16.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 11/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5019 — Holtzbrinck/SevenOne/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 11/08)

1.

Fit-8 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Holtzbrinck eLAB GmbH (“eLAB”, il-Ġermanja), sussidjarja ta' Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG (“Holtzbrinck”, il-Ġermanja), u SevenOne Intermedia GmbH (“SevenOne”, il-Ġermanja), sussidjarja ta' ProSieben-Sat.1 Media AG (“P7S1”, il-Ġermanja), li hi ikkontrollata minn Kohlberg Kravis Roberts & Co. (“KKR”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) u Permira Holdings Limited (“Permira”, iċ-Channel Islands), jakkwistaw fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' kumpanija mwaqqfa ġdida (il-“JV”) li tikkostitwixxi negozju bi sħab permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal eLAB: żvilupp ta' Internet immirat għall-utent u applikazzjonijiet tat-telefon ċellulari,

għal Holtzbrinck: djar tal-pubblikazzjoni, gazzetti ta' kuljum, ġurnali politiċi ta' kull gimgħa, mezzi elettroniċi u servizzi,

SevenOne: test bil-vidjo, Internet, servizzi tat-telefon ċellulari, servizzi ta' valur miżjud tat-telefon, applikazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku (e-commerce),

P7S1: televiżjoni ta' mingħajr ħlas,

KKR: kumpanija ta' ekwità privata,

Permira: fond ta' ekwità privata,

JV: websajt speċjalizzata fuq l-ivjaġġar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5019 — Holtzbrinck/SevenOne/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.