L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.
It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
25.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
L 82/1
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 271/2008
tat-30 ta' Jannar 2008
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1)
Sabiex tiġi faċilitata u aċċellerata s-sottomissjoni tan-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri ta' l-għajnuna mill-Istat u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, huwa mixtieq li jiġi ġeneralizzat l-użu tas-sistemi elettroniċi diġà stabbiliti.
(2)
Sa mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ntalbu jibagħtu n-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod elettroniku. L-applikazzjoni ta' l-internet Notifiki Interattivi dwar l-Għajnuna mill-Istat (SANI) (2) saret funzjonali għal kollox u żiedet l-effiċjenza tal-proċeduri. Għal dawn ir-raġunijiet, sa mill-1 ta' Lulju 2008, l-użu tagħha għandu jsir obbligatorju għall-Istati Membri kollha sabiex jiġu ppreżentati notifiki lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
(3)
Sa mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ntalbu wkoll jibagħtu il-korrispondenza kollha dwar in-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod elettroniku. Is-sistema tal-posta elettronika protetta Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI) (3) ittestjata mill-Kummissjoni saret operattiva għal kollox. L-użu tagħha għandu għalhekk isir obbligatorju, sa mill-1 ta' Lulju 2008, għall-korrispondenza kollha ta' l-Istati Membri għall-Kummissjoni relatata ma' notifika.
(4)
F'każijiet eċċezzjonali, bil-qbil tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati, għandu jsir possibbli li jintuża mezz ta' komunikazzjoni minbarra l-applikazzjoni stabbilita ta' l-internet jew sistema tal-posta elettronika protetta.
(5)
L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna, fuq bażi volontarja, li jippreżentaw verżjoni separata mhux kunfidenzjali tan-notifika jew ta' kwalunkwe korrispondenza oħra marbuta man-notifika fejn dawn id-dokumenti jkunu jinkludu informazzjoni kunfidenzjali. Dan għandu jwassal għal tqassir tal-proċeduri u għandu jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi aktar faċilment dwar it-talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Il-klassifikazzjoni ta' l-informazzjoni bħala kunfidenzjali għandha tiġi ġġustifikata mill-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu li tiġi pprovvduta kopja separata mhux kunfidenzjali tan-notifika jew korrispondenza oħra marbuta man-notifika hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tan-natura kunfidenzjali ta' l-informazzjoni ppreżentata.
(6)
Sabiex titjieb it-trasparenza ta' l-għajnuna mill-Istat fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jagħmlu referenza għan-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat allokat għall-iskema ta' l-għajnuna mill-Istat kkonċernat mill-Kummissjoni f'kull għoti ta' għajnuna lil benefiċjarju finali, minbarra għal għajnuna mogħtija permezz ta' miżuri fiskali. Għall-istess raġuni, il-formola tan-notifika għandha tiġi mmodifikata sabiex tinkludi impenn li tippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta' l-iskemi ta' l-għajnuna finali kif approvati mill-Kummissjoni.
(7)
Fid-dawl tal-bidliet fit-trażmissjoni tan-notifiki, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għandhom ukoll jiġu aġġornati.
(8)
Il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' l-imgħax applikabbli għall-irkupru ta' l-għajnuna illegali ssegwi l-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u skont. Il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u skont ġiet reveduta. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (4) li jirrigwarda r-rata ta' l-imgħax applikabbli fir-rigward ta' l-irkupru ta' l-għajnuna illegali għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jirriflettu dawn il-bidliet.
(9)
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista tivvaluta aħjar l-effetti tal-miżuri ta' għajnuna nnotifikati fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern, mistoqsijiet dwar il-potenzjal ta' dawn il-miżuri li jxekklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu inklużi fil-forma tan-notifika.
(10)
Skond il-każistika tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (5), meta tiġi vvalutata l-kompatibilità ta' l-għajnuna mas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-fatturi kollha relevanti in kunsiderazzjoni, inkluż, fejn relevanti, iċ-ċirkostanzi diġà kkunsidrati f'deċiżjoni preċedenti u l-obbligi li dik id-deċiżjoni preċedenti tista' tkun imponiet fuq Stat Membru. Il-Kummissjoni għalhekk għandha l-poter li tieħu in kunsiderazzjoni l-effett kumulattiv ta' kull għajnuna preċedenti u l-għajnuna l-ġdida, u l-fatt li l-għajnuna preċedenti ddikjarata illegali ma tkunx tħallset lura. Sabiex ikun possibbli għall-Kummissjoni li tapplika sistematikament din il-każistika għall-miżuri ta' għajnuna individwali u kif ukoll għall-iskemi ta' għajnuna, il-formola tan-notifika għandha tiġi mmodifikata.
(11)
Minbarra l-bidliet introdotti f'Parti I ta' l-Anness I, emendi oħra għall-formoli ta' notifika huma meħtieġa, b'mod partikolari t-tħassir ta' Parti II ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri.
(12)
Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida ġodda tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu inkoraġġiti l-investimenti tal-kapital tar-riskju f'impriżi żgħar u ta' daqs medju (6) u l-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (7) huwa neċessarju li jiġu sostitwiti l-formoli ta' notifika li jinsabu f'Parti III.11 u Parti III.6 a) u b) ta' l-Anness I, b'formoli ta' notifika ġodda li huma konformi ma' l-oqsfa kurrenti. Il-formoli tan-notifika l-oħra li jinsabu fil-Parti III ta' l-Anness I għadhom ma nbidlux.
(13)
Sabiex tiġi assigurata ċ-ċertezza legali u tiżdied it-trasparenza fl-għoti ta' l-għajnuna fil-Komunità, il-formola ssimplifikata tan-notifika stipulata fl-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u li tinsab fl-Anness II għandha tiġi emendata wkoll. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkonfermaw li l-impenji kollha mogħtija għall-fini ta' skema approvata qabel jibqgħu validi għal kollox fir-rigward ta' miżura notifikata ta' għajnuna ġdida.
(14)
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:
1)
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 3
Trażmissjoni tan-notifiki
1. In-notifika għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni permezz ta' validazzjoni elettronika mwettqa mill-persuna maħtura mill-Istat Membru. Din in-notifika vvalidata għandha titqies bħala li ntbagħtet mir-Rappreżentant Permanenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-korrispondenza tagħha lir-Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, jew lil xi indirizz ieħor speċifikat minn dak l-Istat Membru.
3. Sa mill-1 ta' Lulju 2008, in-notifiki għandhom jiġu trażmessi elettronikament permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-internet Notifiki Interattivi dwar l-Għajnuna mill-Istat (SANI).
Il-korrispondenza kollha fir-rigward ta' notifika għandha tiġi trażmessa elettronikament permezz tas-sistema tal-posta elettronika protetta Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI).
4. F'ċirkustanzi eċċezzjonali u bi qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, mezz miftiehem ta' komunikazzjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3 jista' jintuża biex tintbagħat notifika jew xi korrispondenza li tirrigwarda n-notifika.
Jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan, kull notifika jew korrispondenza li tirrigwarda n-notifika li tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru permezz ta' mezz ta' komunikazzjoni għajr dawn imsemmija fil-paragrafu 3 ma titqiesx li tkun tressqet lill-Kummissjoni.
5. Fejn in-notifika jew il-korrispondenza fir-rigward tan-notifika tinkludi informazzjoni kunfidenzjali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jidentifika b'mod ċar din l-informazzjoni u jagħti r-raġunijiet għall-ikklassifikar tagħha bħala kunfidenzjali.
6. L-Istati Membri għandhom jirreferu għan-numru ta' identifikazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat allokat lil skema ta' għajnuna mill-Kummissjoni f'kull għotja ta' għajnuna lil benefiċjarju finali.
Is-subparagrafu 1 m'għandux japplika għall-għajnuna mogħtija permezz ta' miżuri fiskali.”
2)
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“3. Fir-rigward tat-termini ta' żmien għal azzjoni mill-Kummissjoni, il-wasla tan-notifika jew il-korrispondenza sussegwenti skond l-Artikolu 3(1) u l Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament għandha tkun il-ġrajja relevanti għall-fini ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.
4. Fir-rigward ta' limiti ta' żmien għal azzjoni mill-Istati Membri, il-wasla tan-notifika jew il-korrispondenza relevanti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament għandha tkun il-ġrajja relevanti għall-fini ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.”
3)
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 9
Metodu għall-iffissar tar-rata ta' l-imgħax
1. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' l-imgħax li għandha tintuża sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat għandha tkun rata perċentwali annwali li tiġi stabbilita minn qabel mill-Kummissjoni f'kull sena kalendarja.
2. Din ir-rata ta' l-imgħax għandha tiġi kkalkulata billi jiġu miżjuda 100 punt bażi mar-rata tas-suq tal-flus għal sena. Fejn dawk ir-rati ma jkunux disponibbli, tintuża r-rata tas-suq tal-flus għal tliet xhur, jew fl-assenza tagħha, ir-rendita mill-bonds ta' l-Istat.
3. Fl-assenza ta' suq affidabbli tal-flus jew rendita affidabbli tal-bonds f'ishma jew data ekwivalenti jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista', f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istat Membru(i) kkonċernat(i), tiffissa r-rata ta' rkupru fuq il-bażi ta' metodu ieħor u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha.
4. Ir-rata ta' l-irkupru tiġi reveduta darba kull sena. Ir-rata bażi tiġi kkalkulata fuq il-bażi tar-rata tas-suq tal-flus għal sena rreġistrata f’Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena kkonċernata. Ir-rata kkalkulata b'dan il-mod tapplika matul is-sena ta' wara.
5. Barra minn hekk, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-varjazzjonijiet sinifikanti u għall-għarrieda, isir aġġornament kull darba li r-rata medja, ikkalkulata fuq it-tliet xhur preċedenti, tiddevja b'iktar minn 15 % mir-rata fis-seħħ. Din ir-rata ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara x-xhur li fuqhom jinħadem il-kalkolu.”
4)
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“3. Ir-rata ta' l-imgħax imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata matul il-perjodu kollu sad-data ta' l-irkupru. Madankollu, jekk tkun għaddiet aktar minn sena waħda bejn id-data li fiha l-għajnuna illegali tkun tpoġġiet għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u d-data ta' l-irkupru ta' l-għajnuna, ir-rata ta' l-imgħax għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid f'intervalli annwali, filwaqt li tieħu bħala bażi r-rata fis-seħħ fiż-żmien ta' l-ikkalkular mill-ġdid.”
5)
L-Annessi huma emendati skond l-Annessi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
(2) Dettalji dwar l-applikazzjoni ta' l-internet stabbilita huma ppubblikati fl-avviż tal-Kummissjoni “Dettalji dwar arranġament għat-trażmissjoni elettronika tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat inklużi l-indirizzi flimkien ma' l-arranġamenti għall-ħarsien ta' l-informazzjoni kunfidenzjali” (ĠU C 237, 27.9.2005, p. 3).
(3) Dettalji ppubblikati fl-avviż tal-Kummissjoni “Dettalji dwar l-arranġament għat-trażmissjoni elettronika tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat huma inklużi l-indirizzi flimkien ma' l-arranġamenti għall-ħarsien ta' l-informazzjoni kunfidenzjali”.
L-informazzjoni trażmessa fuq din il-formola tikkonċerna:
notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE?
għajnuna illegali possibbli (1)?
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-għajnuna. Jekk jogħġbok imla din il-formola, flimkien mal-formoli supplimentari relevanti.
miżura mhux ta’ għajnuna li tiġi notifikata lill-Kummissjoni għal raġunijiet ta’ ċertezza legali?
Jekk jogħġbok indika hawn taħt ir-raġunijiet għaliex l-Istat Membru li qed jagħmel in-notifika jqis li l-miżura ma tissostitwixxix għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Jekk jogħġbok imla l-partijiet relevanti ta’ din il-formola u pprovdi d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ kollha possibbli.
Miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE mhix issodisfata. Jekk jogħġbok ipprovdi valutazzjoni sħiħa tal-miżura fid-dawl tal-kriterji li ġejjin u ffoka b’mod partikolari fuq il-kriterju li inti tqis li ma ġiex issodisfat:
— L-ebda trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi (Pereżempju, jekk tqis li miżura mhix imputabbli fuq l-Istat jew tqis li se jiddaħħlu miżuri regolatorji mingħajr trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi)
— L-ebda vantaġġ (Pereżempju, fejn huwa rrispettat il-prinċipju ta’ l-investitur privat tas-suq)
— L-ebda selettività/speċifiċità (Pereżempju, fejn il-miżura hija disponibbli għall-intrapriżi kollha, fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija u mingħajr limitazzjonijiet territorjali u mingħajr diskrezzjoni)
— L-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni/l-ebda effett fuq il-kummerċ intra-komunitarju (Pereżempju, fejn l-attività mhix ta’ natura ekonomika jew fejn l-attività ekonomika hija purament lokali)
1.4. Persuna responsabbli li tista’ tiġi kkuntattjata fir-Rappreżentanza Permanenti
Isem:
Telefon:
Fax:
Indirizz elettroniku:
1.5. Jekk tixtieq li kopja tal-korrispondenza uffiċjali mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Istat Membru tiġi mgħoddija lil awtoritajiet nazzjonali l-oħra, jekk jogħġbok indika hawn l-isem u l-indirizz tagħhom:
Isem:
Indirizz: …
(1) Skond l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament Proċedurali”), l-għajnuna illegali għandha tfisser għajnuna ġdida implimentata f’kontravenzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.
1.6. Indika r-referenza ta’ l-Istat Membru jekk tixtieq tiġi inkluż fil-korrispondenza mill-Kummissjoni
1.7. Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità li tagħmel l-għotja:
2. Identifikazzjoni ta’ l-għajnuna
2.1. Titolu ta’ l-għajnuna (jew isem tal-kumpanija benefiċjarja fil-każ ta’ għajnuna individwali)
2.2. Deskrizzjoni fil-qosor ta’ l-għan ta’ l-għajnuna.
Jekk jogħġbok indika l-għan primarju ta’ l-għajnuna u, jekk applikabbli, l-għan(ijiet) sekondarju(i):
Għan primarju
Għan sekondarju (2)
(Jekk jogħġbok immarka waħda biss)
Żvilupp reġjonali
Riċerka u żvilupp
Innovazzjoni
Protezzjoni ambjentali
Iffrankar ta’ l-enerġija
Salvataġġ ta’ azjendi f’diffikultà
Ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà
Għajnuna mogħtija għall-għeluq
SMEs
Impjiegi
Taħriġ
Kapital tar-riskju
Promozzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni
Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali
Żvilupp settorjali (3)
Appoġġ soċjali għal konsumaturi individwali
Kumpens għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali
Eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew
Rimedju għal fattur li jiddisturba serjament l-ekonomija
Konservazzjoni tal-wirt
Kultura
(2) Għan sekondarju huwa wieħed li għalih, flimkien ma’ l-għan primarju, l-għajnuna tkun iddedikata esklussivament. Pereżempju, skema li għaliha l-għan primarju huwa r-riċerka u l-iżvilupp jista’ jkollha bħala għan sekondarju l-intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SME) jekk l-għajnuna hija ddedikata esklussivament għall-SME. L-għan sekondarju jista’ wkoll ikun settorjali, fil-każ pereżempju ta’ skema tar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur ta’ l-azzar.
(3) Jekk jogħġbok speċifika s-settur fil-punt 4.2.
2.3.1. In-notifika tirrigwarda skema ta’ għajnuna?
iva
le
— Jekk iva, l-iskema temenda skema ta’ għajnuna eżistenti?
iva
le
— Jekk iva, il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura ssimplifikata ta’ notifika skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ l-Implimentazzjoni (KE) Nru 794/2004 huma ssodisfati?
iva
le
— Jekk iva, jekk jogħġbok uża u imla l-informazzjoni mitluba mill-formola ta’ notifika ssimplifikata (ara l-Anness (II).
— Jekk le, jekk jogħġbok kompli b’din il-formola u speċifika jekk l-iskema oriġinali li qed tiġi emendata ġietx innotifikata lill-Kummissjoni.
iva
le
— Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Skema ta’ għajnuna:
Data ta’ l-approvazzjoni mill-Kummissjoni (referenza għall-ittra tal-Kummissjoni (SG(…)D/…):
…/…/…
Tul ta’ l-iskema oriġinali: …
Jekk jogħġbok speċifika liema kundizzjonijet qed jiġu emendati fir-rigward ta’ l-iskema oriġinali u għaliex:
— Jekk iva, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti
għajnuna abbażi ta’ skema li għandha tiġi nnotifikata individwalment
Referenza ta’ l-iskema oriġinali:
Titlu:
Skema ta’ għajnuna:
Ittra ta’ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni: …
għajnuna individwali mhux ibbażata fuq skema
2.3.3. In-notifika tirrigwarda għajnuna individwali jew skema nnotifikata skond regolament ta’ eżenzjoni? Jekk iva, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (5). Jekk jogħġbok uża d-dokument ta’ informazzjoni supplimentari taħt il-parti III, 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (6). Jekk jogħġbok uża d-dokument ta’ informazzjoni supplimentari taħt il-Parti III, 2
(4) Skond l-Artikolu 1(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1), l-għajnuna individwali għandha tfisser għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna u għoti notifikabbli fuq il-bażi ta’ skema.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 364/2004, (ĠU L 63/2004 28.2.2004, p. 22), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.) u r-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 363/2004, (ĠU L 63/2004 28.2.2004, p. 20), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006, (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ta’ l-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impjiegi (7). Jekk jogħġbok uża d-dokument ta’ informazzjoni supplimentari taħt il-Parti III, 3
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna nazzjonali għall-investiment reġjonali (8).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001 (9)
3. Bażi Legali Nazzjonali
3.1. Jekk jogħġbok elenka l-bażi legali nazzjonali inklużi d-dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni u s-sorsi rispettivi ta’ referenza:
Titlu: …
Referenza (fejn applikabbli): …
3.2. Jekk jogħġbok indika d-dokument(i) mehmuża ma’ din in-notifika:
Kopja tas-siltiet relevanti tat-test(i) finali tal-bażi legali (bħala ħolqa ta’ l-internet, jekk possibbli)
Kopja tas-siltiet relevanti tat-test(i) proviżorji tal-bażi legali (bħala ħolqa ta’ l-internet, jekk possibbli)
3.3. Fil-każ ta’ test finali, dan it-test finali fih klawżola li biha l-entità li tagħti l-għajnuna tista’ biss tagħmel dan wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha (stand still clause)?
iva
le
3.4. Aċċess għat-test sħiħ ta’ l-iskemi — fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna jekk jogħġbok:
— impenja ruħek li tippubblika t-test sħiħ ta’ l-iskemi finali ta’ l-għajnuna fuq l-internet.
iva
Jekk jogħġbok agħti l-indirizz ta’ l-internet: …
— ikkonferma li l-iskema m’hix se tiġi applikata qabel ma l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq l-internet.
iva
4. Benefiċjarji
4.1. Fejn jinsab(u) (i)l-benefiċjarju/i
f’reġjun(i) mhux assistit(i): …
f’reġjun(i) eliġibbli għall-assistenza skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE (speċifika jekk hux fil-livell 3 ta’ l-NUTS jew anqas): …
f’reġjun(i) eliġibbli għall-assistenza skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE (speċifika jekk hux fil-livell 2 ta’ l-NUTS jew anqas): …
imħallta: speċifika …
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3 u (ĠU L 349, 24.12.2002, p. 126) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006, (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 ta’ l-24 ta’ Ottubru 29 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna nazzjonali għall-investiment reġjonali, (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).
Speċifiku għas-settur, jekk jogħġbok speċifika skond il-klassifikazzjoni NACE rev. 2 (10): …
4.3. F’każ ta’ għajnuna individwali:
Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji:
Tip ta’ benefiċjarju: …
SME
In-Numru ta’ impjegati:
Il-fatturat annwali:
Il-karta tal-bilanċ annwali:
Indipendenza:
(jekk jogħġbok ehmeż dikjarazzjoni solenni skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SME (11) jew agħti provi oħra sabiex turi l-kriterji ta’ hawn fuq): …
impriża kbira
impriża f’diffikultajiet (12)
4.4. F’każ ta’ skema ta’ għajnuna:
Tip ta’ benefiċjarju:
l-impriżi kollha (impriżi kbar u żgħar u ta’ daqs medju)
impriżi kbar biss
l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (13)
impriżi ta’ daqs medju
impriżi żgħar
impriżi mikro
il-benefiċjarji li ġejjin: …
Stima tan-numru ta’ benefiċjarji:
taħt l-10
minn 11 sa 50
minn 51 sa 100
minn 101 sa 500
minn 501 sa 1000
aktar minn 1000
(10) NACE hija l-Klassifikazzjoni Statistika ta’ l-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea. Ara r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi ta’ l-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). NACE Reviżjoni 2 tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
(11) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 illi jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-applikabilità tiegħu illi jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22); jew xi leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxiha.
(12) Kif definita fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ azjendi f’diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(13) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 illi jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-applikabilità tiegħu illi jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22); Jew xi leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxiha.
Fil-każ ta’ għajnuna individwali, indika l-ammont globali ta’ kull miżura kkonċernata:
Fil-każ ta’ skema, indika l-ammont annwali tal-baġit ippjanat u l-ammont globali:
Għall-miżuri tat-taxxa, jekk jogħġbok indika l-istima tat-telf annwali u globali tad-dħul minħabba konċessjonijiet tat-taxxa għall-perjodu kopert bin-notifika:
Jekk il-baġit ma jiġix adottat annwalment, jekk jogħġbok speċifika liema perjodu jkopri:
Jekk in-notifika tirrigwarda bidliet għal skema eżistenti, jekk jogħġbok agħti l-effetti baġitarji tal-bidliet notifikati għall-iskema:
6. Forma ta’ l-għajnuna u l-mezzi tal-finanzjament
Speċifika l-forma ta’ l-għajnuna li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (fejn xieraq, għal kull miżura):
Għotja diretta
Għotja rimborsabbli
Self b’imgħax favorevoli (inkluż dettalji dwar il-garanzija fuq is-self)
Sussidju fuq l-imgħax
Vantaġġ fiskali. Jekk jogħġbok speċifika:
Benefiċċju fuq it-taxxa
Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa
Tnaqqis fir-rata tat-taxxa
Postponiment ta’ ħlas ta’ taxxa
Oħrajn: …
Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
Għoti ta’ kapital ta’ riskju
Forma oħra ta’ intervent fil-kapital. Jekk jogħġbok speċifika: …
Maħfra tad-dejn
Garanzija (inkluż fost affarijiet oħra informazzjoni dwar is-self jew xi tranżazzjoni oħra koperta bil-garanzija, il-garanzija mitluba u l-premium li jrid jitħallas)
Oħrajn. Jekk jogħġbok speċifika:
Għal kull strument ta’ għajnuna, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni preċiża tar-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, inkluża b’mod partikolari r-rata ta’ l-għoti, it-trattament tiegħu tat-taxxa u jekk l-għajnuna tingħatax awtomatikament ladarba ċerti kriterji oġġettivi jkunu ġew issodisfati (jekk iva, jekk jogħġbok semmi l-kriterji) jew jekk hemmx element ta’ diskrezzjoni mill-awtoritajiet li jagħmlu l-għotja.
(14) Id-data kollha għandha tiġi pprovduta fil-munita nazzjonali.
Speċifika l-finanzjament ta’ l-għajnuna: jekk l-għajnuna mhux iffinanzjata permezz tal-baġit ġenerali ta’ l-Istat/reġjun/muniċipalità, jekk jogħġbok spjega l-mod kif inhi ffinanzjata:
Permezz ta’ ħlasijiet parafiskali jew taxxi affettwati għal benefiċjarju, li ma jkunx l-Istat. Jekk jogħġbok agħti d-dettalji kollha ta’ l-ispejjeż u l-prodotti jew attivitajiet li fuqhom jinġabru. Speċifika b’mod partikolari jekk prodotti importati minn Stati Membri oħra humiex suġġetti għal dawn il-ħlasijiet. Ehmeż kopja tal-bażi legali għall-impożizzjoni tal-ħlasijiet
Riżervi akkumulati
Impriżi pubbliċi
Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)
7. Tul ta’ żmien
7.1. F’każ ta’ għajnuna individwali:
Indika d-data meta l-għajnuna tidħol fis-seħħ (jekk l-għajnuna se tingħata f’porzjonijiet, indika d-data ppjanata ta’ kull porzjon):
Speċifika t-tul ta’ żmien tal-miżura li għaliha tingħata l-għajnuna, jekk applikabbli:
7.2. Fil-każ ta’ skema ġdida:
Indika d-data ppjanta li minnha l-għajnuna tista’ tingħata:
Indika l-aħħar data ppjanata li fiha tista’ tingħata l-għajnuna:
Jekk it-tul jaqbeż is-sitt snin, jekk jogħġbok uri li perjodu ta’ żmien itwal huwa indispensabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-iskema:
8. Akkumulazzjoni tat-tipi differenti ta’ għajnuna
L-għajnuna tista’ tiġi akkumulata bl-għajnuna rċevuta minn skemi oħra lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Komunità sabiex jiġu koperti l-istess spejjeż eliġibbli?
iva
le
Jekk iva, iddeskrivi l-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jiġi żgurat li r-regoli ta’ l-akkumulazzjoni huma rispettati:
9. Kunfidenzjalità professjonali
In-notifika tinkludi informazzjoni kunfidenzjali li m’għandhiex tiġi żvelata lil partijiet terzi?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika liema partijiet huma kunfidenzjali u spjega għaliex:
L-Istat Membru jissottometti verżjoni mhux kunfidenzjali tan-notifika fuq bażi volontarja?
iva
le
Jekk iva, il-Kummissjoni tista’ tippubblika din il-verżjoni mingħajr ma titlob lill-Istat Membru sabiex jikkonferma l-kontenut tagħha.
10.1 Jekk jogħġbok identifika liema mir-Regolamenti, frameworks, linji gwida u testi oħra eżistenti applikabbli għall-għajnuna mill-Istat jipprovdu bażi legali espliċita għall-awtorizzazzjoni ta’ l-għajnuna (fejn xieraq jekk jogħġbok speċifika dan għal kull miżura) u imla d-dokument/i relevanti ta’ informazzjoni supplimentari fil-Parti III
għajnuna lill-SME
Notifika ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 364/2004
Notifika ta’ għajnuna individwali jew skema ta’ għajnuna skond l-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 364/2004
Notifika għaċ-ċertezza legali
Għajnuna għall-SMEs fis-settur ta’ l-agrikoltura
Għajnuna għat-taħriġ
Notifika ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 363/2004
Notifika għaċ-ċertezza legali
Għajnuna għall-Impjiegi
Notifika ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002
Notifika ta’ skema skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002
Notifika għaċ-ċertezza legali
Għajnuna reġjonali
Notifika ta’ l-għajnuna skond Guidelines on national regional aid for 2007-2013 (15)
Notifika ta’ għajnuna skond il-punt 64 ta’ Guidelines on national regional aid for 2007-2013 (proġetti kbar ta’ investiment)
Notifika ta’ għajnuna skoknd l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1628/2006
Notifika għaċ-ċertezza legali
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni
Għajnuna għas-salvataġġ ta’ azjendi f’diffikultà
Għajnuna għar-ristrutturar ta’ azjendi f’diffikultà
Għajnuna għall-produzzjoni awdjoviżiva
Għajnujna għall-protezzjoni ambjentali
Għajnuna ta’ kapital tar-riskju
Għajnuna lis-settur agrikolu
Għajnuna lis-settur tas-sajd
Għajnuna lis-settur tat-trasport
Għajnuna għall-bini tal-vapuri
10.2 Fejn ir-Regolamenti, frameworks, linji gwida jew testi oħra eżistenti applikabbli għall-għajnuna mill-Istat ma jipprovdux bażi espliċita għall-approvazzjoni ta’ xi għajnuna koperta minn din il-formola, jekk jogħġbok ipprovdi ġustifikazzjoni kompletament immotivata dwar għaliex l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mat-Trattat tal-KE, b’referenza għall-klawżola ta’ eżenzjoni relevanti tat-Trattat tal-KE (Artikolu 86(2), Artikolu 87(2) (a) jew (b), Artikolu 87(3) (a), (b), (c) jew (d)) u kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi oħra li jirrigwardaw l-Agrikoltura u t-Trasport.
(15) Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013, (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).
10.3 Fejn ir-Regolamenti, frameworks, linji gwida jew testi oħra eżistenti applikabbli għall-għajnuna mill-istat ma jipprovdux bażi espliċita għall-approvazzjoni u fejn ma jkunx mitlub mid-dokument(i) relevanti ta’ informazzjoni supplimentari f’parti III, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li jmiss dwar l-impatt probabbli tal-miżura notifikata fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.
Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex titlesta l-valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni li tibbilanċja l-impatt pożittiv tal-miżura ta’ għajnuna (kisba ta’ għan ta’ interess komuni) kontra l-effetti kollaterali potenzjalment negattivi (tfixkil tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni).
10.3.1 Għal għajnuna individwali:
A) Impatt fuq il-kompetizzjoni: Jekk jogħġbok speċifika u ddeskrivi s-swieq tal-prodotti li fuqhom l-għajnuna probabbli li jkollha impatt sinifikanti, l-istruttura u d-dinamika ta’ dawk is-swieq u s-sehem tas-suq indikattiv tal-benefiċjarju:
B) Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ (bidla fil-flussi tal-kummerċ u fil-post ta’ l-attività ekonomika)
10.3.2 Għal skemi ta’ għajnuna:
A) Impatt fuq il-kompetizzjoni: Jekk jogħġbok speċifika u ddeskrivi s-swieq tal-prodotti li fuqhom l-għajnuna probabbli li jkollha impatt sinifikanti, l-istruttura u d-dinamika ta’ dawk is-swieq:
B) Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ (bidla fil-flussi tal-kummerċ u fil-post ta’ l-attività ekonomika)
11. Ordnijiet ta’ rkupru pendenti
11.1. F’każ ta’ għajnuna individwali:
L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru jimpenjaw ruħhom li jissospendu l-ħlas ta’ kull għajnuna taħt l-iskema nnotifikata lil kull impriża li għad għandha għad-dispożizzjoni tagħha għajnuna illegali preċedenti ddikjarata bħala inkompatibbli b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni (kemm jekk tikkonċerna għajnuna individwali u kif ukoll skema ta’ għajnuna) sakemm dik l-impriża tkun irrimborsat jew poġġiet f’kont ibblukkat l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax ta’ l-irkupru li jikkorrispondi magħha.
iva
le
11.2. F’każ ta’ skemi ta’ għajnuna:
L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru jimpenjaw ruħhom li jissospendu l-ħlas ta’ kull għajnuna taħt l-iskema nnotifikata lil kull impriża li bbenefikat minn għajnuna illegali preċedenti ddikjarata bħala inkompatibbli b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni, sakemm dik l-impriża tkun irrimborsat jew poġġiet f’kont ibblukkat l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax ta’ l-irkupru li jikkorrispondi magħha.
iva
le
12. Informazzjoni oħra
Jekk jogħġbok indika hawn kull informazzjoni oħra li tikkunsidra relevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i taħt ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat.
13. Dokumenti mehmhuża
Jekk jogħġbok elenka hawn id-dokumenti kollha li huma mehmuża man-notifika u pprovdi kopji fuq karta jew links ta’ l-internet għad-dokumenti kkonċernati.
14. Dikjarazzjoni
Jiena niċċertifika li sa fejn naf, l-informazzjoni pprovduta fuq din il-formola, l-annessi tagħha u d-dokumenti mehmuża magħha hija preċiża u sħiħa.
Data u post tal-firma:
Firma:
Isem u pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma: ”
(2)
Il-Parti II hija mħassra;
(3)
Il-Parti III hija emendata hekk:
(a)
Id-dokument ta' informazzjoni supplimentari 6.a hija sostitwita b' li ġej:
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI GĦALL-GĦAJNUNA GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP U L-INNOVAZZJONI: SKEMI TA’ L-GĦAJNUNA
Din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari għandha tiġi użata għan-notifika ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna (16) koperta mill-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (minn issa ‘l quddiem ‘il-qafas R&D&I’) (17). Għandha tintuża wkoll għall-iskemi ta’ għajnuna għar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-SMEs, li ma jaqgħux taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali (18) u kif ukoll għall-għajnuna maħsuba għall-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli.
1. KARATTERISTIĊI BAŻIĊI TAL-MIŻURA NOTIFIKATA
Jekk jogħġbok imla l-partijet rilevanti tal-formola ta’ notifika li tikkorrispondi għat-tip ta’ skema notifikata. Hawn taħt għandek issib gwida bażika.
A) Jekk jogħġbok speċifika t-tip ta’ għajnuna u imla l-partijiet xierqa ta’ Taqsima 4 (‘Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE’) ta’ din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari:
Għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u l-organizzazzjoni tas-servizzi, imla Taqsima 4.5;
Għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza għall-innovazzjonijiet u għal servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni servizzi, imla Taqsima 4.6;
Għajnuna għas-self ta’ persunal bi kwalifiki għolja, imla Taqsima 4.7;
Għajnuna għar-raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni, imla Taqsima 4.8.
Barra minn hekk, jekk jogħġbok imla wkoll f’Taqsima 5 (L-effett ta’ l-inċentiv u l-ħtieġa ta’ l-għajnuna) u Taqsima 8 (Rappurtar u monitoraġġ) sabiex jiġu pprovduti l-konfermi mitluba.
B) L-iskema ta’ l-għajnuna tinvolvi organizzazzjonijiet (19) tar-riċerka/intermedjarji ta’ l-innovazzjoni?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla Taqsima 2 u/jew 3 (‘Organizzazzjonijiet tar-Riċerka u Intermedjarji ta’ l-Innovazzjoni’ u ‘Għajnuna mill-Istat Indiretta għal impriżi permezz ta’ organizzazzjonijiet tar-riċerka ffinanzjati minn fondi pubbliċi’) ta’ din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari.
C) Tista’ l-għajnuna tingħaqad ma’ għajnuna oħra?
iva
le
Jekk iva, imla fit-Taqsima 6 (Akkumulazzjoni) ta’ din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari.
D) L-għajnuna ta’ l-R&D tikkonċerna prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?
iva
le
Jekk iva, imla fit-Taqsima 7 (Mistoqsijiet Speċifiċi relatati ma’ l-agrikoltura u s-sajd) ta’ din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari.
(16) Fir-rigward ta’ l-għajnuna għall-promozzjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess komuni Ewropew, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra wkoll bħala proġett grupp ta’ proġetti flimkien. Għad-dettalji jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4 tal-Karta ta’ Informazzjoni Supplimentari għall-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni: għajnuna individwali (il-parti III.6.b ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004).
(17) Il-Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).
(18) Attwalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33), kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-ambitu tiegħu sabiex jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22); jew kwalunkwe regolament sussegwenti minfloku.
(19) Għad-definizzjoni ara it-Taqsima 2.2. (d) tal-Qafas R&D&I.
E) Jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-għajnuna speċifika ta’ l-SME (20)/bonus tingħata, il-benefiċjarji jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ l-SME kif definita fil-leġiżlazzjoni Komunitarja (21):
iva
F) Jekk l-iskema tinvolvi l-kummissjonar/xiri ta’ l-attivitajiet/riżultati ta’ l-R&D mingħand impriżi mill-awtoritjiet pubbliċi, il-fornituri magħżula huma magħżula permezz ta’ proċedura ta’ sejħa miftuħa għall-offerti (22)?
iva
le
Jekk le, jekk jogħġbok innota li tali pagamenti mill-awtoritajiet pubbliċi lill-impriżi normalment jinvolvu għajnuna mill-Istat.
G) Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi rata ta’ skambju li ntużat għall-iskopijiet tan-notifika: …
H) Jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt l-iskema notifikata se tiġi notifikata individwalment lill-Kummissjoni jekk tilħaq il-limiti għal evalwazzjoni dettaljata stipulata fil-Parti 7.1 tal-Qafas R&D&I.
iva
I) Id-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi mal-formola ta’ notifika għandhom jiġu nnumerati u n-numri tad-dokumenti għandhom jiġu indikati fil-partijiet rilevanti ta’ din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari.
2. Organizzazzjonijiet tar-riċerka u intermedjarji ta’ l-innovazzjoni bħala benefiċjarji ta’ l-għajnuna mill-istat (23)
2.1 Iffinanzjar pubbliku ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi
A) L-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew l-intermedjarji ta’ l-innovazzjoni volontarji jeżerċitaw attività ekonomika (24) (attività li tikkonsisti fil-provvista ta’ merkanzija u/jew servizzi f’suq partikolari)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni ta’ dawn l-attivitajiet:
B) Jekk l-istess entità teżerċita attivitajiet ta’ natura kemm ekonomika u kif ukoll mhux ekonomika (25), jistgħu ż-żewġ tipi ta’ attivitajiet u l-ispejjeż u l-iffinanzjar tagħhom jiġu separati b’mod ċar?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi d-dettalji.
Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-iffinanzjar pubbliku ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi ma jaqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Jekk le, il-finanzjament pubbliku ta’ attivitajiet ekonomiċi normalment jinvolvi għajnuna mill-istat.
2.2 Iffinanzjar pubbliku ta’ attivitajiet ekonomiċi
C) Jista’ l-Istat Membru jipprova li:
— it-totalità ta’ l-iffinanzjar mill-Istat huwa mgħoddi mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew l-intermedjarji ta’ l-innovazzjoni volontarji (li jeżerċitaw attivitajiet ekonomiċi) lid-destinatarji finali;
U
— li ma ngħata ebda vantaġġ lill-intermedjarji?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u l-provi:
Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-organizzazzjonijiet intermedjarji ma jistgħux ikunu destinatarji ta’ għajnuna mill-Istat. Fir-rigward ta’ l-għajnuna lil destinatarji finali, japplikaw ir-regoli normali ta’ l-għajnuna mill-Istat.
(20) I.e.miżuri taħt it-Taqsimiet 4.3, 4.4, 4.6 u 4.7 ta’ din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari. Jekk jogħġbok innota li l-miżura taħt it-Taqsima 4.4 hija limitata għall-intrapriżi ż-żgħar.
(21) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 20.
(22) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 2.1.
(23) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 3.1.
(24) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.1.1 tal-Qasam R&D&I (nota ta’ qiegħ il-paġna 24).
(25) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.1.1 (it-tieni u t-tielet paragrafi) tal-Qafas ta’ l-R&d&I.
3. Għajnuna mill-istat indiretta għal impriżi permezz ta’organizzazzjonijiet tar-riċerka ffinanzjati (26)
3.1 Riċerka għan-nom ta’ l-impriżi
A) Il-proġetti megħjuna taħt l-iskema notifikata jitwettqu minn organizzazzjonijiet tar-riċerka għan-nom ta’ l-impriżi?
iva
le
B) Jekk iva, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka (bħala aġenti) jirrendu servizzi lill-impriżi (bħala prinċipali) f’sitwazzjonijiet, fejn:
— l-aġenti jirċievu ħlas ta’ rimunerazzjoni adegwata għas-servizzi tagħhom,
iva
le
U
— il-prinċipali jispeċifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn is-servizzi?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:
C) L-organizzazzjonijiet tar-riċerka jipprovdu s-servizzi tagħhom bi prezz tas-suq?
iva
le
Jekk m’hemmx prezz tas-suq, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka jipprovdu s-servizzi tagħhom bi prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha u profitt raġonevoli?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:
Jekk organizzazzjoni tar-riċerka tirrendi servizzi u jekk ir-risposta għal waħda mill-mistoqsijiet f’Taqsima C hija fl-affermattiv, normalment ma tkun ngħatat ebda għajnuna mill-Istat lill-impriżi permezz ta’ l-organizzazzjoni tar-riċerka.
3.2 Kollaborazzjoni ta’ l-impriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka
A) Il-proġett ta’ kollaborazzjoni isir konġuntament mill-impriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi d-dettalji dwar is-sħubijiet.
B) Jekk iva, l-impriżi li jipparteċipaw jerfgħu l-piż kollu ta’ l-ispiża tal-proġetti megħjuna taħt l-iskema notifikata?
iva
le
Ir-riżultati li ma jwasslux għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali huma mxerrda ħafna U kwalunkwe drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attività ta’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka huma allokati fl-intier tagħhom (27) lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka?
iva
le
L-organizzazzjonijiet tar-riċerka jirċievu mill-impriżi li jkunu qed jieħdu sehem kumpens ekwivalenti għall-prezz tas-suq għad-drittijiet tal-proprjetà (28) intellettwali li jirriżultaw mill-attività ta’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka mwettqa il-proġett u li huma trasferiti għall-impriżi li jkunu qed jieħdu sehem?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji (jekk jogħġbok innota li kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ l-impriżi li jipparteċipaw għall-ispejjeż ta’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka għandhom jiġu mnaqqsa mill-kumpens):
(26) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 3.2.
(27) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.2.2 (nota ta’ qiegħ il-paġna 28) tal-Qafas R&D&I.
(28) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.2.2 (nota ta’ qiegħ il-paġna 29) tal-Qafas R&D&I.
C) Jekk l-ebda waħda mir-risposti għad-domandi ta’ Taqsima B ma hija fl-affermattiv, l-Istat Membru jista’ jistrieħ fuq l-evalwazzjoni individwali tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni (29).
Jekk jogħġbok ipprovdi evalwazzjoni individwali tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni, filwaqt li tqis l-elementi hawn fuq msemmija. Jekk jogħġbok ehmeż ukoll il-ftehimiet kuntrattwali man-notifika.
Jekk l-ebda waħda mir-risposti għall-mistoqsijiet fit-Taqsima B ma hija fl-affermattiv u jekk l-evalwazzjoni individwali tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni ma twassalx għall-konklużjoni li ma hemmx għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-valur sħiħ tal-kontribuzzjoni ta’ l-organizzazzjoni tar-riċerka għall-proġett bħala għajnuna lill-impriżi.
4. Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna taħt l-artikolu 87(3)(c) tat-trattat tal-ke
4.1 Għajnuna għall-proġetti R&D (30)
4.1.1 Kategorija ta’ riċerka (31)
A) Jekk jogħġbok indika liema stadji ta’ l-R&D (32) huma megħjuna taħt l-iskema notifikata:
riċerka fundamentali;
riċerka industrijali;
żvilupp esperimentali.
Agħti eżempji ta’ proġetti ewlenin li ser ikunu koperti mill-iskema notifikata:
B) Jekk proġetti individwali ta’ l-R&D jinkludu kategoriji differenti tar-riċerka, jekk jogħġbok spjega kif dan se jiġi meqjus fid-determinazzjoni ta’ l-intensità massima ta’ l-għajnuna ta’ proġett partikolari (l-intensità massima applikabbli għandha tirrifletti l-istadji tar-riċerka involuta).
4.1.2 Spejjeż Eliġibbli
L-ispejjeż kollha eliġibbli għandhom jiġu allokati għal kategorija speċifika ta’ l-R&D (33). Jekk jogħġbok speċifika (jew immarka) hawn taħt.
Riċerka fundamentali
Riċerka industrijali
Żvilupp esperimentali
Spejjeż tal-persunal
Spejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat
Spejjeż tal-bini u ta’ l-art
Spejjeż tar-riċerka kuntrattwali, għarfien tekniku u privattivi mixtrija minn għejun esterni bi prezzijiet tas-suq
Spejjeż rikorrenti addizzjonali li saru direttament bħala riżultat tal-proġett ta’ riċerka
Spejjeż oħra ta’ l-operazzjoni:
(29) Jista’ ma jkunx hemm għajnuna mill-Istat fejn l-evalwazzjoni tal-ftehim kuntrattwali bejn l-imsieħba twassal għall-konklużjoni li kwalunkwe drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għar-riżultati ta’ l-R&D&I u kif ukoll drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati huma allokati lill-imsieħba differenti tal-kollaborazzjoni u jirriflettu adegwatament l-interessi rispettivi tagħhom, pakketti tax-xogħol, u kontribuzzjonijiet oħra inklużi dawk finanzjarji għall-proġett.
(30) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.1.
(31) Għal klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet, tista’ tirreferi għall-prattika tal-Kummissjoni jew l-eżempji u l-ispjegazzjonijiet speċifiċi pprovduti fil-Manwal Frascati dwar il-Kejl ta’ l-Attivitajiet Xjentifiċi u Teknoloġiċi, il-Prattika Standard proposta għall-Istudji dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Esperimentali (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, 2002).
(32) Għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2 (e), (f), (g) tal-Qafas R&D&I.
L-intensità ta’ l-għajnuna hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. Din għandha tiġi stabbilita għal kull benefiċjarju ta’ l-għajnuna, inkluż fi proġett ta’ kollaborazzjoni (34).
A) Intensitajiet bażiċi (mingħajr bonusijiet) (35):
Riċerka fundamentali
Riċerka industrijali
Żvilupp esperimentali
Intensità massima ta’ l-għajnuna
B) Bonuses:
Il-proġetti megħjuna jibbenfikaw minn bonus?
iva
le
Jekk Iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt.
— Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema notifikata?
iva
le
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (36): …
— Bonus għall-kollaborazzjoni effettiva bejn l-impriżi (i) jew għall-kollaborazzjoni ta’ impriża ma’ organizzazzjoni tar-riċerka (ii) jew (biss għal proġetti ta’ riċerka industrijali) għat-tixrid ta’ riżultati (iii) huwa applikat taħt l-iskema notifikata?
iva
le
(i) Jekk huwa applikat bonus għal kollaborazzjoni effettiva bejn ta’ l-inqas żewġ impriżi, li huma indipendenti minn xulxin, jekk jogħġbok ikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
Ebda impriża waħda ma’ tassumi aktar minn 70 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ kollaborazzjoni;
U
il-proġett jinvolvi kollaborazzjoni ma’ ta’ l-inqas SME waħda jew il-kollaborazzjoni hija ta’ natura transkonfinali, i.e.attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp jitwettqu f’ta’ l-inqas f’żewġ Stati Membri.
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (37): …
(ii) Jekk ikun applikat bonus għal kollaborazzjoni effettiva bejn impriża u organizzazzjoni tar-riċerka, partikolarment fil-kuntest ta’ koordinazzjoni ta’ linji ta’ politika nazzjonali ta’ l-R&D, jekk jogħġbok ikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
l-organizzazzjoni tar-riċerka tassumi ta’ l-inqas 10 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli;
U
l-organizzazzjoni tar-riċerka għandha d-dritt tippubblika r-riżultat tal-proġetti tar-riċerka safejn dawn ikunu ġejjin mir-riċerka implimentata minn dik l-organizzazzjoni.
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (38): …
(34) Fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat għal proġett ta’ l-R&D imwettaq f’kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-impriżi, l-għajnuna kkombinata li tkun ġejja mis-sostenn dirett tal-gvern għall-proġett speċifiku tar-riċerka u, fejn dawn jikkostitwixxu għajnuna, il-kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka lejn dak il-proġett m’għandhomx jeċċedu l-intensitajiet ta’ l-għajnuna applikabbli għal kull impriża benefiċjarja.
(35) L-intensità ta’ l-għajnuna m’għandhiex teċċedi il-100 % għar-riċerka fundamentali, il-50 % għar-riċerka industrijali u l-25 % għall-iżvilupp esperimentali.
(36) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar.
(37) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’15-il punt perċentwali, iżda sa massimu ta’ 80 %.
(38) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’15-il punt perċentwali, iżda sa massimu ta’ 80 %. Dan il-bonus ma japplikax għall-organizzazzjoni tar-riċerka.
(iii) Jekk fil-każ ta’ riċerka industrijali jiġi applikat bonus għat-tixrid wiesa’ tar-riżultati tal-proġett, jekk jogħġbok speċifika ta’ l-inqas wieħed mill-metodi ta’ tixrid wiesa’ li ġejjin:
konferenzi tekniċi u xjentifiċi;
pubblikazzjoni f’ġurnali xjentifiċi jew tekniċi;
disponibbiltà f’repożitorji b’aċċess miftuħ (databases fejn data tar-riċerka mhux ipproċessata tista’ tintlaħaq minn kwalunkwe persuna);
disponibbiltà permezz ta’ software b’xejn jew open source.
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (39): …
C) Speċifika l-intensità ta’ l-għajnuna totali tal-proġetti megħjuna taħt l-iskema notifikata (filwaqt li jitqiesu l-bonuses) (%): …
4.1.4 Kundizzjonijiet speċjali għal avvanz li jitħallas lura (40)
A) L-għajnuna għall-proġetti ta’ l-R&D tingħata fil-forma ta’ avvanz ripagabbli?
iva
le
B) Jekk iva, l-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ avvanz ripagabbli taħt l-iskema notifikata hi espressa bħala ekwivalenti ta’ l-għotja gross (41)?
iva
le
Jekk iva, x’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna ta’ avvanz ripagabbli espressa bħala ekwivalenti ta’ l-għotja gross (42) applikabbli taħt l-iskema notifikata: …
Barra minn hekk, jekk jogħġbok ipprovdi l-metodoloġija sħiħa applikata U d-data verifikabbli sottostanti li fuqha ġiet ibbażata l-metodoloġija hawn fuq imsemmija:
C) Jekk l-għajnuna ma tistax tiġi espressa fl-ekwivalenti ta’ għotja gross, x’inhu l-livell ta’ l-avvanz ripagabbli espress bħala perċentwali ta’ l-ispejjeż eliġibbli: …
Fil-każ li r-rati ta’ avvanz ripagabbli mogħti lill-proġett R&D ikunu ogħla mir-rati indikati fit-Taqsimiet 5.1.2 u 5.1.3 (sar-rati massimi indikati fit-Taqsima 5.1.5) tal-Qafas R&D&I, jekk jogħġbok:
— innotifika lill-Kummissjoni l-informazzjoni dettaljata dwar il-pagament lura fil-każ ta’ suċċess u ddefinixxi b’mod ċar xi jkun kkunsidrat bħala riżultat ta’ suċċess ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka;
U
— ikkonferma li ġej:
il-miżura tipprovdi li fil-każ ta’ riżultat ta’ suċċess l-avvanz jiġi mħallas lura b’rata ta’ interessi li tkun ta’ l-inqas ugwali għar-rata applikabbli li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ l-iffissar tar-rati ta’ referenza u skont (43);
f’każ ta’ suċċess li jeċċedi r-riżultat definit bħala wieħed ta’ suċċess, l-Istat Membru huwa intitolat jitlob pagamenti lilhinn mill-pagamenti ta’ l-ammont ta’ l-avvanz inkluż l-interessi skond ir-rata ta’ referenza prevista mill-Kummissjoni;
f’każ ta’ suċċess parzjali, l-Istat Membru jirrikjedi li l-pagament lura magħmul ikun f’proporzjon mal-grad ta’ suċċess miksub.
(39) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’15-il punt perċentwali, iżda sa massimu ta’ 80 %.
(40) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.1.5.
(41) L-ekwivalenti ta’ l-għotja gross ta’ avvanz ripagabbli jirrifletti l-probabbiltà li l-avvanz jitħallas lura mill-benefiċjarji.
(42) L-ekwivalenti ta’ l-għotja gross għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna stipulati fit-Taqsimiet 5.1.2 u 5.1.3 tal-Qafas R&D&I.
(43) ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3. Ippubblikat ukoll taħt: http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/legislation/reference.html.
4.1.5 Kundizzjonijiet speċjali għal miżuri fiskali (44)
A) L-għajnuna għall-proġetti ta’ l-R&D megħjuna taħt l-iskema notifikata tingħata fil-forma ta’ miżura fiskali?
iva
le
Jekk l-għajnuna għall-proġett ta’ l-R&D tingħata fil-forma ta’ miżura fiskali, jekk jogħġbok ipprovdi studji ta’ evalwazzjoni sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-effett ta’ l-inċentiv ta’ l-għajnuna fiskali ta’ l-R&D.
B) Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika kif l-intensitajiet ta’ l-għajnuna huma kkalkulati:
Fuq il-bażi ta’ proġett R&D individwali;
bħala l-proporzjon bejn il-ħelsien mit-taxxa ġenerali u s-somma ta’ l-ispejjeż R&D eliġibbli kollha f’perjodu li ma jeċċedix tliet snin fiskali konsekuttivi;
oħra: …
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar il-metodu ta’ kalkolu applikat:
4.2 Għajnuna għal studji tekniċi ta’ vijabilità (45)
4.2.1 Kondizzjonijiet ġenerali
L-istudji huma bi tħejjija għal (46):
riċerka industrijali;
żvilupp esperimentali.
4.2.2 L-intensitajiet ta’ l-għajnuna
Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (47) (%) għall-SMEs: …
Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (48) (%) għal kumpanniji kbar: …
L-intensità ta’ l-għajnuna hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż ta’ l-istudji tal-vijabbiltà tal-proġett.
4.3.2 Spejjeż eliġibbli u intensitajiet ta’ l-għajnuna
A) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli (51):
spejjeż li jippreċedu l-għotja tad-dritt fl-ewwel ġurisdizzjoni: …
traduzzjoni u spejjeż oħra illi jkunu saru sabiex jinkiseb l-għoti jew il-validazzjoni tad-dritt f’ġurisdizzjonijiet oħra: …
spejjeż li jkunu saru fid-difiża tal-validità tad-dritt matul il-prosekuzzjoni uffiċjali ta’ l-applikazzjoni u l-proċeduri ta’ oppożizzjoni li jista’ jkun hemm: …
(44) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.1.6.
(45) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.2.
(46) Għal klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet, tista’ tirreferi għall-prattika tal-Kummissjoni jew l-eżempji u l-ispjegazzjonijiet speċifiċi pprovduti fil-Manwal Frascati dwar il-Kejl ta’ l-Attivitajiet Xjentifiċi u Teknoloġiċi, il-Prattika Standard proposta għall-Istudji dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Esperimentali (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, 2002); għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2 (e), (f), (g) tal-Qafas R&D&I.
(47) Għall-SMEs, l-intensità ta’ l-għajnuna ma tistax teċċedi il-75 % għall-istudji preparatorji għall-attivitajiet tar-riċerka industrijali u l-50 % għall-istudji preparatorji għall-attivitajiet ta’ l-iżvilupp esperimentali.
(48) Għal kumpanniji kbar, l-intensità ta’ l-għajnuna ma tistax teċċedi il-65 % għall-istudji preparatorji għall-attivitajiet tar-riċerka industrijali u l-40 % għall-istudji preparatorji għall-attivitajiet ta’ l-iżvilupp esperimentali.
(49) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.3.
(50) Għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2 (e), (f), (g) tal-Qafas R&D&I.
(51) Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.3 (it-tieni paragrafu) tal-Qafas R&D&I.
B) Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (%) (52): …
4.4 Għajnuna għall-impriżi ġodda u innovattivi (53) (għall-impriżi ż-żgħar)
Jekk jogħġbok ikkonferma li:
A) il-benefiċjarji huma esklussivament intrapriżi żgħar kif definit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja (54), li ilhom jeżistu inqas minn sitt snin fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna;
B) il-benefiċjarji huma intrapriżi innovattivi.
Jekk jogħġbok ikkonferma li l-konformità ma’ din il-kundizzjoni hija assigurata permezz ta’:
evalwazzjoni magħmula minn espert estern li juri li l-benefiċjarju għandu fil-futur prevedibbli jiżviluppa prodotti, servizzi jew proċessi li huma teknoloġikament ġodda jew imtejba sostanzjalment meta mqabbla ma’ l-istat tas-sengħa l-aktar avvanzat fl-industrija tiegħu fil-Komunità, u li jġorru riskju ta’ falliment teknoloġiku jew industrijali;
JEW
il-provi li l-ispejjeż ta’ l-R&D tal-benefiċjarju jirrapreżentaw ta’ l-inqas 15 % ta’ l-ispejjeż totali ta’ l-operazzjoni f’ta’ l-inqas waħda mit-tliet snin ta’ qabel l-għotja ta’ l-għajnuna jew fil-każ ta’ intrapriża li għadha tibda mingħajr ebda rekord finanzjarju, fil-verifika tal-perjodu fiskali kurrenti, kif iċċertifikat minn awditur estern.
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fuq kif din hija implimentata:
C) Speċifika l-ammont massimu ta’ għajnuna applikabbli taħt l-iskema notifikata: …
Jekk jogħġbok ikkonferma li l-għajnuna għall-intrapriżi innovattivi żgħar mhux se teċċedi:
il-benefiċjarji ma rċevewx għajnuna għall-intrapriżi innovattivi żgħar qabel u
se jirċievu dan it-tip ta’ għajnuna darba biss matul il-perjodu li fih huma jikkwalifikaw bħala intrapriża innovattiva żgħira.
E) L-intrapriżi jibbenefikaw minn kumulu ta’ għajnuna?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika kif se jiġu osservati r-regoli speċifiċi tal-kumulu għall-għajnuna ta’ l-intrapriżi innovattivi żgħar (Taqsima 5.4 tal-Qafas R&D&I).
4.5 Għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċessi u fl-organizzazzjoni fis-servizzi (55)
4.5.1 Kondizzjonijiet ġenerali
A) Għal liema tip ta’ innovazzjoni fl-attivitajiet tas-servizzi (56) tirreferi l-iskema notifikata?
innovazzjoni ta’ l-organizzazzjoni fl-attivitajiet tas-servizzi.
(52) Livelli massimi ta’ l-għajnuna jikkorrispondu ma’ l-istess livelli ta’ għajnuna li kienu jikkwalifikaw bħala għajnuna ta’ l-R&D fir-rigward ta’ l-ewwel attivitajiet ta’ riċerka li wasslu għad-drittijiet ta’ proprjetà industrijali kkonċernati.
(53) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.4.
(54) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 20.
(55) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.5.
(56) Għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2 (i), (j), tal-Qafas ta’ l-R&D&I.
Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata ta’ l-innovazzjoni fl-attivitajiet tas-servizzi (57) (fil-proċess u/jew fl-organizzazzjoni):
B) Jekk jogħġbok ikkonferma li:
l-innovazzjoni ta’ l-organizzazzjoni hija relatata ma’ l-użu u l-esplojtazzjoni ta’ Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT — Information and Communication Technologies) għall-bdil ta’ l-organizzazzjoni;
l-innovazzjoni hija fformulata bħala proġett b’maniġer tal-proġett identifikat u kkwalifikat, kif ukoll bl-ispejjeż tal-proġett identifikati;
ir-riżultat tal-proġett megħjun huwa l-iżvilupp ta’ standard, ta’ mudell ta’ negozju, metodoloġija ta’ kunċett, li tista’ tiġi riprodotta sistematikament, possibilment ċertifikata, u possibilment reġistrata bħala privattiva;
l-innovazzjoni tal-proċess u ta’ l-organizzazzjoni hija ġdida jew imtejba sostanzjalment meta mqabbla ma’ l-istat tas-sengħa l-aktar avvanzat fl-industrija tagħha fil-Komunità;
il-proġetti ta’ l-innovazzoni tal-proċess jew l-organizzazzjoni jinvolvu grad ċar ta’ riskju;
l-għajnuna tingħata lil intrapriżi kbar biss jekk jikkollaboraw ma’ SMEs fl-attività megħjuna u jekk l-SMEs li jkunu qed jikkollaboraw iħallsu ta’ l-inqas 30 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli totali.
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji/provi dwar dawn l-elementi kollha:
4.5.2 Spejjeż eliġibbli u intensitajiet ta’ l-għajnuna
A) Jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż eliġibbli (58):
Spejjeż Eliġibbli
Spejjeż tal-persunal
Spejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat
Spejjeż tal-bini u ta’ l-art
Spejjeż tar-riċerka kuntrattwali, għarfien tekniku u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn għejun esterni bi prezzijiet tas-suq
Spejjeż rikorrenti addizzjonali li saru direttament bħala riżultat tal-proġett ta’ riċerka
spejjeż oħra ta’ l-operazzjoni
B) Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (59) għal intrapriżi kbar(%): …
Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (60) għal intrapriżi ta’ daqs medju (61) (%): …
Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (62) għal intrapriżi ta’ daqs medju (63) (%) …
L-intensità ta’ l-għajnuna hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġetti.
(57) Sabiex jiġu kklassifikati l-attivitajiet, tista’ tirreferi għall-prattika tal-Kummissjoni jew għad-definizzjonijiet speċifiċi pprovduti fil-Manwal ta’ OSLO, Linji Gwida għall-Ġbir u l-Interpretazzjoni tad-Data dwar l-Innovazzjoni (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, 2005).
(58) Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.1.4. Jekk jogħġbok innota li fil-każ ta’ l-innovazzjoni ta’ l-organizzazzjoni, l-ispejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat ikopru biss l-ispejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat ta’ l-ICT.
(59) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 15 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(60) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 25 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(61) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 20.
(62) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 35 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
4.6 Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza ta’ l-innovazzjoni u għal servizzi ta’ appoġġ (64) għall-innovazzjoni (għall-SMEs)
4.6.1 Kondizzjonijiet ġenerali
A) Speċifika l-ammont massimu ta’ l-għajnuna (li ma jeċċedix EUR 200 000 għal kull benefiċjajru f’perjodu ta’ tliet snin): …
B) Jekk jogħġbok ikkonferma li:
jekk il-fornitur tas-servizz ma jibbenefikax minn ċertifikazzjoni nazzjonali jew Ewropea l-għajnuna ma tkoprix aktar minn 75 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli;
il-benefiċjajri jużaw l-għajnuna mill-Istat sabiex jixtru s-servizzi bi prezz tas-suq (jew jekk il-fornitur tas-servizz ikun entità mhux spekulattiva, bi prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha b’żieda ta’ marġni raġonevoli).
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fuq kif dan se jkun assigurat.
4.6.2 Spejjeż eliġibbli
A) X’tip ta’ għajnuna ngħatat?
għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza ta’ l-innovazzjoni;
għajnuna għal servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni;
B) Jekk hija għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza ta’ l-innovazzjoni, speċifika l-ispejjeż eliġibbli:
konsulenza fil-maniġment: …
għajnuna teknoloġika: …
servizzi ta’ trasferiment ta’ teknoloġija: …
taħriġ: …
konsulenza għal akkwist, ħarsien u kummerċ fi Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u għal ftehim ta’ liċenzjar: …
konsulenza dwar l-użu ta’ standards: …
C) Jekk hija għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza ta’ l-innovazzjoni, speċifika l-ispejjeż eliġibbli:
spazju ta’ l-uffiċċju: …
Banek tad-data: …
servizzi ta’ libreriji tekniċi: …
riċerka tas-suq: …
użu tal-laboratorju: …
tikkettar ta’ kwalità: …
ittestjar u ċertifikazzjoni: …
4.6.3 Kundizzjonijiet speċjali għal entità mhux spekulattiva
Jekk il-fornituri tas-servizz m’humiex entitajiet spekulattivi, l-għajnuna tista’ tingħata fil-forma ta’ prezz imnaqqas, bħala d-differenza bejn il-prezz imħallas u l-prezz tas-suq (jew prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha flimkien ma’ marġni raġonevoli).
A) L-għajnuna hija mogħtija fil-forma ta’ prezz imnaqqas?
Jekk iva, ipprovdi provi ta’ l-eżistenza ta’ sistema li tassigura t-trasparenza dwar l-ispejjeż kollha tas-servizzi ta’ konsulenza ta’ l-innovazzjoni u ta’ l-appoġġ għall-innovazzjoni pprovduti, u kif ukoll dwar il-prezz imħallas mill-benefiċjarji, sabiex l-għajnuna rċevuta tkun tista’ tiġi mkejla u sorveljata.
4.7 Għajnuna għas-self ta’ persunal bi kwalifiki għolja (65) (għall-SMEs)
4.7.1 Kondizzjonijiet ġenerali
A) Minn fejn jiġi l-persunal bi kwalifiki għolja (66)?
organizzazzjonijiet tar-riċerka;
intrapriżi kbar.
Ipprovdi dettalji (jekk possibbli) dwar l-organizzazzjonijet tar-riċerka u l-intrapriżi kbar.
B) Jekk jogħġbok ikkonferma li:
il-persunal issekondat ma jkunx qed jibdel persunal ieħor;
il-persunal issekondat jiġi impjegat f’funzjoni ġdida maħluqa fi ħdan l-impriża benefiċjarja;
Jekk jogħġbok speċifika din il-funzjoni ġdida maħluqa:
il-persunal issekondat ikun ġie impjegat għal ta’ l-inqas sentejn fl-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew l-intrapriżi l-kbar li jkunu qed jissekondaw il-persunal;
il-persunal issekondat jaħdem f’attivitajiet ta’ l-R&D&I fl-SME li qed tirċievi l-għajnuna.
4.7.2 Spejjeż eliġibbli u intensitajiet ta’ l-għajnuna
A) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli:
spejjeż sabiex jittieħed b’self u jiġi impjegat persunal bi kwalifiki għolja:
B) Jekk jogħġbok ikkonferma ll-ispejjeż ta’ konsulenza (il-ħas tas-servizz mogħti mill-eserpt mingħajr l-ingaġġ ta’ l-espert ma’ l-impriża) huma esklużi mill-ispejjeż eliġibbli taħ l-għajnuna għal self ta’ persunal kwalifikat ħafna.
C) Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (67) (%): …
4.8 Għajnuna għar-raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni (68)
4.8.1 Kondizzjonijiet ġenerali
A) X’tip ta’ għajnuna ngħatat lill-benefiċjarji?
għajnuna għall-investiment;
għajnuna ta’ l-operazzjoni għall-animazzjoni tar-raggruppamenti.
(65) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 5.7.
(66) Għad-definizzjoni ara it-Taqsima 2.2. (k) tal-Qafas R&D&I.
(67) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli, għal massimu ta’ tliet snin għal kull impriża u għal kull persuna meħuda b’self.
l-għajnuna hija esklussivament mogħtija lill-entitajiet legali li joperaw ir-raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni;
il-benefiċjarji huma responsabbli mill-immaniġġjar tal-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-bini, il-faċilitajiet u l-attivitajiet tar-raggruppamenti;
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:
aċċess għall-bini, il-faċilitajiet u l-attivitajiet tar-raggruppamenti m’huwiex ristrett.
C) Id-drittijiet imħallsa għall-użu tal-faċilitajiet tar-raggruppament u għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tar-raggruppament jirriflettu l-ispejjeż tagħhom?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika kif dan huwa assigurat:
Jekk le, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji (speċjalment fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ l-għajnuna skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, ara t-Taqsima 3.1 tal-Qafas R&D&I):
D) Jekk jogħġbok ehmeż analiżi ta’ l-ispeċjalizzazzjoni teknoloġika tar-raggruppament ta’ l-innovazzjoni, il-potenzjal reġjonali eżistenti, il-kapaċità tar-riċerka eżistenti, il-preżenza ta’ raggruppamenti fil-Komunità b’għanijiet u b’volumi tas-suq potenzjali simili għall-attivitajiet fir-raggruppament:
4.8.2 Speċifika l-kundizzjonijiet dwar l-għajnuna ta’ l-investiment għall-animazzjoni tar-raggruppamenti
A) X’tip ta’ investiment sar?
twaqqif ta’ raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni;
espansjoni tar-raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni;
animazzjoni tar-raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni.
B) Għal liema faċilitajiet tingħata l-għajnuna?
faċilitajiet għaċ-ċentru tat-taħriġ u r-riċerka;
aċċess miftuħ għall-infrastrutturi, il-laboratorju, il-faċilità ta’ l-ittestjar tar-riċerka;
infrastrutturi tan-netwerk broadband.
C) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli:
spejjeż relatati ma’ l-investiment fl-art: …
fil-bini: …
fil-makkinarju: …
fl-apparat: …
D) X’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna bażika (%) (69): …
Jekk applikabbli, x’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna bażika għal reġjuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE:
— b’inqas minn 75 % tal-PGD per capita medja ta’ l-UE-25, reġjuni li jinsabu fil-periferija bi PGD per capita ogħla u reġjuni ta’ effect statistiku (sa l-1 ta’ Jannar 2011) (%) (70): …
(69) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 15 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(70) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 30 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
— B’inqas minn 60 % tal-PGD per capita medja ta’ l-UE-25(%) (71): …
— B’inqas minn 45 % tal-PGD per capita medja ta’ l-UE-25(%) (72): …
Jekk applikabbli, x’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna bażika għal reġjuni ta’ effett statistiku li jaqgħu taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE mill-1 ta’ Jannar 2001 (%) (73): …
E) Jingħata bonus lill-benefiċjarji?
iva
le
Jekk iva, speċifika hawn taħt:
— Tapplika bonus ta’ l-SME?
iva
le
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli għall-intrapriżi żgħar (74): …
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli għall-intrapriżi ta’ daqs medju (75): …
— Tapplika bonus għall-impriżi li jinsabu f’reġjuni l-aktar imbiegħda?
iva
le
Jekk iva, speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli għall-impriżi li jinsabu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda:
— Fejn il-PGD tagħhom per capita taqa’ taħt il-75 % tal-medja tal-PGD ta’ l-UE-25 (%) (76): …
— reġjuni oħra l-aktar imbiegħda (%) (77): …
4.8.3 Speċifika l-kundizzjonijiet dwar l-għajnuna ta’ l-operazzjoni għall-animazzjoni tar-raggruppamenti
A) Għal kemm żmien tingħata din l-għajnuna: … snin
Jekk l-għajnuna tingħata għall-perjodu itwal minn ħames snin, jekk jogħġbok ipprovdi provi konvinċenti sabiex tiġġustifika tali perjodu itwal (78).
B) L-għajnuna hija digressiva?
iva
le
C) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli:
marketing tar-raggruppament għar-reklutaġġ ta’ kumpanniji ġodda sabiex jieħdu sehem fir-raggruppament: …
amministrazzjoni tal-faċilitajiet ta’ l-aċċess miftuħ tar-raggruppament: …
Organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ, workshops u konferenzi sabiex jappoġġjaw il-qsim ta’ l-għarfien u n-networking bejn il-membri tal-cluster: …
D) Intensità ta’ l-għajnuna:
— għajnuna digressiva (jekk jogħġbok speċifika r-rati digressivi għal kull sena) (79): …
— għajnuna mhux digressiva (%) (80): …
(71) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 40 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(72) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(73) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 20 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(74) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għall-intrapriżi żgħar.
(75) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għall-intrapriżi ta’ daqs medju.
(76) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’massimu ta’ 20 punti perċentwali.
(77) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’massimu ta’ 10 punti perċentwali.
(78) Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ma jista’ qatt jeċċedi l-għaxar snin.
(79) L-intensità tista’ tasal sa 100 % għall-ispejjeż eliġibbli fl-ewwel sena iżda trid tkun naqset b’mod lineari sa żero sa l-aħħar tal-ħames sena.
(80) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
5. L-effett ta’ l-inċentiv u l-ħtieġa ta’ l-għajnuna (81)
5.1. Kundizzjoni ġenerali
Jekk jogħġbok ikkonferma li meta tingħata l-għajnuna taħt il-miżura notifikata, ikun assigurat li l-attivitajiet R&D&I tal-benefiċjarji individwali ma jibdewx qabel l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna jew id-deċiżjoni ta’ l-għotja fil-każ ta’ għajnuna fiskali.
iva
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kif se tkun assigurata l-konformità ma’ din il- kundizzjoni.
Fil-każ li l-għajnuna tingħata għall-proġetti ta’ intrapriżi kbar, lil SMEs jekk teċċedi EUR 7.5 miljun, għall-innovazzjoni tal-proċess u ta’ l-organizzazzjoni fis-servizzi u għar-raggruppamenti ta’ l-innovazzjoni, jekk jogħġbok ikkonferma li l-effett ta’ l-inċentiv se jkun evalwat fuq il-bażi ta’ mill-inqas wieħed mill-indikaturi li ġejjin:
żieda fid-daqs tal-proġett;
żieda fl-ambitu;
żieda fil-ħeffa;
żieda fl-ammont totali minfuq fl-R&D&I;
oħra: …
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kif dan ser jitwettaq:
6. Kumulazzjoni (82)
A) L-għajnuna mogħtija taħt l-iskema notifikata hija marbuta ma’ l-għajnuna l-oħra (83)?
iva
le
B) Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi r-regoli tal-kumulu applikabbli għall-iskema ta’ l-għajnuna notifikata:
C) Jekk jogħġbok speċifika kif ir-rispett tar-regoli tal-kumulu se jkun verifikat fl-iskema ta’ l-għajnuna notifikata:
7. Mistoqsijiet speċifiċi dwar l-agrikoltura u s-sajd (84)
A) L-għajnuna ta’ l-R&D tikkonċerna prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?
iva
le
Jekk iva, speċifika t-tip ta’ prodotti:
(81) Cf.il-Qafas R&D&I, Kapitolu 6.
(82) Cf.il-Qafas R&D&I, Kapitolu 8.
(83) Jekk jogħġbok innota li l-għajnuna għall-R&D&I m’għandhiex tiġi akkumulata ma’ l-appoġġ de minimis fir-rigward ta’ l-istess spejjeż eliġibbli biex jiġu evitati l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna stipulati fil-Qafas R&D&I.
B) Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
— l-għajnuna hija ta’ interess ġenerali għas-settur partikolari jew is-settur sekondarju kkonċernat?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi provi:
— l-informazzjoni li r-riċerka se ssir, u b’liema għan, hija ppubblikata fuq l-internet qabel il-bidu tar-riċerka U l-informazzjoni ppubblikata tinkludi data prossimattiva tar-riżultati mistennija u l-post tagħhom tal-pubblikazzjoni fuq l-internet, kif ukoll indikazzjoni li r-riżultat jkun disponibbli bla ħlas?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi provi u speċifika l-indirizz ta’ l-internet:
— ir-riżultati tar-riċerka huma disponibbli fuq l-internet, għal perjodu ta’ ħames snin ta’ l-inqas U jista’ jiġi kkonfermat li l-informazzjoni fuq l-internet se tkun ippubblikata mhux aktar tard minn meta kwalunkwe informazzjoni tingħata lil membri ta’ kwalunkwe organizzazzjoni partikolari?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi provi:
— l-għajnuna tingħata direttament lill-istituzzjoni jew korp tar-riċerka U teskludi l-għotja diretta ta’ għajnuna mhux relatata mar-riċerka lil kumpannija li tipproduċi, tipproċessa jew tqiegħed fis-suq prodotti agrikoli, kif ukoll il-provvista ta’ sostenn tal-prezz lill-produtturi ta’ dawn il-prodotti?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi provi:
Jekk ir-risposti għall-erba’ kundizzjonijiet kollha fit-Taqsima B hawn fuq huma iva, l-intensità ta’ l-għajnuna sa 100 % tista’ tkun permessa. Jekk le, każi ta’ l-għajnuna ta’ l-R&D għall-prodotti elenkati fl-Anness 1 tat-Trattat tal-KE għandhom jiġu eżaminati taħt ir-regoli normali tal-Qafas R&D&I.
C) Speċifika l-intensità ta’ l-għajnuna totali (%): …
D) Kooperazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-EAFRD (85)
Il-kooperazzjoni ġiet approvata għall-kofinanzjament tal-Komunità taħt l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 U/JEW l-għajnuna mill-Istat hija mogħtija bħala finanzjament addizzjonali taħt l-Artikolu 89 ta’ dan ir-Regolament taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess intensità tal-kofinanzjament (86)?
iva
le
Jekk le, każi ta’ l-għajnuna ta’ l-R&D għall-prodotti elenkati fl-Anness 1 tat-Trattat tal-KE għandhom jiġu eżaminati taħt ir-regoli normali tal-Qafas R&D&I.
(85) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1) kif emendat mir-Regolament (KE) nru 1463/2006 (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 1).
(86) Il-Kummissjoni se tippermetti l-għajnuna mill-Istat għall-kooperazzjoni skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) jekk din il-kooperazzjoni tkun ġiet approvata għall-kofinanzjament Komunitarju taħt dak l-Artikolu u/jew l-għajnuna mill-Istat tingħata bħala finanzjament addizzjonali skond l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess intensità bħall-kofinanzjament.
Jekk jogħġbok innota li din l-obbligazzjoni ta’ rappurtar hija mingħajr ħsara għall-obbligu ta’ rappurtar taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (88).
A) Jekk jogħġbok ħu ħsieb tibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-iskema notifikata lill-Kummissjoni, li jkollhom l-elementi kollha elenkati hawn taħt (89):
— l-isem tal-benefiċjarju;
— l-ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju;
— l-intensità ta’ l-għajnuna;
— is-setturi ta’ l-attività fejn isiru l-proġetti megħjuna.
iva
B) Jekk jogħġbok għal għajnuna kollha mogħtija taħt skema approvata lil impriżi kbar ħu ħsieb spjega fir-rapport annwali kif l-effett ta’ l-inċentiv ġie rispettat għall-għajnuna mogħtija li dawn l-impriżi (90).
iva
8.2 Aċċess għat-test sħiħ ta’ l-iskemi
A) Jekk jogħġbok ħu ħsieb tippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta’ l-iskemi ta’ l-għajnuna finali kif approvata mill-Kummissjoni fuq l-internet.
iva
Jekk jogħġbok agħti l-indirizz ta’ l-internet: …
B) Jekk jogħġbok ikkonferma li l-iskema, kif approvata mill-Kummissjoni, mhix ser tiġi applikata qabel ma’ l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq l-internet (kif rikjest taħt Taqsima A hawn fuq).
iva
8.3 Il-karti ta’ l-informazzjoni, il-monitoraġġ
A) Jekk jogħġbok, kull meta tingħata għajnuna għall-R&D&I fuq il-bażi ta’ skemi ta’ l-għajnuna mingħajr ma jaqgħu taħt l-obbligu ta’ notifika individwali, u li teċċedi EUR 3 miljun (91), ħu ħsieb tipprovdi lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-għotja ta’ l-għajnuna mill-awtorità kompetenti l-informazzjoni meħtieġa fil-formola standard stipulata fl-Anness tal-Qafas ta’ l-R&D&I.
iva
B) Jekk jogħġbok ħu ħsieb iżżomm rendikont dettaljat dwar l-għoti ta’ l-għajnuna, bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li l-ispejjeż eliġibbli u l-intensità massima ta’ l-għajnuna permessa jkunu ġew osservati.
iva
C) Jekk jogħġbok ħu ħsieb tassigura li r-rendikont dettaljat imsemmi fit-Taqsima B hawn fuq jinżamm għal għaxar snin mid-data ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna.
iva
D) Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tippreżenta r-rekords imsemmija fit-Taqsima B aktar ‘il fuq fuq talba tal-Kummissjoni.
iva
9. Informazzjoni oħra
”Jekk jogħġbok agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li tikkunsidra meħtieġa sabiex il-miżura/i in kwistjoni jiġu evalwati taħt il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.
(87) Cf.il-Qafas R&D&I, Taqsima 10.1.
(88) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(89) Fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi tar-rappurtaġġ għall-għajnuna fiskali u r-raggruppamenti, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 10.1.1 (it-tielet u r-raba’ paragrafu) tal-Qafas R&D&I.
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI SUPPLEMENTARI GĦALL-GĦAJNUNA GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP U L-INNOVAZZJONI: GĦAJNUNA INDIVIDWALI
Dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari għandu jintuża għan-notifika ta’ għajnuna individwali koperta mill-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Qafas R&D&I’) (92). Għandu jintuża wkoll għall-għajnuna individwali għar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-SME, li ma taqax taħt Regolament ta’ l-Eżenzjoni ta’ Kategorija (93) jew hija soġġetta għal obbligu ta’ notifika individwali minħabba li taqbeż il-limiti tan-notifika individwali stabbiliti fl-eżenzjoni ta’ kategorija. Dan id-dokument ta’ notifika jkopri wkoll l-għajnuna individwali maħsuba għall-ħarsien, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli.
1. Aratteristiċi bażiċi tal-miżura nnotifikata
Jekk jogħġbok imla l-partijiet relevanti tal-formola tan-notifika li tikkorrispondi man-natura tal-miżura nnotifikata. B’mod partikolari, jekk jogħġbok innota li t-Taqsima 8 għandha timtela biss jekk il-miżura nnotifikata hija soġġetta għal evalwazzjoni dettaljata, jiġifieri biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-Taqsima 7. Hawn taħt għandek issib gwida bażika.
A) L-għajnuna hija mogħtija sabiex jiġi promoss it-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-Taqsima 4 (Kompatibilità ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87 (3) (b) tat-Trattat tal-KE) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari. Minbarra dan, jekk jogħġbok imla t-Taqsima 11 (‘Rappurtar u monitoraġġ’).
B) Jekk le, jekk jogħġbok speċifika t-tip ta’ għajnuna u imla s-sub-taqsimiet relevanti tat-Taqsima 5 (Kompatibilità ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, imla t-Taqsima 5.1;
Għajnuna għal studji ta’ fattibilità teknika, imla t-Taqsima 5.2;
Għajnuna għal spejjeż ta’ dritt ta’ proprjetà industrijali, imla t-Taqsma 5.3;
Għajnuna għal impriżi ġodda innovattivi, imla t-Taqsima 5.4;
Għajnuna għall-innovazzjoni tal-proċessi u l-organizzazzjoni fis- servizzi, imla t-Taqsima 5.5;
Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza ta’ l-innovazzjoni u għal servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, imla t-Taqsima 5.6;
Għajnuna għas-self ta’ persunal kwalifikat ħafna, imla t-Taqsima 5.7;
Għajnuna għal ragruppamenti (clusters) ta’ innovazzjoni, imla t-Taqsima 5.8;
Minbarra dan, jekk jogħġbok imla: It-Taqsima 6 (‘Effett ta’ inċentiva u neċessità ta’ l-għajnuna’) sabiex tivverifika l-effett ta’ inċentiva, it-Taqsima 7 (‘Kriterji li jwasslu għal valutazzjoni dettaljata’) sabiex jiġi vverifikat jekk l-għajnuna nnotifikata tkunx soġġetta għall-evalwazzjoni dettaljata tat-Taqsima 8 (‘Informazzjoni addizzjonali għal valutazzjoni dettaljata’) u t-Taqsima 11 (‘Rappurtar u monitoraġġ’).
C) L-għajnuna tinvolvi organizzazzjonijiet ta’ riċerka (94)/intermedjarji ta’ l-innovazzjoni?
iva
le
Jekk iva, imla t-Taqsima 2 u/jew 3 (‘Organizzazzjonijiet ta’ riċerka u intermedjarji ta’ l-innovazzjoni’ u ‘Għajnuna indiretta mill-Istat għal impriżi permezz ta’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati pubblikament’) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
D) Din l-għajnuna tista’ tiġi kkombinata ma’ għajnuna oħra?
iva
le
Jekk iva, imla t-Taqsima 9 (Akkumulazzjoni) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
(92) Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).
(93) Bħalissa r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi ta’ daqs żgħir jew medju, (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nr 364/2004 tal-25 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-firxa ta’ l-applikazzjoni tiegħu sabiex tinkludi r-riċerka u l-iżvilupp (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22) jew kwalunkwe regolament sussegwenti li joħodlu postu.
(94) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2. (d) tal-Qafas R&D&I.
E) L-għajnuna fir-riċerka u l-iżvilupp tikkonċerna prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?
iva
le
Jekk iva, imla t-Taqsima 10 (Mistoqsijiet speċifiċi relatati ma’ l-agrikoltura u s-sajd) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
F) Fil-kaz li l-għajnuna individwali nnotifikata hija bbażata fuq skema approvata, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji li jirrigwardaw dik l-iskema, inkluża r-referenza tal-pubblikazzjoni (indirizz ta’ l-internet) u n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-għajnuna mill-Istat:
G) Jekk jogħġbok ikkonferma jekk l-għajnuna speċifika (95)/bonus għall-SMEs tingħata, il-benefiċjarju jikkonforma mad-definizzjoni ta’ SME kif definita mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità (96):
iva
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni u provi relevanti:
H) Jekk l-għajnuna tinvolvi kummissjonar/xiri ta’ attivitajiet/riżultati ta’ l-R&D minn impriżi minn awtoritajiet pubbliċi, dawk li jipprovdu dawn l-attivitajiet/riżultati jintgħażlu fi proċedura miftuħa ta’ l-offerti (97)?
iva
le
Jekk le, jekk jogħġbok innota li dawn il-pagamenti mill-awtoritajiet pubbliċi lil impriżi normalment ikunu jinvolvu għajnuna mill-Istat.
I) Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi rata ta’ skambju li ġiet użata għall-fini tan-notifika: …
J) Id-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi għall-formola tan-notifika għandhom jiġu nnumerati u n-numri tad-dokumenti għandhom jiġu identifikati fil-partijiet relevanti ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
2. Organizzazzjonijiet ta’ riċerka u intermedjarji ta’ l-innovazzjoni bħala destinatarji ta’ għajnuna mill- istat (98)
Jekk hemm diversi organizzazzjonijiet tar-riċerka jew intermedjarji ta’ l-innovazzjoni involuti fil-proġett nnotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom.
2.1 Finanzjament pubbliku għal attivitajiet mhux ta’ natura ekonomika
A) L-organizzazzjoni tar-riċerka jew intermedjarju ta’ l-innovazzjoni mhux għal skop ta’ lukru twettaq attività ekonomika (99) (attività li tikkonsisti fil-forniment ta’ oġġetti u/jew servizzi f’suq partikolari)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni ta’ dawn l-attivitajiet: …
B) Jekk l-istess entità twettaq attivitajiet ta’ natura sew ekonomika u kif ukoll mhux ekonomika (100), iż-żewġ tipi ta’ attivitajiet u l-ispejjeż u l-finanzjament tagħhom jistgħu jiġu mifruda b’mod ċar?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi dettalji:
Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-finanzjament pubbliku ta’ l-attivitajiet non-ekonomiċi ma jaqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Jekk le, il-finanzjament pubbliku ta’ attivitajiet ekonomiċi normalment jinvolvi għajnuna mill-istat.
(95) Jiġifieri miżuri taħt it-Taqsimiet 5.3, 5.4, 5.6 u 5.7 tad-dokument ta’ informazzjoni supplementari. Jekk jogħġbok innota li l-miżura taħt it-Taqsima 5.4 hija limitata għal impriżi żgħar.
(96) Ara n-nota 20.
(97) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 2.1.
(98) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 3.1.
(99) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.1.1 tal-Qafas ta’ l-R&D&I (nota ta’ qiegħ il-paġna 24).
(100) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.1.1 (it-2 u t-3 paragrafi) tal-Qafas ta’ l-R&d&I.
2.2 Finanzjament pubbliku għal attivitajiet ta’ natura ekonomika
A) L-Istat Membru jista’ jipprova li:
— it-totalità tal-finanzjament mill-Istat ġiet trasferita mill-organizzazzjoni tar-riċerka jew intermedjarju ta’ l-innovazzjoni mhux għal skop ta’ lukru (li jwettqu attivitajiet ekonomiċi) lid-destinatarji finali;
U
— m’hemm l-ebda vantaġġ mogħti lill-intermedjarju?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi:
Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-organizzazzjonijiet intermedjarji ma jistgħux ikunu destinatarji ta’ għajnuna mill-Istat Fir-rigward ta’ l-għajnuna lid-destinatarji finali, japplikaw ir-regoli normali ta’ l-għajnuna mill-Istat.
3. Ħajnuna indiretta mill-istat lil impriżi permezz ta’ organizzazzjonijiet tar-riċerka ffinanzjati pubblikament (101)
Jekk hemm diversi organizzazzjonijiet tar-riċerka jew intermedjarji ta’ l-innovazzjoni involuti fil-proġett innotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom.
3.1 Riċerka f’isem impriżi
A) Il-proġett appoġġjat qed jitwettaq minn organizzazzjoni tar-riċerka f’isem impriżi?
iva
le
B) Jekk iva, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka (li jaġixxu bħala aġenti) jagħtu servizzi lill-impriżi (li jaġixxu bħala l-entità prinċipali) f’sitwazzjonijiet, fejn:
— l-aġenti jirċievu ħlas ta’ remunerazzjoni adegwata għas-servizzi tagħhom,
iva
le
U
— l-entitatijiet prinċipali jispeċifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn is-servizzi?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
C) L-organizzazzjonijiet tar-riċerka jipprovdu s-servizzi tagħhom bil-prezz tas-suq?
iva
le
Jekk m’hemmx prezz tas-suq, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka jipprovdu s-servizzi tagħhom bi prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha flimkien ma’ marġini raġonevoli?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
Jekk organizzazzjoni tar-riċerka tipprovdi servizzi u jekk it-tweġiba għal waħda mill-mistoqsijiet fit-Taqsima C hija iva, normalment ma tkunx ingħatat għajnuna mill-Istat lill-impriżi permezz ta’ l-organizzazzjoni tar-riċerka.
3.2 Kollaborazzjoni ta’ l-impriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka
A) Il-proġett ta’ kollaborazzjoni jitwettaq b’mod konġunt bejn l-impriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka?
B) Jekk iva, l-impriżi li jieħdu sehem iġorru l-ispejjeż kollha tal-proġetti appoġġjati taħt l-iskema nnotifikata?
iva
le
Ir-riżultati li ma jagħtux lok għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali huma mxerrda b’mod wiesa’ U d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attività ta’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka huma allokati għal kollox (102) lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka?
iva
le
L-organizzazzjonijiet tar-riċerka jirċievu mill-impriżi li jkunu qed jieħdu sehem kumpens ekwivalenti għall-prezz tas-suq għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (103) li jirriżultaw mill-attività ta’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka mwettqa il-proġett u li huma trasferiti għall-impriżi li jkunu qed jieħdu sehem?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji (jekk jogħġbok innota li kull kontribuzzjoni ta’ l-impriżi li jkunu qed jieħdu sehem għall-ispejjeż ta’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka għandha titnaqqas mill-kumpens):
C) Jekk l-ebda waħda mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet tat-Taqsima B hija iva, l-Istat Membru jista’ jiddependi fuq l-evalwazzjoni individwali tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni (104).
Jekk jogħġbok agħti valutazzjoni individwali tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-elementi msemmija hawn fuq. Jekk jogħġbok ehmeż ukoll il-ftehimiet kuntrattwali man-notifika.
Jekk l-ebda waħda mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet tat-Taqsima B ma tkun iva u jekk il-valutazzjoni individwali tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni ma twassalx għall-konklużjoni li m’hemmx għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-valur sħiħ tal-kontribut ta’ l-organizzazzjoni tar-riċerka għall-proġett bħala għajnuna għall-impriżi.
4. Kompatibilità ta’ l-għajnuna taħt artikolu 87(3)(b) tat-trattat tal-KE
Għajnuna għall-R&D&I għall-promozzjoni tat-twettiq ta’ proġett (105) importanti ta’ interess komuni Ewropew tista’ titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE.
4.1 Kundizzjonijiet ġenerali (kumulattivi)
A) Jekk jogħġbok ikkonferma li:
il-proġett jikkontribwixxi b’mod konkret, ċar u identifikabbli għall-interess tal-Komunità (106);
U
il-vantaġġ miksub mill-għan tal-proġett mhux limitat għal Stat Membru wieħed jew għall-Istati Membri li jimplimentawh, iżda jestendi għall-Komunità kollha (107);
U
il-proġett jippreżenta qabża ‘l quddiem sostantiva għall-għanijiet tal-Komunità
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi:
(102) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.2.2 (nota ta’ qiegħ il-paġna 28) tal-Qafas R&D&I.
(103) Għad-dettalji ara t-Taqsima 3.2.2 (nota ta’ qiegħ il-paġna 29) tal-Qafas R&D&I.
(104) Jista’ jkun li ma jkunx hemm għajnuna mill-Istat fejn valutazzjoni tal-ftehim kuntrattwali bejn il-partijiet imsieħba twassal għall-konklużjoni li kull dritt ta’ proprjetà intellettwali għar-riżultati ta’ l-R&D&I u kif ukoll drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati jkunu allokati lil imsieħba differenti fil-kollaborazzjoni u jkunu jirriflettu b’mod adegwat l-interessi, pakketti ta’ xogħol, u kontribuzzjonijiet, finanzjarji u oħrajn, rispettivi tagħhom għall-proġett.
(105) Il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll li grupp ta’ proġetti jiffurmaw proġett wieħed flimkien.
(106) Jekk jogħġbok innota li l-interess komuni Ewropew irid jintwera f’termini prattiċi, pereżempju jrid jintwera li l-proġett jagħmilha possibbli li jkun hemm progress sinifikanti lejn il-kisba ta’ għanijiet speċifiċi tal-Komunità.
(107) Il-fatt li l-proġett jitwettaq minn impriżi f’pajjiżi differenti mhux biżżejjed.
kontribuzzjoni tal-miżura għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ l-R&D&I fil-kuntest internazzjonali;
ħolqien ta’ swieq ġodda;
żvilupp ta’ teknoloġiji ġodda;
effetti pożittivi oħra. Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kull effett pożittiv relevanti ta’ l-għajnuna:
C) Jekk jogħġbok ipprovdi t-termini ta’ l-implimentazzjoni tal-proġett (inklużi l-parteċipanti, l-għanijiet) (108):
D) Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi li juru li l-għajnuna hija neċessarja sabiex jinkiseb l-għan definit ta’ interess komuni U tippreżenta inċentiva għat-twettiq tal-proġett (109):
E) Jekk jogħġbok agħti dettalji u provi li juru li l-proġett jinvolvi livell għoli ta’ riskju:
F) Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi li juru li l-proġett huwa ta’ importanza kbira fir-rigward tal-karattru u l-volum tiegħu (110):
4.2 Deskrizzjoni tal-proġett
Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett. Għall-orjentament jekk jogħġbok ara t-Taqsima 5.1 ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
5. Kompatibilità ta’ l-għajnuna taħt l-artikolu 87(3) (c) tat-trattat tal-KE
Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom.
5.1 Għajnuna għall-proġetti ta’ l-R&D (111)
5.1.1 Kategorija tar-riċerka (112)
A) Jekk jogħġbok indika liema stadji ta’ l-R&D (113) huma appoġġjati taħt il-miżura nnotifikata ta’ għajnuna:
riċerka fundamentali;
riċerka industrijali;
żvilupp sperimentali.
(108) Jekk jogħġbok innota li l-proġetti jridu jkunu definiti b’mod ċar fir-rigward ta’ dawn l-aspetti.
(109) Għall-orjentament jekk jogħġbok ara l-kriterji inklużi fit-Taqsima 6 ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
(110) Jiġifieri huwa relevanti fir-rigward ta’ l-għanijiet u huwa ta’ daqs sostenibbli.
(111) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.1.
(112) Sabiex tikklassifika l-attivitajiet, tista’ tirreferi għall-prattika tal-Kummissjoni jew għal eżempji u spjegazzjonijiet speċifiċi pprovduti fil-Manwal Frascati dwar il-Kejl ta’ Attivitajiet Xjentifiċi u Teknoloġiċi, Prattika Normali Proposta għall-Istħarriġ dwar l-Iżvilupp tar-Riċerka u l-Iżvilupp Espermentali (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, 2002).
(113) Għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2(e), (f), (g) tal-Qafas ta’ l-R&D&I.
B) Jekk il-proġetti ta’ l-R&D jkopru kategoriji differenti ta’ riċerka, jekk jogħġbok elenka u kkwalifika l-attivitajiet differenti taħt il-kategoriji ta’ riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp esperimentali jew li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda minn dawn il-kategoriji.
5.1.2 Spejjeż eliġibbli
L-ispejjeż eliġibbli kollha jridu jiġu allokati għal kategorija speċifika ta’ R&D (114). Jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż eliġibbli u indika l-ammont tagħhom.
Riċerka fundamentali
Riċerka industrijali
Żvilupp sperimentali
Spejjeż tal-persunal
Spejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat
Spejjeż tal-bini u l-art
Spejjeż tar-riċerka kuntrattwali, għarfien tekniku u brevetti mixtrija jew liċenzjati minn sorsi esterni bil-prezzijiet tas-suq
Spejjeż addizzjonali illi ntefqu direttament bħala riżultat tal-proġett ta’ riċerka
Spejjeż operattivi oħra
5.1.3 Intensitajiet ta’ l-għajnuna u bonusijiet
L-intensità ta’ l-għajnuna hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. Trid tiġi stabbilita għal kull benefiċjarju ta’ l-għajnuna, inkluż fi proġett ta’ kollaborazzjoni (115).
A) Intensitajiet bażiċi (mingħajr bonusijiet) (116):
Riċerka fundamentali
Riċerka industrijali
Żvilupp sperimentali
Intensità massima ta’ l-għajnuna
(114) Cf. Taqsima 5.1.4 tal-Qafas ta’ l-R&D&I: Dawn l-ispejjeż eliġibbli japplikaw għall-għajnuna għal proġetti ta’ l-R&D (Taqsima 5.1) proġetti ta’ riċerka u għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni tas-servizzi (Taqsima 5.5).
(115) Fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat għal proġett tar-riċerka u l-iżvilupp li jkun qed jitwettaq f’kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet tar-riċerka u impriżi, l-għajnuna globali li tkun ġejja minn għajnuna diretta mill-gvern għal proġett speċifiku ta’ riċerka u, fejn jikkostitwixxu għajnuna, kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijet ta’ riċerka għal dak il-proġett m’għandhomx jaqbżu l-intensitajiet applikabbli ta’ għajnuna għal kull impriża li tkun qed tibbenefika.
(116) L-intensità ta’ l-għajnuna ma tistax taqbeż il-100 % għar-riċerka fundamentali, 50 % għar-riċerka industrijali u 25 % għall-iżvilupp esperimentali.
Il-bonusijiet huma applikati taħt miżura ta’ notifika?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt.
— Huwa applikat bonus għall-SMEs?
iva
le
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (117): …
— Il-bonus huwa għal kollaborazzjoni effettiva bejn l-impriżi (i) jew kollaborazzjoni ta’ impriża ma’ organizzazzjoni tar-riċerka (ii) jew (biss għal proġetti ta’ riċerka industrijali) tixrid tar-riżultati (iii) applikata taħt il-miżura nnotifikata ta’ għajnuna?
iva
le
(i) Jekk bonus għal kollaborazzjoni effettiva bejn għallinqas żewġ impriżi, li huma indipendenti minn xulxin, huwa applikat, jekk jogħġbok ikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
l-ebda impriża waħda ma ġġorr aktar minn 70 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ kollaborazzjoni;
U
il-proġett jinvolvi kollaborazzjoni ma’ għall-anqas SME waħda jew il-kollaborazzjoni għandha natura transkonfinali, jiġifieri attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li jsiru f’mill-anqas żewġ Stati Membri.
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (118): …
(ii) Jekk bonus għal kollaborazzjoni effettiva bejn impriża u organizzazzjoni tar-riċerka, partikolarment fil-kuntest ta’ koordinazzjoni ta’ politika nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp, hija applikata, jekk jogħġbok ikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma rispettati:
l-organizzazzjoni tar-riċerka ġġorr mill-anqas 10 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli;
U
l-organizzazzjoni tar-riċerka għandhom id-dritt li jippubblikaw ir-riżultat tal-proġetti ta’ riċerka safejn jirriżultaw minn riċerka implimentata minn dik l-organizzazzjoni.
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (119): …
(iii) Jekk fil-każ ta’ riċerka industrijali jiġi applikat bonus għat-tixrid wiesa’ tar-riżultati tal-proġett, jekk jogħġbok speċifika għallinqas wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin ta’ tixrid wiesa’:
konferenzi tekniċi u xjentifiċi;
pubblikazzjoni f’ġurnali xjentifiċi jew tekniċi;
disponibilità f’repożitorji ta’ aċċess miftuħ (databases fejn id-data mhux proċessata jkollu aċċess għaliha kulħadd);
disponibilità permezz ta’ software b’xejn jew open source.
Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (120): …
C) Speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti appoġġjati taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%): …
(117) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.
(118) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali, iżda sa massimu ta’ 80 %.
(119) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali, iżda sa massimu ta’ 80 %. Dan il-bonus ma japplikax għall-organizzazzjoni tar-riċerka.
(120) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali, iżda sa massimu ta’ 80 %.
5.1.4 Kundizzjonijiet speċjali għal avvanz li jitħallas lura (121)
A) L-għajnuna għall-proġetti ta’ riċerka u żvilupp hija mogħtija fil-forma ta’ avvanz li jitħallas lura?
iva
le
B) L-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ avvanz li jitħallas lura taħt miżura nnotifikata hija espressa bħala ekwivalenti ta’ l-għotja grossa (122)?
iva
le
Jekk iva, x’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna ta’ avvanz li jitħallas lura meta espressa bħala ekwivalenti ta’ l-għotja grossa (123): …
Minbarra dan, jekk jogħġbok speċifika fuq il-bażi ta’ liema skema approvata ta’ għajnuna (124) qed tingħata l-għajnuna u pprovdi dettalji dwar il-metodoloġija applikata sabiex tiġi determinata d-data sottostanti verifikabbli ta’ l-ekwivalenti ta’ l-għotja grossa.
C) Jekk l-għotja ma tistax tiġi espressa f’ekwivalenti ta’ l-għotja grossa, x’inhu l-livell ta’ l-avvanz li jitħallas lura espress bħala perċentwali ta’ l-ispejjeż eliġibbli:
Fil-każ ta’ rati ta’ avvanzi li jitħallsu lura mogħtija għall-proġett tar-riċerka u l-iżvilupp huma ogħla mir-rati indikati fit-Taqsimiet 5.1.2 u 5.1.3 (sar-rati massimi indikati fit-Taqsima 5.1.5) tal-Qafas ta’ l-R&D&I, jekk jogħġbok:
— innotifika lill-Kummissjoni l-informazzjoni dettaljata dwar il-ħlas lura fil-każ ta’ suċċess u ddefinixxi b’mod ċar dak li jkun meqjus bħala suċċess għall-attivitajiet ta’ riċerka;
U
— ikkonferma dan li ġej:
il-miżura tistipula li fil-każ ta’ suċċess l-avvanz jitħallas lura b’rata ta’ l-imgħax li tkun għallinqas ugwali għar-rata applikabbli mill-applikazzjoni ta’ l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont (125);
fil-każ ta’ suċċess li jmur lilhinn mir-riżultat definit bħala suċċess, l-Istat Membru huwa intitolat li jitlob ħlasijiet li jmorru lilhinn minn ħlasijiet ta’ l-ammont avvanzat inklużi l-imgħaxijiet skond ir-rata ta’ referenza prevista mill-Kummissjoni;
fil-każ ta’ suċċess parzjali, l-Istat Membru jitlob li l-ħlas miġbur ikun proporzjonat mal-grad ta’ suċċess miksub.
5.1.5 Klawsola ta’ ekwivalenza (126)
A) Il-klawsola ta’ allinjament hija użata f’din il-miżura nnotifikata?
iva
le
Jekk iva, intensitajiet ogħla minn dawk ġeneralment permissibbli jistgħu jiġu awtorizzati.
Jekk iva, agħti dettalji u provi li l-kompetituri li jinsabu barra mill-Komunità rċevew fl-aħħar tliet snin, jew se jirċievu, għajnuna ta’ intensità ekwivalenti għal proġetti, programmi, riċerka, żvilupp jew teknoloġija simili:
(121) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.1.5.
(122) L-ekwivalenti ta’ l-għotja grossa ta’ avvanz li jitħallas lura jirrifletti l-probabilità li l-avvanz jitħallas lura mill-benefiċjarji.
(123) L-ekwivalenti ta’ l-għotja grossa għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet fuq l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna stabbiliti fit-Taqsima 5.1.2 u 5.1.3 tal-Qafas R&D&I.
(124) Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.1.5 tal-Qafas ta’ l-R&D&I (it-tieni paragrafu).
(125) ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3. Ippubblikat ukoll taħt:
Jeżisti tfixkil attwali jew potenzjali, dirett jew indirett, tal-kummerċ internazzjonali?
iva
le
Jekk iva, agħti provi:
Agħti wkoll informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jittieħed f’kunsiderazzjoni l-vantaġġ kompetittiv li jkun igawdi kompetitur minn pajjiż terz:
5.2 Għajnuna għal studji tekniċi ta’ vijabilità (127)
5.2.1 Kundizzjonijiet ġenerali
L-istudji huma bi tħejjija għal (128):
riċerka industrijali;
żvilupp sperimentali.
5.2.2 Intensitajiet ta’ l-għajnuna
Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (129) (%): …
L-intensità ta’ l-għajnuna hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż ta’ l-istudji tal-fattibilità tal-proġett.
5.3.2 Spejjeż eliġibbli u intensitajiet ta’ l-għajnuna
A) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli (132) u indika l-ammont tagħhom:
spejjeż li jiġu qabel l-għoti tad-dritt fl-ewwel ġuriżdizzjoni legali: …
traduzzjoni u spejjeż oħra minfuqa sabiex jinkiseb l-għoti jew il-validazzjoni tad-dritt f’ġuriżdizzjonijiet oħrajn: …
spejjeż minfuqa fid-difiża tal-validità tad-dritt waqt il-prosekuzzjoni uffiċjali ta’ l-applikazzjoni u l-proċedimenti possibbli ta’ oppożizzjoni: …
B) Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (%) (133): …
(127) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.2.
(128) Sabiex tikklassifika l-attivitajiet, tista’ tirreferi għall-prattika tal-Kummissjoni jew għal eżempji u spjegazzjonijiet speċifiċi pprovduti fil-Manwal Frascati dwar il-Kejl ta’ Attivitajiet Xjentifiċi u Teknoloġiċi, Prattika Normali proposta għall-Istħarriġ dwar l-Iżvilupp tar-Riċerka u l-Iżvilupp Espermentali (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, 2002); għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2(e), (f), (g) tal-Qafas R&D&I.
(129) Għall-SME, l-intensità ta’ l-għajnuna ma tistax taqbeż il-75 % għall-istudji ta’ tħejjija għall-attivitajiet tar-riċerka industrijali u 50 % għall-istudji ta’ tħejjija għall-attivitajiet esperimentali ta’ l-iżvilupp; għall-kumpaniji l-kbar, l-intensità ta’ l-għajnuna ma tistax taqbeż il-65 % għall-istudji ta’ tħejjija għall-attivitajiet tar-riċerka industrijali u 40 % għall-istudji ta’ tħejjija għall-attivitajiet esperimentali ta’ l-iżvilupp.
(130) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.3.
(131) Għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2(e), (f), (g) tal-Qafas R&D&I.
(132) Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.3 (it-tieni paragrafu) tal-Qafas R&D&I.
(133) Livelli massimi ta’ għajnuna jikkorrispondu ma’ l-istess lievelli ta’ għajnuna li kienu jikkwalifikaw bħala għajnuna għall-R&D fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka li oriġinarjament wasslu għad-drittijiet ta’ proprjetà industrijali kkonċernati.
5.4 Għajnuna għall-impriżi ġodda u innovattivi (134) (għall-impriżi ż-żgħar)
Jekk jogħġbok ikkonferma li:
A)
il-benefiċjarju huwa impriża żgħira kif definita mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità (135), u li ilha teżisti għal anqas minn 6 snin fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna;
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi:
B)
il-benefiċjarju huwa impriża innovattiva.
Jekk jogħġbok ikkonferma li l-konformità ma’ din il-kundizzjoni hija assigurata permezz ta:
evalwazzjoni mwettqa minn espert estern li juri li l-benefiċjarju fil-futur prevedibbli jkun se jiżviluppa prodotti, servizzi jew proċessi li huma teknoloġikament ġodda jew sostanzjalment aħjar meta mqabbla ma’ l-aħħar teknoloġija fl-industrija tiegħu fil-Komunità, u li jġorru magħhom riskju ta’ falliment teknoloġiku jew industrijali;
JEW
il-provi li l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp tal-benefiċjarju jirrappreżentaw mill-anqas 15 % ta’ l-ispejjeż operattivi kollha tiegħu f’għall-anqas waħda mit-tliet snin ta’ qabel l-għoti ta’ l-għajnuna jew fil-każ ta’ kumpanija ġdida mingħajr storja finanzjarja, fil-verifika tal-perjodu fiskali kurrenti, kif iċċertifikat minn awditur estern.
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kif dan huwa implimentat:
C) Speċifika l-ammont massimu ta’ għajnuna applikabbli taħt il-miżura nnotifikata (136): …
D) Jekk jogħġbok ikkonferma li:
il-benefiċjarju ma rċeviex għajnuna għal impriżi ġodda u innovattivi qabel u se jirċievi dan it-tip ta’ għajnuna darba biss matul il-perjodu li fih jikkwalifika bħala impriża ġdida u innovattiva.
E) L-impriża tibbenefika minn akkumulazzjoni ta’ għajnuna?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika kif se tintlaħaq konformità mar-regoli speċifiċi ta’ l-akkumulazzjoni għall-għajnuna għall-impriżi ġodda u innovattivi (Taqsima 5.4 tal-Qafas R&D&I):
5.5 Għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċessi u fl-organizzazzjoni fis-servizzi (137)
5.5.1 Kundizzjonijiet ġenerali
A) Għal liema tipi ta’ innovazzjoni fl-attivitajiet (138) tas-servizzi tirreferi l-miżura nnotifikata?
Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata ta’ l-innovazzjoni fl-attivitajiet tas-servizzi (139) (fil-proċess u/jew fl-organizzazzjoni):
(134) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.4.
(135) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 20.
(136) L-għajnuna ma tistax taqbeż l-EUR 1 miljun f’oqsma mhux megħjuna; EUR 1.5 miljun f’reġjuni eliġibbli għal deroga fl-Artikolu 87 (3) (a) tat-Trattat tal-KE; EUR 1,25 miljun f’reġjuni eliġibbli għal deroga fl-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat tal-KE.
(137) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.5.
(138) Għad-definizzjonijiet ara t-Taqsima 2.2(i), (j) tal-Qafas R&D&I.
(139) Sabiex jiġu kklassifikati l-attivitajiet, tista’ tirreferi għall-prattika tal-Kummissjoni jew għad-definizzjonijiet speċifiċi pprovduti fil-Manwal ta’ OSLO, Linji Gwida għall-Ġbir u l-Interpretazzjoni tad-Data dwar l-Innovazzjoni (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, 2005).
l-innovazzjoni fl-organizzazzjoni hija relatata ma’ l-użu u l-isfruttament ta’ Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) sabiex tinbidel l-organizzazzjoni;
l-innovazzjoni hija fformulata bħala proġett bi project manager identifikat u kwalifikat, filwaqt li l-ispejjeż tal-proġett huma identifikati;
ir-riżultat tal-proġett megħjun huwa l-iżvilupp ta’ standard, u ta’ mudell tan-negozju, metodoloġija ta’ kunċett, li tista’ tiġi riprodotta sistematikament, possibilment iċċertifikata, u possibilment tingħata privattiva;
l-innovazzjoni fil-proċess jew fl-organizzazzjoni hija ġdida jew imtejba sostanzjalment meta mqabbla ma’ l-aħħar teknoloġija fl-industrija tagħha fil-Komunità;
il-proġett għall-innovazzjoni fil-proċess jew l-organizzazzjoni jinvolvi grad ċar ta’ riskju;
l-għajnuna hija mogħtija lil impriża kbira biss jekk tikkollabora ma’ SME fl-attività li tingħata l-għajnuna u l-SME li tkun qed tikkollabora magħha ġġorr mill-anqas 30 % ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji/provi għal dawn l-elementi kollha:
5.5.2 Spejjeż eliġibbli u intensitajiet ta’ l-għajnuna
A) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli (140) u indika l-ammont tagħhom:
Spejjeż Eliġibbli
spejjeż ta’ l-istaff
spejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat
spejjeż tal-bini u l-art
spejjeż tar-riċerka kuntrattwali, għarfien tekniku u brevetti mixtrija jew liċenzjati minn sorsi esterni bil-prezzijiet tas-suq
spejjeż addizzjonali li ntefqu direttament bħala riżultat tal-proġett ta’ riċerka
spejjeż operattivi oħra
B) Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (141) (%): …
L-intensità ta’ l-għajnuna hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett.
5.6 Għajnuna għas-servizzi tal-konsulenza għall-innovazzjoni u għas-servizzi ta’ l-appoġġ għall-innovazzjoni (142) (għall-SME)
5.6.1 Kundizzjonijiet ġenerali
A) Speċifika l-ammont massimu ta’ għajnuna (li ma taqbiżx EUR 200 000 għal kull benefiċjarju f’kull perjodu ta’ tliet snin): …
B) Jekk jogħġbok ikkonferma li:
jekk il-fornitur tas-servizz ma jibbenefikax minn ċertifikazzjoni nazzjonali jew Ewropea l-għajnuna ma tkoprix aktar minn 75 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli;
il-benefiċjarji jużaw l-għajnuna mill-Istat sabiex jixtru s-servizzi bil-prezz tas-suq (jew jekk il-fornitur tas-servizz huwa entità non-profit, bi prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha tiegħu flimkien ma’ marġini raġonevoli).
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kif dan huwa assigurat:
(140) Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.1.4 tal-Qafas R&D&I. Jekk jogħġbok innota li fil-każ ta’ l-innovazzjoni fl-organizzazzjoni, l-ispejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat ikopru biss l-ispejjeż ta’ l-istrumenti u l-apparat ta’ l-ICT.
(141) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 15 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli għal impriża kbira; 25 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli għal impriża ta’ daqs medju; 35 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli għal impriża żgħira.
għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza għall-innovazzjoni;
għajnuna għal servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni.
B) Jekk l-għajnuna hija għal servizzi ta’ konsulenza għall-innovazzjoni, speċifika l-ispejjeż eliġibbli u indika l-ammont tagħhom:
konsulenza fil-maniġment: …
għajnuna teknika: …
servizzi ta’ trasferiment ta’ teknoloġija: …
taħriġ: …
konsulenza għal akkwist, ħarsien u kummerċ fi Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u għal ftehim ta’ liċenzjar: …
konsulenza dwar l-użu ta’ standards: …
C) Jekk hija għajnuna għal servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, speċifika l-ispejjeż eliġibbli u indika l-ammont tagħhom:
spazju ta’ l-uffiċini: …
banek ta’ data: …
servizzi ta’ libreriji tekniċi: …
riċerka tas-suq: …
użu ta’ laboratorju: …
tikkettar tal-kwalità: …
ittestjar u ċertifikazzjoni: …
5.6.3 Kundizzjonijiet speċjali għal entità mhux għal skop ta’ lukru
Jekk il-fornitur tas-servizz huwa entità mhux għal skop ta’ lukru, l-għajnuna tista’ tingħata bħala tnaqqis fil-prezz, bħala d-differenza bejn il-prezz imħallas u l-prezz tas-suq (jew prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha flimkien ma’ marġini raġonevoli).
L-għajnuna hija mogħtija bħala tnaqqis fil-prezz?
iva
le
Jekk iva, agħti provi ta’ l-eżistenza ta’ sistema li tiżgura t-trasparenza dwar l-ispejjeż kollha tas-servizzi tal-konsulenza għall-innovazzjoni u ta’ l-appoġġ għall-innovazzjoni pprovduti, u kif ukoll il-prezz imħallas mill-benefiċjarji, sabiex l-għajnuna rċevuta tista’ tiġi mkejla u sorveljata.
5.7 Għajnuna għas-self ta’ persunal bi kwalifiki għolja (143) (għall-SME)
5.7.1 Kundizzjonijiet ġenerali
A) Minn fejn jinġieb il-persunal kwalifikat ħafna (144)?
organizzazzjonijiet tar-riċerka;
impriżi kbar.
Agħti dettalji (jekk ikun possibbli) dwar organizzazzjonijiet tar-riċerka u dwar impriżi kbar.
(143) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 5.7.
(144) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2. (k) tal-Qafas R&D&I.
il-persunal issekondat mhux qed jieħu post persunal ieħor;
il-persunal issekondat huwa impjegat f’funzjoni maħluqa ġdida fi ħdan l-impriża li tkun qed tibbenefika;
Jekk jogħġbok speċifika x’inhi din il-funzjoni maħluqa ġdida:
il-persunal issekondat ilu impjegat għal mill-anqas sentejn ma’ l-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew impriżi kbar li qed jibgħatu l-persunal fuq secondment;
li l-persunal issekondat jaħdem f’attivitajiet ta’ l-R&D&I fl-SME li qed tirċievi l-għajnuna.
5.7.2 Spejjeż eliġibbli u intensitajiet ta’ l-għajnuna
A) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u indika l-ammont tagħhom:
spejjeż għat-teħid b’self u l-impjieg ta’ persunal kwalifikat ħafna: …
B) Jekk jogħġbok ikkonferma l-ispejjeż tal-konsulenza (ħlas għas-servizz mogħti mill-espert mingħajr ma jiġi impjegat espert ma’ l-impriża) huma esklużi mill-ispejjeż eliġibbli taħ l-għajnuna għal self ta’ persunal kwalifikat ħafna.
C) Speċifika l-intensità massima ta’ l-għajnuna (145) (%): …
5.8 Għajnuna għar-ragruppamenti ta’ innovazzjoni (146)
5.8.1 Kundizzjonijiet ġenerali
A) Liema tip ta’ għajnuna hija mogħtija lill-benefiċjarju?
l-għajnuna hija mogħtija esklussivament lill-entità legali li tkun qed topera r-ragruppament ta’ l-innovazzjoni;
il-benefiċjarju huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-bini, il-faċilitajiet u l-attivitajiet tar-ragruppament;
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
l-aċċess għall-bini, il-faċilitajiet u l-attivitajiet tar-ragruppamenti mhux ristrett.
C) Il-ħlas li jinżamm għall-użu tal-faċilitajiet tar-ragruppamenti u għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tagħhom jirrifletti kemm dan ikun fil-fatt jiswa.
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok uri kif din hija assigurata:
Jekk le, jekk jogħġbok agħti dettalji (partikolarment fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ l-għajnuna skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE, ara t-Taqsima 3.1 tal-Qafas R&D&I):
D) Jekk jogħġbok ehmeż analiżi ta’ l-ispeċjalizzazzjoni teknoloġika tar-ragruppament ta’ l-innovazzjoni, il-potenzjal reġjonali eżistenti, il-kapaċità tar-riċerka eżistenti, il-preżenza ta’ ragruppamenti fil-Komunità b’għanijiet u volumi potenzjali tas-suq simili ta’ l-attivitajiet tar-ragruppament:
(145) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % għall-ispejjeż eliġibbli, għal massimu ta’ 3 snin għal kull impriża u kull persuna missellfa.
5.8.2 Kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna għall-investiment għall-animazzjoni tar-ragruppamenti
A) X’tip ta’ investiment qed isir?
twaqqif ta’ ragruppamenti ta’ innovazzjoni;
tkabbir ta’ ragruppamenti ta’ innovazzjoni;
animazzjoni ta’ ragruppamenti ta’ innovazzjoni.
B) Għal liema faċilitajiet hija mogħtija l-għajnuna?
faċilitajiet għat-taħriġ u ċentru għar-riċerka;
infrastrutturi tar-riċerka b’aċċess miftuħ, laboratorju, faċilità ta’ l-ittestjar;
Infrastrutturi tan-netwerk tal-broadband.
C) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u indika l-ammont tagħhom:
spejjeż relatati ma’ l-investiment fl-art: …
bini: …
makkinarju: …
tagħmir: …
D) X’inhi l-intensità massima ta’ l-għajnuna (%) (147): …
E) Jingħata xi bonus lill-benefiċjarju?
iva
le
Jekk iva, speċifika hawn taħt:
— Tapplika bonus ta’ l-SME?
iva
le
Speċifika l-livell tal-bonus (148): …
— Tapplika bonus għall-impriżi li jinsabu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda?
iva
le
Jekk iva, speċifika l-livell tal-bonus applikabbli għal impriża li tinsab fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (149): …
5.8.3 Kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna operattiva għall-animazzjoni tar-ragruppamenti
A) Għal liema tul taż-żmien hija mogħtija l-għajnuna: … sena
Jekk l-għajnuna hija mogħtija għal perjodu ta’ aktar minn 5 snin, jekk jogħġbok ipprovdi provi konvinċenti sabiex tiġġustifika dan il-perjodu itwal (150).
B) L-għajnuna tonqos gradwalment?
iva
le
C) Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u indika l-ammont tagħhom:
il-preżentazzjoni tar-ragruppament fuq is-suq sabiex jiġu reklutati kumpaniji ġodda sabiex jieħdu sehem fir-ragruppament: …
ġestjoni tal-faċilitajiet ta’ l-aċċess miftuħ tar-ragruppament: …
Organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ, workshops u konferenzi sabiex jappoġġjaw il-qsim ta’ l-għarfien u n-networking bejn il-membri tar-ragruppament: …
(147) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 15 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli; għal reġjuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 87 (3) (A) tat-Trattat tal-KE l-intensità massima ta’ l-għajnuna hija din li ġejja: 30 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli għar-reġjuni b’anqas minn 75 % tal-PGD per capita medju ta’ l-UE-25, reġjuni mbiegħda b’PGD per capita ogħla u reġjuni ta’ l-effett statistiku (sa l-1 ta’ Jannar 2011); 40 % għal reġjuni b’anqas minn 60 % tal-PGD per capita ta’ l-UE-25 (%); 50 % għal reġjuni b’anqas minn 45 % tal-PGD per capita ta’ l-UE-25; Għal reġjuni ta’ l-effett statistiku li jaqgħu taħt l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat tal-KE mill-1 ta’ Jannar 2011 l-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 20 % għall-ispejjeż eliġibbli.
(148) L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għal impriżi żgħar u b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju.
(149) L-intenstità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’massimu ta’ 20 punt perċentwali. L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda fejn il-PGD per capita jaqa’ taġt il-75 % tal-medja ta’ l-UE-25 u b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda l-oħrajn.
(150) Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ma jista’ qatt jaqbeż l-10 snin.
— għajnuna li tonqos gradwalment (jekk jogħġbok speċifika rati ta’ tnaqqis għal kull sena) (151): …
— għajnuna li ma tonqosx gradwalment (%) (152): …
6. Ffett ta’ inċentiva u neċessità ta’ l-għajnuna (153)
6.1 Kundizzjoni ġenerali
A) L-attività ta’ l-R&D&I kienet diġà bdiet qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju għand l-awtoritajiet nazzjonali (154)?
iva
le
Jekk iva, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tippreżentax inċentiva għall-benefiċjarju.
B) Jekk le, speċifika d-dati relevanti:
— l-attività ta’ l-R&D&I bdiet fil-: …
— l-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju ġiet sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali fil-: …
Jekk jogħġbok ipprovdi dokumenti ta’ ta’ prova relevanti.
6.2 Evalwazzjoni ta’ l-effett ta’ inċentiva
Jekk l-għajnuna tingħata għal:
— proċess ta’ innovazzjoni organizzativa fis-servizzi;
— ragruppamenti ta’ innovazzjoni;
— proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp għal impriżi kbar;
— studji ta’ fattibilità għal impriżi kbar;
— proġett tar-riċerka u l-iżvilupp għall-SME għal għajnuna li taqbeż l-EUR 7.5 miljuni;
— studji tal-fattibilità għall-SME għal għajnuna li taqbeż l-EUR 7.5 miljuni;
il-Kummissjoni se titlob li l-effett ta’ inċentiva jintwera permezz ta’ mezzi ta’ evalwazzjoni. Għaddi għall-mistoqsijiet li jmiss.
Altrimenti, il-Kummissjoni tqis li l-effett ta’ inċentiva huwa awtomatikament issodisfat għall-miżura kkonċernata.
6.2.1 Kundizzjonijiet ġenerali
Jekk ikun neċessarju li jintwera li jkun hemm effett ta’ inċentiva għal diversi benefiċjarji li jipparteċipaw fil-proġett nnotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom.
Sabiex jiġi vverifikat li l-għajnuna ppjanata tinċentiva lil dawk li jirċevuha sabiex tibdel l-aġir tagħha sabiex iżżid il-livell ta’ R&D&I tagħha, il-Kummissjoni titlob evalwazzjoni għall-kategoriji ta’ riċerka li fihom tikkunsidra li l-effett ta’ inċentiva mhux awtomatikament sodisfatt (elenkat fit-Taqsima 4.2 ta’ din il-formola ta’ notifika).
Jekk jogħġbok imla l-evalwazzjoni ta’ l-attività akbar ta’ l-R&D&I (hawn taħt), fuq il-bażi ta’ analiżi li jqabblu s-sitwazzjoni mingħajr għajnuna ma’ sitwazzjoni fejn tingħata l-għajnuna.
6.2.2 Kriterji
A) Se jitkabbar id-daqs tal-proġett?
iva
le
Jekk iva, speċifika t-tip ta’ żieda
żieda fl-ispejjeż totali tal-proġett (mingħajr infiq anqas mill-benefiċjarju meta mqabbel mas-sitwazzjoni mingħajr għajnuna);
żieda fin-numru ta’ nies assenjati għall-attivitajiet ta’ l-R&D&I;
tipi oħra ta’ żieda: …
Agħti provi ta’ żidiet relevanti:
(151) L-intensità tagħha tista’ tasal sa 100 % għall-ispejjeż eliġibbli għall-ewwel sena iżda trid tkun naqset b’mod lineari sa żero sa l-aħħar tal-ħames sena.
(152) L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
(153) Cf. Qafas R&D&I, Kapitolu 6.
(154) Jekk il-proposta ta’ għajnuna hija li tingħata għajnuna għal proġett ta’ l-R&D&I, dan ma jeskludix li l-benefiċjarju potenzjali diġà jkun wettaq studji tal-fattibilità li ma jkunux koperti mit-talba għall-għajnuna mill-Istat.
żieda fin-numru tar-riżultati mistennija mill-proġett;
proġett aktar ambizzjuż muri minn possibilità akbar ta’ suċċess xjentifiku jew teknoloġiku jew riskju ogħla ta’ falliment;
tipi oħra ta’ żieda: …
Agħti provi ta’ żidiet relevanti:
C) Il-proġett se jsir aktar malajr?
iva
le
Jekk iva, ipprovdi provi li l-proġett se jitlesta fi żmien aqsar bl-għajnuna milli mingħajrha:
D) L-ammont totali minfuq fuq l-R&D&I se jiżdied?
iva
le
Jekk iva, speċifika t-tip ta’ żieda:
żieda fin-nefqa totali ta’ l-R&D&I mill-benefiċjarju ta’ l-għajnuna;
bidliet fil-baġit kommess għall-proġett (mingħajr tnaqqis li jikkorrispondi miegħu fil-baġits ta’ proġetti oħra);
żieda fin-nefqa ta’ l-R&D&I mill-benefiċjarju ta’ l-għajnuna bħala proporzjon tat-turnover totali;
tipi oħra ta’ żieda:
Agħti provi taż-żidiet relevanti:
E) L-Istat Membru jista’ wkoll juri l-preżenza ta’ effett ta’ inċentiva permezz ta’ kriterji kwantitattivi relevanti u/jew kwalitattivi. Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi:
7. Riterji li jwasslu għal valutazzjoni dettaljata (155)
Jekk l-għajnuna tirrigwarda proġett ta’ l-R&D&I jew studju ta’ fattibilità, jekk jogħġbok imla t-Taqsima 7.1 aktar ‘l isfel. Jekk l-għajnuna tingħata għall-innovazzjoni tal-proċess jew dik organizzattiva fl-attivitajiet ta’ servizzi jew għal ragruppamenti ta’ innovazzjoni, jekk jogħġbok mur fit-Taqsima 7.2 tad-dokument ta’ informazzjoni supplementari. Minbarra dan, mhi meħtieġa l-ebda valutazzjoni dettaljata.
7.1 Proġetti u studji ta’ fattibilità
A) Spejjeż eliġibbli li jikkorrispondu mar-riċerka fundamentali jirrappreżentaw … % ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli (proporzjon I.).
Jekk il-proporzjon I.ikun akbar minn 50 %, waħda mill-impriżi tirċievi ammont ta’ għajnuna li jaqbeż l-EUR 20 miljun (156) għal kull proġett/studju ta’ fattibilità?
iva
le
(155) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 7.1.
(156) Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi r-rata tal-kambju li għandha tiġi użata meta tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija.
B) Spejjeż eliġibbli li jikkorrispondu mar-riċerka industrijali u l-istudji tal-fattibilità ta’ tħejjija għar-riċerka industrijali jirrappreżentaw … % ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli (proporzjon II.).
Jekk il-proporzjon I.+ II.ikun akbar minn 50 %, waħda mill-impriżi tirċievi ammont ta’ għajnuna li jaqbeż l-EUR 10 miljun għal kull proġett/studju ta’ fattibilità?
iva
le
C) Jekk il-proporzjon I.+ II.ikun anqas minn 50 %, waħda mill-impriżi tirċievi ammont ta’ għajnuna li jaqbeż l-EUR 7.5 miljun għal kull proġett/studju ta’ fattibilità?
iva
le
Jekk it-tweġiba għal waħda minn dawn it-tliet mistoqsijiet hija iva, allura l-għajnuna nnotifikata hija suġġetta għal valutazzjoni dettaljata u informazzjoni addizzjonali għandha tingħata sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni dettaljata (Taqsima 8 ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari).
7.2 Innovazzjoni fil-proċess jew fl-organizzazzjoni f’attivitajiet ta’ servizzi jew ragruppamenti ta’ innovazzjoni
Jekk l-għajnuna hija mogħtija għal innovazzjoni fil-proċess jew fl-organizzazzjoni f’attivitajiet ta’ servizzi, hemm xi impriża waħda li tirċievi ammont ta’ għajnuna li jaqbeż l-EUR 5 miljuni għal kull proġett?
iva
le
Jekk l-għajnuna tingħata għal ragruppamenti ta’ innovazzoni, ir-ragruppament (entità legali li tkun qed topera fir-ragruppament ta’ innovazzjoni) tirċievi ammont ta’ għajnuna li jaqbeż l-EUR 5 miljun.
iva
le
Jekk iva, allura l-għajnuna nnotifikata hija suġġetta għal valutazzjoni dettaljata u informazzjoni addizzjonali għandha tingħata sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni dettaljata (Taqsima 8 ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari).
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni dettaljata wkoll fil-każijiet kollha nnotifikati lill-Kummissjoni minħabba l-obbligu li jiġu nnotifikati individwalment kif stipulat fir-regolament ta’ l-eżenzjoni
8. Nformazzjoni addizzjonali għal valutazzjoni dettaljata (157)
Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett nnotifikat li hu suġġett għal valutazzjoni dettaljata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom. Dan huwa bla ħsara għad-deskrizzjoni sħiħa tal-proġett nnotifikat, inklużi l-parteċipanti kollha, fit-taqsimiet preċedenti ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.
8.1 Osservazzjonijiet ġenerali
L-iskop ta’ din il-valutazzjoni dettaljata hija sabiex jiġi żgurat li ammonti kbar ta’ għajnuna għall- R&D&I ma jxekklux il-kompetizzjoni tant li jmorru kontra l-interess komuni, iżda fil-fatt jikkontribwixxu għall-interess komuni. Dan iseħħ meta l-benefiċċji ta’ l-għajnuna mill-Istat f’termini ta’ R&D&I adizzjonali jkunu akbar mill-ħsara għall-kompetizzjoni u l-kummerċ.
Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt jirrappreżentaw gwida għal liema tipi ta’ informazzjoni l-Kummissjoni tista’ titlob sabiex twettaq stima dettaljata. Il-gwida hija maħsuba sabiex id-deċiżjonijiet u r-raġunament tal-Kummissjoni jkunu trasparenti u prevedibbli sabiex tinħoloq prevedibilità u ċertezza legali.
A) L-Istati Membri b’mod partikolari huma mistiedna sabiex joqogħdu fuq is-sorsi ta’ informazzjoni mniżżla aktar ‘l isfel. Jekk jogħġbok indika jekk dawn id-dokumenti ta’ prova huma mehmuża man-notifika.
valutazzjonijiet ta’ skemi jew miżuri preċedenti ta’ għajnuna mill-Istat;
stimi ta’ l-impatt magħmula mill-awtorità li tagħmel l-għotja;
Għal kull waħda mit-taqsimiet ta’ hawn taħt jekk jogħġbok ipprovdi d-dokumenti li huma relevanti għall-miżura nnotifikata. L-Istati Membri huma mistiedna sabiex jipprovdu kull element ieħor li jikkunsidraw utli għall-valutazzjoni tal-miżura nnotifikata.
8.2 Eżistenza ta’ falliment tas-suq (158)
A) Jekk jogħġbok identifika l-falliment(i) tas-suq li qed ixekklu l-R&D&I fil-każ preżenti u li jiġġustifika(w) il-ħtieġa għall-għajnuna mill-Istat u pprovdi d-dokumenti ta’ prova:
tixrid ta’ l-għarfien (esternalitajiet pożittivi/ġid pubbliku);
tagħrif imperfett jew asimettriku;
fallimenti ta’ koordinament.
B) Jekk l-għajnuna mill-Istat tkun immirata għal proġetti jew attivitajiet ta’ l-R&D&I li jkunu jinsabu fiż-żoni assistiti, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar:
l-iżvantaġġi kkawżati mill-periferalità u l-ispeċifiċitajiet reġjonali l-oħra;
Data ekonomika lokali speċifika, raġunijiet soċjali u/jew storiċi għal livell baxx ta’ attività ta’ l-R&D&I meta mqabbla mad-data medja relevanti u/jew is-sitwazzjoni fuq il-livell nazzjonali u/jew tal-Komunità kif xieraq;
indikatur relevanti ieħor li juri grad akbar ta’ falliment tas-suq.
8.3 Strument xieraq (159)
Jekk jogħġbok indika fuq liema bażi l-Istat Membru ddeċieda li juża strument selettiv bħall-għajnuna mill-Istat sabiex ikabbar l-attivitajiet ta’ l-R&D&I u pprovdi dokumenti ta’ prova:
stima ta’ l-impatt tal-miżura proposta;
tqabbil ma’ għażliet oħra tal-politika meqjusa mill-Istat Membru;
oħrajn: …
8.4 Effett ta’ inċentiva u analiżi ta’ l-għajnuna (160)
A) Jekk jogħġbok speċifika l-bidla intenzjonata fl-aġir tal-benefiċjarju kkawżata mill-għajnuna (pereżempju jingħata bidu għal proġett ġdid jew jitkabbru d-daqs, il-firxa jew l-għaġġla ta’ proġett) u pprovdi dokumenti ta’ prova.
— Minbarra dan, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni permezz ta’ analiżi kontrafattwali ta’ l-aġir tal-benefiċjarju fir-rigward tal-proġett jekk ma jkunx irċieva l-għajnuna.
— Jekk jogħġbok iddeskrivi għaliex l-għajnuna hija meħtieġa sabiex il-proġett taħt valutazzjoni jsir aktar attraenti mill-proġett deskritt permezz ta’ l-analiżi kontrafattwali, jiġifieri l-proġett li kieku jitwettaq mingħajr l-għajnuna.
B) L-elementi li ġejjin jistgħu jintużaw sabiex jintwera l-effett ta’ inċentiva. Jekk jogħġbok speċifika dawk relevanti għall-miżura nnotifikata u pprovdi d-dokumenti ta’ prova.
il-livell ta’ profitabilità;
l-ammont ta’ investiment u ż-żmien ta’ meta jsiru l-flussi tal-flus;
il-livell tar-riskju involut fil-proġett ta’ riċerka (161);
valutazzjoni kontinwa.
8.5 Proporzjonalità ta’ l-għajnuna (162)
A) Jekk kien hemm aktar minn kandidat (potenzjali) wieħed sabiex jieħu l-proġett ta’ l-R&D&I fl-Istat Membru, il-benefiċjarju ntagħżel fi proċess ta’ għażla miftuħ?
iva
le
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u dokumenti ta’ prova:
B) Jekk jogħġbok spjega kif jiġi żgurat li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u pprovdi dokumenti ta’ prova:
8.6 Analiżi tat-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-kummerċ (163)
8.6.1 Swieq relevanti u effetti fuq il-kummerċ
A) Jekk relevanti, jekk jogħġbok iddeskrivi l-impatt probabbli ta’ l-għajnuna fuq il-kompetizzjoni fil-proċess ta’ l-innovazzjoni (164):
B) Jekk jogħġbok indika jekk hux probabbli li l-għajnuna jkollha impatt fuq is-suq ta’ xi prodott.
iva
le
Jekk jogħġbok speċifika s-swieq tal-prodotti li fuqhom huwa probabbli li l-għajnuna jkollha impatt:
C) Għal kull wieħed minn dawn is-swieq jekk jogħġbok ipprovdi xi sehem tas-suq indikattiv tal-benefiċjarju:
Għal kull wieħed minn dawn is-swieq jekk jogħġbok ipprovdi xi sehem tas-suq indikattiv tal-kumpaniji l-oħra preżenti fis-suq: Jekk possibbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-Indiċi Herfindahl-Hirschman (HHI) assoċjat):
D) Jekk jogħġbok iddeskrivi l-istruttura u d-dinamika tas-swieq relevanti u pprovdi dokumenti ta’ prova:
(161) Jekk jogħġbok innota f’dan il-kuntest li għall-għajnuna mill-Istat immirata għal proġetti jew attivitajiet ta’ l-R&D&I fiż-żoni megħjuna, il-Kummissjoni se tqis l-iżvantaġġi kkawżati mill-periferalità u speċifċitajiet reġjonali oħrajn, li jkollhom impatt negattiv fuq il-livell tar-riskju tal-proġett tar-riċerka.
(162) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 7.3.4.
(163) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 7.4.
(164) L-impatt fuq il-kompetizzjoni fil-proċess ta’ l-innovazzjoni se jkun relevanti safejn ikollu impatt prevedibbli fuq ir-riżultat tal-kompetizzjoni futura fis-suq tal-prodott. Għad-dettalji ara t-Taqsima 7.4 (it-3 paragrafu) tal-Qafas R&D&I.
E) Jekk relevanti, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ (bidla fil-flussi tal-kummerċ u fil-post ta’ l-attività ekonomika):
8.6.2 Tfixkil ta’ l-inċentivi dinamiċi
L-elementi li ġejjin se jitqiesu mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna fuq l-inċentivi dinamiċi tal-kompetituri sabiex jinvestu. Jekk jogħġbok indika dawk li fir-rigward tagħhom huma pprovduti dokumenti ta’ prova:
ammont ta’ l-għajnuna;
qrubija għas-suq/kategorija ta’ l-għajnuna;
proċess miftuħ ta’ għażla;
ostakli għall-ħruġ;
inċentivi għall-kompetizzjoni f’suq futur;
differenzjazzjoni tal-prodott u intensità tal-kompetizzjoni.
8.6.3 Il-ħolqien tas-saħħa tas-suq
L-elementi li ġejjin se jitqiesu mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna fuq is-saħħa tas-suq tal-benefiċjarju. Jekk jogħġbok indika dawk li fir-rigward tagħhom huma pprovduti dettalji u dokumenti ta’ prova:
saħħa tas-suq tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u struttura tas-suq;
livell ta’ ostakli għad-dħul;
saħħa tax-xerrej;
proċess ta’ l-għażla.
8.6.4 Iż-żamma ta’ strutturi tas-suq ineffiċjenti
Jekk jogħġbok speċifika jekk l-għajnuna tingħata:
fi swieq li jkun fihom kapaċità żejda;
f’industriji li qegħdin fi kriżi;
f’setturi sensittivi.
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u dokumenti ta’ prova:
9. Akkumulazzjoni (165)
A) L-għajnuna li qed tingħata taħt il-miżura nnotifikata hija marbuta ma’ għajnuna oħra (166)?
iva
le
B) Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi r-regoli tà l-akkumulazzjoni applikabbli għall-miżura ta’ għajnuna nnotifikata:
C) Jekk jogħġbok speċifika kif ir-rispett tar-regoli tà l-akkumulazzjoni se jiġi vverifikat taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata.
(165) Cf. Qafas R&D&I, Kapitolu 8.
(166) Jekk jogħġbok innota li l-għajnuna għall- R&D&I m’għandhiex tiġi akkumulata ma’ l-appoġġ de minimis fir-rigward ta’ l-istess spejjeż eliġibbli b’mod li ma jiġux rispettati l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna stabbiliti fil-Qafas ta’ l-R&D&I.
10. Mistoqsijiet speċifiċi relatati ma’ l-agrikoltura u s-sajd (167)
A) L-għajnuna fir-riċerka u l-iżvilupp tikkonċerna prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?
iva
le
Jekk iva, speċifika t-tip ta’ prodotti:
B) Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:
— l-għajnuna hija ta’ interess ġenerali fis-settur jew sub-settur partikolari kkonċernat?
iva
le
Jekk iva, agħti provi:
— l-informazzjoni li se ssir ir-riċerka, u li b’liema għan, hija ppubblikata fuq l-internet qabel il-bidu tar-riċerka U l-informazzjoni ppubblikata tinkludi data approssimattiva tar-riżultati mistennija u l-post tal-pubblikazzjoni tagħhom fuq l-internet, filwaqt li jissemma li r-riżultat se jkun disponibbli mingħajr ħlas?
iva
le
Jekk iva, agħti provi u speċifika l-indirizz ta’ l-internet:
— ir-riżultati tar-riċerka huma disponibbli fuq l-internet, għal perjodu ta’ mill-anqas 5 snin U jista’ jiġi kkonfermat li l-informazzjoni mogħtija fuq l-internet se tkun ippubblikata mhux aktar tard minn meta tingħata lill-membri ta’ kwalunkwe organizzazzjoni partikolari?
iva
le
Jekk iva, agħti provi:
— l-għajnuna hija mogħtija direttament lill-istituzzjoni jew entità li tagħmel ir-riċerka U teskludi l-għoti dirett ta’ għajnuna mhux għar-riċerka lill-kumpanija li tipproduċi, tipproċessa jew tikkummerċjalizza prodotti agrikoli, kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ tal-prezzijiet għall-produtturi ta’ dawn il-prodotti?
iva
le
Jekk iva, agħti provi:
Jekk it-tweġibiet għal kull waħda mill-erba’ kundizzjonijiet tat-Taqsima B aktar ‘il fuq huma iva, l-intensità ta’ l-għajnuna sa 100 % tista’ tkun permessa. Jekk le, każijiet ta’ għajnuna għall-R&D għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE għandhom jiġu eżaminati skond ir-regoli normali tal-Qafas R&D&I.
C) Speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna (%): …
D) Kooperazzjoni skond ir-Regolament Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-EAFRD (168) …
Il-kooperazzjoni ġiet approvata għall-kofinanzjament tal-Komunità taħt l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 U/JEW l-għajnuna mill-Istat hija mogħtija bħala finanzjament addizzjonali taħt l-Artikolu 89 ta’ dan ir-Regolament taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess intensità tal-kofinanzjament (169)?
iva
le
Jekk le, każijiet ta’ għajnuna għall-R&D għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE għandhom jiġu eżaminati skond ir-regoli normali tal-Qafas R&D&I.
11. Rappurtar u monitoraġġ (170)
11.1 Rapporti annwali
Jekk jogħġbok innota li din l-obbligazzjoni ta’ rappurtar hija mingħajr ħsara għall-obbligu ta’ rappurtar taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (171).
Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżura nnotifikata ta’ għajnuna, li jkun fih l-elementi kollha elenkati hawn taħt (172).
— isem il-benefiċjarju;
— ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju;
— L-intensità ta’ l-għajnuna;
— setturi ta’ attività fejn ikun sar il-proġett megħjun.
Iva
11.2 Dokumenti ta’ tagħrif, monitoraġġ
A) Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li żżomm rekords dettaljati dwar l-għoti ta’ l-għajnuna bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex ikun stabbilit li l-ispejjeż eliġibbli u l-intensità massima permissibbli ta’ għajnuna jkunu ġew osservati.
iva
B) Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tiżgura li r-rekords dettaljati msemmija fit-Taqsima A aktar ‘il fuq jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tingħata l-għajnuna.
iva
C) Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tippreżenta r-rekords imsemmija fit-Taqsima A aktar ‘il fuq fuq talba tal-Kummissjoni.
iva
12. Tagħrif ieħor
Jekk jogħġbok agħti kull tagħrif ieħor li tqis neċessarju sabiex jiġu vvalutati l-miżuri kkonċernati taħt il-Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.”
(168) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1) kif emendat mir-Regolament (KE) nru 1463/2006, (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 1).
(169) Il-Kummissjoni se tippermett l-għajnuna mill-Istat għall-kooperazzjoni skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) jekk din il-kooperazzjoni tkun ġiet approvata mill-Komunità għall-kofinanzjament taħt dak l-Artikolu u/jew l-għajnuna mill-Istat tingħata bħala finanzjament addizzjonali taħt l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess intensità bħall-kofinanzjament.
(170) Cf. Qafas R&D&I, Taqsima 10.1.
(171) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(172) Fir-rigward ta’ l-obbligi speċifiċi tar-rappurtar għar-ragruppamenti, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 10.1.1 (ir-4 paragrafu) tal-Qafas R&D&I.
(c)
Id-dokument ta' informazzjoni supplimentari 11 huwa sostitwit b' li ġej:
SKEDA TA’ INFORMAZZJONI SUPPLEMENTARI DWAR GĦAJNUNA GĦAL KAPITAL TA’ RISKJU
Din il-karta ta’ informazzjoni supplimentari għandha tintuża għan-notifika ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna koperta mil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’impriżi ta’ daqs żgħir u medju (173). Jekk jogħġbok innota li jekk l-iskema hija koperta minn qafas jew linji gwida oħra, għandha tintuża l-formola ta’ notifika standard korrispondenti għall-qafas jew linji gwida rilevanti.
1. Il-benefiċjarji possibbli u l-ambitu tal-miżura ta’ għajnuna
1.1 Min hu involut fl-iskema (174) (jekk jogħġbok immarka kaxxa waħda jew iżjed kif xieraq):
investituri li jistabbilixxu fond jew li jipprovdu ekwità f’kumpanija jew sett ta’ kumpaniji. Jekk jogħġbok speċifika l-vantaġġ(i) mogħti(ja):
Jekk jogħġbok speċifika l-kriterji possibbli ta’ l-għażla tal-benefiċjarju (eż. sejħa għall-offerti jew stedina pubblika):
L-investimenti jintlaqtu bl-istess mod bejn investituri pubbliċi u oħrajn privati?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
fond ta’ investiment jew strument ieħor ta’ investiment u/jew il-maniġer tiegħu. Jekk jogħġbok speċifika l-vantaġġ(i) mogħti(ja):
Jekk jogħġbok speċifika l-kriterji possibbli ta’ l-għażla tal-benefiċjarju (fond/strument ta’ investiment u l-ġestjoni) u l-mod li bih jintgħażel (eż. proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti miftuħa u trasparenti):
Il-maniġer jew il-kumpanija li tamministra l-fondi jirċievu rimunerazzjoni li tirrifletti bis-sħiħ ir-rimunerazzjoni attwali fis-suq f’sitwazzjonijiet kumparabbli?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok agħti prova u ehmeż id-dokumenti rilevanti:
(173) Il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’impriżi ta’ daqs żgħir u medju, (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2), minn hemm ‘il quddiem magħrufa bħala “l-RCG”.
L-SMEs li fihom sar investiment. Jekk jogħġbok speċifika l-vantaġġ(i).
Jekk jogħġbok speċifika l-kriterji possibbli ta’ l-għażla tal-benefiċjarji:
1.2 Tista’ tikkonferma li l-miżura ta’ kapital ta’ riskju (175) teskludi (176):
— għajnuna lill-impriżi fl-industrija tal-bini ta’ bastimenti, tal-faħam u ta’ l-azzar?
iva
— u għajnuna lil impriżi f’diffikultà?
iva
1.3 Tista’ tikkonferma li l-miżura ma tapplikax għal għajnuna għal attivitajiet marbuta ma’ l-esportazzjoni, bħal per eżempju l-għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, għall-ħolqien u l-ħidma ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew għal nefqa kurrenti oħra marbuta ma’ l-attivitajiet ta’ esportazzjoni, kif ukoll bħala għajnuna kontinġenti fuq il-preferenza ta’ l-użu ta’ prodotti domestiċi minflok prodotti importati (177)?
iva
2. Is-sura ta’ l-għajnuna id-daqs u l-perjodu ta’ żmien tal-miżura
2.1 L-iskema tipprevedi l-miżura/i u/jew l-istrument(i) li ġej(jin) (jekk jogħġbok immarka kaxxa waħda jew iżjed kif xieraq) (178):
l-għamla ta’ fond ta’ investiment (jiġifieri fond tal-kapital ta’ riskju (179)) li fih hu sieħeb, investitur, jew parteċipant l-Istat. Jekk jogħġbok speċifika:
garanziji fejn il-kopertura pubblika għal telf potenzjali ma taqbiżx il-50 % ta’ l-ammont nominali ta’ l-investiment garantit lil investituri tal-kapital ta’ riskju jew għall-fond tal-kapital ta’ riskju, jew fir-rigward ta’ għoti b’self lil investituri jew fondi għal investiment f’kapital ta’ riskju. Jekk jogħġbok speċifika:
strumenti finanzjarji oħrajn favur investituri tal-kapital ta’ riskju jew ta’ fondi tal-kapital ta’ riskju sabiex jipprovdu kapital addizzjonali għal investiment. Jekk jogħġbok speċifika:
(175) Għad-definizzjoni ta’ “miżuri kapital ta’ riskju” ara t-Taqsima 2.2 (k), (l) ta’ l-RCG.
(176) Taqsima 2.1 ta’ l-RCG.
(177) Idem.
(178) Taqsima 4.2 ta’ l-RCG.
(179) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2(i) ta’ l-RCG.
inċentivi fiskali fuq fondi ta’ investiment u/jew l-amminstraturi tagħhom jew għal investituri sabiex jagħmlu investimenti f’kapital ta’ riskju. Jekk jogħġbok speċifika:
oħrajn. Jekk jogħġbok speċifika:
2.2 X’inhu d-daqs globali tal-baġit tal-miżura, u fil-każ ta’ fond x’inhu d-daqs tal-fond? Jekk jogħġbok speċifika:
Il-miżura għandha tiġi kofinanzjata minn fondi Komunitarji (il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, oħrajn)? Jekk jogħġbok speċifika:
2.3 Kemm hu d-dewmien tal-miżura, jew fil-każ ta’ fond, meta se jkun jista’ jikkommetti ruħu għal investiment u kemm ser ikun jista’ jdum jagħmel dan? Jekk jogħġbok speċifika:
3. Informazzjoni ġenerali dwar it-tfassil tal-miżura
3.1 It-tranches massimi ta’ investiment għal kull SME (180)
X’inhu d-daqs totali massimu tat-tranche ta’ finanzi (li tinkludi kemm l-investiment pubbliku kif ukoll dak privat) għal kull impriża mmirata fuq perjodu ta’ 12-il xahar. Jekk jogħġbok speċifika:
L-investimenti mmirati għall-impriżi huma limitati biss għal SMEs (181) u mhux għal kumpaniji kbar?
iva
3.2 Restrizzjonijiet fuq il-finanzjament inizjali (seed financing), il-finanzjament ta’ bidu (start-up) u l-finanzjament ta’ espansjoni (182).
L-investimenti huwa limitati biss għall-finanzjament (jekk jogħġbok immarka kaxxa waħda jew iżjed kif xieraq):
sa’ l-istadju inizjali (seed stage) għal impriżi żgħar;
sa’ l-istadju inizjali (seed stage) għal impriżi ta’ daqs medju;
sa l-istadju ta’ bidu għal impriżi żgħar;
sa l-istadju ta’ bidu għal impriżi ta’ daqs medju;
sa’ l-istadju ta’ l-espansjoni għal impriżi żgħar;
(180) Għad-dettalji u r-restrizzjonijiet ara t-Taqsima 4.3.1 ta’ l-RCG.
(181) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2(q) ta’ l-RCG.
(182) Għad-dettalji ara t-Taqsima 4.3.2 ta’ l-RCG. Għad-definzzjonijiet ta’ “seed”, “start-up” u “kapital ta’ espansjoni” ara t-Taqsima 2.2 (e), (f) u (h) ta’ l-RCG.
sa l-istadju ta’ l-espansjoni għal impriżi ta’ daqs medju li jinsabu f’reġjuni megħjuna li jikkwalifikaw taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE u/jew taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE.
restizzjonijiet oħra. Jekk jogħġbok speċifika:
L-investimenti limitati biss għal SMEs li jinsabu f’reġjuni megħjuna li jikkwalifikaw taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE u/jew taħt l-Artikolu 87 (3)(c) tat-Trattat KE.
iva
le
3.3 L-għamla tal-finanzjament fis-sura ta’ ekwità, kważi-ekwità (quasi-equity) u debitu (183)
Il-miżura tagħti finanzjament lil SMEs fis-sura ta’ ekwità (184)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li bihom qed jiġi investit il-finanzjament (it-tip ta’ remunerazzjoni, il-livell ta’ subordinazzjoni, il-garanzija, eċċ.):
Il-miżura tagħti finanzjament lil SMEs fis-sura ta’ strument ta’ kważi-ekwità (quasi-equity) (185)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li bihom qed jiġi investit il-finanzjament (it-tip ta’ remunerazzjoni, il-livell ta’ subordinazzjoni, il-garanzija, eċċ.):
Il-miżura tagħti mill-inqas 70 % tal-baġit totali tagħha lil SMEs fis-sura ta’ ekwità jew kważi-ekwità (quasi-equity)?
iva
le
Jekk jogħġbok speċifika l-preċentwali ta’ l-ekwità u kważi-ekwità (quasi-equity) tal-baġit totali:
Il-miżura tagħti finanzjament lil SMEs fis-sura ta’ debitu (186)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li bihom qed jingħata d-debitu (it-tip ta’ remunerazzjoni, il-livell ta’ subordinazzjoni, il-garanzija, eċċ.):
Id-debitu qed jingħata fuq it-termini tas-suq jew jeżisti xi element ta’ għajnuna fl-istrument tad-debitu awtorizzat taħt skema eżistenti, jekk jogħġbok speċifika:
(183) Għad-dettalji u l-kundizzjonijiet ara t-Taqsima 4.3.3 ta’ l-RCG.
(184) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2(a) ta’ l-RCG.
(185) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2(c) ta’ l-RCG.
(186) Għad-definizzjoni ta’ “‘debitu”’ ara t-Taqsima 2.2(d) ta’ l-RCG.
3.4 Il-parteċipazzjoni ta’ investituri (187) privati (188)
X’perċentwal tal-finanzjament ta’ l-investimenti fl-SMEs jingħata direttament jew indirettament minn investituri privati. Jekk jogħġbok speċifika:
3.5 Deċiżjonijiet ta’ investiment influwenzati mill-qligħ (189)
Il-miżura tiżgura li mill-inqas 50 % tal-finanzjament ta’ l-investimenti jiġu pprovduti minn investituri privati, jew mill-inqas 30 % fil-każ ta’ miżuri mmirati lejn SMEs li jinsabu f’żoni megħjuna (190)?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
Il-miżura tiżgura li investituri privati jinvestu fuq bażi kummerċjali (jiġifieri għall-qligħ biss) direttament jew indirettament fl-ekwità ta’ l-impriżi mmirati?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
Il-miżura tiżgura li għal kull investiment jkun hemm pjan kummerċjali li jkun jinkludi d-dettalji tal-prodott, il-bejgħ u l-iżvilupp tal-profittabbiltà u li jistabbilixxi il-vijabbiltà ex-ante tal-proġett?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
Teżisti strateġija ta’ ħruġ ċara u realisitika (191) għal kull investiment?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
3.6 Ġestjoni kummerċjali (192)
Jeżisti xi arranġament bejn maniġer professjonali jew kumpanija ta’ ġestjoni u l-parteċipanti fil-fond li:
— jwassal sabiex ir-rimunerazzjoni tal-maniġer tkun marbuta mal-prestazzjoni?
iva
le
(187) Għad-dettalji u l-kundizzjonijiet ara t-Taqsima 4.3.4 ta’ l-RCG.
(188) Għal dettalji dwar investimenti/ffinanzjar privat jekk jogħġbok ara t-Taqsima 2.2 (b) u 3.2 (it-tieni paragrafu) ta’ l-RCG.
(189) Għad-dettalji u l-kundizzjonijiet ara t-Taqsima 4.3.5 ta’ l-RCG.
(190) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2(t) ta’ l-RCG.
(191) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2.(p) ta’ l-RCG.
(192) Għad-dettalji u l-kundizzjonijiet ara t-Taqsima 4.3.6 ta’ l-RCG.
— jistabbilixxi l-għanijiet tal-fond u ż-żmien propost ta’ l-investiment?
iva
le
Jekk jogħġbok ehmeż kopja ta’ l-arranġament jew sommarju tal-prinċipji ta’ l-arranġament.
L-investituri mis-suq privat huma rrapreżentati fit-teħid tad-deċiżjonijiet, per eżempju permezz ta’ kumitat konsultattiv ta’ l-investituri?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika r-rwol tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet:
Teżisti applikazzjoni ta’ l-aħjar prattika u sorveljanza regolatorja fil-ġestjoni tal-fondi?
iva
le
Jekk jogħġbok agħti d-dettalji:
3.7 Attenzjoni settorjali (193)
Il-miżura hija miftuħa għas-setturi kollha?
iva
le
Jekk le, jekk jogħġbok speċifika t-teknoloġiji jew is-setturi u r-raġunijiet wara l-għażla ta’ dawn it-teknoloġiji jew setturi:
3.8 Informazzjoni oħra:
Jekk jogħġbok, agħti informazzjoni ulterjuri kkunsidrata rilevanti għall-kjarifika tat-tweġibiet ta’ hawn fuq:
4. Tiġi stabbilita l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni ddettaljata (194)
Il-livell massimu totali ta’ tranches ta’ investiment (li jinkludi kemm kapital pubbliku kif ukoll privat) jaqbeż il-1,5 miljun EUR għal kull SME mmirat fuq perjodu ta’ tnax-il xahar?
iva
le
Il-miżura tipprovdi finanzjament sa l-istadju ta’ l-espansjoni għal impriżi ta’ daqs medju f’żoni mhux megħjuna?
iva
le
Il-miżura tipprovdi għal investimenti ta’ segwitu f’kumpaniji mmirati li diġà rċevew injezzjonijiet ta’ kapital f’għajnuna għall-iffinanzjar sussegwenti ta’ finanzjamenti ulterjuri lilhinn mill-livelli garantiti u l-finanzjament tat-tkabbir tal-kumpaniji fi stadju bikri?
iva
le
(193) Għad-dettalji u l-kundizzjonijiet ara t-Taqsima 4.3.7 ta’ l-RCG.
Il-miżura tal-kapital ta’ riskju tipprovdi inqas minn 70 % tal-baġit totali tagħha fis-sura ta’ ekwità u ta’ kważi-ekwità (quasi-equity) fl-SMEs immirati?
iva
le
Il-miżura tipprovdi inqas minn 50 % tal-finanzjament ta’ l-investimenti pprovduti minn investituri privati għal investiment immirat lejn SMEs f’żoni mhux megħjuna jew għallinqas 30 % għal SMEs f’żoni megħjuna?
iva
le
Il-miżura tipprovdi kapital inizjali (seed capital) lil impriżi żgħar li jbassru (i) parteċipazzjoni privata inqas jew l-ebda parteċipazzjoni privata minn investituri privati, u/jew (ii) predominanza ta’ strumenti ta’ investiment ta’ debitu meta mqabbla ma’ ekwità jew kważi-ekwità (quasi-equity)?
iva
le
Il-miżuri jinvolvu speċifikament strument ta’ investiment (swieq alternattivi ta’ stokks speċjalizzati fl-SMEs li jinkludu kumpaniji b’rata għolja ta’ tkabbir)?
iva
le
Il-miżura tkopri spejjeż marbuta ma’ l-ewwel screening ta’ kumpaniji (spejjeż ta’ scouting)?
iva
le
L-iskema tipprevedi miżura/i u/jew strument li mhux kopert mit-Taqsima 4.2 ta’ l-RCG, jiġifieri wasslet sabiex il-ħames kaxxa ‘oħrajn’ ġiet immarkata taħt it-Taqsima 2.1 ta’ din il-formola, u mhix espliċitament imsemmija hawn fuq?
iva
le
Il-miżura tinvolvi xi element ieħor li jwassal għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kundizzjoni waħda jew iżjed stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ l-RCG?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Jekk it-tweġiba għal mill-inqas mistoqsija waħda fit-taqsima 4 hija ‘iva’, jekk jogħġbok kompli minn taqsima 5, jekk le kompli f’taqsima 6.
5. Informazzjoni addizzjonali għall- il-valutazzjoni dettaljata (195)
5.1 Effetti pożittivi ta’ l-għajnuna
5.1.1 L-eżistenza u l-prova tal-falliment tas-suq (196)
Jekk jogħġbok ehmeż l-evidenza sostantiva tal-preżenza ta’ ‘falliment tas-suq’ li l-miżura hija mfassla sabiex tindirizza. Partikolarment, għal miżuri:
— li jipprovdu tranches ta’ iktar minn 1.5 miljun EUR (li jinkludu kemm kapital pubbliku kif ukoll privat) fuq perjodu ta’ tnax-il xahar.
— li jipprovdu investimenti ta’ segwitu;
— li jiffinanzjaw l-espansjoni ta’ l-impriżi ta’ daqs medju f’żoni mhux assistiti;
— li speċifikament jinvovlu strument ta’ investiment.
L-evidenza għandha tkun ibbażata fuq studju li juri l-livell ta’ ‘differenza fl-ekwità’ fir-rigward ta’ l-impriżi u s-setturi li jintlaqtu mir-riskju ta’ miżura tal-kapital ta’ riskju. Jekk jogħġbok ehmeż dan l-istudju.
L-informazzjoni rilevanti tikkonċerna l-għoti ta’ kapital ta’ riskju lil-SMEs u l-kapital li jinġabar mill-investituri privati, kif ukoll l-importanza ta’ l-industrija tal-kapital ta’ riskju fl-ekonomija lokali. Dan idealment jingħata għal perjodi minn tlieta sa ħames snin qabel l-implimentazzjoni tal-miżura kif ukoll għall-ġejjieni, abbażi ta’ tbassir raġonevoli, jekk dan ikun disponibbli. L-evidenza li titressaq tista’ tinkludi l-elementi li ġejjin:
— l-iżvilupp tal-ġbir ta’ fondi fuq il-ħames snin li għaddew, ukoll f’paragun mal-medji korrispondenti nazzjonali u/jew Ewropej;
(195) Għal dettalji dwar il-valutazzjoni dettaljata u t-test tal-bilanċ ara t-Taqsimiet 5 (1) sa (3) and 1.3 ta’ l-RCG.
— l-overhang attwali ta’ flus, jiġifieri d-differenza bejn l-ammont ta’ fondi li jinġabru minn investituri privati għal investimenti u l-ammont li fil-fatt jiġi investit;
— is-sehem ta’ programmi ta’ investiment iffinanzjati mill-gvern fl-investiment totali tal-kapital ta’ riskju fuq it-tlieta sa ħames snin preċedenti;
— il-perċentwal ta’ start-ups ġodda li jingħataw kapital ta’ riskju.
— id-distribuzzjoni ta’ investimenti mogħtija minn investituri mis-suq provat skond il-kategoriji ta’ l-ammont ta’ l-investiment;
— il-paragun bejn in-numru ta’ pjanijiet kummerċjali mressqa u l-għadd ta’ investimenti li jsiru skond is-segment (l-ammont ta’ l-investiment, is-settur, is-serje ta’ finanzjament, eċċ.);
— kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor li juri l-eżistenza tal-falliment tas-suq.
Għall-miżuri li jolqtu l-SMEs li jinsabu f’oqsma megħjuna, l-informazzjoni rilevanti trid tiġi ssostanzjata bi kwalunkwe evidenza oħra fir-rigward ta’ l-ispeċifiċitajiet reġjonali li jiġġustifikaw l-elementi tal-miżura prevista. L-elementi li ġejjin jistgħu ikunu rilevanti:
— l-istima tad-daqs addizzjonali tad-differenza fl-ekwità kkawżata mill-periferalità u speċifiċitajiet reġjonali, partikolarment fit-termini ta’ l-ammont totali tal-kapital ta’ riskju investit, l-għadd ta’ strumenti ta’ finanzjmanet jew investiment fit-territorju jew f’distanza qasira, id-disponibilità ta’ maniġers kapaċi, l-għadd ta’ tranżazzjonijiet u, jekk disponibbli, id-daqs minimimu tat-tranżazzjonijiet;
— data ekonomika lokali speċifika, ir-raġunijiet soċjali u/jew storiċi għan-nuqqas ta’ kapital ta’ riskju, f’paragun mad-data rilevanti medja u/jew is-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali u/jew Komunitarja kif xieraq;
— kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor li juri livell ogħla tal-falliment tas-suq.
5.1.2 Kemm hu xieraq l-istrument (197)
Teżisti valutazzjoni fuq l-impatt tal-miżura?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok ehmeż taqsira jew it-test sħiħ tal-valutazzjoni ta’ l-impatt.
Ġew ikkunsidrati xi għażliet ta’ politika oħrajn għat-trattament tad-differenza fl-ekwità minbarra l-għajnuna mill-Istat?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Ittieħdu xi inizjattivi ta’ politika sabiex jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet ta’ provvista u domanda li jwasslu sabiex id-differenza fl-ekwità taffettwa l-SMEs li qed jiġu mmirati?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Jeżistu xi evalwazzjonijiet dwar kif inizjattivi ta’ politika ser jinteraġixxu mal-miżura ta’ kapital ta’ riskju nnotifikata?
5.1.3 L-effett ta’ l-inċentiv u l-ħtieġa ta’ għajnuna (198)
Il-miżura jew il-fond tal-kapital ta’ riskju huma ġestiti minn professjonisti mis-settur privat?
iva
le
Il-miżura hija ġestita minn professjonisti indipendenti magħżula b’konformità ma’ proċedura trasparenti li mhix diskriminatorja, preferibbilment permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti?
iva
le
Il-maniġment ser ikollu esperjenza ppruvata u rekord tajjeb f’investimenti kapitali fis-suq idealment fl-istess settur(i) li għalih(om) huma mmirati l-fondi, kif ukoll idea tajba ta’ l-isfond legali u kontabbli kollu rilevanti għall-investiment?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Jeżisti kumitat ta’ investiment, indipendenti mill-kumpanija ta’ ġestjoni tal-fondi u magħmul minn esperti indipendenti mis-settur privat b’esperjenza sinifikanti fis-settur immirat, kif ukoll, preferibbilment, minn rappreżentanti ta’ l-investituri, jew esperti indipendenti magħżula b’konformità ma’ proċedura trasparenti u mhux diskriminatorja, preferibbilment permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
L-esperti ser jipprovdu analiżi tas-sitwazzjoni attwali tas-suq, u dik mistennija fil-ġejjieni, lill-maniġers jew lill-maniġment tal-kumpaniji u jiflu bir-reqqa u jipproponulhom impriżi potenzjali bi prospetti tajbin għal investiment?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Jekk jogħġbok, speċifika d-daqs tal-baġit/id-daqs tal-fond.
Jekk jogħġbok, speċifika l-ispejjeż stmati tat-tranżazzjoni:
Ser ikun hemm l-involviment dirett ta’ business angels (199) fl-investiment matul l-istadu inizjali (seed stage)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
(198) Taqsima 5.2.3 ta’ l-RCG.
(199) Għad-definizzjoni ara t-Taqsima 2.2(s) ta’ l-RCG.
Hemm xi mekkaniżmi oħra fis-seħħ għall-iżgurar ta’ effett ta’ inċentiv u l-ħtieġa ta’ l-għajnuna?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
5.1.4 Il-proporzjonalità (200)
X’tinvolvi l-miżura? (jekk jogħġbok immarka kaxxa waħda jew iżjed kif xieraq)
sejħa miftuħa għall-offerti għall-maniġers jew kumpanija ta’ ġestjoni. Jekk jogħġbok speċifika:
sejħa għall-offerti jew stedina pubblika għall-investituri. Jekk jogħġbok speċifika:
mekkaniżmi oħra għall-iżgurar li l-ġestjoni jew l-investituri ma jiġux ikkumpensati iktar milli ħaqqhom. Jekk jogħġbok speċifika:
5.2 Effetti negattivi ta’ l-għajnuna
5.2.1 Crowding-out (201)
Jekk jogħġbok ehmeż l-evidenza fir-rigward tar-riskju tal-crowding-out ta’ l-investimenti fuq il-livell ta’ investituri, fondi u/jew strumenti ta’ investiment.
L-elementi li ġejjin, per eżempju, jistgħu ikunu rilevanti:
— l-għadd ta’ strumenti ta’ kumpaniji/fondi/investimenti ta’ kapital ta’ riskju preżenti fil-livell nazzjonali jew fil-qasam fil-każ ta’ fond reġjonali u s-segmenti fejn huma attivi;
— id-daqs medju tat-tranżazzjoni u possibbilment id-daqs minimu tat-tranżazzjoni li l-fondi jew l-investituri jiflu bir-reqqa;
— l-ammont totali tal-kapital ta’ riskju disponibbli għall-impriżi mmirati, is-settur u l-istadju mmirati mill-miżura rilevanti.
Jekk l-investimenti m’humiex ristetti għal reġjuni megħjuna u jekk jiżbqu l-istadju inizjali (start-up stage) għal impriżi ta’ daqs medju, jeżisti xi limitu għal kull impriża fuq il-finanzjament totali permezz tal-miżura?
Għal miżuri li jipprevedu investiment ta’ segwitu, din il-miżura tipprevedi limiti speċifiċi għall-ammont massimu li għandu jiġi investit f’kull SME mmirat, għall-istadju ta’ investiment eliġibbli għall-intervent, u/jew għall-perjodu li matulu tista’ tingħata l-għajnuna, bil-kunsiderazzjoni lejn is-settur ikkonċernat u lejn id-daqs tal-fond?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Il-miżura tipprevedi xi limitazzjoni marbuta mas-serje differenti ta’ investimenti għal kull SME mmirat jew l-ammont massimu li jista’ jiġi investit f’impriża mmirata?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Jekk jiġu previsti miżuri ta’ segwitu, jeżisti xi ammont massimu li jista’ jiġi investit f’kull SME mmirat, għall-istadju ta’ investiment eliġibbli għall-intervent, u/jew għall-perjodu li matulu tista’ tingħata l-għajnuna, bil-kunsiderazzjoni lejn is-settur ikkonċernat u lejn id-daqs tal-fond?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Jekk tiġi prevista parteċipazzjoni inqas minn naħa ta’ investituri privati, hemm xi żieda progressiva tal-parteċipazzjoni ta’ investituri privati fuq il-ħajja tal-fond, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-istadju kummerċjali, il-livelli rispettivi tal-qsim tal-qligħ u s-subordinazzjoni, u possibbilment il-lokalizzazzjoni ta’ l-SMEs immirati f’żoni megħjuna.
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:
Għal miżuri li jipprovdu biss kapital inizjali (seed capital), hemm xi mekkaniżmu li jiżgura li l-Istat jirċievi dħul xieraq mill-investiment tiegħu li jikkorrispondi mar-riskji ta’ dawn l-investimenti, partikolarment fejn l-Istat jiffinanzja l-investiment fis-sura ta’ strumenti ta’ kważi-ekwità jew ta’ debitu, fejn id-dħul għandu, per eżempju, jkun marbut ma’ drittijiet potenzjali ta’ esplojtazzjoni (per eżempju, royalties) iġġenerat minn drittijiet ta’ propjetà intellettwali stabbiliti bħala riżultat ta’ l-investiment?
5.2.2 Distorsjonijiet oħra tal-kompetizzjoni (202)
X’inhi l-profitabbiltà globali mistennija tal-kumpaniji li jsir investiment fihom fuq ċertu żmien u l-prospetti ta’ profitabbiltà ġejjiena? Jekk jogħġbok speċifika:
X’inhi r-rata mistennija ta’ falliment ta’ l-impriża mmirata mill-miżura? Jekk jogħġbok speċifika:
X’inhu d-daqs totali massimu tat-tranche ta’ l-investiment (li jinkludi kemm l-investimenti pubbliċi kif ukoll privati) previsti mill-miżura meta mqabbla mal-bejgħ u n-nefqiet ta’ l-SMEs immirati. Jekk jogħġbok speċifika:
Fil-każ ta’ fokus settorjali tal-miżura, hemm xi kapaċità eċċessiva tas-settur li jgawdi mill-għajnuna? Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika fis-settur(i):
Hemm xi mekkaniżmi oħra fis-seħħ sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Jekk jogħġbok speċifika:
6. L-akkumulazzjoni ta’ l-għajnuna (203)
L-għajnuna tista’ tingħata taħt il-miżura notifikata flimkien m’għajnuna oħra (204)?
iva
le
Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji (eż.ma’ liema xorta ta’ għajnuna hija magħquda l-għajnuna mogħtija tħat il-miżura notifikata):
Jekk iva, jekk jogħġbok ikkonferma dan li ġej:
L-Istat Membru jimpenja ruħu li jnaqqas il-limiti ta’ l-għajnuna rilevanti jew l-ammonti eliġibbli massimi b’50 % in ġenerali u b’20 % għall-SMEs immirati li jinsabu f’żoni megħjuna matul l-ewwel tliet snin ta’ l-ewwel investiment ta’ kapital ta’ riskju u sa l-ammont totali li jingħata, fejn il-kapital mogħti lil impriża mmirata skond il-miżura ta’ kapital ta’ riskju użata għall-iffinanzjar ta’ l-investiment inizjali jew nefqiet oħra eliġibbli għal għajnuna taħt ir-regolamenti ta’ l-eżenzjoni ta’ kategorija, linji gwida, oqfsa, jew dokumenti oħra dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan it-tnaqqis ma japplikax għal intensitajiet ta’ għajnuna previsti fil-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp (205) jew fi kwalunkwe qafas sussegwenti jew regolament dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija f’dan il-qasam.
iva
(202) Taqsima 5.3.2 ta’ l-RCG.
(203) Taqsima 6 ta’ l-RCG.
(204) Għall-kumulu ta’ għajnuna de minimis jekk jogħġbok ara l-Artikolu 2 (5) ta’ l-eżenzjoni ta’ kategorija de minimis (Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna de minimis, (ĠU L 389, 28.12.2006, p. 5).
L-Istat Membru jimpenja ruħu li jressaq rapporti annwali quddiem il-Kummissjoni li jkunu jinkludu tabella mqassra b’analiżi ta’ l-investimenti li jingħataw minn fond jew skond il-miżura tal-kapital ta’ riskju li tinkludi lista ta’ l-impriżi kollha li jgawdu minn miżuri ta’ kapital ta’ riskju kif ukoll deskrizzjoni qasira ta’ l-attività tal-fondi ta’ investimenti bid-dettalji tat-tranżazzjonijiet potenzjali miflija u tat-tranżazzjonijiet attwalment impenjati kif ukoll tal-prestazzjoni ta’ l-istrumenti ta’ investiment b’informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ kapital miġbur permezz ta’ l-istrument.
iva
L-Istat Membru jimpenja ruħu li jippubblika t-test sħiħ ta’ iskemi ta’ għajnuna finali kif approvati mill-Kummissjoni fuq l-internet u li jgħarraf lill-Kummissjoni bl-indirizz tal-pubblikazzjoni fuq l-internet.
iva
L-Istat Membru jimpenja ruħu li għal mill-inqas 10 snin iżomm rekords dwar l-għoti ta’ l-għajnuna għall-miżura tal-kapital ta’ riskju bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jistabbilixxi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-RCG jkunu ġew rispettati, notevolment rigward id-daqs tat-tranche, id-daqs tal-kumpanija (ta’ daqs zgħir jew medju), l-istadju ta’ l-iżvilupp tal-kumpanija (inizjali (seed), ta’ bidu jew ta’ espansjoni), is-settur ta’ l-attività tagħha (preferibbilment sa erba’ figuri diġitali tal-klassifika NACE) kif ukoll informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fondi u dwar kriterji oħrajn imsemmija fil-linji gwida.
iva
L-Istat Membru jimpenja ruħu li jressaq ir-reġistri msemmija hawn fuq fuq talba tal-Kummissjoni.
iva
8. Informazzjoni oħra
Jekk jogħġbok indika hawnhekk kwalunkwe informazzjoni oħra li tikkunsidra li hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura(i) kkonċernata/i skond il-Linji Gwida Komuitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’impriżi ta’ daqs żgħir u medju.
(206) Taqsima 7.1 ta’ l-RCG.”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Din il-formola tista’ tintuża għan-notifika sempliċi skond l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1)
1. Skema ta’ għajnuna approvata minn qabel (2)
1.1. Numru ta’ l-għajnuna allokat mill-Kummissjoni:
1.2. Titlu:
1.3. Data ta’ l-approvazzjoni [b’referenza għall-ittra tal-Kummissjoni (SG(..)D/…]:
1.4. Notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea:
baġit ġdid (jekk jogħġbok speċifika l-baġit globali kif ukoll dak annwali fil-munita nazzjonali rispettiva): …
tul ta’ żmien ġdid (jekk jogħġbok speċifika d-data tal-bidu li minnha l-għajnuna tista’ tingħata u l-aħħar data li fiha tista’ tingħata l-għajnuna): …
tidjiq tal-kriterji (jekk jogħġbok indika jekk l-emenda tirrigwardax tnaqqis ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna jew spejjeż eliġibbli u speċifika d-dettalji): …
3. Validità ta’ l-impenji
Jekk jogħġbok ikkonferma li l-impenji pprovduti mill-Istat Membru għall-fini ta’ skema ta’ għajnuna approvata minn qabel huma validi għal kollox ukoll għall-miżura l-ġdida nnotifikata.
Jekk jogħġbok ehmeż kopja tas-siltiet relevanti tat-test(i) finali tal-bażi legali.
(1) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal- KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1935/2006, (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 1).
(2) Jekk l-iskema ta’ għajnuna ġiet innotifikata lill-Kummissjoni f’aktar minn okkażjoni waħda, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji għall-aħħar notifika sħiħa li ġiet approvata mill-Kummissjoni.”