27.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/313

tal-24 ta' Frar 2015

li taħtar tliet membri Irlandiżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Irlandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Heidi LOUGHEED, is-Sinjura Siobhán EGAN u s-Sur Padraig WALSHE, saru vakanti tliet siġġijiet ta' membri fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħtura bħala membri s-Sur Erik O'DONOVAN, Kap ta' IBEC Europe u r-rappreżentant permanenti ta' IBEC Europe għal BUSINESSEUROPE, is-Sur Cillian LOHAN, Xjentist ambjentali, Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Irish National Forestry Foundation u Segretarju tal-Kumpanija tan-netwerk Ambjentali Irlandiż u s-Sur John BRYAN, President tal-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Irlandiżi, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.