liema data tiġi l-ewwel. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu biss l-obbligi fiil-limiti tal-kuntratt.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biss meta dan jiġi saldat, skarikat, ikkanċellat jew meta jiskadi.
Artikolu 18
Limitu ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni
1. Il-limiti ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu ddefiniti skont il-paragrafi 2 sa 7.
2. L-obbligi kollha marbutin mal-kuntratt, inklużi l-obbligi marbutin mad-drittijiet unilaterali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biex iġġedded jew testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt u l-obbligi marbutin mal-primjums imħallsin, jappartjenu għall-kuntratt sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-paragrafi 3 sa 6.
3. L-obbligi marbutin ma' kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jingħataw mill-impriża wara xi waħda minn dawn id-dati li ġejjin ma jibqgħux jappartjenu għall-kuntratt, sakemm l-impriża ma tkunx tista' ġġiegħel lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum għal dawk l-obbligi:
(a) |
id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li tittermina l-kuntratt; |
(b) |
id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha d-dritt unilaterali li tirrifjuta primjums pagabbli skont il-kuntratt; |
(c) |
id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li temenda l-primjums jew il-benefiċċji pagabbli skont il-kuntratt b'tali mod li l-primjums jirriflettu kompletament ir-riskji. |
Il-punt (c) jitqies li japplika meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li temeda, f'data futura, il-primjums jew il-benefiċċji ta' portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'tali mod li l-primjums tal-portafoll jirriflettu bis-sħiħ ir-riskji koperti mill-portafoll.
Madankollu, fil-każ ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta titwettaq valutazzjoni tar-riksju individwali tal-obbligi marbutin mal-persuna assigurata tal-kuntratt fil-bidu tal-kuntratt u li dik il-valutazzjoni ma tkunx tista tiġi ripetuta qabel ma jiġu emendati l-primjums jew il-benefiċċji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw, fil-livell tal-kuntratt, jekk il-primjums jirriflettux bis-sħiħ ir-riskju għall-finijiet tal-punt (c).
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkunsidrawx ir-restrizzjonijiet tad-dritt unilaterali kif imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u l-limitazzjonijiet ta' kemm jistgħu jiġu emendati l-primjums jew il-benefiċċji u li ma jkollhomx effett li jinħass fuq l-ekonomiji tal-kuntratt.
4. Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali kif inhu stipulat fil-paragrafu 3 li huwa relatat biss ma' parti fil-kuntratt, għal dik il-parti tal-kuntrat japplikaw l-istess prinċipji kif definit fil-paragrafu 3.
5. L-obbligi mhux relatati ma' primjums li jkunu tħallsu diġà ma jappartjenux għal kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, sakemm l-impriża ma tkunx tista' ġġiegħel lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum futur, u meta jintlaħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
il-kuntratt ma jipprevedix kumpens għal event inċert speċifikat li jaffettwa ħażin lill-persuna assigurata; |
(b) |
il-kuntratt ma jinkludix garanzija finanzjarja tal-benefiċċji. |
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkunsidrawx il-kopertura tal-eventi u l-garanziji li ma jkollhomx effett li jinħass fuq l-ekonomiji tal-kuntratt.
6. Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun jista' jinqasam f'żewġ partijiet u fejn waħda minn dawk il-partijiet tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, kwalunkwe obbligu li ma jkunx relatat mal-primjums ta' dik il-parti u li jkunu tħallsu diġà ma jappartjenix għall-kuntratt, sakemm l-impriża ma ġġiegħelx lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum futur ta' dik il-parti.
7. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 3, jikkunsidraw biss li l-primjums jirriflettu kompletament ir-riskji koperti minn portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, fejn ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza li taħtha l-ammont tal-benefiċċji u l-ispejjeż pagabbli mill-portafoll jaqbeż l-ammont tal-primjums pagabbli mill-portafoll.
TAQSIMA 2
Kwalità tad-dejta
Artikolu 19
Dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi
1. Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies kompluta għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
id-dejta tinkludi biżżejjed informazzjoni storika biex jiġu vvalutati l-karatteristiċi tar-riskji sottostanti u għall-identifikazzjoni tax-xejriet fir-riskji; |
(b) |
id-dejta tkun disponibbli għal kull grupp ta' riskji omoġenji rilevanti fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-ebda dejta rilevanti ma tkun eskluża milli tintuża fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi mingħajr ġustifikazzjoni. |
2. Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies preċiża biss għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
id-dejta hija ħielsa minn żbalji materjali; |
(b) |
dejta minn perjodi ta' żmien differenti użati għall-istess stima hija konsistenti; |
(c) |
id-dejta hija rreġistrata b'mod tempestiv u b'mod konsistenti maż-żmien. |
3. Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies xierqa biss għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
id-dejta tkun konsistenti mal-finijiet li għalihom ikunu se jintużaw; |
(b) |
l-ammont u l-għamla tad-dejta jiżguraw li l-istimi li jsiru fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi abbażi tad-dejta ma jinkludux żbalji ta' stima materjali; |
(c) |
id-dejta tkun konsistenti mas-suppożizzjonijiet sottostanti għat-tekniki attwarji u statistiċi li jiġu applikati għaliha fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi; |
(d) |
id-dejta tirrifletti kif xieraq ir-riskji li għalihom tkun skoperta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħha; |
(e) |
id-dejta tkun inġabret, ġiet ipproċessata u applikata b'mod trasparenti u strutturat, abbażi ta' proċess dokumentat li jinkludi dawn kollha li ġejjin:
|
(f) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li d-dejta tagħhom tintuża b'mod konsistenti matul iż-żmien fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi. |
Għall-finijiet tal-punt (b), żball ta' stima fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jitqies bħala materjali meta dan ikun jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti tar-riżultat tal-kalkolu, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.
4. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw dejta minn sors estern diment li, minbarra li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4, ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu kapaċi juru li l-użu ta' dik id-dejta huwa aktar xieraq mill-użu ta' dejta li tkun disponibbli esklussivament minn sors intern; |
(b) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu jafu bl-oriġini ta' dik id-dejta u s-suppożizzjonijiet jew il-metodoloġiji użati biex tiġi pproċessata dik id-dejta; |
(c) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jidentifikaw kwalunkwe xejra f'dik id-dejta u l-varjazzjoni, tul iż-żmien jew fost dejta differenti, tas-suppożizzjonijiet jew il-metodoloġiji fl-użu ta' dik id-dejta; |
(d) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu kapaċi juru li s-suppożizzjonijiet u l-metodoloġiji msemmijin fil-punti (b) u (c) jirriflettu il-karatteristiċi tal-portafoll tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. |
Artikolu 20
Limitazzjonijiet materjali tad-dejta
Meta d-dejta ta' tikkonformax mal-Artikolu 19, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddokumentaw b'mod xieraq il-limitazzjonijiet tad-dejta inkluża deskrizzjoni ta' jekk u kif it-tali limitazzjonijiet se jiġu rrimedjati u tal-funzjonijiet fis-sistema ta' governanza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni responsabbli minn dak il-proċess. Id-dejta, qabel isirulha l-aġġustamenti biex jiġu rrimedjati l-limitazzjonijiet, tiġi rrekordjata u tinħażen kif xieraq.
Artikolu 21
Użu xieraq tal-approssimazzjonijiet biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima
Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jkollhomx biżżejjed dejta ta' kwalità xierqa biex japplikaw metodu attwarju affidabbli, jistgħu jużaw approssimazzjonijiet xierqa biex jikkalkulaw l-aħjar stima sakemm ir-rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a) |
l-insuffiċjenza tad-dejta ma tkunx minħabba proċessi u proċeduri interni inadegwati ta' ġbir, ħżin jew validazzjoni tad-dejta użata għall-valutazzjoni tal-provvedimenti tekniċi; |
(b) |
l-insuffiċjenza tad-dejta ma tkunx tista' tiġi rrimedjata bl-użu tad-dejta esterna; |
(c) |
ma jkunx prattikabbli għall-impriża li taġġusta d-dejta biex tirrimedja l-insuffiċjenza. |
TAQSIMA 3
Metodoloġiji għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Is-suppożizzjonijiet jiġu kkunsidrati realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jispjegaw u jiġġustifikaw kull waħda mis-suppożizzjonijiet użati, b'kunsiderazzjoni tas-sinifikat tas-suppożizzjoni, l-inċertezza involuta fis-suppożizzjoni kif ukoll is-suppożizzjonijiet alternattivi rilevanti; |
(b) |
iċ-ċirkustanzi li fihom is-suppożizzjonijiet jitqiesu li mhumiex veri jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar; |
(c) |
sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, is-suppożizzjonijiet ikunu msejsin fuq il-karatteristiċi tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, fejn ikun possibbli, irrispettivament mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkollha l-portafoll; |
(d) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw is-suppożizzjonijiet b'mod konsistenti tul iż-żmien u fi gruppi ta' riskji omoġenji u linji operatorji, mingħajr bidliet arbitrarji; |
(e) |
is-suppożizzjonijiet jirriflettu kif xieraq kull inċertezza sottostanti għall-flussi tal-flus. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw biss informazzjoni speċifika għall-impriża, inkluża informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-pretensjonijiet u l-ispejjeż, meta dik l-informazzjoni tirrifletti aħjar il-karatteristiċi tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni milli informazzjoni li mhix limitata għal impriża speċifika jew meta ma jkunx possibbli li jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv mingħajr l-użu ta' dik l-informazzjoni.
2. Is-suppożizzjonijiet jintużaw biss għall-finijiet tal-Artikolu 77(3) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu suppożizzjonijiet dwar il-parametri jew ix-xenarji tas-swieq finanzjarji futuri li jkunu xierqa u konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw mudell biex jipproduċu projezzjonijiet ta' parametri tas-swieq finanzjarji futuri, dan jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
jiġġenera prezzijiet tal-assi li jkunu konsistenti mal-prezzijiet tal-assi osservati fis-swieq finanzjarji; |
(b) |
ma jassumix opportunità ta' arbitraġġ; |
(c) |
il-kalibrazzjoni tal-parametri u x-xenarji tkun konsistenti mal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju użata biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima kif inhu msemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
Artikolu 23
Azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni
1. Is-suppożizzjonijiet tal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jiġu kkunsidrati bħala realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu ddeterminati b'mod oġġettiv; |
(b) |
l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jkunu konsistenti mal-prattika u l-istrateġija tan-negozju attwali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż l-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju; meta jkun hemm biżżejjed evidenza li l-impriża tkun se tbiddel il-prattiki jew l-istrateġija tagħha, l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jkunu konsistenti mal-prattiki jew l-istrateġija mibdula; |
(c) |
l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni huma konsistenti ma' xulxin; |
(d) |
l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti ma jmorrux kontra kwalunkwe obbligu tagħhom lejn il-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza jew kontra r-rekwiżiti legali applikabbli għall-impriża; |
(e) |
l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jqisu kwalunwke indikazzjoni pubblika mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet li tistenna li se tieħu u ma tiħux. |
2. Is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu realistiċi u jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(i) |
tqabbil tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni mal-azzjonijiet tal-immaniġġjar meħudin fl-imgħoddi mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(ii) |
paragun tal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri kkunsidrati fil-kalkoli attwali u mgħoddija tal-aħjar stima; |
(iii) |
valutazzjoni tal-impatt tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri fuq il-valur tal-provvedimenti tekniċi. |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu jistgħu jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni rilevanti b'rabta mal-punti (i) u (ii) fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji u, meta l-bidliet f'suppożizzjoni dwar azzjonijiet ta' ġestjoni futura jkollhom impatt sinifikanti fuq il-provvedimenti tekniċi, ir-raġunijiet għal dik is-sensittività u kif din is-sensittività tiġi kkunsidrata fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
3. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu pjan komprensiv ta' azzjonijiet ta' ġestjoni futuri, approvat mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, li jipprovdi għal dawn kollha li ġejjin:
(a) |
l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet ta' ġestjoni futuri li jkunu rilevanti għall-valwazzjoni tal-provvedimenti tekniċi; |
(b) |
l-identifikazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun mistennija, b'mod raġonevoli, li twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a); |
(c) |
l-identifikazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jaf ma tkunx tista' twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a), u deskrizzjoni ta' kif dawk iċ-ċirkostanzi jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi; |
(d) |
l-ordni li fiha l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) jitwettqu u r-rekwiżiti ta' governanza applikabbli għal dawk l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri; |
(e) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe ħidma kontinwa meħtieġa biex jiġi żgurat li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun f'pożizzjoni li twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a); |
(f) |
deskrizzjoni ta' kif l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew riflessi fil-kalkolu tal-aħjar stima; |
(g) |
deskrizzjoni tal-proċeduri ta' rapportar intern applikabbli li jkopru l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima; |
4. Is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jqisu ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-azzjonijiet ta' ġestjoni u kwalunkwe spiża kkaġunata minnhom.
5. Is-sistema li tiżgura li tintbagħat l-informazzjoni titqies bħala effettiva biss għall-fini tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/138/KE meta l-proċeduri ta' rapportar imsemmijin fil-punt (g) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jinkludu, tal-anqas, komunikazzjoni annwali lill-korp amministrattiv, superviżorju jew maniġerjali.
Artikolu 24
Benefiċċji diskrezzjonali futuri
Meta l-benefiċċji diskrezzjonali futuri jkunu jiddependu fuq l-assi miżmumin mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriżi jsejsu l-kalkolu tal-aħjar stima fuq l-assi li f'dak iż-żmien ikunu miżmumin mill-impriżi u jassumu bidliet futuri fl-allokazzjoni tal-assi tagħhom skont l-Artikolu 23. Is-suppożizzjonijiet dwar ir-redditu futur tal-assi jkunu konsistenti mal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju inkluż meta applikabbli aġġustament ta' korrispondenza, aġġustament ta' volatilità jew miżura tranżitorja dwar ir-rata mingħajr riskju, u l-valwazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.
Artikolu 25
Kalkolu separat tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri
Meta jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeterminaw separatement il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri.
Artikolu 26
Imġiba tad-detenturi ta' polza
Meta jiddeterminaw il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali, inklużi l-iskadenzi u ċ-ċedimenti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jwettqu analiżi tal-imġiba tad-detenturi ta' polza fl-imgħoddi u valutazzjoni prospettiva tal-imġiba mistennija mid-detenturi ta' polza. Dik l-analiżi tikkunsidra dan kollu li ġej:
(a) |
kemm kien u kemm se jkun ta' benefiċċju l-eżerċitar tal-opzjonijiet għad-detenturi ta' polza fiċ-ċirkostanzi fi żmien l-eżerċitar tal-opzjoni; |
(b) |
l-influwenza tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-imgħoddi u fil-ġejjieni; |
(c) |
l-impatt ta' azzjonijiet ta' ġestjoni fl-imgħoddi u fil-ġejjieni; |
(d) |
kwalunkwe ċirkostanza oħra li aktarx li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tad-detenturi ta' polza fuq jekk jeżerċitawx l-opzjoni. |
Il-probabbiltà titqies biss li hija indipendenti mill-elementi msemmijin fil-punti (a) sa (d) meta ma jkunx hemm evidenza empirika li ssostni suppożizzjoni bħal din.
Artikolu 27
Kredibbiltà tal-informazzjoni
L-informazzjoni titqies bħala kredibbli għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jipprovdu evidenza tal-kredibbiltà tal-informazzjoni filwaqt li jqisu l-konsistenza u l-oġġettività ta' dik l-informazzjoni, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni u t-trasparenza tal-mod li bih tkun ġiet iġġenerata u pproċessata l-informazzjoni.
Artikolu 28
Flussi tal-flus
Il-projezzjoni tal-fluss tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima tinkludi l-flussi tal-flus kollha li ġejjin, diment li dawn il-flussi tal-flus ikunu marbutin ma' kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni eżistenti:
(a) |
pagamenti ta' benefiċċji lill-benefiċjarji u lid-detenturi ta' polza; |
(b) |
pagamenti li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun se ġġarrab meta tipprovdi benefiċċji kuntrattwali li jitħallsu in natura; |
(c) |
pagamenti ta' spejjeż kif inhu stipulat fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(d) |
pagamenti ta' primjums u kwalunkwe fluss ta' flus addizzjonali li jirriżulta minn dawk il-primjums; |
(e) |
pagamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u intermedjarji marbuta ma' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(f) |
pagamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u d-ditti tal-investiment b'rabta mal-kuntratti b'benefiċċji marbutin mal-indiċi u mal-unitajiet; |
(g) |
pagamenti għal salvataġġ u surroga diment li dawn ma jikkwalifikawx bħala assi jew obbligazzjonijiet separati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, kif approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002; |
(h) |
pagamenti ta' tassazzjoni li jiġġarrbu, jew li mistennijin jiġġarrbu, mid-detenturi ta' polza jew meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
Artikolu 29
Żviluppi futuri mistennijin fl-ambjent estern
Il-kalkolu tal-aħjar stima tqis l-iżviluppi futuri mistennijin li se jkollhom impatt materjali fuq il-flussi ta' dħul u ħruġ tal-flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom. Għal dak il-għan, l-iżviluppi futuri jinkludu żviluppi demografiċi, legali, mediċi, teknoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi inkluża l-inflazzjoni kif inhu stipulat fil-punt (2) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE.
Artikolu 30
Inċertezza tal-flussi tal-flus
Il-projezzjoni tal-flussi tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima, b'mod espliċitu jew impliċitu, tikkunsidra l-inċertezzi kollha fil-flussi tal-flus, inklużi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a) |
inċertezza fit-twaqqit, il-frekwenza u s-severità tal-event assigurati; |
(b) |
inċertezza fl-ammonti tal-pretensjonijiet, inkluża inċertezza fl-inflazzjoni tal-pretensjonijiet, u fil-perjodu meħtieġ biex jiġu saldati u jitħallsu l-pretensjonijiet; |
(c) |
inċertezza fl-ammont tal-ispejjeż imsemmijin fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(d) |
inċertezza fl-iżviluppi futuri mistennijin imsemmijin fl-Artikolu 29 sakemm ikun prattikabbli; |
(e) |
inċertezza fl-imġiba tad-detentur ta' polza; |
(f) |
dipendenza bejn żewġ kawżi ta' inċertezza jew aktar; |
(g) |
dipendenza tal-flussi tal-flus fuq ċirkostanzi qabel id-data tal-fluss tal-flus. |
Artikolu 31
Spejjeż
1. Tbassir tal-fluss tal-flus biex jiġu kkalkulati l-aħjar stimi jikkunsidra, l-ispejjeż li ġejjin kollha, li huma relatati mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rikonoxxuti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li huma msemmijin fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE:
(a) |
l-ispejjeż amministrattivi; |
(b) |
l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-investimenti; |
(c) |
l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-pretensjonijiet; |
(d) |
l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni. |
L-ispejjeż imsemmijin fil-punti (a) sa (d) jikkunsidraw l-ispejjeż addizzjonali mġarrbin waqt il-ħlas tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.
2. L-ispejjeż addizzjonali jiġu allokati b'mod realistiku u oġġettiv u fuq bażi konsistenti matul iż-żmien lill-partijiet bl-aħjar stima li jkunu marbutin magħhom.
3. L-ispejjeż fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali jiġu kkunsidrati fil-kalkolu gross tal-aħjar stima.
4. L-ispejjeż ikunu projettati fuq is-suppożizzjoni li l-impriża tkun se tikteb negozju ġdid fil-futur.
Artikolu 32
Opzjonijiet kuntrattwali u garanziji finanzjarji
Meta jikkalkulaw l-aħjar stima, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:
(a) |
il-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali kollha inklużi fil-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom; |
(b) |
il-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali jew jirrealizzaw il-valur tal-garanziji finanzjarji. |
Artikolu 33
Munita tal-obbligu
L-aħjar stima tiġi kkalkulata separatement għall-flussi tal-flus f'muniti differenti.
Artikolu 34
Metodi ta' kalkolu
1. L-aħjar stima tiġi kkalkulata b'mod trasparenti u b'tali mod li jiżgura li l-metodu ta' kalkolu u r-riżultati li jirriżultaw minnu jkunu jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid minn espert ikkwalifikat.
2. L-għażla tal-metodi attwarji u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima tkun imsejsa fuq kemm dawn ikunu adattati biex jirriflettu r-riskji li jaffettwaw il-flussi tal-flus sottostanti u l-għamla tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Il-metodi attwarji u statistiċi jkunu konsistenti u jagħmlu użu mid-dejta rilevanti disponibbli kollha għall-kalkolu tal-aħjar stima.
3. Meta metodu ta' kalkolu jkun imsejjes fuq dejta tal-polza raggruppata, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li r-raggruppament tal-poloz joħloq gruppi ta' riskji omoġenji li jirriflettu kif xieraq ir-riskji tal-poloz individwali inklużi f'dawk il-gruppi.
4. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni janalizzaw kemm il-valur preżenti tal-flussi tal-flus jiddependi kemm fuq ir-riżultat mistenni tal-eventi u l-iżviluppi futuri kif ukoll fuq kif ir-riżultat effettiv f'ċerti xenarji jista' jiddevja mir-riżultat mistenni.
5. Meta l-valur preżenti tal-flussi tal-flus ikun jiddependi fuq l-eventi u l-iżviluppi futuri kif inhu stipulat fil-paragrafu 4, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodu biex jikkalkulaw l-aħjar stima għall-flussi tal-flus li jirrifletti dipendenzi bħal dawn.
Artikolu 35
Gruppi ta' riskji omoġenji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa
Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus użati fil-kalkolu tal-aħjar stimi għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja isiru b'mod separat għal kull polza. Meta l-kalkolu separat għal kull polza jsarraf f'piż żejjed fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, din tista' twettaq il-projezzjoni billi tqiegħed il-poloz fi grupp, diment li dak ir-raggruppament jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fl-għamla u u l-kumplessità tar-riskji sottostanti għall-poloz li jappartjenu fl-istess grupp; |
(b) |
ir-raggruppament tal-poloz ma jirrappreżentax b'mod skorrett ir-riskju sottostanti għall-poloz u ma jiddikjarax skorrettament l-ispejjeż tagħhom; |
(c) |
ir-raggruppament tal-poloz aktarx li bejn wieħed u ieħor jagħti l-istess riżultati għall-kalkolu tal-aħjar stima bħala kalkolu fuq bażi ta' kull polza, partikolarment b'rabta mal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-poloz. |
Artikolu 36
Obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja
1. L-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja tiġi kkalkulata b'mod separat għall-provvediment tal-primjums u għall-provvediment għal pretensjonijiet pendenti.
2. Il-provvediment tal-primjums ikun marbut ma' eventi ta' pretensjonijiet futuri koperti mill-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jaqgħu fil-limiti kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 18. Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-provvedimenti tal-primjums għandhom jinkludu l-benefiċċji, l-ispejjeż u l-primjums marbutin ma' dawn l-eventi.
3. Id-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti għandha tkun relatata ma' eventi ta' pretensjoni li jkunu diġà seħħew, irrispettivament minn jekk il-pretensjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-eventi jkunux ġew irrapportati jew le.
4. Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-provvediment għal pretensjonijiet pendenti għandhom jinkludu benefiċċji, spejjeż u primjums relatati mal-eventi msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 37
Kalkolu tal-marġni ta' riskju
1. Il-marġni ta' riskju għall-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:
fejn:
(a) |
CoC tirrapreżenta r-rata tal-Kost tal-Kapital; |
(b) |
is-somma tkopri n-numri sħaħ kollha inkluż iż-żero; |
(c) |
SCR(t) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) wara t snin; |
(d) |
r(t + 1) tirrappreżenta r-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju għall-maturità ta' t + 1 snin. |
Ir-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju r(t + 1) tintgħażel skont x'munita tintuża għar-rapporti finanzjarji tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.
2. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom billi jużaw mudell intern approvat u jsibu li l-mudell huwa adattat biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) għal kull mument tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw il-mudell intern biex jikkalkulaw l-ammonti SCR(t) imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jallokaw il-marġni ta' riskju għall-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għal-linji operatorji msemmijin fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2009/138/KE. L-allokazzjoni tirrifletti b'mod adegwat il-kontribuzzjonijiet tal-linji operatorji għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) tul il-ħajja tal-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.
Artikolu 38
Impriża ta' referenza
1. Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jikkalkula l-marġni ta' riskju (l-impriża oriġinali) jiġi akkwistat minn impriża oħra tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni (l-impriża ta' referenza); |
(b) |
minkejja l-punt (a), meta l-impriża oriġinali twettaq fl-istess ħin kemm attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk li mhumiex tal-ħajja skont l-Artikolu 73(5) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-ħajja u l-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u l-obbligi tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu akkwistati b'mod separat minn żewġ impriżi ta' referenza differenti; |
(c) |
it-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludi kull kuntratt u arranġament tar-riassigurazzjoni b'veikoli bi skop speċjali relatati ma' dawn l-obbligi; |
(d) |
l-impriża ta' referenza ma jkollha ebda obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew fondi proprji qabel ma jsir it-trasferiment; |
(e) |
wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza ma tassumi ebda obbligu ġdid tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(f) |
wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza tiġbor fondi proprji eliġibbli daqs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li huma meħtieġa biex isostnu l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom; |
(g) |
wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza għandha assi li jammontaw għas-somma tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħha u tal-provvedimenti tekniċi netti tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali; |
(h) |
l-assi jintgħażlu b'tali mod li jimminimizzaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għar-riskju tas-suq li l-impriża ta' referenza tkun skoperta għalih; |
(i) |
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ta' referenza jkopri r-riskji kollha li ġejjin:
|
(j) |
il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi, imsemmi fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2009/138/KE, fl-impriża ta' referenza jikkorrispondi għal kull riskju għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi fl-impriża oriġinali; |
(k) |
ma jkunx hemm kapaċità ta' assorbiment tat-telf tat-taxxi differiti kif stipulat fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2009/138/KE għall-impriża ta' referenza; |
(l) |
soġġetta għall-punti (e) u (f), l-impriża ta' referenza se tadotta azzjonijiet ta' ġestjoni futuri li jkunu konsistenti mal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 23, tal-impriża oriġinali. |
2. Tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza meħtieġ biex isostni l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun supponut li huwa daqs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ta' referenza taħt is-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3. Għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 1, riskju jitqies bħala materjali meta l-impatt tiegħu fuq il-kalkolu tal-marġni ta' riskju ikun jista' jinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti ta' dik l-informazzjoni, inklużi awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 39
Rata tal-Kost tal-Kapital
Ir-rata tal-Kost tal-Kapital stipulata fl-Artikolu 77(5) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun supponuta li hija ekwivalenti għal 6 %
Artikolu 40
Ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati bħala total u l-metodu li għandu jintuża
1. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 77(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-affidabbiltà tkun ivvalutata skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-provvedimenti tekniċi jiġu stmati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
2. Ir-replikazzjoni tal-flussi tal-flus titqies bħala affidabbli meta dawk il-flussi tal-flus jiġu rreplikati fl-ammont u fit-twaqqit b'rabta mar-riskji sottostanti ta' dawk il-flussi tal-flus u fix-xenarji kollha possibbli. Il-flussi tal-flus li ġejjin assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma jistgħux jiġu rreplikati b'mod affidabbli:
(a) |
il-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jiddependu fuq il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali, inklużi l-iskadenzi u ċ-ċedimenti; |
(b) |
il-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jiddependu fuq il-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta' mortalità, diżabbiltà, mard u morbożità; |
(c) |
l-ispejjeż kollha li se jintefqu waqt il-ħlas tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. |
3. L-istrumenti finanzjarji jiġu kkunsidrati bħala strumenti finanzjarji li għalihom valur tas-suq affidabbli huwa osservabbli meta dawk l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati f'suq attiv, kbir, likwidu u trasparenti. Is-swieq attivi jikkonformaw ukoll mal-Artikolu 10(4).
4. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeterminaw il-valur tal-provvedimenti tekniċi fuq il-bażi tal-prezz tas-suq tal-istrumenti finanzjarji użati fir-replikazzjoni.
Artikolu 41
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali jiġu kkalkulati b'mod konsistenti mal-limiti tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li magħhom dawk l-ammonti jkunu relatati.
2. L-ammonti rekuperabbli mill-veikoli bi skop speċjali, l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni finiti kif inhu stipulat fl-Artikolu 210 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni oħrajn kollha jiġu kkalkulati għalihom. L-ammonti rekuperabbli minn veikolu bi skop speċjali ma jaqbżux l-iskopertura għar-riskju massima aggregata ta' dak il-veikolu bi skop speċjali għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riasigurazzjoni.
3. Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u mill-veikoli bi skop speċjali, il-flussi tal-flus jinkludu biss pagamenti b'rabta mal-kumpens ta' eventi tal-assigurazzjoni u pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux saldati. Il-pagamenti marbutin ma' eventi oħrajn jew pretensjonijiet tal-assigurazzjoni saldati jitqiesu barra mill-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali u elementi oħrajn tal-provvedimenti tekniċi. Meta jkun sar depożitu għall-flussi tal-flus, l-ammonti rekuperabbli jiġu aġġustati kif xieraq biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin mad-depożitu.
4. L-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u mill-veikoli bi skop speċjali għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu kkalkulati b'mod separat għall-provvedimenti tal-primjum u l-provvedimenti għall-pretensjonijiet pendenti bil-mod li ġej:
(a) |
il-flussi tal-flus marbutin mal-provvedimenti għall-pretensjonijiet pendenti jinkludu l-pagamenti ta' kumpens marbutin mal-pretensjonijiet ikkunsidrati fil-provvedimenti gross għall-pretensjonijiet pendenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ċċedi r-riskji; |
(b) |
il-flussi tal-flus relatati mal-provvedimenti tal-primjum jinkludu l-pagamenti l-oħrajn kollha. |
5. Meta l-flussi tal-flus mill-veikoli bi skop speċjali lejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma jiddependux direttament fuq il-pretensjonijiet kontra l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ċċedi r-riskji, l-ammonti rekuperabbli minn dawk il-veikoli bi skop speċjali għall-pretensjonijiet futuri jiġu kkunsidrati biss sakemm ikun jista' jiġi vverifikat b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv li n-nuqqas ta' korrispondenza strutturali bejn il-pretensjonijiet u l-ammonti rekuperabbli ma jkunx materjali.
Artikolu 42
Aġġustament ta' inadempjenza tal-kontropartijiet
1. L-aġġustamenti biex tingħata kunsiderazzjoni lit-telf mistenni minħabba inadempjenza ta' kontroparti kif imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu kkalkulati b'mod separat mill-bqija tal-ammonti rekuperabbli.
2. L-aġġustament biex jiġi kkunsidrat it-telf mistenni minħabba inadempjenza ta' kontroparti jiġi kkalkulat bħala l-valur preżenti mistenni tal-bidla fil-flussi tal-flus sottostanti għall-ammonti rekuperabbli mingħand dik il-kontroparti, li kieku jirriżulta f'każ ta' inadempjenza tal-kontroparti, inkluż bħala riżultat ta' insolvenza jew tilwim, f'ċertu punt fiż-żmien. Għal dak il-għan, il-bidla fil-flussi tal-flus ma tikkunsidra l-effett tal-ebda teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju li tnaqqas ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, barra mit-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju bbażati fuq il-parteċipazzjonijiet kollaterali. It-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji li ma jiġux ikkunsidrati jiġu rikonoxxuti b'mod separat mingħajr ma jiżdied l-ammont rekuperabbli mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali.
3. Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 jikkunsidra eventi ta' inadempjenza possibbli tul il-ħajja tal-kuntratt jew l-arranġament tar-riassigurazzjoni mal-veikolu bi skop speċjali u jekk u kif il-probabbiltà tal-inadempjenza tvarja maż-żmien. Dan isir b'mod separat minn kull kontroparti u għal kull linja operatorja. Fl-assigurazjoni mhux tal-ħajja, dan isir ukoll b'mod separat għall-provvedimenti ta' primjums u għall-provvedimenti għal pretensjonijiet pendenti.
4. It-telf medju li jirriżulta minn inadempjenza ta' kontroparti, imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE, ma jiġix ivvalutat b'valur inqas minn 50 % tal-ammonti rekuperabbli bl-esklużjoni tal-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm bażi affidabbli għal valutazzjoni oħra.
5. Il-probabbiltà ta' inadempjenza ta' veikolu bi skop speċjali tiġi kkalkulata abbażi tar-riskju ta' kreditu inerenti fl-assi miżmumin mill-veikolu bi skop speċjali.
TAQSIMA 4
Struttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju
Artikolu 43
Dispożizzjonijiet ġenerali
Ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jaqilgħu r-rati b'mod mingħajr riskju fil-prattika; |
(b) |
ir-rati jiġu ddeterminati b'mod affidabbli abbażi tal-istrumenti finanzjarji kkumerċjati f'suq finanzjarju kbir, likwidu u trasparenti. |
Ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax rilevanti mingħajr riskji jiġu kkalkulati b'mod separat għal kull munita u maturità, abbażi tal-informazzjoni u d-dejta rilevanti kollha għal dik il-munita u dik il-maturità. Dawn jiġu ddeterminati b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien.
Artikolu 44
L-istrumenti finanzjarji rilevanti biex jiġu dderivati r-rati bażiċi tal-imgħax mingħajr riskju
1. Għal kull munita u maturità, ir-rati tal-interess bażiċi ħelsin mir-riskji jiġu dderivati abbażi tar-rati swap tar-rati tal-imgħax bażiċi għar-rati tal-imgħax ta' dik il-munita, aġġustati biex jikkunsidraw ir-riskju ta' kreditu.
2. Għal kull munita, għall-maturitajiet fejn ir-rati swap tar-rati tal-interess ma jkunux disponibbli minn swieq finanzjarji profondi, likwidi u trasparenti, ir-rati tal-bonds tal-gvern maħruġin f'dik il-munita, aġġustati biex jikkunsidraw ir-riskju ta' kreditu tal-bonds tal-gvern, jintużaw biex jiġu dderivati r-rati bażiċi tal-imgħax mingħajr riskji, diment li t-tali rati tal-bonds tal-gvern ikunu disponibbli minn swieq finanzjarji kbar, likwidi u trasparenti.
Artikolu 45
Aġġustament għar-rati swap għar-riskju ta' kreditu
L-aġġustament għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 44(1) jiġi ddeterminat b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien. L-aġġustament jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-differenza bejn ir-rati li jkopru r-riskju ta' kreditu rifless fir-rata varjabbli tal-iswaps tar-rati tal-imgħax u r-rati swap indiċizzati mil-lum għall-għada tal-istess maturità, meta ż-żewġ rati jkunu disponibbli minn swieq finanzjarji kbar, likwidi u trasparenti. Il-kalkolu tal-aġġustament ikun imsejjes fuq 50 % tal-medja ta' dik id-differenza tul perjodu ta' żmien ta' sena. L-aġġustament ma jkun inqas minn 10 punti bażi u mhux ogħla minn 35 punt bażi.
Artikolu 46
Estrapolazzjoni
1. Il-prinċipji applikati fl-estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskji jkunu l-istess għall-muniti kollha. Dan japplika wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-itwal maturitajiet li għalihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jiġu osservati f'suq kbir, likwidu u trasparenti u l-mekkaniżmu biex jiżgura konverġenza bla xkiel lejn ir-rata forward finali.
2. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-Artikolu 77d tad-Direttiva 2009/138/KE, tiġi applikata l-estrapolazzjoni għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju inklużi fl-aġġustament tal-volatilità msemmi f'dak l-Artikolu.
3. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-estrapolazzjoni tkun imsejsa fuq ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju bla aġġustament ta' korrispondenza. L-aġġustament ta' korrispondenza msemmi f'dak l-Artikolu jiġi applikat għar-rati tal-imgħax estrapolati mingħajr riskju.
Artikolu 47
Ir-rata forward finali
1. Għal kull munita, ir-rata forward finali msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 46 tkun stabbli tul iż-żmien u tinbidel biss bħala riżultat ta' tibdil fl-aspettattivi fit-tul. Il-metodoloġija biex tiġi dderivata r-rata forward finali tkun speċifikata biċ-ċar biex ikun żgurat li jsiru kalkoli tax-xenarji mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Din tiġi ddeterminata b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien.
2. Għal kull munita, ir-rata forward finali tqis l-aspettattivi tar-rata tal-imgħax reali fit-tul u tal-inflazzjoni mistennija, diment li dawk l-aspettattivi jkunu jistgħu jiġu ddeterminati għal dik il-munita b'mod affidabbli. Ir-rata forward finali ma tinkludix primjum b'terminu li jirrifletti r-riskji addizzjonali tal-investimenti miżmumin fit-tul.
Artikolu 48
L-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskji tal-valuti marbutin mal-euro
1. Għal valuti marbutin mal-euro, l-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskji għall-euro, aġġustata għar-riskju tal-valuta, tista' tintuża biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni espressi f'dik il-munita, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-irbit jiżgura li r-rata tal-kambju bejn il-munita u l-euro tibqa' f'firxa mhux usa' minn 20 % tal-ogħla limitu tal-firxa; |
(b) |
is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona tal-euro u ż-żona ta' dik il-munita jkunu simili biżżejjed biex jiżguraw li r-rati tal-imgħax għall-euro u dik il-munita jiżviluppaw b'mod simili; |
(c) |
l-arranġament ta' rbit jiżgura li l-bidliet relattivi fir-rata tal-kambju tul perjodu ta' sena ma jaqbżux il-firxa msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fil-każ ta' eventi tas-suq estremi, li tikkorispondi għal-livell ta' fiduċja stabbilit fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(d) |
tinżamm konformità ma' wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
Għall-finijiet tal-punt (c), jiġu kkunsidrati r-riżorsi finanzjarji tal-partijiet li jiggarantixxu l-irbit.
2. L-aġġustament għar-riskju tal-munita jkun negattiv u jikkorispondi għall-kost tal-iħħeġġjar kontra r-riskju li l-valur fil-munita marbuta ta' investiment espress f'euro jonqos bħala riżultat ta' bidliet fil-livell tar-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita marbuta. L-aġġustament ikun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha.
Artikolu 49
Portafolli ta' referenza
1. Il-portafolli ta' referenza msemmijin fil-paragrafi (2) u (4) tal-Artikolu 77d tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu ddeterminati b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien. Il-metodi applikati fid-determinazzjoni tal-portafolli ta' referenza ikunu l-istess għall-valuti u l-pajjiżi kollha.
2. Għal kull munita u kull pajjiż, l-assi tal-portafoll ta' referenza jiġu stmati skont l-Artikolu 10(1) u jiġu nnegozjati fi swieq li, ħlief f'perjodi ta' likwidità taħt stress, jikkonformaw mal-Artikolu 40(3). L-istrumenti finanzjarji nnegozjati fi swieq li ma jikkonformawx mal-Artikolu 40(3) temporanjament jistgħu jiġu inklużi biss fil-portafoll meta dak is-suq ikun mistenni li se jerġa' jkun konformi mal-kriterji fi żmien perjodu raġonevoli.
3. Għal kull munita u kull pajjiż, il-portafoll ta' referenza tal-assi jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
għal kull valuta, l-assi jirrappreżentaw investimenti li jsiru mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dik il-munita biex tiġi koperta l-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni espressi f'dik il-valuta; għal kull pajjiż, l-assi jkunu rappreżentattivi tal-investimenti li jsiru mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dak il-pajjiż biex tiġi koperta l-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mibjugħin fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż u espressi fil-munita ta' dak il-pajjiż; |
(b) |
fejn ikun disponibbli, il-portafoll ikun ibbażat fuq l-indiċijiet rilevanti li jkunu disponibbli faċilment għall-pubbliku u hemm kriterji ppubblikati għal meta u kif ikunu se jinbidlu l-kostitwenti ta' dawk l-indiċijiet; |
(c) |
il-portafoll tal-assi jinkludi l-assi kollha li ġejjin:
|
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-investimenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti oħrajn aggregati bħala fondi jitqiesu bħala investimenti fl-assi sottostanti.
Artikolu 50
Formula għall-kalkolu tal-firxa sottostanti għall-aġġustament tal-volatilità
Għal kull munita u kull pajjiż, il-firxa msemmija fl-Artikolu 77d(2) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun ekwivalenti għal dan li ġej:
fejn:
(a) |
wgov tirrappreżenta l-proporzjon tal-valur tal-bonds tal-gvern inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż u l-valur tal-assi kollha inklużi f'dak il-portafoll ta' referenza; |
(b) |
Sgov tirrappreżenta l-firxa medja tal-munita fuq il-bonds tal-gvern inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż |
(c) |
wcorp tirrappreżenta l-proporzjoni tal-valur tal-bonds barra mill-bonds tal-gvern, is-self u t-titolizzazzjonijiet inklużi fil-portafoll tal-assi ta' referenza għal dik il-munita jew dak il-pajjiż u l-valur tal-assi kollha inklużi f'dak il-portafoll ta' referenza; |
(d) |
Scorp tirrappreżenta l-firxa medja tal-munita fuq bonds li mhumiex bonds tal-gvern, self u titolizzazzjoni inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż. |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bonds tal-gvern” tfisser skoperturi għall-gvernijiet u l-banek ċentrali.
Artikolu 51
Firxa kkoreġuta skont ir-riskju
Il-porzjon tal-firxa medja tal-munita skont ir-riskju li hija attribwibbli għal valutazzjoni realistika ta' telf mistenni, riskju ta' kreditu mhux mistenni jew kwalunkwe riskju ieħor msemmi fl-Artikolu 77d(3) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c (2) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 52
Stress tar-riskju tal-mortalità
1. L-istress tar-riskju tal-mortalità msemmi fl-Artikolu 77b(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun l-iktar wieħed avvers miż-żewġ xenarji li ġejjin f'termini tal-impatt tiegħu fuq il-fondi proprji bażiċi:
(a) |
żieda permanenti istantanja ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima; |
(b) |
żieda istantanja ta' 0,15-il punt perċentwali fir-rati ta' mortalità (mogħtija bħala perċentwali) li jintużaw fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi biex jirriflettu l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iż-żieda fir-rati ta' mortalità tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom iż-żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin:
(a) |
poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda; |
(b) |
meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti. |
3. Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.
Artikolu 53
Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza
1. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 77c(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw biss l-assi assenjati li l-flussi tal-flus mistennija tagħhom huma meħtieġa jirreplikaw il-flussi tal-flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, eskluż kwalunkwe assi li jmur lil hinn minn dan. Il-“fluss tal-flus mistenni” ta' assi tfisser il-flus tal-flus tal-assi aġġustat sabiex tkun tista' tinħareġ il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-assi li tikkorrispondi għall-element tal-firxa fundamentali stipulata fl-Artikolu 77c(2)(a)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE jew, meta ma tkun tista' tinħareġ ebda firxa tal-kreditu affidabbli mill-istatistiki prestabbiliti, il-porzjon tal-medja fid-durata tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stabbilita fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) ta' dik id-Direttiva.
2. It-tnaqqis tal-firxa fundamentali, imsemmija fl-Artikolu 77c(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, mir-riżultat tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 77c(1)(a) ta' dik id-Direttiva, jinkludi biss il-porzjon tal-firxa fundamentali li ma tkunx diġà ġiet riflessa fl-aġġustament għall-flussi tal-flus tal-portafoll assenjat ta' assi, kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 54
Kalkolu tal-firxa fundamentali
1. Il-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c paragrafu (2) tiġi kkalkulata b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jibqa' konsistenti maż-żmien, fuq il-bażi tal-indiċijiet rilevanti, meta jkunu disponibbli. Il-metodi biex tinħareġ firxa fundamentali ta' bond ikunu l-istess għal kull munita u kull pajjiż u jistgħu jkunu differenti għal bonds tal-gvern u għal bonds oħrajn.
2. Il-kalkolu tal-firxa tal-kreditu msemmi fl-Artikolu 77c(2)(a)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li f'każ ta' inadempjenza jista' jiġi rkuprat 30 % tal-valur tas-suq.
3. Il-medja fid-durata msemmija fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun imsejsa fuq id-dejta relatata mal-aħħar 30 sena. Meta jkun hemm parti mid-dejta li mhijiex disponibbli, din jittiħdilha postha minn dejta msawra. Id-dejta msawra għandha tkun imsejsa fuq id-dejta disponibbli u affidabbli relatata mal-aħħar 30 sena. Dejta li ma tkunx affidabbli tinbidel ma' dejta msawra billi tintuża dik il-metodoloġija. Id-dejta msawra tkun imsejsa fuq suppożizzjonijiet prudenti.
4. It-telf imsemmi fl-Artikolu 77c(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun jikkorrispondi għat-telf ippeżat skont il-probabbiltà li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ġġarrab meta l-assi jiġi deklassifikat għal skala tal-kwalità kreditizja inqas u jiġi sostitwit eżatt wara. Il-kalkolu tat-telf mistenni jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-assi li jeħodlu postu jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-assi sostitut għandu l-istess mudell tal-fluss tal-flus bħall-assi sostitwit qabel id-deklassifikazzjoni; |
(b) |
l-assi sostitut jappartjeni għall-istess klassi ta' assi bħall-assi sostitwit; |
(c) |
l-assi sostitut jinsab fl-istess skala tal-kwalità kreditizja bħall-assi sostitwit qabel id-deklassifikazzjoni jew f'waħda ogħla. |
TAQSIMA 5
Linji operatorji
Artikolu 55
Linji operatorji
1. Il-linji operatorji msemmijin fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2009/138/KE ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. L-assenjament ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal linja operatorja jirrifletti l-għamla tar-riskji marbutin mal-obbligu. Il-forma legali tal-obbligu mhux bilfors trid tkun tiddetermina tal-għamla tar-riskju.
3. Diment li l-bażi teknika tkun konsistenti mal-għamla tar-riskji marbutin mal-obbligu, l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa mfittxija fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja jiġu assenjati fil-linji operatorji għall-assigurazzjoni tal-ħajja u l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa mfittxija fuq bażi teknika simili għal dik ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu assenjati għal-linji operatorji għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja.
4. Meta l-obbligi ta' assigurazzjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE ma jkunux jistgħu jiġu assenjati b'mod ċar għal-linji operatorji stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-għamla tagħhom, dawn jiddaħħlu fil-linja operatorja 32 kif stipulat f'dak l-Anness.
5. Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkopri riskji f'assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu diżaggregati fil-partijiet tal-ħajja u mhux tal-ħajja tagħhom.
6. Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkopri riskji fuq il-linji operatorji kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu diżaggregati fil-linji operatorji xierqa.
7. Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinkludi obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tas-saħħa u obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni oħrajn, fejn possibbli dawk l-obbligi jiġu diżaggregati.
TAQSIMA 6
Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet
Artikolu 56
Proporzjonalità
1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi biex jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi li huma proporzjonati għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji involuti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom.
2. Meta jevalwaw jekk metodu ta' kalkolu tal-provvedimenti tekniċi huwiex proporzjonat, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jwettqu valutazzjoni li tinkludi:
(a) |
valutazzjoni tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji involuti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom; |
(b) |
evalwazzjoni f'termini kwalitattivi jew kwantitattivi tal-iżball introdott fir-riżultati tal-metodu minħabba xi devjazzjoni bejn dawn li ġejjin:
|
3. Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tinkludi r-riskji kollha li jaffettwaw l-ammont, it-tempestività jew il-valur tal-ħruġ u d-dħul ta' flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom. Għall-fini tal-kalkolu tal-marġni ta' riskju, il-valutazzjoni tinkludi r-riskji kollha msemmijin fl-Artikolu 38(1)(i) tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni sottostanti. Il-valutazzjoni tkun limitata għar-riskji li huma rilevanti għal dik il-parti tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi li għaliha huwa applikat il-metodu.
4. Metodu jitqies sproporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji jekk l-iżball imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tal-provvedimenti tekniċi jew il-komponenti tagħhom li jistgħu jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent maħsub fuq l-informazzjoni marbuta mal-valur tal-provvedimenti tekniċi, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ma jkunx hemm disponibbli metodu ieħor bi żball inqas u l-metodu ma jkollux probabbiltà li jirriżulta f'sottovalutazzjoni tal-ammont ta' provvedimenti tekniċi; |
(b) |
il-metodu ma jkunx iwassal għal ammont ta' provvedimenti tekniċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkun ogħla mill-ammont li jirriżulta li kieku jintuża metodu proporzjonat u l-metodu ikun ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju inerenti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li huwa applikat. |
Artikolu 57
Kalkolu ssimplifikat tar-rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali qabel jaġġustaw dawk l-ammonti biex jieħdu f'kunsiderazzjoni t-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti bħala d-differenza bejn l-istimi li ġejjin:
(a) |
l-aħjar stima kkalkulata gross kif imsemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(b) |
l-aħjar stima, wara li jiġu kkunsidrati l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali u mingħajr aġġustament għat-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti (l-aħjar stima netta mhux aġġustata) ikkalkulati skont il-paragrafu 2. |
2. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi biex jiksbu l-aħjar stima netta mhux aġġustata mill-aħjar stima gross mingħajr projezzjoni espliċita tal-flussi tal-flus involuti fl-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw l-aħjar stima netta mhux aġġustata fuq il-bażi ta' gruppi ta' riskji omoġenji. Kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' riskji omoġenji jkopri mhux aktar minn kuntratt tar-riassigurazzjoni jew veikolu bi skop speċjali wieħed sakemm dawk il-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew il-veikoli bi skop speċjali ma jipprovdux trasferiment tar-riskji omoġenji.
Artikolu 58
Kalkolu ssimpifikat tal-marġni ta' riskju
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi ssimplifikati meta jikkalkulaw il-marġni ta' riskju, inkluż wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin:
(a) |
metodi li jużaw stimi tal-ammonti denotati mit-termini SCR(t) imsemmijin fl-Artikolu 37(1); |
(b) |
metodi li jistmaw is-somma skontata tal-ammonti denotati mit-termini SCR(t) kif imsemmi fl-Artikolu 37(1) mingħajr ma jikkalkulaw kull wieħed minn dawk l-ammonti għalih. |
Artikolu 59
Kalkoli tal-marġni ta' riskju matul is-sena finanzjarja
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jiksbu l-marġni ta' riskju għall-kalkoli li jridu jsiru b'mod trimestrali mir-riżultat ta' kalkolu preċedenti tal-marġni ta' riskju mingħajr kalkolu espliċitu tal-formula msemmija fl-Artikolu 37(1).
Artikolu 60
Kalkolu ssimpifikat tal-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni b'mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'arranġament li bih l-impriża tal-assigurazzjoni għandha d-dritt jew l-obbligu li taġġusta l-primjums tal-ġejjieni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni biex jirriflettu l-bidliet materjali fil-livell mistenni ta' pretensjonijiet u spejjeż (mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum) billi jużaw projezzjonijiet tal-flussi tal-flus li jassumu li l-bidliet fil-livell ta' pretensjonijiet u spejjeż iseħħu fl-istess ħin mal-aġġustamenti tal-primjum u li jirriżultaw fi fluss tal-flus nett żero, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum jikkumpensa lill-impriża tal-assigurazzjoni bis-sħiħ u fil-ħin għal kull żieda fil-livell ta' pretensjonijiet u spejjeż; |
(b) |
il-kalkolu ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni tal-aħjar stima; |
(c) |
il-kalkolu ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni tar-riskju inerenti f'dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni. |
Artikolu 61
Kalkolu ssimplifikat tal-aġġustament tal-inadempjenza ta' kontroparti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-aġġustament għat-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti, kif imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE, għal kontroparti speċifika u grupp ta' riskji omoġenji li jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
(a) |
PD tirrappreżenta l-probabilità tal-inadempjenza ta' dik il-kontroparti fit-12-il xahar ta' wara; |
(b) |
Durmod tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni ma' dik il-kontroparti b'rabta mal-grupp ta' riskji omoġenji; |
(c) |
BErec tirrappreżenta l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni ma' dik il-kontroparti b'rabta ma' dak il-grupp ta' riskji omoġenji. |
KAPITOLU IV
FONDI PROPRJI
TAQSIMA 1
Determinazzjoni tal-fondi proprji
Artikolu 62
Valutazzjoni tal-applikazzjoni
1. L-awtoritajiet superviżorji jieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 90 (4) tad-Direttiva 2009/138/KE:
(a) |
l-effettività u l-infurzabbiltà legali tat-termini tal-impenn fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha; |
(b) |
it-termini kuntrattwali tal-arranġament li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni daħlet fih, jew se tidħol fih, mal-kontropartijiet biex tipprovdi fondi; |
(c) |
fejn rilevanti, il-memorandum u l-Artikoli ta' assoċjazzjoni jew l-istatuti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(d) |
jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandhiex fis-seħħ proċessi biex tgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji dwar kwalunkwe bidla fil-ġejjieni, li jista' jkollha l-effett ta' tnaqqis tal-assorbiment tat-telf tal-entrata ta' fondi proprji anċillari, f'xi waħda milli ġejjin:
|
2. L-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw ukoll jekk hemmx konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-medda ta' ċirkustanzi li fihom tista' tiġi prelevata l-entrata biex tassorbi t-telf.
3. Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tfittex l-approvazzjoni ta' metodu li bih issib l-ammont ta' kull entrata ta' fondi proprji anċillari, l-awtoritajiet superviżorji jqisu jekk il-proċess tal-impriża sabiex tivvalida l-metodu b'mod regolari huwiex xieraq biex jiżgura li r-riżultati tal-metodu jirriflettu l-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-entrata fuq bażi kontinwa.
4. Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 3, l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 63, 64 u 65.
Artikolu 63
Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Status tal-kontropartijiet
1. L-awtoritajiet superviżorji jieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ħila tal-kontropartijiet sabiex iħallsu msemmija fl-Artikolu 90(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE:
(a) |
ir-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet; |
(b) |
ir-riskju li tirriżulta inadempjenza għaliex il-kontropartijiet jittardjaw fit-twettiq tal-impenji tagħhom skont l-entrata ta' fondi proprji anċillari. |
2. Fir-rigward tal-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw ir-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet billi jistħarrġu l-probabilità tal-inadempjenza tal-kontropartijiet u t-telf fil-każ ta' inadempjenza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-affidabbiltà kreditizja tal-kontropartijiet, diment li din tirrifletti kif xieraq il-ħila tal-kontropartijiet sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(b) |
jekk hemmx xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli sabiex il-kontropartijiet iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(c) |
jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(d) |
jekk il-forma ġuridika tal-kontropartijiet tippreġudikax it-twettiq mill-kontropartijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(e) |
jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal skoperturi oħrajn li jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(f) |
jekk, fir-rigward tal-impenn tagħhom fl-entrata ta' fondi proprji anċillari, it-termini kuntrattwali tal-arranġement skont kwalunkwe liġi applikabbli huma tali li l-kontropartijiet għandhom drittijiet sabiex ipaċu l-ammonti li huma dovuti kontra kwalunkwe ammont dovut lilhom mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
3. Fir-rigward tal-paragrafu 1(b), l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw il-pożizzjoni tal-likwidità tal-kontropartijiet, filwaqt li jqisu dan kollu li ġej:
(a) |
jekk hemmx xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli għall-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(b) |
jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jistgħu jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(c) |
jekk il-forma ġuridika tal-kontropartijiet hijiex ta' ħsara sabiex il-kontropartijiet iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari. |
4. L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha li ġejjin f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-rieda tal-kontropartijiet li jħallsu msemmija fl-Artikolu 90(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE:
(a) |
il-medda ta' ċirkustanzi li fihom tista' tiġi eżerċitata l-entrata ta' fondi proprji anċillari sabiex tassorbi t-telf; |
(b) |
jekk jeżistux inċentivi jew diżinċentivi li jistgħu jaffettwaw ir-rieda tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari; |
(c) |
jekk it-tranżazzjonijiet imgħoddija bejn il-kontropartijiet u l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż it-twettiq fl-imgħoddi mill-partijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrati ta' fondi proprji anċillari, jagħtux indikazzjoni dwar ir-rieda tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji attwali tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari. |
5. Meta jivvalutaw il-ħila u r-rieda tal-kontropartijiet sabiex iħallsu, l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw kwalunkwe fattur ieħor rilevanti għall-istatus tal-kontropartijiet inkluż, fejn rilevanti, il-mudell kummerċjali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
6. Meta entrata ta' fondi proprji anċillari tkun tikkonċerna grupp ta' kontropartijiet, l-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jivvalutaw l-istatus tal-grupp ta' kontropartijiet daqslikieku kien kontroparti waħda diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-kontropartijiet mhumiex materjali f'livell individwali; |
(b) |
il-kontropartijiet inklużi f'dak il-grupp huma omoġenji biżżejjed; |
(c) |
il-valutazzjoni ta' grupp ta' kontropartijiet ma tissopravvalutax il-ħila u r-rieda ta' ħlas tal-kontropartijiet inklużi f'dak il-grupp. |
7. Kontroparti titqies materjali meta l-istatus ta' dik il-kontroparti unika aktarx li jħalli effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-ħila u r-rieda ta' ħlas tal-grupp ta' kontropartijiet.
Artikolu 64
Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Potenzjal ta' rkupru tal-fondi
L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta' rkupru tal-fondi msemmija fl-Artikolu 90(4)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE:
(a) |
jekk il-potenzjal ta' rkupru tal-fondi jiżdiedx minħabba d-disponibbiltà ta' kollateral jew arranġament analogu li jkun konformi mal-Artikoli 209 sa 214; |
(b) |
jekk hemm xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli għall-potenzjal ta' rkupru tal-fondi; |
(c) |
jekk il-potenzjal ta' rkupru tal-fondi huwiex soġġett għal rekwiżiti legali jew regolatorji; |
(d) |
il-ħila tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tieħu azzjoni biex tinfurza t-twettiq mill-kontropartijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari. |
Artikolu 65
Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Informazzjoni fuq ir-riżultat ta' sejħiet fil-passat
L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riżultat ta' sejħiet fil-passat msemmija fl-Artikolu 90(4)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE:
(a) |
jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' sejħiet fil-passat mill-istess kontropartijiet jew oħrajn simili fl-istess ċirkustanzi jew oħrajn simili; |
(b) |
jekk dak it-tagħrif huwiex rilevanti u affidabbli fir-rigward tar-riżultat mistenni ta' sejħiet futuri. |
Artikolu 66
Speċifikazzjoni tal-ammont marbut ma' ammont mingħajr limitu ta' fondi proprji anċillari
1. L-awtoritajiet superviżorji ma japprovawx ammont mingħajr limitu ta' fondi proprji anċillari.
2. Meta l-awtoritajiet superviżorji japprovaw ammont ta' fondi proprji anċillari, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji tispeċifika jekk l-ammont li kien ġie approvat huwiex l-ammont li għalih applikat l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew jekk huwiex ammont inqas.
Artikolu 67
Speċifikazzjoni tal-ammont u t-tempestività relatati mal-approvazzjoni ta' metodu
Meta l-awtoritajiet superviżorji japprovaw metodu biex jistabbilixxu l-ammont ta' kull entrata ta' fondi proprji anċillari, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji tistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:
(a) |
l-ammont inizjali tal-entrata ta' fondi proprji anċillari li ġie kkalkulat billi ntuża dak il-metodu dakinhar li tingħata l-approvazzjoni; |
(b) |
il-frekwenza minima tal-kalkolu mill-ġdid tal-ammont tal-entrata ta' fondi proprji anċillari billi jintuża dak il-metodu meta jsir iktar minn darba fis-sena, u r-raġunijiet għaliex daqshekk spiss; |
(c) |
il-perjodu ta' żmien li għalih jiġi approvat il-kalkolu tal-entrata ta' fondi proprji anċillari billi jintuża dak il-metodu. |
Artikolu 68
Trattament tal-parteċipazzjonijiet fid-determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi
1. Għall-fini ta' determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-fondi proprji bażiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE jitnaqqsu bil-valur sħiħ tal-parteċipazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, f'istituzzjoni finanzjarja u tal-kreditu, li jaqbeż l-10 % tal-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69.
2. Għall-fini ta' determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-fondi proprji bażiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE jitnaqqsu bis-sehem tal-valur tal-parteċipazzjonijiet kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu, minbarra parteċipazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, li jaqbeż l-10 % tal-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jnaqqsux parteċipazzjonijiet strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 171 li huma inklużi fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp fuq il-bażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE.
4. It-tnaqqisijiet stipulati fil-paragrafu 2 jiġu applikati fuq bażi prorata għall-parteċipazzjonijiet kollha msemmijin f'dak il-paragrafu.
5. It-tnaqqisijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 isiru mill-grad korrispondenti li fih il-parteċipazzjoni żiedet il-fondi proprji tal-impriża relatata kif ġej:
(a) |
parteċipazzjonijiet ta' entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69; |
(b) |
parteċipazzjonijiet ta' strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati inklużi fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69; |
(c) |
parteċipazzjonijiet ta' strumenti tal-Grad 2 ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati tal-fondi proprji bażiċi inklużi fl-Artikolu 72. |
TAQSIMA 2
Klassifikazzjoni ta' fondi proprji
Artikolu 69
Grad 1 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji
L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala l-Grad 1, meta dawk l-entrati juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 71:
(a) |
is-sehem eċċessiv tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 75 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:
|
(b) |
obbligazzjonijiet subordinati mħallsin ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
Artikolu 70
Riżerva ta' Rikonċiljazzjoni
1. Ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni msemmija fil-punt (a)(vi) tal-Artikolu 69 hija daqs l-eċċess totali ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet imnaqqas b'dawn kollha li ġejjin:
(a) |
bl-ammont ta' ishma proprji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni; |
(b) |
b'dividendi, distribuzzjonijiet u imposti prevedibbli; |
(c) |
bl-entrati ta' fondi proprji bażiċi inklużi fil-punti (a)(i) sa (v) tal-Artikolu 69, l-Artikolu 72(a) u l-Artikolu 76(a); |
(d) |
bl-entrati ta' fondi proprji bażiċi mhux inklużi fil-punti (a)(i) sa (v) tal-Artikolu 69, punt (a) tal-Artikolu 72 u l-punt tal-Artikolu 76, li ġew approvati mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 79; |
(e) |
bl-entrati ta' fondi proprji ristretti li jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(f) |
l-ammont ta' parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE mnaqqas b'konformità mal-Artikolu 68, diment li dan ma jkunx diġà ġie inkluż fil-punti (a) sa (e). |
2. L-eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi l-ammont li jikkorrispondi għall-profitt mistenni inkluż fil-primjums tal-ġejjieni stipulati fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 260.
3. Is-sejbien ta' jekk, u kemm, ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni turi l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 71 ma jsarrafx f'valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma inklużi fil-kalkolu tal-eċċess tal-attiv fuq il-passiv jew l-entrati sottostanti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriżi.
Artikolu 71
Grad 1 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni
1. Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 69 ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi:
|
(b) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi; |
(c) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija disponibbli minnufih biex tassorbi t-telf; |
(d) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tassorbi telf tal-inqas ladarba jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u ma xxekkilx ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(e) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ ta' entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, għandha wieħed mill-mekkaniżmi ta' assorbiment tat-telf ta' kapital li ġejjin li jridu jitnedew bl-event xkattatur speċifikat fil-paragrafu 8:
|
(f) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(g) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi msemmija fil-punti (a) (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69 tista' tippermetti biss li jsiru l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata bejn ħames u 10 snin wara d-data tal-ħruġ meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża jinqabeż b'marġni xieraq filwaqt li tittieħed f'kunsiderazzjoni l-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża inkluż il-pjan ta' ġestjoni tal-kapital tal-impriża fit-terminu medju; |
(h) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel; |
(i) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, ma tinkludi ebda inċentiv għall-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata li jżid il-probabbiltà li impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni se tħallas lura jew tifdi dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi meta jkollha l-possibbiltà li tagħmel hekk; |
(j) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tipprovdi għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunux se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
(k) |
minkejja l-punt (j), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss li jsiru l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(l) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(m) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss sabiex issir distribuzzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew id-distribuzzjoni fuq entrata ta' fondi proprji bażiċi tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(n) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tipprovdi lill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni bi flessibbiltà assoluta fuq id-distribuzzjonijiet fuq l-entrata ta' fondi proprji bażiċi; |
(o) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li meta tiġi kkunsidrata mal-entrata ta' fondi proprji bażiċi, tista' twassal sabiex dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tikkonformax mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji tal-Grad 1 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi li tal-inqas hija tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.
3. Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, flessibbiltà sħiħa fuq id-distribuzzjonijiet hija pprovduta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
ma hemm ebda trattament ta' distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni ta' ħlasijiet ta' distribuzzjoni u t-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregola l-entrata ta' fondi proprji ma jipprovdux drittijiet preferenzjali għall-ħlas tad-distribuzzjonijiet; |
(b) |
id-distribuzzjonijiet jitħallsu minn entrati distribwibbli; |
(c) |
il-livell ta' distribuzzjonijiet ma jinstabx fuq il-bażi tal-ammont li għalih inxtrat l-entrata ta' fondi proprji fil-ħruġ u ma hemm ebda limitu massimu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta' distribuzzjoni; |
(d) |
minkejja l-punt (c), fil-każ ta' strumenti maħruġin minn impriżi mutwi u tat-tip mutwu, jistgħu jiġu stabbiliti livell massimu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta' distribuzzjoni, diment li l-livell massimu jew restrizzjoni oħra ma tkunx event marbut mad-distribuzzjonijiet li jsiru, jew li ma jsirux, fuq entrati oħrajn ta' fondi proprji; |
(e) |
ma hemm ebda obbligu li impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tagħmel distribuzzjonijiet; |
(f) |
in-nuqqas ta' pagament ta' distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta' inadempjenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(g) |
it-tħassir ta' distribuzzjonijiet ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
4. Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(iii) u (a)(v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, flessibbiltà sħiħa fuq id-distribuzzjonijiet hija pprovduta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
id-distribuzzjonijiet jitħallsu minn entrati distribwibbli; |
(b) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom diskrezzjoni sħiħa l-ħin kollu biex iħassru distribuzzjonijiet marbutin mal-entrata ta' fondi proprji għal perjodu illimitat u mhux fuq bażi kumulattiva u l-impriżi jsitgħu jużaw il-pagamenti mħassrin mingħajr restrizzjoni biex tissodisfa l-obbligi tagħha malli jkunu dovuti; |
(c) |
ma hemm ebda obbligu li d-distribuzzjoni tiġi sostitwita ma' pagament f'xi forma oħra; |
(d) |
ma hemm ebda obbligu li jsiru distribuzzjonijiet fil-każ ta' distribuzzjoni li ssir fuq entrata oħra ta' fondi proprji; |
(e) |
in-nuqqas ta' pagament ta' distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta' inadempjenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(f) |
it-tħassir ta' distribuzzjonijiet ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(e)(i), l-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi jitniżżel fil-valur b'tali mod li jitnaqqsu dawn kollha li ġejjin:
(a) |
il-pretensjoni tad-detentur ta' dik l-entrata fil-każ ta' proċedimenti ta' stralċ; |
(b) |
l-ammont li huwa meħtieġ jitħallas mal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata; |
(c) |
id-distribuzzjonijiet imħallsa fuq dik l-entrata. |
6. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(e)(ii), il-provvedimenti li jirregolaw il-konverżjoni f'entrati ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punti (a) (i) jew (ii) tal-Artikolu 69 jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
ir-rata ta' konverżjoni u limitu fuq l-ammont awtorizzat ta' konverżjoni; |
(b) |
medda li fiha l-istrumenti se jikkonvertu fl-entrata ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punti (a)(i) jew (ii) tal-Artikolu 69. |
7. L-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi jassorbi t-telf fl-event skattatur. L-assorbiment tat-telf li jirriżulta mit-tħassir tad-distribuzzjonijiet jew it-tnaqqis fihom ma jitqiesx li huwa biżżejjed biex jitqies li huwa mekkaniżmu ta' assorbiment tat-telf ta' kapital skont il-paragrafu (1)(e).
8. L-event skattatur imsemmi fil-paragrafu (1)(e)ijkun nuqqas serju ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jiġi kkunsidrat importanti meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-ammont ta' entrati ta' fondi proprji eliġibbli biex ikun kopert ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza huwa 75 % jew inqas tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
(b) |
l-ammont ta' entrati ta' fondi proprji eliġibbli biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali Minimu huwa daqs ir-Rekwiżit Kapitali Minimu jew inqas; |
(c) |
il-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma terġax tiġi stabbilita fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ewwel darba meta nstab in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazjoni jistgħu jispeċifikaw, fil-provvedimenti li jirregolaw l-istrument event skattatur wieħed jew iktar minbarra l-każijiet msemmijin fil-punti (a) sa (c).
9. Għall-finijiet tal-punti (d), (j) u (l) tal-paragrafu 1, ir-referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.
Artikolu 72
Fondi proprji Bażiċi tal-Grad 2 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji
L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala Grad 2 meta l-entrati li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 73:
(a) |
is-sehem eċċessiv ta' assi fuq obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 75 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:
|
(b) |
obbligazzjonijiet subordinati vvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
Artikolu 73
Fondi proprji bażiċi tal-Grad 2 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni
1. Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 72 ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tikklassifika wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-poloz u kredituri mhux subordinati; |
(b) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi; |
(c) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi mhijiex datata jew għandha maturità oriġinali ta' tal-inqas 10 snin; l-ewwel opportunità kuntrattwali għall-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma sseħħx qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ; |
(d) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel; |
(e) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tinkludi inċentivi limitati biex titħallas lura jew tinfeda dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, diment li dawn ma jseħħux qabel 10 snin mid-data ta' ħruġ; |
(f) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tipprovdi għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunx se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
(g) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(h) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss sabiex issir distribuzzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew id-distribuzzjoni fuq entrata ta' fondi proprji bażiċi tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(i) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li meta tiġi kkunsidrata mal-entrata ta' fondi proprji bażiċi, tista' twassal sabiex dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma jikkonformax mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
(j) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi turi l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 71 li huma rilevanti għall-entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(iii), (v) u (b) tal-Artikolu 69, iżda taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 82(3). |
Minkejja l-punt (f), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti li titħallas lura jew tinfeda dik l-entrata biss meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata; |
(ii) |
l-entrata hija skambjata għal jew hija kkonvertita f'entrata oħra ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 jew Grad 2 li tal-inqas hija tal-istess kwalità; |
(iii) |
tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija. |
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħrajn tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 2 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi tal-inqas tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.
3. Għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-paragrafu 1, ir-referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.
4. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-impriżi jikkunsidraw inċentivi għat-tifdija fil-forma ta' żieda fir-rata tal-imgħax assoċjata ma' opzjoni eżerċitabbli kif limitata meta ż-żieda ssir fil-forma ta' żieda ta' darba fir-rata tal-kupun u tirriżulta f'żieda fir-rata inizjali li mhijiex ikbar mill-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:
(a) |
100 punt bażi, meta titnaqqas il-firxa tal-iswap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda; |
(b) |
50 % tal-firxa tal-kreditu inizjali, meta titnaqqas il-firxa ta' swap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda. |
Artikolu 74
Fondi proprji anċillari tal-Grad 2 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 96 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-entrati ta' fondi proprji anċillari li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala Grad 2, meta l-entrati li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 75:
(a) |
kapital azzjonarju ordinarju eżerċitabbli fuq talba ma jkunx imħallas u ma jkunx mitlub; |
(b) |
fondi inizjali mhux imħallsin u mhux mitlubin, kontribuzzjonijiet tal-membri jew l entrata ta' fondi proprji bażiċi ekwivalenti għal impriżi mutwi u tat-tip mutwu, eżerċitabbli fuq talba; |
(c) |
ishma preferenzjali eżerċitabbli fuq talba ma jkunux imħallsin u ma jkunux mitlubin; |
(d) |
impenn li jorbot legalment għas-sottoskrizzjoni u l-ħlas għal obbligazzjonijiet subordinati fuq talba; |
(e) |
ittri ta' kreditu u garanziji li jinżammu f'kont fiduċjarju għall-benefiċċju ta' kredituri tal-assigurazzjoni minn trustee indipendenti u pprovduti minn istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(f) |
ittri ta' kreditu u garanziji diment li l-entrati jistgħu jiġu eżerċitati fuq talba u huma ħielsa minn gravami; |
(g) |
kwalunkwe pretensjoni fil-ġejjieni li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu ta' sidien ta' bastimenti b'kontribuzzjonijiet varjabbli li jassiguraw biss riskji elenkati fil-klassijiet numru sitta, 12 u 17 fil-Parti A tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/138/KE jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien it-12-il xahar ta' wara; |
(h) |
kwalunkwe pretensjoni fil-ġejjieni li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien it-12-il xahar ta' wara, diment li sejħa tista' ssir fuq talba u hija ħielsa minn gravami; |
(i) |
impenji oħrajn li jorbtu legalment riċevuti mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, diment li l-entrata tista' tiġi eżerċitata fuq talba u tkun ħielsa minn gravami. |
Artikolu 75
Fondi proprji anċillari tal-Grad 2 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni
Sabiex jiġu kklassifikati bħala tal-Grad 2, l-entrati ta' fondi proprji anċillari elenkati fl-Artikolu 74 juru l-karatteristiċi ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi kklassifikata fil-Grad 1 skont l-Artikoli 69 u 71 ladarba dik l-entrata tkun ġiet mitluba u tħallset.
Artikolu 76
Fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji
L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala tal-Grad 3 meta l-entrati kollha li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 77:
(a) |
is-sehem eċċessiv ta' assi fuq obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mat-Taqsima 1 u 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:
|
(b) |
obbligazzjonijiet subordinati vvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
Artikolu 77
Fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni
1. Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 76 ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tikklassifika wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-poloz u kredituri mhux subordinati; |
(b) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi; |
(c) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, mhijiex datata jew għandha maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin, meta d-data ta' maturità tkun l-ewwel opportunità kuntrattwali biex titħallas lura jew tinfeda l-entrata ta' fondi proprji bażiċi; |
(d) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel; |
(e) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tista' tinkludi inċentivi limitati għall-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi; |
(f) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tipprovdi għas-sospensjoni ta' ħlas lura jew tifdija meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunux se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
(g) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tipprovdi għad-differiment tad-distribuzzjonijiet meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jew id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali Minimu u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu; |
(h) |
l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li tista' xxekkel il-karatteristiċi li l-entrata huwa meħtieġ ikollha skont dan l-Artikolu. |
Minkejja l-punt (f), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata biss meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata; |
(ii) |
l-entrata hija skambjata ma' jew ikkonvertita f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1, Grad 2 jew entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 li tal-inqas hija tal-istess kwalità; |
(iii) |
tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija. |
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1, Grad 2 jew entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi li tal-inqas hija tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.
3. Għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 1, referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.
4. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-impriżi jikkunsidraw inċentivi għat-tifdija fil-forma ta' żieda fir-rata tal-imgħax assoċjata ma' opzjoni eżerċitabbli kif limitata meta ż-żieda ssir fil-forma ta' żieda ta' darba fir-rata tal-kupun u tirriżulta f'żieda fir-rata inizjali li mhijiex ikbar mill-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:
(a) |
100 punt bażi, meta titnaqqas il-firxa tal-iswap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda; |
(b) |
50 % tal-firxa tal-kreditu inizjali, meta titnaqqas il-firxa ta' swap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda. |
Artikolu 78
Fondi proprji anċillari tal-Grad 3 — Lista tal-entrati ta' fondi proprji
L-entrati ta' fondi proprji anċillari li ġew approvati mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, u li ma jurux il-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 75 jiġu kklassifikati bħala fondi proprji anċillari tal-Grad 3.
Artikolu 79
Approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta entrata ta' fondi proprji ma tkunx inkluża fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stabbilita fl-Artikoli 69, 72, 74, 76 u 78 l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jqisu biss dik l-entrata bħala fond proprju, meta l-awtorità superviżorja tkun tat approvazzjoni tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrata.
2. Fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-awtorità superviżorja tivvaluta kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin meta tapprova l-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji mhux inklużi fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stabbilita fl-Artikoli 69, 72, 74, 76 u 78:
(a) |
meta l-impriża tkun qed tapplika għal approvazzjoni għall-klassifikazzjoni fil-Grad 1, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva; |
(b) |
meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji bażiċi fil-Grad 2, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva; |
(c) |
meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji anċillari fil-Grad 2, jekk l-entrata ta' fondi proprji anċillari tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva; |
(d) |
meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji bażiċi fil-Grad 3, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva; |
(e) |
l-infurzabbiltà legali tat-termini kuntrattwali tal-entrata ta' fondi proprji fil-ġuriżdizzjonijiet kollha rilevanti; |
(f) |
jekk l-entrata ta' fondi proprji tħallsitx bis-sħiħ. |
3. Entrati ta' fondi proprji bażiċi mhux inklużi fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stipulata fl-Artikoli 69, 72 u 76 jiġu kklassifikati bħala fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 meta jitħallsu bis-sħiħ.
4. L-inklużjoni ta' entrati ta' fondi proprji approvati mill-awtorità superviżorja skont dan l-Artikolu tkun soġġetta għal limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 82.
TAQSIMA 3
Eliġibbiltà tal-fondi proprji
Artikolu 80
Fondi ring-fenced li jeħtieġu aġġustamenti
1. Tnaqqis tar-riżerva ta' rikonċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 70(1)(e) ikun meħtieġ meta l-entrati ta' fondi proprji f'fond ring-fenced għandhom kapaċità mnaqqsa sabiex jassorbu bis-sħiħ it-telf fuq il-bażi ta' negozju attiv minħabba n-nuqqas ta' trasferibbiltà tagħhom fl-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minħabba waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(a) |
l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fuq sehem definit tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(b) |
l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fir-rigward ta' ċerti detenturi jew benefiċjarji ta' polza; |
(c) |
l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf li jirriżulta minn riskji jew obbligazzjonijiet partikolari. |
2. L-entrati ta' fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 1 (minn hawn 'il quddiem imsejħin 'entrati ta' fondi proprji ristretti'), ma jinkludux il-valur tat-trasferimenti futuri li jistgħu jiġu attribwiti lill-azzjonisti.
Artikolu 81
Aġġustament għall-fondi ring-fenced u portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza
1. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' rikonċiljazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jnaqqsu l-insolvenza msemmija fl- Artikolu 70 billi jqabblu l-ammonti li ġejjin:
(a) |
l-entrati ta' fondi proprji ristretti fil-fond ring-fenced jew il-portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza; |
(b) |
ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza għall-fond ring-fenced jew il-portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza. |
Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi tuża l-formula standard, ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza jiġi kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 217.
Meta l-impriża tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi tuża mudell intern, ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza għandu jiġi kkalkulat billi jintuża l-mudell intern, daqslikieku l-impriża kellha biss dak in-negozju inkluż fil-fond ring-fenced jew portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta l-assi, l-obbligazzjonijiet u r-riskju f'fond ring-fenced ma jkunux materjali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jnaqqsu r-riżerva ta' rikonċiljazzjoni bl-ammont totali ta' entrati ta' fondi proprji ristretti.
Artikolu 82
Eliġibbiltà u limiti applikabbli għall-Gradi 1, 2 u 3
1. F'dak li għandu x'jaqsam mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 3 ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi kollha li ġejjin:
(a) |
l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 1 ikun tal-inqas nofs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
(b) |
l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 3 ikun inqas minn 15 % tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza; |
(c) |
is-somma tal-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 u l-Grad 3 ma taqbiżx il-50 % tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. |
2. F'dak li għandu x'jaqsam ma' konformità mar-Rekwiżiti Kapitali Minimi, l-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi li ġejjin:
(a) |
l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 1 ikun tal-inqas 80 % tar-Rekwiżit Kapitali Minimu; |
(b) |
l-ammonti eliġibbli tal-Grad 2 ma jaqbżux l-20 % tar-Rekwiżit Kapitali Minimu; |
3. Fil-limitu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-punt (a) tal-paragrafu 2, is-somma tal-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin tifforma inqas minn 20 % tal-ammont totali tal-entrati tal-Grad 1:
(a) |
entrati msemmijin fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 69; |
(b) |
entrati msemmijin fil-punt (a)(v) tal-Artikolu 69; |
(c) |
entrati msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 69; |
(d) |
entrati li huma inklużi fil-fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 skont l-arranġament tranżitorju stipulat fl-Artikolu 308b(9) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
KAPITOLU V
FORMULA STANDARD TAR-REKWIŻIT KAPITALI TAS-SOLVENZA
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 83
1. Meta l-kalkolu ta' modulu jew submodulu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, is-suppożizzjonijiet kollha li ġejjin isiru f'dak il-kalkolu:
(a) |
ix-xenarju ma jibdilx l-ammont tal-marġni ta' riskju inkluż fil-provvedimenti tekniċi; |
(b) |
ix-xenarju ma jibdilx il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita; |
(c) |
ix-xenarju ma jibdilx il-valur ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri inklużi fil-provvedimenti tekniċi; |
(d) |
ma tittieħed ebda azzjoni ta' ġestjoni mill-impriża matul ix-xenarju. |
2. Il-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi li jirriżultaw wara s-sejbien tal-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jibdilx il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali tal-ġejjieni, u jieħu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin:
(a) |
mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-paragrafu 1, azzjonijiet ta' ġestjoni futuri wara x-xenarju, diment li jikkonformaw mal-Artikolu 23; |
(b) |
kwalunkwe impatt avvers materjali tax-xenarju jew l-azzjonijiet ta' ġestjoni msemmijin fil-punt (a) fuq il-probabbiltà li d-detenturi ta' poloz se jeżerċitaw opzjonijiet kuntrattwali. |
3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi ssimplifikati biex jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi li jirriżultaw wara d-determinazzjoni tal-impatt ta' xenarju kif stipulat fil-paragrafu 1, diment li l-metodu ssimplifikat ma jwassalx għal dikjarazzjoni skorretta tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tista' tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent tal-informazzjoni relatata mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm il-kalkolu ssimplifikat ma jwassalx għal Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jaqbeż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta mill-kalkolu skont il-formula standard.
4. Il-kalkolu ta' assi u obbligazzjonijiet li jirriżulta wara s-sejbien tal-impatt ta' xenarju kif stipulat fil-paragrafu 1 jieħu f'kunsiderazzjoni l-impatt tax-xenarju fuq il-valur ta' kwalunkwe strument rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskji fil-pussess tal-impriża li jikkonforma mal-Artikoli 209 sa 215.
5. Meta x-xenarju jkun se jirriżulta f'żieda fil-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kalkolu tal-modulu jew is-submodulu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li x-xenarju ma għandu ebda impatt fuq il-fondi proprji bażiċi.
Artikolu 84
1. Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kull wieħed mill-assi sottostanti ta' impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti oħrajn aggregati bħala fondi (approċċ ta' trasparenza).
2. L-approċċ ta' trasparenza msemmi fil-paragrafu 1 japplika għal dawn li ġejjin ukoll:
(a) |
skoperturi indiretti għar-riskju tas-suq minbarra impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti aggregati bħala fondi; |
(b) |
skoperturi indiretti għas-sottoskrizzjoni tar-riskju; |
(c) |
skoperturi indiretti għar-riskju tal-kontroparti. |
3. Meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx jista' jiġi applikat għal impriżi ta' investiment kollettiv jew aggregati bħala fondi, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-allokazzjoni tal-assi sottostanti fil-mira tal-impriża jew il-fond ta' investiment kollettiv, diment li t-tali allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża fil-livell ta' granularità meħtieġ sabiex jiġu kkalkulati s-submoduli u x-xenarji kollha rilevanti tal-formula standard, u l-assi sottostanti jkunu maniġġjati strettament skont din l-allokazzjoni fil-mira. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, jistgħu jintużaw raggruppamenti ta' dejta, diment li jkunu applikati b'mod prudenti, u li ma japplikawx għal iktar minn 20 % tal-valur totali tal-assi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
4. Il-paragrafu 2 ma japplikax għal investimenti f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE.
Artikolu 85
Il-kundizzjonijiet għal kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jkunu li ma hemm ebda differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dawn u skoperturi għall-gvern ċentrali, minħabba s-saħħa speċifika tal-gvernijiet reġjonali li jiġbru dħul, u jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi, li l-effett tagħhom huwa li jonqos ir-riskju ta' inadempjenza.
Artikolu 86
Minkejja l-Artikolu 210(2), meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskju tas-sottoskrizzjoni billi jużaw kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li huma soġġetti għal riskju ta' bażi materjali minn diskrepanza fil-muniti bejn ir-riskju tas-sottoskrizzjoni u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, diment li t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tikkonforma mal-Artikolu 209, l-Artikolu 210(1), (3) u (4) u l-Artikolu 211, u l-kalkolu jitwettaq kif ġej:
(a) |
ir-riskju ta' bażi li jirriżulta minn diskrepanza fil-muniti bejn ir-riskju ta' sottoskrizzjoni u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jiġi kkunsidrat fil-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju tar-riskju ta' sottoskrizzjoni rilevanti tal-formula standard fl-iktar livell granulari billi mar-rekwiżit kapitali kkalkulat skont il-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju rilevanti tiżdied 25 % tad-differenza bejn dawn li ġejjin:
|
(b) |
meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkopri iktar minn modulu, submodulu jew xenarju wieħed, il-kalkolu msemmi fil-punt (a) isir għal kull wieħed minn dawk il-moduli, submoduli u xenarji. Ir-rekwiżit kapitali li jirriżulta minn dawk il-kalkoli ma jaqbiżx il-25 % tal-kapaċità tal-kuntratt tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonat jew il-veikolu bi skop speċjali. |
Artikolu 87
Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza jinkludi modulu tar-riskju għal riskju ta' assi intanġibbli.u jirriżulta minn dan li ġej:
fejn:
(a) |
is-somma, Corri,j , SCRi u SCRj hija kif stipulat fil-punt (1) tal-Anness IV għad-Direttiva 2009/138/KE; |
(b) |
SCRintangibles tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' assi intanġibbli msemmi fl-Artikolu 203. |
Artikolu 88
Proporzjonalità
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 109, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu jekk il-kalkolu ssimpifikat huwiex proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji billi jwettqu valutazzjoni li tinkludi dawn kollha li ġejjin:
(a) |
valutazzjoni tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji tal-impriża li jaqgħu taħt il-modulu jew submodulu rilevanti; |
(b) |
evalwazzjoni f'termini kwalitattivi jew kwantitattivi, kif xieraq, tal-iżball imdaħħal fir-riżultati tal-kalkolu ssimplifikat minħabba xi devjazzjoni bejn dawn li ġejjin:
|
2. Kalkolu ssimplifikat ma jiġix ikkunsidrat proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji meta l-iżball imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tista' tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent tat-tagħrif marbut mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm il-kalkolu ssimplifikat ma jwassalx għal Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jaqbeż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta mill-kalkolu standard.
Artikolu 89
Dispożizzjonijiet ġenerali għas-simplifikazzjonijiet għal kumpaniji ristretti
L-impriżi tal-assigurazzjoni ristretti u l-impriżi tar-riassigurazzjoni ristretti kif definiti fil-punti (2) u (5) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE jistgħu jużaw il-kalkoli ssimplifikati stabbiliti fl-Artikoli 90, 103, 105 u 106 ta' dan ir-Regolament meta tinżamm konformità mal-Artikolu 88 ta' dan ir-Regolament u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni captive jew l-impriża tar-riassigurazzjoni captive, il-persuni u l-benefiċjarji assigurati kollha huma entitajiet ġuridiċi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni ristretta hija parti minnu; |
(b) |
fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive, il-persuni u l-benefiċjarji assigurati kollha tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma l-bażi tal-obbligi tar-riassigurazzjoni huma entitajiet ġuridiċi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni captive hija parti minnu; |
(c) |
l-obbligi tal-assigurazzjoni u l-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma l-bażi tal-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni captive mhumiex marbutin ma' xi assigurazzjoni obbligatorja ta' responsabbiltà ta' parti terza. |
Artikolu 90
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni captive
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive u r-riassigurazzjoni captive jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja kif ġej:
meta s tkopri s-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja ta' segment partikolari s stabbilit fl-Anness II jinstabu kif ġej:
fejn:
(a) |
V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-segment s ikkalkulat skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 116; |
(b) |
V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment ikkalkulat skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 116. |
Artikolu 91
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità tal-ħajja
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità tal-ħajja kif ġej:
fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:
(a) |
CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:
|
(b) |
q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(c) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet pagabbli mal-mewt inklużi fl-aħjar stima; |
(d) |
ik tirrappreżenta r-rata spot annwalizzata għall-maturità k tal-istruttura tat-terminu rilevanti mingħajr riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43. |
Artikolu 92
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' lonġevità tal-ħajja
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tal-ħajja kkalkulat kif ġej:
fejn, fir-rigward tal-poloz imsemmijin fl-Artikolu 138(2):
(a) |
q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(b) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet lil benefiċjarji inklużi fl-aħjar stima; |
(c) |
BElong tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' lonġevità. |
Artikolu 93
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' diżabilità-morbidità fil-ħajja
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità tal-ħajja kif ġej:
SCRdisability-morbidity = |
0,35 · CAR 1 · d 1 + 0,25 · 1,1 (n – 3)/2 · (n – 1) · CAR 2 · d 2 + 0,2 · 1,1 (n –1)/2 · t · n · BEdis |
fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:
(a) |
CAR1 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:
|
(b) |
CAR2 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju kif iddefinit fil-punt (a) wara 12-il xahar; |
(c) |
d1 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(d) |
d2 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità fit-12-il xahar ta' wara t-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(e) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ħlasijiet fuq id-diżabilità-morbidità inklużi fl-aħjar stima; |
(f) |
t tirrappreżenta r-rati ta' terminazzjoni mistennija matul it-12-il xahar ta' wara; |
(g) |
BEdis tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' diżabilità-morbidità. |
Artikolu 94
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja kif ġej:
fejn:
(a) |
EI tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrbin fis-servizzj ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa matul l-aħħar sena; |
(b) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fis-snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi; |
(c) |
i tirrappreżenta r-rata ta' inflazzjoni medja ponderata fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, fejn il-piż huwa bbażat fuq il-valur preżenti tal-ispejjeż inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima għas-servizzj ta' obbligi tal-ħajja eżistenti. |
Artikolu 95
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal bidliet permanenti fir-rati ta' skadenza
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza kif ġej:
fejn:
(a) |
lup tirrappreżenta l-ogħla mir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment u s-67 %; |
(b) |
nup tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw; |
(c) |
Sup tirrappreżenta s-somma tad-differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment. |
2. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza kif ġej:
fejn:
(a) |
ldown tirrappreżenta l-ogħla minn fost ir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment u l-40 %; |
(b) |
ndown tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw; |
(c) |
Sdown tirrappreżenta s-somma tad-differenza negattiva tal-valur ta' ċediment. |
3. Id-differenza -tal-valur ta' ċediment ta' polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija d-differenza bejn dawn li ġejjin:
(a) |
l-ammont li jrid jitħallas bħalissa mill-impriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur itemm il-polza, nett wara kwalunkwe ammont rekuperabbli minn detenturi ta' polza jew intermedjarji; |
(b) |
l-ammont ta' provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju. |
Artikolu 96
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi l-poloz kollha b'kapital f'riskju pożittiv; |
(b) |
CARi tirrappreżenta l-kapital f'riskju tal-polza i, jiġifieri l-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:
|
Artikolu 97
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa kif ġej:
fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:
(a) |
CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, jiġifieri s-somma, fir-rigward ta' kull kuntratt, tal-ogħla miż-żero, u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:
|
(b) |
q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(c) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet pagabbli mal-mewt inklużi fl-aħjar stima; |
(d) |
ik tirrappreżenta r-rata spot annwalizzata għall-maturità k tal-istruttura tat-terminu rilevanti mingħajr riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43. |
Artikolu 98
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa kif ġej:
fejn, fir-rigward tal-poloz imsemmijin fl-Artikolu 138(2):
(a) |
q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(b) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet lil benefiċjarji inklużi fl-aħjar stima; |
(c) |
BElong tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' lonġevità. |
Artikolu 99
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità kif ġej:
fejn:
(a) |
MP tirrappreżenta l-ammont ta' ħlasijiet mediċi matul l-aħħar sena fuq obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal spejjeż mediċi tul l-aħħar sena; |
(b) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi; |
(c) |
i tirrappreżenta r-rata medja tal-inflazzjoni fuq il-ħlasijiet mediċi inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, fejn il-piż huwa bbażat fuq il-valur preżenti tal-ħlasijiet mediċi inkluż fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi. |
Artikolu 100
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' protezzjoni tad-dħul f'diżabilità-morbidità
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' protezzjoni tad-dħul f'diżabilità-morbidità kif ġej:
SCRincome-protection-disability-morbidity = |
0,35 · CAR 1 · d 1 + 0,25 · 1,1 (n – 3)/2 · (n – 1) · CAR 2 · d 2 + 0,2 · 1,1 (n –1)/2 · t · n · BEdis |
fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:
(a) |
CAR1 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:
|
(b) |
CAR 2 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju kif iddefinit fil-punt (a) wara 12-il xahar; |
(c) |
d 1 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(d) |
d 2 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità fit-12-il xahar ta' wara t-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata; |
(e) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ħlasijiet fuq id-diżabilità-morbidità inklużi fl-aħjar stima; |
(f) |
t tirrappreżenta r-rati ta' terminazzjoni mistennija matul it-12-il xahar ta' wara; |
(g) |
BEdis tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' diżabilità-morbidità. |
Artikolu 101
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa kif ġej:
fejn:
(1) |
EI tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrbin fis-servizz tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa matul l-aħħar sena; |
(2) |
n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi; |
(3) |
i tirrappreżenta r-rata ta' inflazzjoni medja ponderata inkluża fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, ppeżata skont il-valur preżenti tal-ispejjeż imġarrbin fil-kalkolu tal-aħjar stima għas-servizz ta' obbligi eżistenti tas-saħħa. |
Artikolu 102
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' skadenza tas-saħħa SLT
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza msemmijin fl-Artikolu 159(1)(a) kif ġej:
fejn:
(a) |
lup tirrappreżenta l-ogħla mir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment u t-83 %; |
(b) |
nup tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw; |
(c) |
Sup tirrappreżenta s-somma tad-differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment. |
2. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza msemmijin f'159(1)(b) kif ġej:
fejn:
(a) |
ldown tirrappreżenta r-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment; |
(b) |
ndown tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw; |
(c) |
Sdown tirrappreżenta s-somma tad-differenza negattiva tal-valur ta' ċediment. |
3. Id-d-differenza tal-valur ta' ċediment ta' polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafi (1) u (2) hija d-differenza bejn dawn li ġejjin:
(a) |
l-ammont li jrid jitħallas bħalissa mill-impriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur itemm il-polza, nett wara kwalunkwe ammont rekuperabbli minn detenturi ta' polza jew intermedjarji; |
(b) |
l-ammont ta' provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju. |
Artikolu 103
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax msemmi fl-Artikolu 165 kif ġej:
(a) |
is-somma, għal kull valuta, ta' rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; |
(b) |
is-somma, għal kull valuta, ta' rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. |
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jiġi kkalkulat hekk:
fejn:
(a) |
l-ewwel somma tkopri l-intervalli kollha ta' maturità i stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; |
(b) |
MVALi tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE ta' assi meta mnaqqsa l-obbligazzjonijiet minbarra l-provvedimenti tekniċi għall-intervall ta' maturità i; |
(c) |
duri tirrappreżenta d-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i; |
(d) |
ratei tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i; |
(e) |
stress(i,up) tirrappreżenta l-istress relattiv 'il fuq tar-rata tal-imgħax għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i; |
(f) |
it-tieni somma tkopri l-linji operatorji kollha stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(g) |
BElob tirrappreżenta l-aħjar stima għal-linja operatorja lob; |
(h) |
durlob tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-aħjar stima fil-linja operatorja lob; |
(i) |
ratelob tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata mmodifikata fil-linja operatorja lob; |
(j) |
stress(lob,up) tirrappreżenta l-istress relattiv 'il fuq tar-rata tal-imgħax għad-durata mmodifikata durlob . |
3. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
l-ewwel somma tkopri l-intervalli kollha ta' maturità i stipulati fil-paragrafu 4; |
(b) |
MVALi tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE ta' assi meta mnaqqsa l-obbligazzjonijiet minbarra l-provvedimenti tekniċi għall-intervall ta' maturità i; |
(c) |
duri tirrappreżenta d-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i; |
(d) |
ratei tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i; |
(e) |
stress(i,down) tirrappreżenta l-istress relattiv 'l isfel tar-rata tal-imgħax għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i; |
(f) |
it-tieni somma tkopri l-linji operatorji kollha stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(g) |
BElob tirrappreżenta l-aħjar stima għal-linja operatorja lob; |
(h) |
durlob tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-aħjar stima fil-linja operatorja lob; |
(i) |
ratelob tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata mmodifikata fil-linja operatorja lob; |
(j) |
stress(lob, down) tirrappreżenta l-istress 'l isfel relattiv tar-rata tal-imgħax għad-durata mmodifikata dur(lob) . |
4. L-intervalli ta' maturità i u d-durata ssimplifikata duri imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2 u fil-punt (a) u (c) tal-paragrafu 3 ikunu kif ġej:
(a) |
sal-maturità ta' sena, id-durata ssimplifikata tkun ta' 0,5 ta' sena; |
(b) |
bejn maturitajiet ta' sena u tliet snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' sentejn; |
(c) |
bejn maturitajiet ta' tlieta u ħames snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' erba' snin; |
(d) |
bejn maturitajiet ta' ħames u 10 snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' seba' snin; |
(e) |
minn maturità ta' 10 snin u iktar, id-durata ssimplifikata tkun ta' 12-il sena. |
Artikolu 104
Kalkolu ssimplifikat għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa imsemmijin fl-Artikolu 176 ta' dan ir-Regolament kif ġej:
fejn:
(a) |
SCRbonds tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self; |
(b) |
MVbonds tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-assi soġġetti għal rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' firxa fuq bonds u self; |
(c) |
%MVi bonds tirrappreżenta s-sehem tal-portafoll tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, meta ECAI nominata tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni valutazzjoni tal-kreditu għal dawk l-assi; |
(d) |
%MVnorating bonds tirrappreżenta s-sehem tal-portafoll tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self li għalihom ma tqiegħdet għad-dispożizzjoni ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata; |
(e) |
duri u durnorating jirrappreżentaw id-durata mmodifikata denominata fis-snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds u self meta ma tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata; |
(f) |
stressi tirrappreżenta funzjoni tal-iskala tal-kwalità kreditizja i u tad-durata mmodifikata denominata fi snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, kif stipulat fil-paragrafu 2; |
(g) |
ΔLiabul
tirrappreżenta ż-żieda fil-provvedimenti tekniċi meta mnaqqas il-marġni ta' riskju għal poloz meta d-detenturi tal-poloz iġarrbu r-riskju ta' investiment b'opzjonijiet u garanziji inkorporati li jirriżultaw minn tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds ta':
|
2. imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, għal kull skala tal-kwalità kreditizja i, għandu jiġi kkalkulat hekk: duri bi
,fejn duri
hija d-durata mmodifikata denominata fi snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, u bi
hija ddeterminata skont it-tabella li ġejja:
Skala tal-kwalità kreditizja i |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
bi |
0,9 % |
1,1 % |
1,4 % |
2,5 % |
4,5 % |
7,5 % |
7,5 % |
3. durnorating imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u duri imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux inqas minn sena.
Artikolu 105
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive
Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jsejsu l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa imsemmi fl-Artikolu 176 fuq is-suppożizzjoni li l-assi kollha huma assenjati fl-iskala 3 tal-kwalità kreditizja.
Artikolu 106
Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive
Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jużaw is-simplifikazzjonijiet kollha minn dawk li ġejjin għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-konċentrazzjoni:
(1) |
arranġamenti tal-ippuljar ta' assi intragrupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jiġu eżentati mill-bażi ta' kalkolu msemmija fl-Artikolu 184(2) jekk ikun hemm termini kuntrattwali infurzabbli bil-liġi li jiżguraw li l-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive se jitpaċu bl-iskoperturi intragrupp li għandha kontra entitajiet oħra tal-grupp. |
(2) |
il-livell limitu tal-iskopertura eċċessiva rilevanti msemmi fl-Artikolu 184(1)(c) ikun ta' 15 % għall-iskoperturi b'isem wieħed li ġejjin:
|
Artikolu 107
Kalkolu ssimplifikat tal-effett li jimmitiga r-riskji għal titolizzazzjoni jew arraġamenti ta' riassigurazzjoni
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett li jimmitiga r-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni ta' titolizzazzjoni jew arranġament tar-riassigurazzjoni i msemmi fl-Artikolu 196 kif ġej:
fejn
(a) |
RMre,all tirrappreżenta l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tat-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni għall-kontropartijiet kollha kkalkulat skont il-paragrafu 2, |
(b) |
Recoverablesi tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mit-titolizzazzjoni jew l-arranġament ta' riassigurazzjoni u d-debituri korrispondenti għall-kontroparti i u Recoverablesall tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mit-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni u d-debituri korrispondenti għall-kontropartijiet kollha. |
2. L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tat-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti ta' riassigurazzjoni għall-kontropartijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 1 huwa d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:
(a) |
ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jekk ma jeżisti ebda wieħed mit-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni; |
(b) |
ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
Artikolu 108
Kalkolu ssimplifikat tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji għal arranġamenti tar-riassigurazzjoni proporzjonali
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni j ta' arranġament tar-riassigurazzjoni proporzjonali għall-kontroparti i msemmi fl-Artikolu 196 kif ġej:
fejn
(a) |
BE tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi gross mill-ammonti rekuperabbli, |
(b) |
Recoverablesi tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mill-arranġament tar-riassigurazzjoni proporzjonali u d-debituri korrispondenti għall-kontroparti i, |
(c) |
Recoverablesall tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabli mill-arranġamenti tar-riassigurazzjoni proporzjonali u d-debituri korrispondenti għall-kontropartijiet kollha |
(d) |
SCRj tirrappreżenta r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni j tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
Artikolu 109
Kalkoli ssimplifikati għall-arranġamenti tal-ippuljar
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw il-kalkoli ssimplifikati li ġejjin għall-finijiet tal-Artikoli 193, 194 u 195:
(a) |
L-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 194(1)(d) tista' tiġi kkalkulata kif ġej: ![]() fejn BEU tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-arranġament tal-ippuljar mill-impriża fl-arranġament tal-ippuljar, netta minn kwalunkwe ammont riassigurat ma' kontropartijiet li mhumiex fl-arranġament tal-ippuljar. |
(b) |
L-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 195(c) tista' tiġi kkalkulata kif ġej: ![]() fejn BECEP tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-kontroparti esterna mill-pula, fir-rigward tar-riskju ċedut lill-pula mill-impriża. |
(c) |
L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji msemmi fl-Artikolu 195(d) jista' jiġi kkalkulat kif ġej: ![]() fejn:
|
(d) |
Il-membri tal-pula kontroparti u l-kontropartijiet esterni għall-pula jistgħu jinġabru fi grupp skont il-valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, diment li jkun hemm raggruppamenti separati għall-iskoperturi tal-pula tat-tip A, it-tip B u t-tip C. |
Artikolu 110
Kalkolu ssimplifikat — raggruppament ta' skoperturi b'isem wieħed
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw it-telf fil-każ ta' inadempjenza stipulat fl-Artikolu 192 għal grupp ta' skoperturi b'isem wieħed. F'dak il-każ, il-grupp ta' skoperturi b'isem wieħed jiġi assenjat l-ogħla probabilità tal-inadempjenza assenjata lil skoperturi b'isem wieħed inklużi fil-grupp b'konformità mal-Artikolu 199.
Artikolu 111
Kalkolu ssimplifikat tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji
Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq ta' derivattiv, titolizzazzjoni u arranġament tar-riassigurazzjoni msemmijin fl-Artikolu 196 bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:
(a) |
is-somma tar-rekwiżit kapitali ipotetiku għas-submoduli tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni affettwata mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskji, bħallikieku l-arranġament tar-riassigurazzjoni, titolizzazzjoni jew derivattiv ma kinux jeżistu; |
(b) |
is-somma tar-rekwiżiti kapitali għas-submoduli tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni affettwata mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju. |
Artikolu 112
Kalkolu ssimplifikat tal-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-effett ekonomiku tal-kollateral
1. Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, u meta r-rekwiżit tal-kontroparti u r-rekwiżit tal-parti terza msemmija fl-Artikolu 197(1) it-tnejn li huma jkunu ssodisfati, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu, għall-għanijiet tal-Artikolu 197, jikkalkulaw il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), bħala 85 % tal-valur tal-assi miżmuma bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.
2. Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 214 ta' dan ir-Regolament, u meta r-rekwiżit tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 197(1) ikun issodisfat u r-rekwiżit tal-parti terza msemmi fl-Artikolu 197(1) ma jkunx issodisfat, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu, għall-finijiet tal-Artikolu 197, jikkalkulaw il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), bħala 75 % tal-valur tal-assi miżmuma bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.
Artikolu 113
Għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja, ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja u r-riskju tas-sottoskrizzjoni tas-saħħa, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:.
(a) |
il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tas-saħħa; |
(b) |
il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa |
(c) |
il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tas-saħħa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa; |
TAQSIMA 2
Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja
Artikolu 114
Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja
1. Il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja jikkonsisti fis-submoduli li ġejjin:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja msemmi fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(c) |
il-modulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1; |
(b) |
CorrNL(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għas-submoduli i u j; |
(c) |
SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament. |
3. Il-parametru ta' korrelazzjoni CorrNL(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 jirrappreżenta l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:
j i |
Primjum u riżerva mhux tal-ħajja |
Katastrofi mhux tal-ħajja |
Skadenza mhux tal-ħajja |
Primjum u riżerva mhux tal-ħajja |
1 |
0,25 |
0 |
Katastrofi mhux tal-ħajja |
0,25 |
1 |
0 |
Skadenza mhux tal-ħajja |
0 |
0 |
1 |
Artikolu 115
Submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
σnl tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja misjub b'konformità mal-Artikolu 117; |
(b) |
Vnl tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja misjub b'konformità mal-Artikolu 116. |
Artikolu 116
Daqs tal-volum għal riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja
1. Id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja ikun daqs is-somma tad-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva tas-segmenti stabbiliti fl-Anness II.
2. Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s; |
(b) |
V(res,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riserva tas-segment s; |
(c) |
DIVs tirrappreżenta l-fattur ta' diversifikazzjoni ġeografika tas-segment s. |
3. Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
Ps tirrappreżenta stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara; |
(b) |
P(last,s) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar; |
(c) |
FP(existing,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s wara t-12-il xahar ta' wara għall-kuntratti eżistenti; |
(d) |
FP(future,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s għall-kuntratti li d-data ta' rikonoxximent inizjali tagħhom taħbat fit-12-il xahar ta' wara iżda esklużi l-primjums li jridu jiġu ggwadanjati matul it-12-il xahar wara d-data ta' rikonoxximent inizjali. |
4. Bħala alternattiva għall-kalkolu stipulat fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s skont il-formuli li ġejjin:
diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ddeċieda li l-primjums iggwadanjati tiegħu fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara mhumiex se jaqbżu Ps ; |
(b) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni stabbilixxiet mekkaniżmi effettivi ta' kontroll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti fuq primjums iggwadanjati msemmijin fil-punt (a); |
(c) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għarrfet lill-awtorità superviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u r-raġunijiet għaliha. |
Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, it-termini Ps , FP(existing,s) u FP(future,s) ikunu rappreżentati skont il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3.
5. Għall-finijiet tal-kalkoli stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-primjums ikunu netti, wara tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. Il-primjums li ġejjin għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni ma jitnaqqsux:
(a) |
primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3); |
(b) |
primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. |
6. Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment partikolari għandu jiġi kkalkulat bħala l-aħjar stima tal-provvedimenti għal pretensjonijiet pendenti għas-segment, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, diment li l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali jikkonformaw mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. Id-daqs tal-volum ma jkunx ammont negattiv.
7. Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, il-fattur prestabbilit għad-diversifikazzjoni ġeografika ta' segment partikolari jkun ta' 1 jew ikkalkulat skont l-Anness III.
Artikolu 117
Devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja
1. Id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
Vnl tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja; |
(b) |
is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (s,t) tas-segmenti stabbiliti fl-Anness II; |
(c) |
CorrS(s,t) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja għas-segment s u s-segment t stabbiliti fl-Anness IV; |
(d) |
σs u σt jirrappreżentaw devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' primjum u tar-riżerva mhux tal-ħajja tas-segmenti s u t rispettivament; |
(e) |
Vs u Vt jirrappreżentaw daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva tas-segmenti s u t, imsemmijin fl-Artikolu 116, rispettivament. |
2. Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja ta' segment partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja tas-segment s stabbilit skont il-paragrafu 3; |
(b) |
σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva mhux tal-ħajja tas-segment s kif speċifikat fl-Anness II; |
(c) |
V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 116; |
(d) |
V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 116. |
3. Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja ta' segment partikolari tkun daqs il-multipikazzjoni tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross mhux tal-ħajja tas-segment stipulat fl-Anness II u l-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali. Għas-segmenti 1, 4 u 5 stipulati fl-Anness II il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 80 %. Għas-segmenti kollha l-oħrajn stabbiliti fl-Anness, il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 100 %.
Artikolu 118
Submodulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja
1. Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja msemmi f'114(1)(c) jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi istantanji li ġejjin:
(a) |
it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom il-waqfien jirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju; |
(b) |
meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi. |
2. L-eventi imsemmijin fil-paragrafu 1 japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kollha kkonċernati. Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.
3. Sabiex jinstab it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-impriża għandha ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li l-iktar li jaffetta ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża fuq il-bażi ta' kull polza.
Artikolu 119
Submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja
1. Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja għandu jikkonsisti fis-submoduli kollha li ġejjin:
(a) |
is-submodulu għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni tal-proprjetà mhux proporzjonali; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmula mill-bniedem; |
(c) |
the man-made catastrophe risk sub-module; |
(d) |
is-submodulu għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja. |
2. The capital requirement for the non-life catastrophe underwriting risk module shall be equal to the following:
fejn:
(a) |
SCRnatCAT tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali; |
(b) |
SCRnpproperty tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali; |
(c) |
SCRmmCAT tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi magħmul mill-bniedem; |
(d) |
SCRCATother tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja. |
Artikolu 120
Submodulu tar-riskju ta' katastrofi naturali
1. Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi naturali jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' rwiefen; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' terremot; |
(c) |
is-submodulu tar-riskju ta' għargħar; |
(d) |
is-submodulu tar-riskju ta' silġ; |
(e) |
is-submodulu tar-riskju ta' sussistenza. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet possibbli kollha tas-submoduli i stipulati fil-paragrafu 1; |
(b) |
SCRi tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għas-submodulu i. |
Artikolu 121
Submodulu tar-riskju ta' rwiefen
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness V; |
(b) |
CorrWS(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness V; |
(c) |
SCR(windstorm,r) u SCR(windstorm,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r u s rispettivament; |
(d) |
SCR(windstorm,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjuni oħrajn u mhux dawk stipulati fl-Anness XIII. |
2. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r jkun l-ikbar wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti kapitali li ġejjin:
(a) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r skont ix-xenarju A kif stipulat fil-paragrafu 3; |
(b) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r skont ix-xenarju B kif stipulat fil-paragrafu 4. |
3. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:
(a) |
telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammont rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa ta' 80 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r; |
(b) |
telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, hija ta' 40 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r. |
4. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:
(a) |
telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammont rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa ta' 100 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r; |
(b) |
telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, hija ta' 20 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r. |
5. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, it-telf speċifikat minħabba rwiefen f'reġjun partikolari r jkun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
Q(windstorm,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' rwiefen għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness V; |
(b) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX; |
(c) |
Corr(windstorm,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXII; |
(d) |
WSI(windstorm,r,i) u WSI(windstorm,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX. |
6. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness XI, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' rwiefen f'żona ta' rwiefen partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
W(windstorm,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' rwiefen fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X; |
(b) |
SI(windstorm,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' rwiefen fiż-żona ta' rwiefen i tar-reġjun r. |
7. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness XI, is-somma assigurata għar-riskju ta' rwiefen f'żona ta' rwiefen partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru riskju ta' rwiefen u fejn ir-riskju jkun jinsab f'żona tar-riskju i tar-reġjun r; |
(b) |
SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn rwiefen u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r. |
8. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjuni li mhumiex fost dawk stipulati fl-Anness XIII ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa fir-rigward ta' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri kwalunkwe wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a) |
obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' rwiefen u meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII; |
(b) |
obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn rwiefen u meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII. |
9. L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
DIVwindstorm hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 8 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fil-punt (8) tal-Anness III; |
(b) |
Pwindstorm hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-paragrafu 8 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
Artikolu 122
Submodulu tar-riskju ta' terremot
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VI; |
(b) |
CorrEQ(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' terremot għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VI; |
(c) |
SCR(earthquake,r) u SCR(earthquake,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' terremot fir-reġjun r u s rispettivament; |
(d) |
SCR(earthquake,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII. |
2. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjun partikolari r ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
Q(earthquake,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' terremot għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VI; |
(b) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX; |
(c) |
Corr(earthquake,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXIII; |
(d) |
WSI(earthquake,r,i) u WSI(earthquake,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' terremot fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX. |
3. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VI u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' terremot f'żona ta' terremot partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
W(earthquake,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' terermot fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X; |
(b) |
SI(earthquake,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' terremot fiż-żona ta' terremot i tar-reġjun r. |
4. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VI u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' terremot f'żona ta' terremot partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru riskju ta' terremot u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r; |
(b) |
SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn terremot u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r. |
5. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a) |
obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' terremot, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII; |
(b) |
obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn terremot, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII. |
6. L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 5 jkun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
DIVearthquake hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fl-Anness III; |
(b) |
Pearthquake hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiggwadanjaw għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
Artikolu 123
Submodulu tar-riskju ta' għargħar
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VII; |
(b) |
CorrFL(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' għargħar għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VII; |
(c) |
SCR(flood,r) u SCR(flood,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r u s rispettivament; |
(d) |
SCR(flood,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII. |
2. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r ikun l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:
(a) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r skont ix-xenarju A kif stipulat fil-paragrafu 3; |
(b) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r skont ix-xenarju B kif stipulat fil-paragrafu 4. |
3. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:
(a) |
telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 65 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r; |
(b) |
telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 45 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r. |
4. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B għandu jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:
(a) |
telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r; |
(b) |
telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 10 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r. |
5. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, it-telf speċifikat minħabba għargħar f'reġjun partikolari r ikun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
Q(flood,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' silġ għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VII; |
(b) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX; |
(c) |
Corr(flood,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' għargħar fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXISCR (flood,r); |
(d) |
WSI(flood,r,i) u WSI(flood,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' għargħar fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX. |
6. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' għargħar f'żona partikolari ta' għargħar i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
W(flood,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' għargħar fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X; |
(b) |
SI(flood,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' għargħar f'żona ta' għargħar i tar-reġjun r. |
7. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma assigurata għal żona ta' għargħar partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r; |
(b) |
SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn għargħar u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r. |
(c) |
SI(motor,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 5 u 17 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r; |
8. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII, ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri kwalunkwe wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin:
(a) |
obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII; |
(b) |
obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn għargħar, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII; |
(c) |
obbligi tal-linji operatorji 5 jew 17 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju ma jknx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII. |
9. L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
DIVgħargħar hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fil-punt (8) tal-Anness III; |
(b) |
Pflood hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiggwadanjaw għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. |
Artikolu 124
Submodulu tar-riskju ta' silġ
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VIII; |
(b) |
CorrHL(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' silġ għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VIII; |
(c) |
SCR(hail,r) u SCR(hail,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' borra fir-reġjuni r u s rispettivament; |
(d) |
SCR(hail,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII. |
2. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r ikun l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:
(a) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ fir-reġjun r skont ix-xenarju A; |
(b) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' borra fir-reġjun r skont ix-xenarju B. |
3. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza tal-eventi li ġejja:
(a) |
telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 70 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r; |
(b) |
telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 50 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r. |
4. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza tal-eventi li ġejja:
(a) |
telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r; |
(b) |
telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 20 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r. |
5. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, it-telf speċifikat minħabba silġ f'reġjun partikolari r ikun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
Q(hail,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' silġ għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VIII; |
(b) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX; |
(c) |
Corr(hail,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' silġ fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXV; |
(d) |
WSI(hail,r,i) u WSI(silġ,r,j) jirrappreżentaw is-somom ippeżati assigurati għar-riskju ta' borra fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX. |
6. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' silġ f'żona ta' silġ partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
W(hail,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' silġ fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X; |
(b) |
SI(hail,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' silġ fiż-żona ta' silġ i tar-reġjun r. |
7. Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII u ż-żoni kollha ta' silġ, is-somma assigurata għar-riskju ta' silġ f'żona ta' silġ partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' silġ, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r; |
(b) |
SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art mir-riskju ta' silġ, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r; |
(c) |
SI(motor,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 5 u 17 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r. |
8. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' borra f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII, ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri wieħed jew iktar mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin:
(a) |
obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII; |
(b) |
obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minħabba silġ, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII; |
(c) |
obbligi tal-linji operatorji 5 jew 17 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII. |
9. L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
DIVhail hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda bbażata fuq il-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 u ristretta għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fl-Anness III; |
(b) |
Phail hija stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 matul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
Artikolu 125
Submodulu tar-riskju ta' sussistenza
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sussistenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) ta' Frnza stipulat fl-Anness IX; |
(b) |
Corr(subsidence,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sussistenza fiż-żoni ta' riskju i u j stipulati fl-Anness XXVI; |
(c) |
WSI(subsidence,i) u WSI(subsidence,j) tirrappreżenta s-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' sussistenza fiż-żoni ta' riskju i u j ta' Franza stipulati fl-Anness IX. |
2. Għaż-żoni kollha ta' sussistenza, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' sussistenza f'żona ta' riskju partikolari i ta' Franza stipulata fl-Anness IX tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
W(subsidence,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' sussistenza fiż-żona ta' riskju i stipulata fl-Anness X; |
(b) |
SI(subsidence,i) tirrappreżenta s-somma assigurata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' sussistenza ta' bini residenzjali fiż-żona ta' sussistenza i. |
Artikolu 126
Interpretazzjoni tax-xenarji ta' katastrofi
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 121(3) u (4), l-Artikolu 123(3) u (4) u l-Artikolu 124(3) u (4), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsejsu l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
iż-żewġ eventi konsekuttivi msemmijin f'dawk l-Artikoli huma indipendenti; |
(b) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jidħlux f'tekniki ġodda tal-assigurazzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskji bejn iż-żewġ eventi. |
2. Minkejja l-punt (d) tal-Artikolu 83(1), meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni attwali jippermettu r-ristabbilimenti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieħdu f'kunsiderazzjoni azzjonijiet maniġerjali tal-ġejjieni marbutin mar-ristabbilimenti bejn l-ewwel u t-tieni event. Is-suppożizzjonijiet fuq azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu realistiċi, oġġettivi u verifikabbli.
Artikolu 127
Submodulu għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tar-riassigurazzjoni li jkopri l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 stipulat fl-Anness I.
2. L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
DIVnpproperty hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda bbażata fuq il-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni iggwadanjat fil-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I, minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linja operatorja 9 u 21 kif stipulat fl-Anness I; |
(b) |
Pproperty hija stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja matul it-12-il xahar ta' wara għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 kif stipulat fl-Anness I; għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
Artikolu 128
Submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmulin mill-bniedem
1. Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmula mill-bniedem jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju marittimu; |
(c) |
is-submodulu tar-riskju tal-avjazzjoni; |
(d) |
is-submodulu tar-riskju ta' nirien; |
(e) |
is-submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà; |
(f) |
is-submodulu tar-riskju ta' kreditu u garanzija. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi magħmulin mill-bniedem jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi s-submoduli kollha stipulati fil-paragrafu 1; |
(b) |
SCRi tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għas-submodulu i. |
Artikolu 129
Submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs l-ammont f'euro li ġej:
fejn:
(a) |
Na huwa n-numru ta' vetturi assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 4 u 16 kif stipulat fl-Anness I b'limitu tal-polza preżunt ogħla minn EUR 24 000 000; |
(b) |
Nb huwa n-numru ta' vetturi assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 4 u 16 kif stipulat fl-Anness I b'limitu tal-polza preżunt ta' EUR 24 000 000 jew inqas. |
In-numru ta' vetturi koperti mill-obbligi tar-riassigurazzjoni proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun ippeżat mis-sehem relattiv tal-obbligi tal-impriża fir-rigward tas-somma assigurata tal-vetturi.
2. Il-limitu tal-polza preżunt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun il-limitu ġenerali tal-polza tal-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' vettura jew, meta ma jkun speċifikat ebda limitu ġenerali bħal dan fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-polza, is-somma tal-limiti għall-ħsara fuq il-proprjetà u korriment personali. Meta l-limitu tal-polza jkun speċifikat bħala massimu għal kull vittma, il-limitu tal-polza preżunt ikun imsejjes fuq is-suppożizzjoni ta' għaxar vittmi.
Artikolu 130
Submodulu tar-riskju marittimu
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju marittimu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
SCRtanker hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kolliżjoni ta' tanker; |
(b) |
SCRplatform hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' splużjoni ta' pjattaforma. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kolliżjoni ta' tanker ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
il-massimu huwa marbut mat-tankers taż-żejt u tal-gass kollha assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-kolliżjoni ta' tanker fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I; |
(b) |
SI(hull,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-buq marittimu fir-rigward ta' tanker t; |
(c) |
SI(liab,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-obbligazzjoni marittima fir-rigward ta' tanker t; |
(d) |
SI(pollution,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tat-tniġġis biż-żejt fir-rigward tat-tanker t. |
3. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' splużjoni ta' pjattaforma jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
il-massimu huwa marbut mal-pjattaformi kollha taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta li huma assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward ta' splużjoni tal-pjattaforma fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I; |
(b) |
SIp hija s-somma akkumulata assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li ġejjin fir-rigward tal-pjattaforma p:
|
Artikolu 131
Submodulu tar-riskju tal-avjazzjoni
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-avjazzjoni jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
il-massimu huwa relatat mal-inġenji tal-ajru kollha assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I; |
(b) |
SIa hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-buq tal-avjazzjoni u l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tar-responsabbiltà tal-avjazzjoni fir-rigward ta' inġenju tal-ajru a. |
Artikolu 132
Submodulu tar-riskju ta' nirien
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' nirien ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs is-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' nirien.
2. L-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' nirien ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija s-sett ta' binjiet bl-ikbar somma assigurata li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I, fir-rigward ta' kull bini li jkopru ħsara minħabba nirien jew splużjoni, anki dawk konsegwenza ta' attakki terroristiċi. |
(b) |
il-binjiet kollha jinsabu kompletament jew f'parti minnhom f'medda ta' 200 metru. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, is-sett ta' binjiet jista' jkun kopert minn kuntratt wieħed jew iktar tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
Artikolu 133
Submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà jkun ugwali għal:
fejn:
(a) |
is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli ta' gruppi ta' riskju ta' responsabbiltà (i,j) kif stipulat fl-Anness XI; |
(b) |
Corr(liability,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' responsabbiltà tal-gruppi ta' riskju ta' responsabbiltà i u j kif stipulat fl-Anness XI; |
(c) |
SCR(liability,i) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà tal-grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i. |
2. Għall-gruppi kollha ta' riskju ta' responsabbiltà stipulati fl-Anness XI, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà partikolari i jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
f(liability,i) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju għall-grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i kif stipulat fl-Anness XI; |
(b) |
P(liability,i) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ggwadanjat matul it-12-il xahar ta' wara b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fi grupp tar-riskju ta' responsabbiltà i; għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
3. Il-kalkolu tat-telf f'fondi proprji bażiċi msemmi fil-paragrafu 2 ikun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
it-telf ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i huwa kkaġunat minn ni pretensjonijiet u t-telf ikkaġunat minn dawn il-pretensjonijiet huwa rappreżentattiv għan-negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i u jammonta għat-telf ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i; |
(b) |
in-numru ta' pretensjonijiet ni huwa daqs l-inqas numru sħiħ li jaqbeż l-ammont li ġej: ![]() fejn:
|
(c) |
meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tipprovdi kopertura mingħajr limitu fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i, in-numru ta' pretensjonijiet ni ikun wieħed. |
Artikolu 134
Submodulu tar-riskju ta' kreditu u garanzija
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kreditu u garanzija jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
SCRdefault hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kreditu kbira; |
(b) |
SCRrecession hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riċessjoni. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kreditu kbira jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn inadempjenza f'daqqa tal-ikbar żewġ skoperturi marbutin mal-obbligi inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-telf fil-każ ta' inadempjenza, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, ta' kull skopertura huwa 10 % tas-somma assigurata fir-rigward tal-iskopertura.
3. L-ikbar żewġ skoperturi tal-assigurazzjoni ta' kreditu msemmijin fil-paragrafu 2 ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta' tqabbil tat-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-iskoperturi tal-assigurazzjoni ta' kreditu, jiġifieri t-telf fil-każ ta' inadempjenza wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.
4. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riċessjoni jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni iggwadanjat matul it-12-il xahar ta' wara fil-linji operatorji 9 u 21.
Artikolu 135
Submodulu għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja
Ir-rekwiżit kapitali għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, li huwa daqs l-ammont li ġej:
fejn:
(a) |
P1, P2, P3, P4 u P5 jirrappreżentaw stimi tal-primjum gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni, li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija mistennija tikseb matul it-12-il xahar ta' wara fir-rigward tal-gruppi tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni 1 sa 5 stipulati fl-Anness XII; |
(b) |
c 1, c 2, c 3, c 4 u c 5 jirrappreżentaw il-fatturi ta' riskju għall-gruppi tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni 1 sa 5 stipulati fl-Anness XII. |
TAQSIMA 3
Riskju tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja
Artikolu 136
Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni
1. Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja jikkonsisti mis-submoduli li ġejjin kollha:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' mortalità msemmi fil-punt (a) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' lonġevità msemmi fil-punt (b) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(c) |
is-submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità msemmi fil-punt (c) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(d) |
is-submodulu tar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja msemmi fil-punt (d) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(e) |
is-submodulu tar-riskju ta' reviżjoni msemmi fil-punt (e) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(f) |
is-submodulu tar-riskju ta' skadenza msemmi fil-punt (f) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(g) |
is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tal-ħajja msemmi fil-punt (g) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1; |
(b) |
CorrNL(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja għas-submoduli i u j; |
(c) |
SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament. |
3. Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni Corri,j imsemmija fil-punt 3 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:
j i |
Mortalità |
Lonġevità |
Diżabilità |
Spejjeż tal-ħajja |
Reviżjoni |
Skadenza |
Katastrofi tal-ħajja |
Mortalità |
1 |
– 0,25 |
0,25 |
0,25 |
0 |
0 |
0,25 |
Lonġevità |
– 0,25 |
1 |
0 |
0,25 |
0,25 |
0,25 |
0 |
Diżabilità |
0,25 |
0 |
1 |
0,5 |
0 |
0 |
0,25 |
Spejjeż tal-ħajja |
0,25 |
0,25 |
0,5 |
1 |
0,5 |
0,5 |
0,25 |
Reviżjoni |
0 |
0,25 |
0 |
0,5 |
1 |
0 |
0 |
Skadenza |
0 |
0,25 |
0 |
0,5 |
0 |
1 |
0,25 |
Katastrofi tal-ħajja |
0,25 |
0 |
0,25 |
0,25 |
0 |
0,25 |
1 |
Artikolu 137
Submodulu tar-riskju tal-mortalità
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità msemmija fl-Artikolu 105(3)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi
2. Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-indennizz ta' poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju jista' jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda; |
(b) |
meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti. |
3. Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.
Artikolu 138
Submodulu tar-riskju ta' lonġevità
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità msemmija fl-Artikolu 105(3)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 20 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.
2. It-tnaqqis fir-rati ta' mortalità msemmi fil-paragrafu 1 japplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-identifikazzjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju tista' tkun imsejsa fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda; |
(b) |
meta l-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità jista' jkun imsejjes ukoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok poloz waħedhom, diment li dan irendi riżultat li ma jkunx materjalment differenti. |
3. Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità japplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u jitwettaq skont il-paragrafu 2.
Artikolu 139
Submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità msemmi fl-Artikolu 105(3)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita tal-bidliet permanenti f'daqqa li ġejjin:
(a) |
żieda ta' 35 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' diżabilità u morbidità fit-12-il xahar ta' wara; |
(b) |
żieda ta' 25 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' diżabilità u morbidità għax-xhur kollha wara t-12-il xahar ta' wara; |
(c) |
tnaqqis ta' 20 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi fir-rigward tat-12-il xahar ta' wara u għas-snin kollha ta' wara. |
Artikolu 140
Submodulu tar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 105(3)(d) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita ta' bidliet permanenti f'daqqa li ġejjin:
(a) |
żieda ta' 10 % fl-ammont ta' spejjeż meqjusa fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi; |
(b) |
żieda ta' punt perċentwali fir-rata ta' inflazzjoni tal-ispejjeż (mogħtija bħala perċentwal) użata għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi. |
Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japplikaw dawk il-bidliet għall-ispejjeż tagħhom stess u, fejn rilevanti, għall-ispejjeż tal-impriżi ċedenti.
Artikolu 141
Submodulu tar-riskju ta' reviżjoni
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' reviżjoni msemmi fl-Artikolu 105(3)(e) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 3 % fl-ammont ta' benefiċċji tal-annwalità biss fuq obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-annwalità meta l-benefiċċji pagabbli skont il-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti jistgħu jiżdiedu minħabba bidliet fl-ambjent legali jew fl-istat tas-saħħa tal-persuna assigurata.
Artikolu 142
Submodulu tar-riskju ta' skadenza
1. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:
(a) |
the capital requirement for the risk of a permanent increase in lapse rates; |
(b) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza; |
(c) |
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta'eżerċizzju tal-opzjoni tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafi 4 u 5. Minkejja dan, ir-rati miżjudin ta' eżerċizzju tal-opzjoni ma jaqbżux il-100 % u ż-żieda fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni japplikaw biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju tal-opzjoni jirriżulta f'żieda tal-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.
3. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafu 4 u 5. Minkejja dan, it-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni ma jaqbiżx l-20 punt perċentwali u t-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni japplika biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju tal-opzjoni jirriżulta fi tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.
4. L-opzjonijiet rilevanti għall-fini tal-paragrafi 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jtemm, iċedi, inaqqas, jillimita jew jissospendi bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-assigurazzjoni jkopru jew jippermettu li tiskadi l-polza tal-assigurazzjoni; |
(b) |
id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jistabbilixxi, iġedded, iżid, jestendi jew ikompli bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
Għall-finijiet tal-punt (b), il-bidla fir-rata ta' eżerċizzju tal-opzjoni msemmija fi-paragrafi 2 u 3 tiġi applikata għar-rata li tirrifletti l-opzjoni rilevanti mhijiex eżerċitata.
5. Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-opzjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi ta' poloz tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
(b) |
id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi tal-polza tal-kuntratti tar-assigurazzjoni li fuqhom huma msejsin il-kuntratti tar-riassigurazzjoni; |
(c) |
meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, id-dritt tad-detenturi ta' poloz potenzjali li ma jikkonkludux dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. |
6. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi f'daqqa li ġejjin:
(a) |
it-terminazzjoni ta' 70 % tal-poloz tal-assigurazzjoni barra mill-ambitu tal-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(b)(iii) u (iv) tad-Direttiva 2009/138/KE, li għalihom it-terminazzjoni twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju u meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punt (a) li għalihom it-terminazzjoni tirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju; |
(c) |
meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi. |
L-eventi imsemmijin fl-ewwel subparagrafu japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kkonċernati kollha. Fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.
Għall-finijiet ta' determinazzjoni tat-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-eventi imsemmijin fil-punti (a) u (b), l-impriża ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li taffettwa bl-iktar mod negattiv il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi fuq bażi ta' kull polza.
7. Meta l-ikbar rekwiżiti kapitali msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament mhumiex ibbażati fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li għalihom ir-riżultati tax-xenarju sottostanti fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 143
Submodulu tar-riskju ta' katastrofi tal-ħajja
1. Ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 105(3)(g) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda f'daqqa ta' 0,15-il punt perċentwali fir-rati ta' mortalità (mogħtija bħala perċentwali) li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara.
2. Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità li jintużaw biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi. L-indennizz ta' poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju jista' jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda; |
(b) |
meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti. |
3. Fir-rigward tal-poloz tar-riassigurazzjoni, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità japplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u jitwettaq biss skont il-paragrafu 2.
TAQSIMA 4
Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa
Artikolu 144
Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa
1. Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa SLT; |
(c) |
is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1; |
(b) |
CorrH(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa għas-submoduli i u j; |
(c) |
SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament. |
3. Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni CorrH(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 jirrappreżenta l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:
j i |
Sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT |
Sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT |
Katastrofi tas-saħħa |
Sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT |
1 |
0,5 |
0,25 |
Sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT |
0,5 |
1 |
0,25 |
Katastrofi tas-saħħa |
0,25 |
0,25 |
1 |
4. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa inklużi fil-linji operatorji 1, 2, 3, 13, 14, 15 u 25 kif stipulat fl-Anness I; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT għall-obbligu tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa inklużi fil-linji operatorji 29, 33 u 35 kif stipulat fl-Anness I; |
(c) |
is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa. |
Artikolu 145
Submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT
1. Is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT jikkonsisti fis-submoduli li ġejjin:
(a) |
is-submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT; |
(b) |
is-submodulu tar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT. |
2. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
SCR(NSLTh,pr) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT; |
(b) |
SCR(NSLTh,lapse) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT. |
Artikolu 146
Submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
σNSLTh tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT misjub b'konformità mal-Artikolu 148; |
(b) |
VNSLTh tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT misjub b'konformità mal-Artikolu 147. |
Artikolu 147
Daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT
1. Id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT ikun daqs is-somma tad-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-segmenti stipulati fl-Anness XIV.
2. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s; |
(b) |
V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s; |
(c) |
DIVs tirrappreżenta l-fattur ta' diversifikazzjoni ġeografika tas-segment s. |
3. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
(a) |
Ps tirrappreżenta stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara; |
(b) |
P(last,s) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar; |
(c) |
FP(existing,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s wara t-12-il xahar ta' wara għall-kuntratti eżistenti; |
(d) |
FP(future,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s għall-kuntratti li d-data ta' rikonoxximent inizjali tagħhom taħbat fit-12-il xahar ta' wara iżda esklużi l-primjums li jridu jiġu ggwadanjati matul it-12-il xahar wara d-data ta' rikonoxximent inizjali. |
4. Bħala alternattiva għall-kalkolu stipulat fil-paragrafu 3 għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s skont il-formula li ġejja:
diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ddeċieda li l-primjums iggwadanjati tiegħu fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara mhumiex se jaqbżu Ps ; |
(b) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni stabbilixxiet mekkaniżmi effettivi ta' kontroll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti fuq primjums iggwadanjati msemmijin fil-punt (a); |
(c) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għarrfet lill-awtorità superviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u r-raġunijiet għaliha. |
Għall-finijiet ta' dan il-paragarfu, it-termini Ps , FP(existing,s) u FP(future,s) ikunu rappreżentati skont il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3.
5. Għall-finijiet tal-kalkoli stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-primjums ikunu netti, wara tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. Il-primjums li ġejjin għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni ma jitnaqqsux:
(a) |
primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3); |
(b) |
primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. |
6. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment partikolari jkun daqs l-aħjar stima għall-provvediment għal pretensjonijiet pendenti għas-segment, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, diment li l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew il-veikoli bi skop speċjali jikkonformaw mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. Id-daqs tal-volum ma jkunx ammont negattiv.
7. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, il-fattur predefinit għad-diversifikazzjoni ġeografika jkun jew ugwali għal wieħed jew ikkalkulat skont l-Anness III.
Artikolu 148
Devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT
1. Id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
VNSLTh tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT; |
(b) |
is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (s,t) tas-segmenti stipulati fl-Anness XIV; |
(c) |
CorrHS(s,t) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għal segment s u segment t stipulati fl-Anness XV; |
(d) |
σs u σt jirrappreżentaw devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT tas-segmenti s u t rispettivament; |
(e) |
Vs u Vt jirrappreżentaw daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-segmenti s u t, imsemmijin fl-Anness XIV, rispettivament. |
2. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT ta' segment partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' segment s misjuba skont il-paragrafu 3; |
(b) |
σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT ta' segment s kif stipulat fl-Anness XIV; |
(c) |
V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 147; |
(d) |
V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 147. |
3. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' segment partikolari tkun daqs il-multiplikazzjoni tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV u l-fattur ta' aġġustament għal riassigurazzjoni mhux proporzjonali. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 100 %.
Artikolu 149
Sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa għas-sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa ('HRES') jiġu identifikati, ġestiti u organizzati b'mod separat mill-attivitajiet l-oħrajn tal-impriżi tal-assigurazzjoni, bla ebda possibbiltà ta' trasferiment għall-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li mhumiex soġġetti għall-HRES.
2. Id-devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT tas-segments 1, 2 u 3 fl-Anness XIV għal negozju li huwa soġġett għal HRES jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin;
(a) |
id-devjazzjonijiet standard jiġu determinati b'mod separat għal kull segment minn 1,2 u 3 fl-Anness XIV, u separatement mill-primjum u r-rskju ta' riżerva; |
(b) |
għal kull wieħed mis-segmenti stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum hija l-inqas waħda mill-ammonti li ġejjin:
|
(c) |
għal kull wieħed mis-segmenti stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva hija l-inqas waħda mill-ammonti li ġejjin:
|
(d) |
is-sejbien tad-devjazzjoni standard hija msejsa fuq tekniki attwarji u statistiċi adegwati, applikabbli u rilevanti; |
(e) |
is-sejbien tad-devjazzjoni standard hija msejsa fuq dejta sħiħa, preċiża u xierqa li hija direttament rilevanti għan-negozju soġġett għall-HRES u tirrifletti l-grad medju ta' diversifikazzjoni fil-livell tal-impriżi tal-assigurazzjoni; |
(f) |
is-sejbien tad-devjazzjoni standard huwa bbażat fuq tagħrif attwali u kredibbli u suppożizzjonijiet realistiċi; |
(g) |
is-sejbien tad-devjazzjoni standard iqis ukoll kwalunkwe riskju li ma jkunx immitigat mill-HRES, b'mod partikolari r-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE u riskji li mhumiex riflessi fis-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa u li jistgħu jaffettwaw numru kbir ta' impriżi tal-assigurazzjoni soġġetti għall-HRES fl-istess ħin; |
(h) |
il-metodoloġija għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard u l-kalkolu tad-devjazzjoni standard hija disponibbli b'mod pubbliku. |
3. Meta l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE jsib devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT għal negozju soġġett għal HRES li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw din id-devjazzjoni standard minflok id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV ta' dan ir-Regolament għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) ta' dan ir-Regolament.
Meta parti biss minn negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni f'segment s tkun soġġetta għall-HRES, l-impriża għandha tuża devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment fil-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) li hija kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għas-segment s tar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT stipulat fl-Anness XIV; |
(b) |
V(prem,s,nHRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tan-negozju fis-segment s li mhuwiex soġġett għall-HRES; |
(c) |
σ(prem,s,HRES) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment s għal negozju soġġett għall-HRES ikkalkulata skont il-paragrafu 2; |
(d) |
V(prem,s,HRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' negozju fis-segment s li huwa soġġett għall-HRES. |
V(prem,s,HRES) u V(prem,s,nHRES) ikunu kkalkolati bl-istess mod bħal miżura tal-volum tar-riskju tal-primjum tas-saħħa għal NSLT tas-segment s imsemmi fl-Artikolu 147, iżda V(prem,s,HRES) jikkunsidra biss l-obbligi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni soġġet għal HRES u V(prem,s,nHRES) jikkunsidra biss l-obbligi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni li mhumiex soġġetti għal HRES.
4. Meta l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE jistipula devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT għal negozju soġġett għal HRES li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw din id-devjazzjoni standard minflok id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV ta' dan ir-Regolament għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) ta' dan ir-Regolament.
Meta parti biss minn negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni f'segment s tkun soġġetta għall-HRES, l-impriża għandha tuża devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment fil-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) li hija kkalkulata kif ġej:
fejn:
(a) |
σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għas-segment s tar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT kif stipulat fl-Anness XIV; |