7.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/299 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/242
tas-26 ta’ Jannar 2023
li tadotta s-seba’ aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed
(notifikata bd-dokument C(2023) 597)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora (1) selvaġġa, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorju tal-Unjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, (il-“Kumitat dwar il-Ħabitats”). |
(2) |
Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE (2). Dik il-lista ġiet aġġornata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/164 (3). |
(3) |
Is-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed jiffurmaw parti min-network Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. Sabiex in-network Natura 2000 ikompli jiġi stabbilit dejjem aktar u fil-kuntest tal-adattament dinamiku ta’ dak in-network, il-listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja jiġu rieżaminati regolarment. |
(4) |
Bejn is-17 ta’ Settembru 2021 u t-30 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri pproponew siti addizzjonali ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Istati Membri ressqu wkoll bidliet fl-informazzjoni li għandha x’taqsam mas-siti li jkunu jinsabu fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed. |
(5) |
Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li tidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, jenħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata tas-siti magħżula bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed. L-Artikoli 4(4) u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw għas-siti li ġew inklużi reċentement. |
(6) |
L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u ta’ speċijiet qiegħed jevolvi b’mod kostanti minħabba s-sorveljanza mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien. |
(7) |
Fir-rigward tar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, mhux l-Istati Membri kollha pproponew biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Barra minn hekk, l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali elenkati fl-Anness I u ta’ wħud mill-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut. Għaldaqstant, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet ma jistax jiġi konkluż li n-network Natura 2000 huwa komplut. |
(8) |
Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/164 titħassar. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-seba’ aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, kif stabbilit fl-Anness, huwa adottat.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/164 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (ĠU L 43, 13.2.2009, p. 59).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/164 tal-21 ta’ Jannar 2021 li tadotta s-sitt aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (ĠU L 51, 15.2.2021, p. 698).
ANNESS
PARTI 1
Is-seba’ aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed
Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat bl-informazzjoni mogħtija fil-format Natura 2000, li jinkludi l-mappa korrispondenti. Din l-informazzjoni ntbagħtet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-informazzjoni li ġejja:
A |
: |
il-kodiċi SIK b’disa’ karattri u l-ewwel tnejn ikunu l-kodiċi ISO tal-Istat membru; |
B |
: |
l-isem tas-SIK; |
C |
: |
* = il-preżenza tas-SIK f’mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE; |
D |
: |
l-erja tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km; |
E |
: |
il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali. |
L-informazzjoni kollha mogħtija fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt hija msejsa fuq id-data proposta, mibgħuta u vvalidata mill-Bulgarija u mir-Rumanija.
A |
B |
C |
D |
E |
||
Kodiċi tas-SIK |
Isem is-SIK |
* |
Erja tas-SIK (ha) |
Tul tas-SIK (km) |
Koordinati ġeografiċi tas-SIK |
|
|
|
|
|
|
Lonġitudni |
Latitudni |
PARTI 2
SCIcode |
NameSCI |
Article1 |
AreaHA |
LENGTHKM |
Longitude |
Latitude |
BG0000100 |
Plazh Shkorpilovtsi |
* |
6 456,997 |
0 |
27,8665 |
42,9375 |
BG0000102 |
Dolinata na reka Batova |
* |
18 459,2342 |
0 |
27,9261 |
43,3764 |
BG0000103 |
Galata |
* |
3 853,57 |
0 |
27,9121 |
43,0828 |
BG0000116 |
Kamchia |
* |
12 919,9374 |
0 |
27,7536 |
43,0217 |
BG0000118 |
Zlatni pyasatsi |
* |
1 373,4385 |
0 |
28,0364 |
43,3044 |
BG0000119 |
Trite bratya |
* |
1 019,734 |
0 |
27,2883 |
42,7117 |
BG0000130 |
Kraymorska Dobrudzha |
* |
6 657,7029 |
0 |
28,2845 |
43,6587 |
BG0000132 |
Pobitite kamani |
* |
231,1698 |
0 |
27,6971 |
43,2506 |
BG0000133 |
Kamchiyska i Emenska planina |
* |
63 678,46 |
0 |
27,5081 |
42,9231 |
BG0000141 |
Reka Kamchia |
* |
159,3633 |
0 |
27,482 |
43,039 |
BG0000143 |
Karaagach |
* |
68,8319 |
0 |
27,7725 |
42,2233 |
BG0000146 |
Plazh Gradina - Zlatna ribka |
* |
1 245,85 |
0 |
27,6704 |
42,4237 |
BG0000151 |
Aytoska planina |
* |
29 385,685 |
0 |
27,4414 |
42,6892 |
BG0000154 |
Ezero Durankulak |
* |
5 050,7949 |
0 |
28,5775 |
43,6828 |
BG0000198 |
Sredetska reka |
|
707,2174 |
0 |
27,047 |
42,3156 |
BG0000208 |
Bosna |
* |
16 227,004 |
0 |
27,6447 |
42,1869 |
BG0000219 |
Derventski vazvishenia 2 |
* |
54 990,5009 |
0 |
27,0536 |
42,1297 |
BG0000230 |
Fakiyska reka |
* |
4 100,6358 |
0 |
27,2388 |
42,2678 |
BG0000242 |
Zaliv Chengene skele |
* |
190,0154 |
0 |
27,5119 |
42,4292 |
BG0000270 |
Atanasovsko ezero |
* |
7 210,0163 |
0 |
27,4547 |
42,5836 |
BG0000271 |
Mandra - Poda |
* |
6 139,1738 |
0 |
27,4042 |
42,415 |
BG0000273 |
Burgasko ezero |
* |
3 066,8992 |
0 |
27,3922 |
42,4975 |
BG0000573 |
Kompleks Kaliakra |
* |
48 336,277 |
0 |
28,354 |
43,3888 |
BG0000574 |
Aheloy - Ravda - Nesebar |
* |
3 926,784 |
0 |
27,722 |
42,6497 |
BG0000620 |
Pomorie |
* |
2 085,152 |
0 |
27,6364 |
42,5989 |
BG0000621 |
Ezero Shabla - Ezerets |
* |
2 623,5917 |
0 |
28,5875 |
43,5753 |
BG0001001 |
Ropotamo |
* |
98 204,7838 |
0 |
27,9341 |
42,3019 |
BG0001004 |
Emine - Irakli |
* |
16 794,59 |
0 |
27,8579 |
42,7244 |
BG0001007 |
Strandzha |
* |
153 529,6143 |
0 |
27,7368 |
42,0695 |
BG0001500 |
Aladzha banka |
|
669,64 |
0 |
28,0567 |
43,2781 |
BG0001501 |
Emona |
|
55 345,28 |
0 |
28,1554 |
42,8522 |
BG0001502 |
Otmanli |
|
8,83 |
0 |
27,5287 |
42,4418 |
ROSCI0065 |
Delta Dunării |
* |
453 645,5 |
|
29,198361 |
45,052417 |
ROSCI0066 |
Delta Dunării - zona marină |
|
336 200,2 |
|
29,394461 |
44,717314 |
ROSCI0073 |
Dunele marine de la Agigea |
* |
11,8 |
|
28,642683 |
44,088406 |
ROSCI0094 |
Izvoarele sulfuroase submarine de la Mangalia |
|
5 784,9 |
|
28,702811 |
43,814342 |
ROSCI0114 |
Mlaștina Hergheliei - Obanul Mare și Peștera Movilei |
* |
231,7 |
|
28,583339 |
43,83785 |
ROSCI0157 |
Pădurea Hagieni - Cotul Văii |
* |
3 680,1 |
|
28,427772 |
43,742622 |
ROSCI0197 |
Plaja submersă Eforie Nord - Eforie Sud |
|
5 716,7 |
|
28,736339 |
44,042339 |
ROSCI0269 |
Vama Veche - 2 Mai |
|
12 311 |
|
28,701978 |
43,7564 |
ROSCI0273 |
Zona marină de la Capul Tuzla |
|
4 946,8 |
|
28,739289 |
43,989125 |
ROSCI0281 |
Cap Aurora |
|
13 592,2 |
|
28,710383 |
43,863744 |
ROSCI0293 |
Costinesti - 23 August |
|
4 883,6 |
|
28,725022 |
43,925283 |
ROSCI0311 |
Canionul Viteaz |
|
35 376,7 |
|
30,337625 |
43,946631 |
ROSCI0413 |
Lobul sudic al Câmpului de Phyllophora al lui Zernov |
|
186 815,3 |
|
30,178833 |
44,842194 |