23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/1


MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, IL-21 TA’ NOVEMBRU 2011

2012/C 145/01

Werrej

Seduta inawgurali formali

Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Akkreditar ta’ rappreżentanti mhux parlamentari

1.

Adozzjoni tal-aġenda (AP100.956)

2.

Approvazzjoni tal-minuti tal-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 327 tal-10 Novembru 2011)

3.

Komunikazzjonijiet tal-Kopresidenti, inklużi d-deċiżjonijiet li ttieħdu matul il-laqgħa tal-Bureau tal-20 ta’ Novembru 2011

4.

Stqarrija ta’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà għall-iżvilupp

5.

Dibattitu ma’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà għall-iżvilupp - catch-the-eye

6.

Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni

7.

L-azzjoni tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet adottati matul il-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

8.

L-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fill-pajjiżi tal-AKP

Il-Korapporteurs tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ: Amadou Ciré Sall (is-Senegal) u Robert Sturdy

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 21 TA’ NOVEMBRU 2011

(Is-seduta nfetħet fil-11.00)

Seduta inawgurali formali

Indirizzaw l-Assemblea l-kelliema li ġejjin:

El-Hadj Bonfoh Abass, President tal-Assemblea Nazzjonali tat-Togo, Assarid Ag Imbarcaouane, l-Aġent Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, Louis Michel, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, Mahamadou Issoufou, President tan-Niġer, u Faure Gnassingbé, President tar-Repubblika tat-Togo.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.50, ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.10)

IPPRESIEDA: Assarid Ag IMBARCAOUANE

Kopresident

Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident laqa’ lill-parteċipanti kollha u ħabbar id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid.

Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident ħabbar li l-lista tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif intbagħtet mill-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP u l-Parlament Ewropew, se tiġi annessa mal-minuti.

Akkreditar ta’ rappreżentanti mhux parlamentari

Il-Kopresident ħabbar li ġew sottomessi erba’ talbiet għal akkreditar ta’ rappreżentanti mhux parlamentari. B’konformità mal-Artikolu 17(1) tal-Ftehima ta’ Cotonou u mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, jeħtieġ li dawn ir-rappreżentanti jiġu akkreditati u li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista annessa mal-minuti.

1.   Adozzjoni tal-aġenda (AP100.956)

João Ferreira jiddeplora n-nuqqas ta’ interpretazzjoni attiva bil-Portugiż. Ġie ssuġġerit mill-Kopresident Assarid biex jindirizza lill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew responsabbli.

Kelliema: Teshome Toga (l-Etjopja), Rabindre T. Parmessar (is-Surinam).

L-abbozz ta’ aġenda ġie addottat kif jidher f’dawn il-minuti.

2.   Approvazzjoni tal-minuti tal-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 327 tal-10 Novembru 2011)

Il-minuti ġew approvati.

3.   Komunikazzjonijiet tal-Kopresidenti, inklużi d-deċiżjonijiet li ttieħdu matul il-laqgħa tal-Bureau tal-20 ta’ Novembru 2011

Il-Kopresident ikkomunika r-riżultati tal-laqgħa tal-Bureau tal-20 ta’ Novembru 2011.

Ittieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:

a)

Il-kumitati permanenti se jabbozzaw ir-rapporti li ġejjin:

 

Il-Kumitat għall-Affarijiet Politiki

Reazzjoni għall-kriżi politika u umanitarja fis-Somalja: l-isfidi għall-Unjoni Ewropea u l-Grupp AKP

 

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

L-intraprenditorija bħala l-bażi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP.

 

Il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

L-importanza tal-aċċess għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju.

b)

L-emendi tal-Bureau għar-regolament se jintbagħtu lill-Assemblea għall-adozzjoni fit-23 ta’ Novembru 2011.

c)

Is-suġġett tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fis-Somalja se jiġi diskuss waqt id-dibattitu dwar il-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika, speċjalment fis-Somalja. Il-Kopresidenti se jagħmlu stqarrija dwar dan is-suġġett.

d)

Il-laqgħa reġjonali li jmiss, l-ewwel waħda tat-tieni ċiklu ta’ laqgħat reġjonali, se ssir fiż-Żambja matul il-ġimgħa tal-20 sal-24 ta’ Frar 2012.

e)

Il-Bureau se jibgħat missjoni għall-ġbir ta’ informazzjoni u ta’ investigazzjoni f’Ispra (l-Italja) fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2012 u jista’ jibgħat ukoll missjoni fil-Côte d'Ivoire fl-ewwel nofs tal-2012.

Il-Kopresident informa lill-Assemblea li l-Forum tan-Nisa ltaqa’ s-Sibt filgħodu. Il-laqgħa ġiet kopreseduta minn Zita Gurmai u Mo-Mamo Karerwa (il-Burundi), u l-kwistjoni diskussa kienet “Ir-rwol tan-nisa fil-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti”.

IPPRESIEDA: Louis MICHEL

Kopresident

Il-Kopresident ħabbar li d-dati ta’ skadenza kienu kif ġej:

rigward emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni ta’ kompromess u għal mozzjonijiet ta’ riżoluzzjonijiet urġenti li se ssir votazzjoni dwarhom: it-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011, fl-12.00;

rigward mistoqsijiet dwar metodi tal-votazzjoni: l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2011, fl-10.00 a.m, bil-miktub.

Il-kopresident ħabbar il-limitazzjonijiet tal-ħin għad-diskorsi.

4.   Stqarrija ta’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà għall-iżvilupp

Il-Kummissarju għamel stqarrija.

5.   Dibattitu ma’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp - catch-the-eye

Kelliema: Olle Schmidt, Bobbo Hamatoukour (il-Kamerun), Rabindre T. Parmessar (is-Surinam), Rajeshree Kumaree Nita Deerpalsing (il-Mawrizju), Boniface Yehoue Tome (il-Benin), Komi Selom Klassou (it-Togo), Michael Gahler, Ali Soubaneh Attaye (Ġibuti), Michèle Rivasi, Job Yustino Ndugai (it-Tanzanija), Amadou Ciré Sall (is-Senegal), João Ferreira, Eunice Kazembe (il-Malawi), Piet Van Der Walt (in-Namibja), Moses Y. Kollie (il-Liberja), Ismael El Hag Musa (is-Sudan) u Véronique De Keyser.

Il-Kummissarju wieġeb għall-mistoqsijiet imressqa mill-membri.

6.   Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni

Sbatax-il mistoqsija ġew ippreżentati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni diġà wieġbet għall-mistoqsijiet li jitolbu mistoqsija bil-miktub. Il-Kummissarju Piebalgs wieġeb oralment għall-mistoqsijiet supplimentari mressqa mill-atturi li ġejjin:

 

Mistoqsija Nru 1 ta’ Horst Schnellhardt dwar il-finanzjament ta’ proġetti ta’ żvilupp ta’ daqs żgħir ħafna.

 

Mistoqsija Nru 14 ta’ Catherine Bearder dwar it-turiżmu naturali fl-Afrika u l-qbid ta’ organiżmi slavaġ magħrufa lokalment.

 

Mistoqsija Nru 15 ta’ Frank Engel dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fil-politika għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp mal-AKP.

 

Mistoqsija Nru 17 ta’ Ole Christensen dwar is-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika.

 

Mistoqsija Nru 4 ta’ Michael Cashman (li ġiet sostitwita minn Zita Gurmai) dwar l-appoġġ għat-tilqim kontra t-tuberkulożi sa mill-2014.

 

Mistoqsija Nru 2 ta’ Michèle Rivasi dwar il-ħtif tal-art u s-sigurtà alimentari.

 

Mistoqsija Nru 7 ta’ Gabriele Zimmer dwar il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika.

 

Mistoqsija Nru 10 ta’ Jo Leinen (li ġie sostitwit minn Norbert Neuser) dwar is-sigurtà tal-enerġija fil-pajjiżi tal-AKP.

 

Mistoqsija Nru 11 ta’ Norbert Neuser dwar l-aċċess universali għall-enerġija.

L-awturi tal-mistoqsijiet Nri 9, 12 u 16 ma kellhom ebda mistoqsijiet supplimentari.

L-awturi tal-mistoqsijiet Nri 3, 5, 6, 8, u 13 ma kinux preżenti.

Kelliema wkoll: Véronique De Keyser, Piet Van Der Walt (in-Namibja), Louis Michel u Glen Bénédict Noël (Grenada).

7.   L-azzjoni tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet adottati matul il-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

Il-Kummissarju Piebags jsemmi d-dokument distribwit dwar l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE f'Budapest (l-Ungerija).

8.   L-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fill-pajjiżi tal-AKP

Il-Korapporteurs tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ: Amadou Ciré Sall (is-Senegal) u Robert Sturdy

Amadou Ciré Sall (is-Senegal) u Frank Engel (għal Robert Sturdy) li jippreżenta r-rapport dwar l-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP.

Kelliema: Bobbo Hamatoukour (il-Kamerun), Christa Klaß, Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Norbert Neuser, Louis Michel, Emmanuel Kwasi Bandua (il-Gana), Michèle Rivasi, Ali Soubaneh Atteye (Ġibuti), Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe), João Ferreira, Job Yustino Ndugai (it-Tanzanija), Hamadaou Sylla (Mali), Sábado Teresa Malendza (il-Możambik), Ismael El Hag Musa (is-Sudan), Musikari N. Kombo (il-Kenja), Domenico Rosa (il-Kummissjoni Ewropea).

Frank Engel u Amadou Ciré Sall (is-Senegal) għalqu d-dibattitu.

(Is-seduta ntemmet fis-18.25)

Assarid Ag IMBARCAOUANE u

Louis MICHEL

Kopresidenti

Mohamed Ibn CHAMBAS u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali