ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
27 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal sħubija ekonomika

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1907

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/966 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fi 17 ta' Lulju 2018.

(2)

Sabiex ikun żgurat it-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-iffaċilitar tal-esportazzjoni tal-inbid prevista fil-Ftehim, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata li tissospendi temporanjament, f'isem l-Unjoni u skont kif previst fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 2.29 tal-Ftehim, l-aċċettazzjoni tal-awtoċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid kif stipulata fl-Artikolu 2.28 tal-Ftehim. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata li ttemm dik is-sospensjoni temporanja f'isem l-Unjoni u kif previst fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 2.29 tal-Ftehim.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 218(7) tat-Trattat, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova, f'isem l-Unjoni, ċerti modifiki għall-Ftehim. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun awtorizzata tapprova modifiki skont l-Artikolu 10.14 tal-Ftehim fir-rigward tal-Parti 2 tal-Anness 10 tal-Ftehim wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat. Jenħtieġ li dik l-awtorizzazzjoni ma tapplikax għal modifiki għal impenji taħt il-paragrafu 4 (“Akkwist ta' oġġetti u servizzi relatati mal-ferroviji”) u l-paragrafu 5 (“Servizzi”) tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 10 għall-Ftehim. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata wkoll tapprova modifiki tal-Anness 14-A u l-Anness 14-B għall-Ftehim.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 23.5 tal-Ftehim, xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li jagħti drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta' persuni skont id-dritt internazzjonali pubbliku. Għalhekk ma huwiex possibbli li l-Ftehim jiġi invokat direttament quddiem il-qrati tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika huwa b'dan approvat.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Id-deċiżjoni tal-Unjoni li temporanjament tissospendi, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 2.29 tal-Ftehim, l-aċċettazzjoni tal-awtoċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid kif stipulat fl-Artikolu 2.28 tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni.

2.   Id-deċiżjoni tal-Unjoni li ttemm, skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 2.29 tal-Ftehim, is-sospensjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tittieħed mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikolu 10.14 tal-Ftehim, il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-modifiki jew rettifiki għall-impenji skont il-Parti 2 tal-Anness 10 għall-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3) tat-Trattat. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal modifi għal impenji taħt il-paragrafu 4 (“Akkwist ta' oġġetti u servizzi relatati mal-ferroviji”) u l-paragrafu 5 (“Servizzi”) tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 10 għall-Ftehim.

Artikolu 4

Il-modifiki tal-Anness 14-A u l-Anness 14-B għall-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali stabbilit mill-Ftehim, għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jistgħux jilħqu ftehim wara oġġezzjonijiet marbuta mal-indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 23.3 tal-Ftehim (4).

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Approvazzjoni ta' 12 ta' Diċembru 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/966 tas-6 ta' Lulju 2018 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (ĠU L 174, 10.7.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/3


Ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal sħubija ekonomika

WERREJ

PREAMBOLU

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI (Artikoli 1.1 sa 1.9)

KAPITOLU 2

KUMMERĊ F'MERKANZIJA

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 2.1 sa 2.5)

TAQSIMA B

Trattament nazzjonali u aċċess għas-suq għall-merkanzija (Artikoli 2.6 sa 2.22)

TAQSIMA C

Faċilitazzjoni tal-esportazzjoni tal-prodotti tal-inbid (Artikoli 2.23 sa 2.31)

TAQSIMA D

Dispożizzjonijiet oħra (Artikoli 2.32 sa 2.35)

KAPITOLU 3

REGOLI TAL-ORIĠINI U PROĊEDURI TAL-ORIĠINI

TAQSIMA A

Regoli tal-oriġini (Artikoli 3.1 sa 3.15)

TAQSIMA B

Proċeduri tal-oriġini (Artikoli 3.16 sa 3.26)

TAQSIMA C

Mixxellanji (Artikoli 3.27 sa 3.29)

KAPITOLU 4

MATERJI DOGANALI U FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ (Artikoli 4.1 sa 4.14)

KAPITOLU 5

RIMEDJI KUMMERĊJALI

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikolu 5.1)

TAQSIMA B

Miżuri bilaterali ta' salvagwardja (Artikoli 5.2 sa 5.8)

TAQSIMA C

Miżuri globali ta' salvagwardja (Artikoli 5.9 u 5.10)

TAQSIMA D

Miżuri antidumping u kompensatorji (Artikoli 5.11 sa 5.14)

KAPITOLU 6

MIŻURI SANITARJI U FITOSANITARJI (Artikoli 6.1 sa 6.16)

KAPITOLU 7

OSTAKOLI TEKNIĊI GĦALL-KUMMERĊ (Artikoli 7.1 sa 7.14)

KAPITOLU 8

KUMMERĊ FIS-SERVIZZI, LIBERALIZZAZZJONI TAL-INVESTIMENTI U KUMMERĊ ELETTRONIKU

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 8.1 sa 8.5)

TAQSIMA B

Liberalizzazzjoni tal-investimenti (Artikoli 8.6 sa 8.13)

TAQSIMA C

Kummerċ transkonfinali fis-servizzi (Artikoli 8.14 sa 8.19)

TAQSIMA D

Dħul u residenza temporanja ta' persuni fiżiċi (Artikoli 8.20 sa 8.28)

TAQSIMA E

Qafas regolatorju

SUBTAQSIMA 1

Regolamentazzjoni domestika (Artikoli 8.29 sa 8.32)

SUBTAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali (Artikoli 8.33 sa 8.35)

SUBTAQSIMA 3

Servizzi postali u tal-kurrier (Artikoli 8.36 sa 8.40)

SUBTAQSIMA 4

Servizzi ta' telekomunikazzjoni (Artikoli 8.41 sa 8.57)

SUBTAQSIMA 5

Servizzi finanzjarji (Artikoli 8.58 sa 8.67)

SUBTAQSIMA 6

Servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali (Artikoli 8.68 u 8.69)

TAQSIMA F

Kummerċ elettroniku (Artikoli 8.70 sa 8.81)

KAPITOLU 9

MOVIMENTI TAL-KAPITAL, PAGAMENTI U TRASFERIMENTI U MIŻURI TEMPORANJI TA' SALVAGWARDJA (Artikoli 9.1 sa 9.4)

KAPITOLU 10

AKKWIST PUBBLIKU (Artikoli 10.1 sa 10.17)

KAPITOLU 11

POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI (Artikoli 11.1 sa 11.9)

KAPITOLU 12

SUSSIDJI (Artikoli 12.1 sa 12.10)

KAPITOLU 13

INTRAPRIŻI TAL-ISTAT, INTRAPRIŻI MOGĦTIJA DRITTIJIET JEW PRIVILEĠĠI SPEĊJALI U MONOPOLJI DDEŻINJATI (Artikoli 13.1 sa 13.8)

KAPITOLU 14

PROPRJETÀ INTELLETTWALI

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 14.1 sa 14.7)

TAQSIMA B

Standards li jirrigwardaw il-proprjetà intellettwali

SUBTAQSIMA 1

Dritt tal-awtur u drittijiet relatati (Artikoli 14.8 sa 14.17)

SUBTAQSIMA 2

Trademarks (Artikoli 14.18 sa 14.21)

SUBTAQSIMA 3

Indikazzjonijiet ġeografiċi (Artikoli 14.22 sa 14.30)

SUBTAQSIMA 4

Disinni industrijali (Artikolu 14.31)

SUBTAQSIMA 5

Dehra mhux reġistrata ta' prodotti (Artikolu 14.32)

SUBTAQSIMA 6

Privattivi (Artikoli 14.33 sa 14.35)

SUBTAQSIMA 7

Sigrieti kummerċjali u data mhux iddivulgata ta' testijiet jew data mhux iddivulgata oħra (Artikoli 14.36 u 14.37)

SUBTAQSIMA 8

Varjetajiet ġodda ta' pjanti (Artikolu 14.38)

SUBTAQSIMA 9

Kompetizzjoni inġusta (Artikolu 14.39)

TAQSIMA C

Infurzar

SUBTAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 14.40 u 14.41)

SUBTAQSIMA 2

Infurzar – rimedji ċivili (Artikoli 14.42 sa 14.49)

SUBTAQSIMA 3

Infurzar tal-protezzjoni kontra misapproprijazzjoni tas-sigrieti kummerċjali (Artikolu 14.50)

SUBTAQSIMA 4

Infurzar – miżuri tal-fruntiera (Artikolu 14.51)

TAQSIMA D

Arranġamenti ta' kooperazzjoni u istituzzjonali (Artikoli 14.52 sa 14.55)

KAPITOLU 15

GOVERNANZA KORPORATTIVA (Artikoli 15.1 sa 15.7)

KAPITOLU 16

KUMMERĊ U ŻVILUPP SOSTENIBBLI (Artikoli 16.1 sa 16.19)

KAPITOLU 17

TRASPARENZA (Artikoli 17.1 sa 17.8)

KAPITOLU 18

PRATTIKI REGOLATORJI TAJBA U KOOPERAZZJONI REGOLATORJA

TAQSIMA A

Prattiki regolatorji tajba u kooperazzjoni regolatorja

SUBTAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 18.1 sa 18.3)

SUBTAQSIMA 2

Prattiki regolatorji tajba (Artikoli 18.4 sa 18.11)

SUBTAQSIMA 3

Kooperazzjoni regolatorja (Artikoli 18.12 u 18.13)

SUBTAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet istituzzjonali (Artikoli 18.14 sa 18.16)

TAQSIMA B

Trattament xieraq tal-annimali (Artikolu 18.17)

TAQSIMA C

Dispożizzjonijiet finali (Artikoli 18.18 u 18.19)

KAPITOLU 19

KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-AGRIKOLTURA (Artikoli 19.1 sa 19.8)

KAPITOLU 20

INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI (Artikoli 20.1 sa 20.4)

KAPITOLU 21

SOLUZZJONI TAT-TILWIM

TAQSIMA A

Objettiv, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet (Artikoli 21.1 sa 21.3)

TAQSIMA B

Konsultazzjonijiet u medjazzjoni (Artikoli 21.4 sa 21.6)

TAQSIMA C

Proċedura ta' kummissjoni (Artikoli 21.7 sa 21.24)

TAQSIMA D

Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 21.25 sa 21.30)

KAPITOLU 22

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI (Artikoli 22.1 sa 22.6)

KAPITOLU 23

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI (Artikoli 23.1 sa 23.8)

ANNESSI (l-Annessi eżistenti biss huma elenkati):

ANNESS 2-A

ELIMINAZZJONI U TNAQQIS TAT-TARIFFI

ANNESS 2-B

LISTA TA' OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2.15 U 2.17

ANNESS 2-C

VETTURI BIL-MAGNA U PARTIJIET

APPENDIĊI 2-C-1

REGOLAMENTI TAN-NU APPLIKATI MIŻ-ŻEWĠ PARTIJIET

APPENDIĊI 2-C-2

REGOLAMENTI TAN-NU APPLIKATI MINN WAĦDA MILL-PARTIJIET U LI GĦADHOM MHUMIEX IKKUNSIDRATI MILL-PARTI L-OĦRA

ANNESS 2-D

FAĊILITAZZJONI TAL-ESPORTAZZJONI TAS-SHOCHU

ANNESS 2-E

FAĊILITAZZJONI TAL-ESPORTAZZJONI TAL-PRODOTTI TAL-INBID

ANNESS 3-A

NOTI INTRODUTTORJI GĦAL REGOLI TAL-ORIĠINI SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTT

ANNESS 3-B

REGOLI TAL-ORIĠINI SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTT

APPENDIĊI 3-B-1

DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MA' ĊERTI VETTURI U PARTIJIET TA' VETTURI

ANNESS 3-C

INFORMAZZJONI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3.5

ANNESS 3-D

TEST TAD-DIKJARAZZJONI DWAR L-ORIĠINI

ANNESS 3-E

DWAR IL-PRINĊIPAT TA' ANDORRA

ANNESS 3-F

DWAR IR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO

ANNESS 6

ADDITTIVI TAL-IKEL

ANNESS 8-A

KOOPERAZZJONI REGOLATORJA FIR-REGOLAMENTAZZJONI FINANZJARJA

ANNESS 8-B

SKEDI GĦALL-KAPITOLU 8

ANNESS I

RIŻERVI GĦALL-MIŻURI EŻISTENTI

ANNESS II

RIŻERVI GĦAL MIŻURI FUTURI

ANNESS III

VIŻITATURI KUMMERĊJALI GĦALL-FINIJIET TA' STABBILIMENT, ĦADDIEMA BI TRASFERIMENT INTRA-AŻJENDALI, INVESTITURI U VIŻITATURI KUMMERĊJALI TA' TERMINU QASIR

ANNESS IV

FORNITURI TA' SERVIZZI KUNTRATTWALI U PROFESSJONISTI INDIPENDENTI

APPENDIĊI IV

LIMITAZZJONIJIET TA' ATTIVITAJIET TA' NEGOZJU TA' FORNITURI TA' SERVIZZI KUNTRATTWALI U PROFESSJONISTI INDIPENDENTI FIL-ĠAPPUN

ANNESS 8-C

QBIL DWAR IL-MOVIMENT TA' PERSUNI FIŻIĊI GĦALL-FINIJIET KUMMERĊJALI

ANNESS 10

AKKWIST PUBBLIKU

ANNESS 14-A

LIĠIJIET U REGOLAMENTI TAL-PARTIJIET RELATATI MAL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

ANNESS 14-B

LISTA TA' INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

ANNESS 23

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

L-UNJONI EWROPEA u L-ĠAPPUN (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Partijiet”),

KONXJI mis-sħubija dejjiema u b'saħħitha tagħhom imsejsa fuq prinċipji u valuri komuni, u tar-relazzjoni ekonomika, kummerċjali u ta' investiment importanti tagħhom;

FILWAQT LI JAGĦRFU l-importanza tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u ta' investiment, skont l-objettiv ta' żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u l-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment bejniethom, konxja tal-ħtiġijiet tal-komunitajiet tan-negozju ta' kull Parti, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u ta' livelli għolja ta' protezzjoni ambjentali u tax-xogħol permezz ta' standards rikonoxxuti internazzjonalment u l-ftehimiet internazzjonali li għalihom iż-żewġ Partijiet huma firmatarji;

FILWAQT LI JAGĦRFU li dan il-Ftehim jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-benessri tal-konsumatur permezz ta' politiki li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u ta' benessri ekonomiku;

FILWAQT LI JIRREALIZZAW li ambjent globali dinamiku u li qed jinbidel malajr miġjub mill-globalizzazzjoni u mill-integrazzjoni msaħħa bejn l-ekonomiji fid-dinja jippreżenta ħafna sfidi u opportunitajiet ekonomiċi ġodda għall-Partijiet;

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-ekonomiji tagħhom huma mogħnija b'kundizzjonijiet li jikkumplimentaw lil xulxin u li din il-kumplimentarjetà għandha tikkontribwixxi biex ikompli jiġi promoss l-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment bejn il-Partijiet billi jagħmlu użu mill-aspetti pożittivi tal-ekonomiji rispettivi tagħhom permezz ta' attivitajiet bilaterali ta' kummerċ u ta' investiment;

FILWAQT LI JEMMNU li l-ħolqien ta' qafas stabbilit biċ-ċar u ssalvagwardjat tal-kummerċ u tal-investiment permezz ta' regoli li għandhom vantaġġi reċiproċi għall-governanza tal-kummerċ u tal-investiment bejn il-Partijiet isaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomiji tagħhom, jagħmel is-swieq tagħhom aktar effiċjenti u vibranti u jiżgura ambjent kummerċjali prevedibbli għall-espansjoni ulterjuri tal-kummerċ u tal-investiment bejniethom;

FILWAQT LI JTENNU l-impenn tagħhom li jirrispettaw il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u filwaqt li jqisu l-prinċipji artikolati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

FILWAQT LI JAGĦRFU l-importanza tat-trasparenza fil-kummerċ u l-investiment internazzjonali għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha;

FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu regoli ċari u vantaġġużi b'mod reċiproku li jirregolaw il-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet u li jnaqqsu jew jeliminaw l-ostakoli għalihom;

IDDEĊIDEW li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u għall-espansjoni armonjużi tal-kummerċ u tal-investiment internazzjonali billi jneħħu l-ostakoli għalihom permezz ta' dan il-Ftehim u jevitaw milli joħolqu ostakoli ġodda għall-kummerċ u għall-investiment bejn il-Partijiet li jistgħu jnaqqsu l-benefiċċji ta' dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JIBNU fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-Ftehim tad-WTO u ftehimiet multilaterali, reġjonali u bilaterali oħrajn li ż-żewġ Partijiet huma parti għalihom; u

IDDEĊIDEW li jistabbilixxu qafas legali għat-tisħiħ tas-sħubija ekonomika tagħhom,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1.1

Objettivi

L-objettivi ta' dan il-Ftehim huma li jilliberalizza u jiffaċilita l-kummerċ u l-investiment, kif ukoll li jippromwovi relazzjoni ekonomika msaħħa bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 1.2

Definizzjonijiet ġenerali

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(a)

“Ftehim dwar l-Agrikoltura” tfisser il-Ftehim dwar l-Agrikoltura fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(b)

“Ftehim dwar l-Antidumping” tfisser il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(c)

“Ftehim dwar il-Proċeduri ta' Liċenzji għall-Importazzjoni” tfisser il-Ftehim dwar Proċeduri ta' Liċenzji għall-Importazzjoni fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(d)

“Ftehim dwar is-Salvagwardji” tfisser il-Ftehim dwar is-Salvagwardji fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(e)

“CPC” tfisser il-Klassifikazzjoni Proviżorja Ċentrali tal-Prodotti (Statistical Papers Series M No. 77, Department of International Economic and Social Affairs, Statistical Office of the United Nations, New York, 1991);

(f)

“awtorità doganali” tfisser:

(i)

għall-Unjoni Ewropea, is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea li huma responsabbli għall-materji doganali u l-amministrazzjonijiet doganali u kwalunkwe awtorità oħra mogħtija s-setgħa fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea biex japplikaw u jinfurzaw il-leġislazzjoni doganali; u

(ii)

għall-Ġappun, il-Ministeru tal-Finanzi;

(g)

“il-leġislazzjoni doganali” tfisser kull liġi u regolament tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ġappun, li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta' merkanzija u t-tqegħid ta' merkanzija taħt kwalunkwe proċedura doganali oħra, li tinkludi miżuri ta' projbizzjonijiet, ta' restrizzjonijiet u ta' kontrolli li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet doganali;

(h)

“territorju doganali” tfisser:

(i)

għall-Unjoni Ewropea, fit-territorju doganali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1); u

(ii)

għall-Ġappun, it-territorju li fir-rigward tiegħu hi fis-seħħ il-leġislazzjoni doganali tal-Ġappun;

(i)

“jiem” tfisser jiem tal-kalendarju;

(j)

“DSU” tfisser il-Qbil dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim fl-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO;

(k)

“GATS” tfisser il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi fl-Anness 1B għall-Ftehim tad-WTO;

(l)

“GATT 1994” tfisser il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO; għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għall-artikoli fil-GATT 1994 jinkludu n-noti interpretattivi;

(m)

“GPA” tfisser il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi fl-Anness 4 għall-Ftehim tad-WTO (2);

(n)

“Sistema Armonizzata” jew “SA” tfisser is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, inklużi r-Regoli Ġenerali għall-Interpretazzjoni, in-Noti tat-Taqsimiet, in-Noti tal-Kapitoli u n-Noti tas-Subintestaturi tagħha;

(o)

“FMI” tfisser il-Fond Monetarju Internazzjonali;

(p)

“miżura” tfisser kull miżura, kemm jekk fil-forma ta' liġi, ta' regolament, ta' regola, ta' proċedura, ta' deċiżjoni, ta' prattika, ta' azzjoni amministrattiva, jew xi forma oħra;

(q)

“persuna fiżika ta' Parti” tfisser, għall-Unjoni Ewropea, ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u għall-Ġappun, ċittadin tal-Ġappun, f'konformità mad-dritt u mar-regolamenti applikabbli rispettivi tagħhom (3);

(r)

“persuna” tfisser persuna fiżika jew ġuridika;

(s)

“Ftehim SCM” tfisser il-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kumpens fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(t)

“Ftehim SPS” tfisser il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(u)

“Ftehim TBT” tfisser il-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO;

(v)

“territorju” tfisser iż-żona li fih japplika dan il-Ftehim f'konformità mal-Artikolu 1.3;

(w)

“TFUE” tfisser it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(x)

“Ftehim TRIPS” tfisser il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ fl-Anness 1C għall-Ftehim tad-WTO;

(y)

“WIPO” tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali;

(z)

“WTO” tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; u

(aa)

“Ftehim tad-WTO” tfisser il-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul f'Marrakexx fil-15 ta' April 1994.

ARTIKOLU 1.3

Applikazzjoni territorjali

1.   Dan il-Ftehim japplika:

(a)

għall-Unjoni Ewropea, għat-territorji li fihom japplikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk it-trattati; u

(b)

għall-Ġappun, għat-territorju tiegħu.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-Ftehim japplika wkoll għaż-żoni kollha li jiġu lil hinn mill-baħar territorjali ta' kull Parti, li jinkludu qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu, li fuqhom dik il-Parti teżerċita drittijiet sovrani jew ġurisdizzjoni skont id-dritt internazzjonali li jinkludi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, magħmul fil-Bajja ta' Montego fl-10 ta' Diċembru 1982 u l-liġijiet u r-regolamenti tagħha li huma konsistenti mad-dritt internazzjonali (4).

3.   Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim dwar l-applikazzjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali għal oġġetti kif ukoll l-Artikoli 2.9 u 2.10, dan il-Ftehim japplika wkoll għal dawk iż-żoni tat-territorju doganali tal-Unjoni li mhumiex koperti mis-subparagrafu 1(a) u għal dawk l-oqsma previsti fl-Annessi 3-E u 3-F.

4.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra f'każ li l-kamp ta' applikazzjoni rispettiv ta' applikazzjoni territorjali ta' dan il-Ftehim kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 jinbidel u fil-pront tipprovdi, fuq talba tal-Parti l-oħra, tagħrif addizzjonali jew kjarifika dwarhom.

ARTIKOLU 1.4

Tassazzjoni

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“residenza” tfisser residenza għall-finijiet tat-taxxa;

(b)

“ftehim dwar it-taxxa” tfisser ftehim għall-evitar tat-taxxa doppja jew kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat fis-sħuħija tiegħu jew primarjament mat-tassazzjoni li għalih huma parti l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha jew il-Ġappun; u

(c)

“miżura ta' tassazzjoni” tfisser miżura fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar it-taxxa tal-Unjoni Ewropea, jew tal-Istati Membri tagħha jew tal-Ġappun.

2.   Dan il-Ftehim japplika għall-miżuri ta' tassazzjoni biss sa fejn tali applikazzjoni tkun neċessarja biex tagħti effett lid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

3.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jaffetwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri tagħha jew tal-Ġappun skont kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa. Fil-każ ta' xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa bħal dan, il-ftehim dwar it-taxxa għandu jipprevali fir-rigward tal-inkonsistenza. Fir-rigward ta' ftehim fiskali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti taħt dan il-Ftehim u li ftehim fiskali għandhom jiddeterminaw b'mod konġunt jekk teżistix xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u l-ftehim fiskali.

4.   Kwalunnkwe obbligu tal-aktar nazzjon iffavorit f'dan il-Ftehim m'għandux ikun applikabbli fir-rigward ta' vantaġġ mogħti mill-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri tagħha jew billi l-Ġappun bis-saħħa ta' ftehim fiskali.

5.   Il-Kumitat Konġunt stabbilit skont Artikolu 22.1 jista jiddeċiedi dwar kamp ta' applikazzjoni differenti mill-applikazzjoni ta' soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21 fir-rigward ta' miżuri ta' tassazzjoni.

6.   Soġġetti għal rekwiżit li l-miżuri ta' tassazzjoni ma jiġux applikati b'mod li jkun jikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew inġustifikabbli bejn il-Partijiet fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ u l-investiment, xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jitqies bħala prevenzjoni tal-adozzjoni, taż-żamma jew tal-infurzar mill-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri tagħha jew mill-Ġappun ta' kwalunkwe miżura ta' tassazzjoni mmirata lejn l-iżgurar tal-impożizzjoni jew tal-ġbir ekwitabbli jew effettivi tat-taxxi bħal miżuri:

(a)

li jagħmlu distinzjoni bejn kontribwenti li mhumiex fl-istess sitwazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew tal-post fejn hu investit il-kapital tagħhom; jew

(b)

li jipprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi skont id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa jew leġislazzjoni domestika dwar it-taxxa.

ARTIKOLU 1.5

Eċċezzjonijiet ta' sigurtà

1.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jitqies li:

(a)

jobbliga lil Parti biex tipprovdi xi informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha hi tqis li tmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha;

(b)

ma jħallix lil Parti tieħu azzjoni li hi tqis neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha:

(i)

fir-rigward ta' materjali fissjonabbli u fużjonabbli jew il-materjali li huma dderivati minnhom;

(ii)

b'rabta mal-produzzjoni ta' armi, ta' munizzjon u ta' għodda tal-gwerra jew tal-kummerċ fihom, kif ukoll mal-produzzjoni ta' oġġetti u ta' materjali oħra jew tal-kummerċ fihom kif imwettqa b'mod dirett jew indirett għall-fini tal-forniment ta' stabbiliment militari;

(iii)

b'rabta mal-provvista ta' servizzi kif imwettqa b'mod dirett jew indirett għall-fini ta' proviżjonament ta' stabbiliment militari; jew

(iv)

meħuda fi żmien ta' gwerra jew ta' emerġenza oħra f'relazzjonijiet internazzjonali; jew

(c)

jipprevjeni lil Parti milli tieħu xi tip ta' azzjoni biex tfittex li twettaq l-obbligi skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti għall-fini ta' żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali.

2.   Minkejja l-paragrafu 1,

(a)

għall-finijiet tal-Kapitolu 10, japplika l-Artikolu III tal-GPA; u

(b)

għall-finijiet tal-Kapitolu 14, japplika l-Artikolu 14.54.

ARTIKOLU 1.6

Informazzjoni kunfidenzjali

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jobbliga li Parti biex tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' xxekkel l-infurzar tal-liġijiet u tar-regolamenti tagħha, jew tkun kuntrarja b'xi mod ieħor għall-interess pubbliku, jew li tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari, pubbliċi jew privati.

2.   Meta, skont dan il-Ftehim, Parti tipprovdi informazzjoni lill-Parti l-oħra li hi meqjusa bħala kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-Parti l-oħra għandha żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta, sakemm il-Parti li tipprovdi l-informazzjoni ma taqbilx mod ieħor.

ARTIKOLU 1.7

Twettiq tal-obbligi u awtorità delegata

1.   Kull Parti għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jingħata effett lid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat b'xi mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe persuna jew entità li għaliha l-Parti għandha awtorità regolatorja jew amministrattiva delegata biex twettaq l-obbligi tal-Parti skont dan il-Ftehim taġixxi f'konformità ma' dawk l-obbligi meta teżerċita t-tali awtorità delegata.

3.   Għal ċertezza akbar, l-ebda Parti m'għandha tinħeles mill-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim minn kwalunkwe wieħed mil-livelli governattivi jew mill-korpi nongovernattivi tagħha meta jeżerċitaw is-setgħat delegati lilhom mill-Parti.

ARTIKOLU 1.8

Liġijiet u regolamenti u l-emendi tagħhom

Meta f'dan il-Ftehim issir referenza għal-liġijiet u għar-regolamenti ta' Parti, dawk il-liġijiet u r-regolamenti għandhom jiġu mifhuma bħala li jinkludu emendi għalihom, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

ARTIKOLU 1.9

Relazzjoni ma' ftehimiet oħra

1.   Il-ftehimiet eżistenti bejn l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun mhumiex sospiżi jew itterminati minn dan il-Ftehim.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jeħtieġ lil xi Parti taġixxi b'mod inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim tad-WTO.

3.   F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim ieħor għajr il-Ftehim tad-WTO li għailh huma parti ż-żewġ Partijiet, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma' xulxin minnufih bl-għan li jsibu soluzzjoni sodisfaċenti b'mod reċiproku.

4.   Meta ssir referenza għall-ftehimiet internazzjonali (5) jew dawn jiġu inkorporati f'dan il-Ftehim, fis-sħuħija tagħhom jew f'parti minnhom, dawn għandhom jiġu mifhuma li jinkludu emendi fihom jew il-ftehimiet suċċessuri tagħhom li jidħlu fis-seħħ għaż-żewġ Partijiet fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim jew wara din. Jekk tqum xi kwistjoni rigward l-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim bħala riżultat tat-tali emendi jew tal-ftehimiet suċċessuri, il-Partijiet, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jistgħu jikkonsultaw ma' xulxin bl-għan li jsibu soluzzjoni sodisfaċenti b'mod reċiproku għal din il-kwistjoni skont il-bżonn.

KAPITOLU 2

KUMMERĊ F'MERKANZIJA

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali

ARTIKOLU 2.1

Objettiv

L-objettiv ta' dan il-Kapitolu hu li jiffaċilita l-kummerċ f'merkanzija bejn il-Partijiet u li jilliberalizza b'mod progressiv il-kummerċ f'merkanzija f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 2.2

Kamp ta' applikazzjoni

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, dan il-Kapitolu japplika għall-kummerċ f'merkanzija bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 2.3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“proċeduri ta' liċenzjar għall-esportazzjoni” tfisser proċeduri amministrattivi, kemm jekk imsejħa liċenzjar kif ukoll jekk le, li jintużaw minn Parti għall-operar ta' reġimi ta' liċenzjar għall-esportazzjoni li jeħtieġu s-sottomissjoni ta' applikazzjoni jew ta' dokumentazzjoni oħra, għajr dik meħtieġa għall-proċeduri doganali, lill-korp amministrattiv rilevanti bħala kundizzjoni bil-quddiem għall-esportazzjoni minn dik il-Parti;

(b)

“proċeduri mhux awtomatiċi ta' liċenzjar għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni” tfisser proċeduri ta' liċenzjar fejn l-approvazzjoni tal-applikazzjoni ma tingħatax għall-persuni kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti kkonċernata għat-twettiq ta' attivitajiet f'operazzjonijiet ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni li jinvolvu l-oġġetti soġġetti għal dawk il-proċeduri ta' liċenzjar; u

(c)

“oriġinarji” tfisser kwalifikazzjoni bħala oriġinarji f'Parti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.

ARTIKOLU 2.4

Dazju doganali

Kull Parti għandha tnaqqas jew telimina d-dazji doganali skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.8. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “dazji doganali” tfisser kwalunkwe dazju jew ħlas ta' kwalunkwe tip impost fuq l-importazzjoni ta' oġġett jew b'rabta ma' din, fosthom kwalunkwe forma ta' soprataxxa jew ta' ħlas addizzjonali imposti fuq tali importazzjoni jew marbuta ma' din, iżda ma jinkludi l-ebda:

(a)

imposta ekwivalenti għal taxxa interna f'konformità mal-Artikolu III tal-GATT 1994;

(b)

dazju applikat f'konformità mal-Artikoli VI u XIX tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-Antidumping, il-Ftehim SCM, il-Ftehim dwar is-Salvagwardji u l-Artikolu 22 tad-DSU; u

(c)

miżati jew imposti oħra imposti skont l-Artikolu 2.16.

ARTIKOLU 2.5

Salvagwardji agrikoli

1.   Oġġetti agrikoli li jikkwalifikaw bħala oġġetti oriġinarji minn Parti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “oġġetti agrikoli oriġinarji”) m'għandhomx ikunu soġġetti għal xi dazju applikat mill-Parti l-oħra skont miżura ta' salvagwardja speċjali meħuda skont il-Ftehim dwar il-Biedja.

2.   Miżuri agrikoli ta' salvagwardja fuq l-oġġetti agrikoli oriġinarji skont dan il-Ftehim jistgħu jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima C tal-Parti 3 tal-Anness 2-A.

TAQSIMA B

It-trattament nazzjonali u l-aċċess tas-suq għall-oġġetti

ARTIKOLU 2.6

Klassifikazzjoni tal-oġġetti

1.   Il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fil-kummerċ bejn il-Partijiet għandha tkun konformi mas-Sistema Armonizzata.

2.   Kull Parti għandha tiżgura konsistenza meta tapplika l-liġijiet u r-regolamenti tagħha dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti oriġinarji mill-Parti l-oħra.

ARTIKOLU 2.7

Trattament nazzjonali

Kull Parti għandha tagħti trattament nazzjonali lill-oġġetti tal-Parti l-oħra f'konformità mal-Artikolu III tal-GATT 1994. Għal dak l-għan, l-Artikolu III tal-GATT 1994 hu inkorporat f'dan il-Ftehim u hu magħmul parti minnu, mutatis mutandis.

ARTIKOLU 2.8

Tnaqqis u eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq l-importazzjonijiet

1.   Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull Parti għandha tnaqqas jew telimina d-dazji doganali fuq l-oġġetti oriġinarji mill-Parti l-oħra f'konformità mal-Anness 2-A.

2.   Meta Parti tnaqqas ir-rata tad-dazju doganali tagħha applikata għan-nazzjon l-aktar iffavorit, dik ir-rata tad-dazju għandha tapplika għall-oġġett oriġinarju tal-Parti l-oħra jekk, u sa fejn, din tkun anqas mir-rata tad-dazju doganali fuq l-istess oġġett ikkalkolata f'konformità mal-Anness 2-A.

3.   It-trattament tal-oġġetti oriġinarji minn Parti klassifikati taħt il-linji tariffarji indikati b'“S” fil-Kolonna “Nota” fl-Iskeda tal-Unjoni Ewropea fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 2-A u fl-Iskeda tal-Ġappun fit-Taqsima D tal-Parti 3 tal-Anness 2-A, għandu jkun soġġett għal rieżami mill-Partijiet fil-ħames sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew f'sena li jaqblu b'mod ieħor dwarha l-Partijiet, skont liema tiġi l-ewwel. Ir-rieżami għandu jipproċedi bl-għan li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq permezz ta', pereżempju, miżuri bħat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni aktar veloċi tad-dazji doganali, is-simplifikazzjoni tal-proċessi ta' offerti u ż-żieda tal-kwantitajiet tal-kwoti, kif ukoll l-indirizzar ta' kwistjonijiet relatati mal-imposti.

4.   Meta Parti tagħti tnaqqis akbar jew aktar veloċi fit-tariffi, kwota ogħla jew kwalunkwe trattament aktar favorevoli ieħor minn dak previst f'dan il-Ftehim lil pajjiż terz fuq il-bażi ta' ftehim internazzjonali għall-oġġetti koperti mill-paragrafu 3 li jaffettwa l-bilanċ fis-suq tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ġappun tat-tali oġġetti, il-Partijiet, bl-għan li jiżguraw li l-Parti l-oħra tikseb tal-anqas l-istess preferenza, għandhom jibdew tali rieżami fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u dak il-pajjiż terz jew bejn il-Ġappun u dak il-pajjiż terz, u ser iwettqu r-rieżami bl-għan li jikkonkluduh fi żmien sitt xhur mill-istess data.

ARTIKOLU 2.9

Oġġetti li jerġgħu jidħlu wara tiswija u alterazzjoni

1.   Parti m'għandhiex tapplika dazju doganali fuq oġġett, irrispettvament mill-oriġini ta' dan, li jerġa' jidħol fit-territorju doganali tagħha wara li jkun ġie esportat b'mod temporanju mit-territorju doganali tagħha lit-territorju doganali tal-Parti l-oħra għal tiswija jew għal alterazzjoni, irrispettivament minn jekk dik it-tiswija jew l-alterazzjoni setgħetx saret fit-territorju doganali tal-Parti msemmija l-ewwel, dment li l-oġġett ikkonċernat jerġa' jidħol fit-territorju doganali tal-Parti msemmija l-ewwel fi ħdan il-perijodu speċifikat fil-liġijiet u fir-regolamenti ta' din (6).

2.   Il-paragrafi 1 ma japplikax għal oġġett fit-territorju doganali ta' Parti taħt kontroll doganali mingħajr il-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni u tat-taxxi li jiġi esportat għal tiswija jew għal alterazzjoni u li ma jerġax jidħol fit-territorju doganali taħt kontroll doganali mingħajr il-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni u tat-taxxi.

3.   Parti m'għandhiex tapplika dazju doganali fuq oġġett, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, li jiġi importat b'mod temporanju mit-territorju doganali tal-Parti l-oħra għal tiswija jew għal alterazzjoni, dment li l-oġġett jerġa' jiġi esportat mit-territorju doganali tal-Parti li timportah fi ħdan il-perijodu speċifikat fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha (7).

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “tiswija” jew “tibdil” tfisser kwalunkwe operazzjoni mwettqa fuq oġġett jew proċess biex jirrimedjaw id-difetti operattivi jew ħsara materjali u li jinvolvu l-istabbiliment tal-funzjoni oriġinali tal-oġġett, jew biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu ma' ħtiġijiet tekniċi għall-użu tiegħu. Tiswija jew alterazzjoni ta' oġġett tinkludi r-restawr u l-manutenzjoni irrispettivament miż-żieda possibbli fil-valur tal-oġġett, iżda ma tinkludix operazzjoni jew proċess li:

(a)

jeqirdu l-karatteristiċi essenzjali ta' oġġett jew joħolqu oġġett ġdid jew kummerċjalment differenti;

(b)

jittrasformaw oġġett mhux lest f'wieħed lest; jew

(c)

ibiddlu l-funzjoni ta' oġġett.

ARTIKOLU 2.10

Dħul temporanju ta' oġġetti

Kull Parti għandha tagħti dħul temporanju mingħajr dazju fit-territorju doganali tagħha għall-oġġetti li ġejjin f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, dment li t-tali oġġetti ma jġarrbu ebda bidla ħlief deprezzament normali minħabba l-użu li jsir minnhom u li dawn jiġu esportati fi ħdan il-perijodu ta' żmien stabbilit minn kull Parti:

(a)

oġġetti għal wiri jew għal użu f'esibizzjonijiet, f'fieri, f'kungressi jew f'attivitajiet simili;

(b)

tagħmir professjonali, li jinkludi tagħmir għall-istampa jew għall-ħoss jew għax-xandir televiżiv, tagħmir ċinematografiku, apparat anċillari għal tali tagħmir u aċċessorji għal dawn;

(c)

kampjuni kummerċjali u filmati u reġistrazzjonijiet ta' reklamar;

(d)

kontenituri u pelits użati jew li se jintużaw fit-trasport marittimu tal-oġġetti fit-traffiku internazzjonali, aċċessorji u tagħmir għal dan;

(e)

materjali tal-benessri għall-baħħara;

(f)

oġġetti importati b'mod esklużiv għal skopijiet xjentifiċi;

(g)

oġġetti importati għal kompetizzjonijiet, għal dimostrazzjonijiet jew għal taħriġ sportivi internazzjonali;

(h)

effetti personali li huma proprjetà ta' vjaġġaturi li jżuru temporanjament; u

(i)

materjali għall-pubbliċità turistika.

ARTIKOLU 2.11

Valutazzjoni doganali

Għall-fini ta' determinazzjoni tal-valur doganali tal-oġġetti nnegozjati bejn il-Partijiet, id-dispożizzjonijiet tal-Parti I tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO għandhom japplikaw, mutatis mutandis.

ARTIKOLU 2.12

Dazji tal-esportazzjoni

Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm xi dazju, taxxa, tariffa jew miżata oħra ta' kwalunkwe tip imposti fuq oġġetti esportati minn dik il-Parti lill-Parti l-oħra, jew kwalunkwe taxxa interna jew tariffa oħra fuq oġġetti esportati lill-Parti l-oħra li tisboq dik li tkun imposta fuq oġġetti simili ddestinati għall-konsum domestiku. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, it-tariffi jew l-imposti l-oħra ta' kwalunkwe tip m'għandhomx jinkludu tariffi jew imposti oħra mitluba f'konformità mal-Artikolu 2.16 li huma limitati għall-ammont tal-kost approssimat tas-servizz mogħti.

ARTIKOLU 2.13

Klawżola ta' sospensjoni

1.   Sakemm ma jkunx previst b'xi mod ieħor f'dan il-Ftehim, Parti m'għandhiex iżżid xi dazju doganali fuq oġġetti oriġinarji mill-Parti l-oħra mir-rata li għandha tiġi applikata f'konformità mal-Anness 2-A.

2.   Għal ċertezza akbar, Parti tista' żżid dazju doganali sal-livell stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni Ewropea fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 2-A u fl-Iskeda tal-Ġappun fit-Taqsima D tal-Parti 3 tal-Anness 2-A għas-sena rispettiva wara tnaqqis unilaterali tad-dazju doganali.

ARTIKOLU 2.14

Kompetizzjoni fl-esportazzjoni

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “sussidji għall-esportazzjoni” tfisser sussidji msemmija fis-subparagrafu (e) tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-Biedja u sussidji oħra elenkati fl-Anness I għall-Ftehim SCM li jistgħu jiġu applikati għal oġġetti agrikoli li huma elenkati fl-Anness 1 għall-Ftehim dwar il-Biedja.

2.   Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom, espress fid-Deċiżjoni Ministerjali tad-19 ta' Diċembru 2015 dwar il-Kompetizzjoni fl-Esportazzjoni (WT/MIN(15)/45, WT/L/980) tad-WTO, li jeżerċitaw trażżin kbir fir-rigward tas-sussidji għall-esportazzjoni u tal-miżuri tal-esportazzjoni b'effett ekwivalenti kif stipulat f'dik id-deċiżjoni.

ARTIKOLU 2.15

Restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

1.   Parti ma tistax tadotta jew iżżomm xi projbizzjoni jew restrizzjoni ħlief dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' xi oġġett tal-Parti l-oħra jew fuq l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni ta' kwalunkwe oġġett destinat għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra, ħlief f'konformità mal-Artikolu XI tal-GATT 1994. Għal dak l-għan, l-Artikolu XI tal-GATT 1994 hu inkorporat f'dan il-Ftehim u hu magħmul parti minnu, mutatis mutandis.

2.   Jekk Parti biħsiebha tadotta projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni ta' kwalunkwe oġġett elenkat fl-Anness 2-B f'konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu XI jew mal-Artikolu XX tal-GATT 1994, il-Parti għandha:

(a)

tfittex li tillimita dik il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni kemm jista' jkun, filwaqt li tagħti l-kunsiderazzjoni dovuta lill-effetti negattivi possibbli ta' din fuq il-Parti l-oħra;

(b)

tipprovdi lill-Parti l-oħra b'avviż miktub dwar din, kull meta dan ikun possibbli qabel l-introduzzjoni tat-tali projbizzjoni jew restrizzjoni u minn qabel kemm jista' jkun, jew, jekk le, mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data ta' introduzzjoni, filwaqt li dak l-avviż bil-miktub għandu jinkludi deskrizzjoni tal-oġġett involut, tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni introdotta, inklużi n-natura tagħha, ir-raġunijiet għaliha, u d-data tal-introduzzjoni tat-tali projbizzjoni jew restrizzjoni kif ukoll id-durata mistennija tagħha; u

(c)

fuq talba, tipprovdi lill-Parti l-oħra b'opportunità raġonevoli għall-konsultazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni relatata mat-tali projbizzjoni jew restrizzjoni.

ARTIKOLU 2.16

Tariffi u formalitajiet marbuta mal-importazzjoni u mal-esportazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura, f'konformità mal-Artikolu VIII tal-GATT 1994, li t-tariffi u l-imposti kollha ta' kull tip, għajr id-dazji doganali, id-dazji tal-esportazzjoni u t-taxxi f'konformità mal-Artikolu III tal-GATT 1994, imposti minn dik il-Parti fuq jew b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni, huma limitati għall-kost approssimat tas-servizzi mogħtija, li m'għandux jiġi kkalkolat fuq bażi ad valorem, u m'għandux jirrappreżenta protezzjoni indiretta għall-oġġetti domestiċi jew tassazzjoni tal-importazzjonijiet għal skopijiet fiskali.

2.   Parti m'għandhiex teħtieġ tranżazzjonijiet konsulari, li jinkludu tariffi u imposti relatati. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “tranżazzjonijiet konsulari” tfisser rekwiżiti mill-konslu tal-Parti importatriċi li jinsab fil-Parti esportatriċi għall-fini ta' kisba ta' fatturi konsulari jew ta' viżi konsulari għal fatturi kummerċjali, għal ċertifikati tal-oriġini, għal manifesti, għal dikjarazzjonijiet ta' esportazzjoni tal-ispedituri, jew għal kwalunkwe dokumentazzjoni doganali oħra meħtieġa dwar jew b'rabta mal-importazzjoni.

ARTIKOLU 2.17

Proċeduri ta' liċenzjar għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi eżistenti tagħhom skont il-Ftehim dwar il-Proċeduri ta' Liċenzjar għall-Importazzjoni.

2.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri ta' liċenzjar għall-esportazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1 sa 9 tal-Artikolu 1 u mal-Artikolu 3 tal-Ftehim dwar il-Proċeduri ta' Liċenzjar għall-Importazzjoni. Parti tista' tadotta jew iżżomm proċeduri ta' liċenzjar għall-esportazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar il-Proċeduri ta' Liċenzjar għall-Importazzjoni. Għal dak l-għan, dawk id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Proċeduri ta' Liċenzjar għall-Importazzjoni huma inkorporati f'dan il-Ftehim u magħmula parti minnu, mutatis mutandis, u għandhom japplikaw għall-proċeduri ta' liċenzjar għall-esportazzjoni bejn il-Partijiet. Il-paragrafi 2 sa 8 japplikaw għal kwalunkwe oġġett elenkat fl-Anness 2-B.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri kollha ta' liċenzjar għall-esportazzjoni jkunu newtrali fl-applikazzjoni u jkunu amministrati b'mod ġust, ekwitabbli, nondiskriminatorju u trasparenti.

4.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm il-proċeduri ta' liċenzjar għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni biss meta ma jkunx hemm disponibbli proċeduri xierqa oħra biex jintlaħaq skop amministrattiv.

5.   Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm proċeduri mhux awtomatiċi ta' liċenzjar għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni sakemm ma jkunux neċessarji biex timplimenta miżura li hi konsistenti ma' dan il-Ftehim. Parti li tadotta proċeduri mhux awtomatiċi ta' liċenzjar għandha tindika biċ-ċar il-miżura li tkun qed tiġi implimentata permezz tat-tali proċedura ta' liċenzjar.

6.   Kull Parti għandha twieġeb, fi żmien 60 jum, għal kwalunkwe domanda mill-Parti l-oħra rigward il-proċeduri ta' liċenzjar għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni li l-eks Parti jkun biħsiebha tadotta, tkun adottat jew iżżomm, kif ukoll il-kriterji għall-għoti jew għall-allokazzjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni.

7.   Meta tapplika restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal oġġett fil-forma ta' kwota, Parti għandu jkollha l-għan li tikseb distribuzzjoni tal-kummerċ f'dak l-oġġett li toqrob kemm jista' jkun għall-ishma li jkunu mistennija fin-nuqqas ta' dik ir-restrizzjoni.

8.   Jekk Parti tadotta jew iżżomm proċeduri ta' liċenzjar għall-esportazzjoni, il-Partijiet għandhom jorganizzaw konsultazzjonijiet, fuq talba tal-Parti l-oħra, dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dawk il-proċeduri, u jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta lir-riżultati ta' dawk il-konsultazzjonijiet.

ARTIKOLU 2.18

Oġġetti rimanufatturati

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull Parti għandha tistabbilixxi li l-oġġetti rimanifatturati huma ttrattati bħala oġġetti ġodda. Kull Parti tista' titlob li l-oġġetti rimanifatturati jiġu identifikati bħala tali għad-distribuzzjoni jew għall-bejgħ.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “oġġetti manifatturati mill-ġdid” tfisser oġġetti klassifikati taħt l-intestatura 40.12, Kapitoli 84 sa 90 jew l-intestatura 94.02 tas-Sistema Armonizzata li: (8)

(a)

huma komposti fis-sħuħija tagħhom jew f'partijiet minnhom minn partijiet miksuba minn oġġetti użati;

(b)

għandhom tul taċ-ċiklu tal-ħajja u prestazzjoni simili meta mqabbla mat-tali oġġetti, meta ġodda; u

(c)

għandhom garanzija mill-fabbrika simili għal dik applikabbli għat-tali oġġetti, meta ġodda.

ARTIKOLU 2.19

Miżuri nontariffarji

1.   Impenji speċifiċi dwar miżuri mhux tariffarji fuq oġġetti minn kull Parti huma stabbiliti fl-Annessi 2-C u 2-D.

2.   Wara 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jew fuq talba ta' Parti, il-Partijiet għandhom jevalwaw jekk kwistjonijiet li jirriżultaw minn miżuri nontariffarji fuq l-oġġetti jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim. Bħala riżultat ta' din l-evalwazzjoni, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet biex jikkunsidraw it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji eżistenti jew it-teħid ta' impenji addizzjonali ta' interess reċiproku fuq miżuri nontariffarji fuq oġġetti, inkluż dwar il-kooperazzjoni. Fuq il-bażi ta' dawk il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jidħlu f'negozjati ta' interess reċiproku. Meta jimplimentaw dan il-paragrafu, il-Partijiet għandhom iqisu l-esperjenza miksuba matul il-perijodu preċedenti ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 2.20

Restrizzjonijiet biex jiġi ssalvagwardjat il-bilanċ tal-pagamenti

1.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jiġi interpretat bħala li jipprevjeni lil Parti milli tieħu xi miżura għall-finijiet tal-bilanċ tal-pagamenti. Parti li tieħu miżuri bħal dawn għandha tagħmel dan f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu XII tal-GATT 1994 u mal-Qbil dwar id-Dispożizzjonijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 fl-Anness 1A għall-Ftehim tad-WTO.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jipprekludi l-użu minn Parti ta' kontrolli tal-iskambju jew ta' restrizzjonijiet tal-iskambju f'konformità mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali.

ARTIKOLU 2.21

Marka tal-oriġini

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, meta Parti tapplika rekwiżiti obbligatorji relatati mal-marka tal-pajjiż ta' oriġini għal oġġetti li mhumiex oġġetti tal-ikel, agrikoli jew tas-sajd kif definiti fil-liġijiet u fir-regolamenti ta' dik il-Parti, il-marka “Made in Japan” (“Magħmul fil-Ġappun”) jew markar simili fil-lingwa lokali tal-pajjiż importatur, għall-Unjoni Ewropea, u l-markar “Made in EU” (“Magħmul fl-UE”) jew markar simili bil-Ġappuniż, għall-Ġappun, għandhom jiġu aċċettati bħala oġġetti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti. Il-Kapitolu 3 ma japplikax għal dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 2.22

Eċċezzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Artikolu XX tal-GATT 1994 huwa b'dan inkorporat f'dan il-Ftehim u magħmul parti minnu, mutatis mutandis.

2.   Jekk Parti biħsiebha tieħu xi miżura f'konformità mas-subparagrafi (i) u (j) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994, il-Parti għandha:

(a)

tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha; u

(b)

fuq talba, tipprovdi lill-Parti l-oħra b'opportunità raġonevoli għall-konsultazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni relatata mat-tali miżura, bl-għan li titfittex soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku.

3.   Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu fuq kwalunkwe mezz li jkun meħtieġ biex itemmu l-kwistjonijiet soġġetti għall-konsultazzjoni msemmija fis-subparagrafu 2(b).

4.   Jekk ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċi jkunu jeħtieġu azzjoni immedjata u jagħmlu l-forniment minn qabel ta' informazzjoni jew l-eżaminazzjoni impossibbli, il-Parti li tkun biħsiebha tieħu l-miżuri kkonċernati tista' tapplika minnufih il-miżuri neċessarji biex tindirizza ċ-ċirkustanzi u għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra dwarhom immedjatament.

TAQSIMA C

Faċilitazzjoni tal-esportazzjoni tal-prodotti tal-inbid

ARTIKOLU 2.23

Kamp ta' applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima ma japplikaw għall-ebda oġġett li mhuwiex prodott tal-inbid ikklassifikat taħt l-intestatura 22.04 tas-Sistema Armonizzata.

ARTIKOLU 2.24

Prinċipju ġenerali

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikoli 2.25 sa 2.28, l-importazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-inbid innegozjati bejn il-Partijiet koperti minn din it-Taqsima għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti importatriċi.

ARTIKOLU 2.25

Awtorizzazzjoni tal-prassi enoloġika – l-ewwel fażi

1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni Ewropea għandha tawtorizza l-importazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-inbid għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni Ewropea li joriġinaw mill-Ġappun u mmanifatturati f'konformità ma':

(a)

definizzjonijiet ta' prodott u prassi enoloġika awtorizzati u restrizzjonijiet applikati fil-Ġappun għall-bejgħ tal-inbid Ġappuniż kif imsemmi fit-Taqsima A tal-Parti A tal-Anness 2-E dment li dawn jikkonformaw mad-definizzjonijiet ta' prodott u mal-prassi enoloġika u mar-restrizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness 2-E; u

(b)

il-prassi enoloġika kif imsemmija fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 2-E.

2.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Ġappun għandu jawtorizza l-importazzjoni u tal-bejgħ ta' prodotti tal-inbid għall-konsum mill-bniedem fil-Ġappun li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mmanifatturati f'konformità ma':

(a)

definizzjonijiet ta' prodott u prassi enoloġika awtorizzati u restrizzjonijiet applikati fl-Unjoni Ewropea kif imsemmi fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness 2-E dment li dawn jikkonformaw mad-definizzjonijiet ta' prodott u mal-prassi enoloġika u mar-restrizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 2-E; u

(b)

il-prassi enoloġika kif imsemmija fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness 2-E.

3.   Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta' notifiki li jikkonfermaw li l-proċeduri tagħhom għall-awtorizzazzjoni ta' prattiki enoloġiċi msemmija fit-Taqsima B tal-Parti 1 u t-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 2-E, rispettivament, ikunu tlestew.

ARTIKOLU 2.26

Awtorizzazzjoni tal-prassi enoloġika - it-tieni fażi

1.   L-Unjoni Ewropea għandha tieħu l-passi neċessarji malajr bl-għan li tawtorizza l-prassi enoloġika kif imsemmija fit-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness 2-E u tinnotifika lill-Ġappun li tlestew il-proċeduri tiegħu għal dik l-awtorizzazzjoni.

2.   Il-Ġappun għandu jieħu l-passi neċessarji malajr bl-għan li jawtorizza l-prassi enoloġika kif imsemmija fit-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness 2-E u jinnotifika lill-Unjoni Ewropea li tlestew il-proċeduri tiegħu għal dik l-awtorizzazzjoni.

3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika msemmija l-aħħar minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

ARTIKOLU 2.27

Awtorizzazzjoni tal-prassi enoloġika – it-tielet fażi

1.   L-Unjoni Ewropea għandha tieħu l-passi neċessarji bl-għan li tawtorizza l-prassi enoloġika kif imsemmija fit-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness 2-E u tinnotifika lill-Ġappun li tlestew il-proċeduri tiegħu għal dik l-awtorizzazzjoni.

2.   Il-Ġappun għandu jieħu l-passi neċessarji bl-għan li jawtorizza l-prassi enoloġika kif imsemmija fit-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness 2-E u jinnotifika lill-Unjoni Ewropea li tlestew il-proċeduri tiegħu għal dik l-awtorizzazzjoni.

3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika msemmija l-aħħar minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

ARTIKOLU 2.28

Awtoċertifikazzjoni

1.   Ċertifikat awtentikat f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Ġappun, li jinkludi awtoċertifikat stabbilit minn produttur awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun, għandu jkun biżżejjed bħala dokumentazzjoni li sservi bħala evidenza li ġew issodisfati r-rekwiżiti għall-importazzjoni u għall-bejgħ fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw fil-Ġappun imsemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27.

2.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid stabbilit skont l-Artikolu 22.4 għandu jadotta, mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, permezz ta' deċiżjoni, il-modalitajiet:

(a)

għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, b'mod partikolari l-forom li għandhom jintużaw u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq iċ-ċertifikat; u

(b)

għall-kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt iddeżinjati mill-Unjoni Ewropea għal kull wieħed mill-Istati Membri tagħha u mill-Ġappun.

3.   Ma huma meħtieġa ebda ċertifikat jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra bħala evidenza li ġew issodisfati r-rekwiżiti għall-importazzjoni u għall-bejgħ fil-Ġappun tal-prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27.

ARTIKOLU 2.29

Rieżami, konsultazzjonijiet u sospensjoni temporanja tal-awtoċertifikazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jirrieżaminaw l-implimentazzjoni ta':

(a)

l-Artikolu 2.26 b'mod regolari u tal-anqas darba fis-sena matul is-sentejn ta' wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim; u

(b)

l-Artikolu 2.27 mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

2.   Jekk, matul ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 2.26, il-Partijiet isibu li n-notifiki previsti fl-Artikolu 2.26 ma ġewx skambjati fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet bl-għan li jilħqu ftehim dwar soluzzjoni prattika.

3.   Meta n-notifika msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.26 ma tkunx intbagħtet fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.26 tkun intbagħtet, l-Unjoni Ewropea tista' tissospendi b'mod temporanju l-aċċettazzjoni tal-awtoċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid prevista fl-Artikolu 2.28, jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar soluzzjoni prattika kif imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   Is-sospensjoni temporanja tal-aċċettazzjoni tal-awtoċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi mitmuma minnufih meta l-Ġappun jibgħat in-notifika stabbilita fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.26 tal-Unjoni Ewropea.

5.   Jekk matul il-proċess ta' rieżami dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 2.27 imsemmi fil-paragrafu 1, il-Partijiet isibu li n-notifiki previsti fl-Artikolu 2.26 ma ġewx skambjati fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet.

6.   Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Parti skont il-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 2.30

Klawżola ta' sospensjoni

1.   Għal materji koperti mill-Artikoli 2.25 sa 2.28, Parti m'għandhiex timponi kundizzjonijiet anqas favorevoli minn dawk stabbiliti f'din it-Taqsima jew fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li jieħdu miżuri sanitarji u fitosanitarji neċessarji għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, dment li t-tali miżuri ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 2.31

Emendi

Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta deċiżjonijiet li jemendaw l-Anness 2-E, biex iżid, iħassar jew jemenda referenzi għal prattiki enoloġiċi, restrizzjonijiet u elementi oħra, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 23.2.

TAQSIMA D

Dispożizzjonijiet oħra

ARTIKOLU 2.32

Skambju ta' informazzjoni

1.   Għall-fini ta' monitoraġġ tal-funzjonament ta' dan il-Ftehim u għall-perijodu ta' 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ta' kull sena l-Partijiet għandhom jiskambjaw statistiki dwar l-importazzjonijiet għall-perijodu li jkopri l-aktar sena tal-kalendarju reċenti disponibbli. Il-perijodu jista' jiġi estiż mill-Kumitat dwar il-Kummerċ f'Merkanzija stabbilit skont l-Artikolu 22.3 għal ħames snin oħra.

2.   L-iskambju tal-istatistiki dwar l-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri, sa fejn possibbli, data li tappartjeni għall-perijodu li jkopri l-aktar sena tal-kalendarju reċenti disponibbli, inklużi l-valur u l-volum, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-Parti, tal-importazzjonijiet ta' merkanzija tal-Parti l-oħra li jibbenefikaw minn trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim u dawk li ma jirċivux trattament tariffarju preferenzjali.

ARTIKOLU 2.33

Miżuri speċjali li jikkonċernaw il-ġestjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali

1.   Il-Partijiet jagħrfu li l-ksur tal-leġislazzjoni doganali tagħhom b'rabta mat-trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim jista' jħalli effett avvers fuq l-industrija domestika u jaqblu li jikkooperaw fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni u fil-ġlieda kontra t-tali ksur f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 3 u mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar il-Kooperazzjoni u l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka f'Materji Doganali, magħmul fi Brussell fit-30 ta' Jannar 2008 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “CMAA”).

2.   F'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 sa 7, Parti tista' tissospendi b'mod temporanju t-trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim għall-oġġetti kkonċernati li huma relatati mal-ksur sistematiku msemmi fis-subparagrafu (a), jekk il-Parti tkun għamlet sejba, fuq il-bażi ta' informazzjoni oġġettiva, valida u verifikabbli, li:

(a)

twettaq ksur sistematiku fil-leġislazzjoni doganali tagħha b'rabta mat-trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim għal ċertu oġġett; u

(b)

il-Parti l-oħra rrifjutat b'mod sistematiku u mhux iġġustifikat jew naqset b'xi mod ieħor milli tagħti l-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'rabta mal-ksur sistematiku msemmi fis-subparagrafu (a).

3.   Minkejja l-paragrafu 2, is-sospensjoni temporanja m'għandhiex tiġi applikata għal negozjanti li jissodisfaw il-kriterji tal-konformità maqbula mill-Partijiet permezz tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

4.   Il-Parti li għamlet is-sejba msemmija fil-paragrafu 2 għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar dik is-sejba b'informazzjoni suffiċjenti biex tiġġustifika t-tnedija tal-konsultazzjonijiet, inkluż sommarju tal-fatti essenzjali relatati mas-subparagrafi 2(a) u (b), u tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra fil-Kumitat dwar il-Kummerċ f'Merkanzija bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet u jintlaħaq qbil fuq il-kriterji tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan il-Ftehim u tal-leġislazzjoni doganali rilevanti.

5.   Il-Parti li għamlet is-sejba msemmija fil-paragrafu 2 għandha, qabel ma tittieħed deċiżjoni finali, tinforma lill-partijiet interessati kollha dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika sospensjoni temporanja, u għandha tiżgura li dawn ikollhom l-opportunità sħiħa li jiddefendu l-interessi tagħhom. Sospensjoni temporanja m'għandhiex tiġi applikata għall-partijiet interessati, dment li dawn ikunu wrew b'mod oġġettiv u sodisfaċenti lill-Parti li tkun għamlet is-sejba li huma mhumiex involuti fil-ksur sistematiku msemmi fis-subparagrafu 2(a).

6.   Wara l-proċessi msemmija fil-paragrafi 4 u 5, jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu fuq soluzzjoni aċċettabbli fi żmien sitt xhur min-notifika, il-Parti li għamlet is-sejba tista' tiddeċiedi li tissospendi b'mod temporanju it-trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim għall-oġġetti kkonċernati, filwaqt li jqisu kif xieraq l-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 3. Sospensjoni temporanja għandha tkun innotifikata lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien bla bżonn.

7.   Sospensjoni temporanja għandha tiġi applikata biss għall-perijodu neċessarju biex jiġi miġġieled il-ksur u għal mhux aktar minn sitt xhur. Jekk Parti tagħmel sejba li l-kundizzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni inizjali jkunu għadhom qed jippersistu mal-iskadenza tas-sospensjoni temporanja, dik il-Parti tista' tiddeċiedi li ġġedded is-sospensjoni temporanja, wara li tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar tali sejba b'biżżejjed informazzjoni biex tiġġustifika t-tiġdid. Kwalunkwe sospensjoni temporanja għandha tiġi tterminata f'data li ma taħbatx wara sentejn mis-sospensjoni inizjali sakemm ma jkunx intwera lill-Kumitat dwar il-Kummerċ f'Merkanzija li l-kundizzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni inizjali għadhom jippersistu fl-iskadenza tal-perijodu ta' kull tiġdid.

8.   Is-sospensjonijiet temporanji applikati għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet perjodiċi fil-Kumitat dwar il-Kummerċ f'Merkanzija.

9.   Il-Parti li għamlet is-sejba msemmija fil-paragrafu 2 jew 7 għandha tippubblika, f'konformità mal-proċeduri interni tagħha, avviżi lill-importaturi dwar kwalunkwe notifika u deċiżjoni li tikkonċerna s-sospensjonijiet temporanji msemmija fil-paragrafi 4 sa 7.

10.   Sospensjoni temporanja m'għandhiex tapplika għal negozjanti li mhumiex in-negozjanti msemmija fil-paragrafu 3 u l-partijiet interessati msemmija fil-paragrafu 5, dment li dawn ikunu wrew b'mod oġġettiv u sodisfaċenti lill-Parti li tkun għamlet is-sejba msemmija fil-paragrafu 2 jew 7 li huma mhumiex involuti fil-ksur sistematiku msemmi fis-subparagrafu 2(a).

11.   Għal ċertezza akbar, xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jiġi interpretat bħala prevenzjoni tan-negozjanti jew tal-partijiet interessati milli jitolbu kumpens għal dannu mġarrab b'mod illegali minħabba l-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, kontra l-Parti li tkun għamlet is-sejba msemmija fil-paragrafu 2 jew 7, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha.

ARTIKOLU 2.34

Il-Kumitat dwar il-Kummerċ f'Merkanzija

1.   Il-Kumitat dwar il-Kummerċ f'Merkanzija mwaqqaf skont l-Artikolu 22.3 (minn hawn 'il quddiem f'dan l-Artikolu msejjaħ il-“Kumitat”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim effettivi ta' dan il-Kapitolu.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jirrieżamina u jissorvelja l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu;

(b)

jirrapporta s-sejbiet tal-Kumitat lill-Kumitat Konġunt; u

(c)

iwettqu funzjonijiet oħra kif jista' jiġi ddelegat mill-Kumitat Konġunt skont is-subparagrafu 5(b) tal-Artikolu 22.1.

3.   Il-Kumitat għandu jorganizza laqgħat f'tali żminijiet u postijiet, jew b'tali mezzi, kif jistgħu jiftiehmu r-rappreżentanti tal-Partijiet.

ARTIKOLU 2.35

Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid

1.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid imwaqqaf skont l-Artikolu 22.4 għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim effettivi tat-Taqsima C u tal-Anness 2-E.

2.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jadotta l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.28;

(b)

jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.25 sa 2.29, li tinkludi r-rieżami u l-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 2.29; u

(c)

jikkunsidra l-emendi tal-Anness 2-E u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt rigward l-adozzjoni ta' deċiżjoni fir-rigward ta' dawk l-emendi.

3.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu jorganizza l-ewwel laqgħa tiegħu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

KAPITOLU 3

REGOLI TAL-ORIĠINI U PROĊEDURI TAL-ORIĠINI

TAQSIMA A

Regoli tal-oriġini

ARTIKOLU 3.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“akkwakultura” tfisser it-trobbija ta' organiżmi akkwatiċi, li jinkludu l-ħut, il-molluski, il-krustaċji, invertebrati akkwatiċi oħra u pjanti akkwatiċi oħra mill-materjal ta' propagazzjoni bħal bajd, qixx, ħut li għadu ma kibirx, larva, flieles ta' salamuna, salamun żgħir jew ħut immatur ieħor fi stadju postlarvali b'intervent fil-proċessi ta' trobbija jew ta' tkabbir biex tittejjeb il-produzzjoni bħall-istokkjar regolari, it-tagħlif jew il-protezzjoni kontra l-predaturi;

(b)

“konsenja” tfisser prodotti li jew huma mibgħuta fl-istess ħin minn esportatur wieħed għal destinatarju wieħed jew ikunu koperti minn dokument tat-trasport wieħed li jkopri l-ġarr tagħhom mill-esportatur għall-konsenjatarju jew, fin-nuqqas ta' dokument bħal dan, minn fattura waħda;

(c)

“esportatur” tfisser persuna, li tinsab f'Parti, li, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti ta' dik il-Parti, tesporta jew tipproduċi l-prodott oriġinarju u tagħmel dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(d)

“importatur” tfisser persuna li timporta l-prodott oriġinarju u titlob trattament tariffarju preferenzjali għalih;

(e)

“materjal” tfisser kwalunkwe materja jew sustanza użata fil-produzzjoni ta' prodott, li jinkludi kwalunkwe komponent, ingredjent, materja prima jew parti;

(f)

“materjal mhux oriġinarju” tfisser materjal li ma jikkwalifikax bħala oriġinarju skont dan il-Kapitolu, li jinkludi materjal li l-istatus oriġinarju tiegħu ma jistax jiġi ddeterminat;

(g)

“trattament tariffarju preferenzjali” tfisser ir-rata ta' dazji doganali applikabbli għal oġġett oriġinarju f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.8;

(h)

“prodott” tfisser kwalunkwe materjal jew sustanza li jirriżultaw minn produzzjoni, anke jekk maħsub għall-użu bħala materjal fil-produzzjoni ta' prodott ieħor, u għandu jinftiehem bħala oġġett imsemmi fil-Kapitolu 2; u

(i)

“produzzjoni” tfisser kwalunkwe tip ta' xogħol jew ta' pproċessar li jinkludi l-assemblaġġ.

ARTIKOLU 3.2

Rekwiżiti għall-prodotti oriġinarji

1.   Għall-fini tal-applikazzjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali minn Parti għal oġġett oriġinarju tal-Parti l-oħra f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.8, il-prodotti li ġejjin, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha ta' dan il-Kapitolu, għandhom jitqiesu li joriġinaw fil-Parti l-oħra:

(a)

prodotti miksuba jew immanifatturati fis-sħuħija tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 3.3;

(b)

prodotti mmanifatturati b'mod esklużiv minn materjali li joriġinaw f'dik il-Parti; jew

(c)

prodotti mmanifatturati bl-użu ta' materjali mhux oriġinarji dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli kollha tal-Anness 3-B.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' Parti ma jinkludix il-baħar, qiegħ il-baħar u s-sottoswol lil hinn mill-baħar territorjali tagħha.

3.   Jekk prodott ikun kiseb l-istatus oriġinarju, il-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni tal-prodott m'għandhomx jitqiesu bħala mhux oriġinarji meta dak il-prodott jiġi inkorporat bħala materjal fi prodott ieħor.

4.   Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu relatati mal-akkwist tal-istatus tal-oriġini għandhom jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni f'Parti.

ARTIKOLU 3.3

Prodotti miksuba għalkollox

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3.2, prodott jinkiseb għalkollox f'Parti jekk hu:

(a)

pjanta jew prodott tal-pjanti, imkabbra, ikkultivati, maħsuda, maqtugħa jew miġbura hemm;

(b)

annimal ħaj imwieled u mrobbi hemm;

(c)

prodott miksub minn annimal ħaj imrobbi hemm;

(d)

prodott miksub minn annimal imbiċċer imwieled u mrobbi hemm;

(e)

annimal miksub bil-kaċċa, bl-insib, bis-sajd, bil-ġbir jew bil-qbid hemm;

(f)

prodott miksub mill-akkwakultura hemm;

(g)

mineral jew sustanza oħra li tinstab naturalment, mhux inklużi fis-subparagrafi (a) sa (f), estratti jew meħuda hemm;

(h)

ħut, frott tal-baħar bil-qoxra jew ħajja marina oħra meħuda minn bastiment ta' Parti mill-baħar, minn qiegħ il-baħar jew mis-sottoswol lil hinn mill-baħar territorjali ta' kull Parti u, f'konformità mad-dritt internazzjonali, lil hinn mill-baħar territorjali ta' pajjiżi terzi;

(i)

prodott immanifatturat b'mod esklużiv minn prodotti msemmija fis-subparagrafu (h) abbord bastiment fabbrika ta' Parti lil hinn mill-baħar territorjali ta' kull Parti u, f'konformità mad-dritt internazzjonali, lil hinn mill-baħar territorjali ta' pajjiżi terzi;

(j)

prodott għajr ħut, frott tal-baħar bil-qoxra u ħajja marina oħra meħuda minn Parti jew minn persuna ta' Parti minn qiegħ il-baħar jew mis-sottoswol lil hinn mill-baħar territorjali ta' kull Parti, u lil hinn minn żoni li fuqhom pajjiżi terzi jeżerċitaw ġurisdizzjoni dment li dik il-Parti jew il-persuna ta' dik il-Parti jkollha d-dritt li tuża dak il-qiegħ il-baħar jew is-sottoswol f'konformità mad-dritt internazzjonali;

(k)

prodott li hu:

(i)

skart jew ruttam minn produzzjoni hemm; jew

(ii)

skart jew ruttam miksub minn prodotti użati miġbura hemm, dment li dawk il-prodotti jkunu xierqa biss għall-irkupru tal-materja prima; jew

(l)

prodott immanifatturat hemm, b'mod esklużiv minn prodotti msemmija fis-subparagrafi (a) sa (k) jew mid-derivattivi tagħhom.

2.   “Bastiment ta' Parti” fis-subparagrafu 1(h) jew “bastiment fabbrika ta' Parti” fis-subparagrafu 1(i) tfisser, rispettivament, bastiment jew bastiment fabbrika li:

(a)

hu rreġistrat fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fil-Ġappun;

(b)

itajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ġappun; u

(c)

jissodisfa tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

hu tal-anqas 50 fil-mija proprjetà ta' persuna fiżika waħda jew aktar ta' Parti; jew

(ii)

hu proprjetà ta' persuna ġuridika waħda jew aktar (9):

(A)

li għandha/għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħha/tagħhom u l-post tan-negozju ewlieni tagħha/tagħhom f'Parti; u

(B)

li fihom tal-anqas 50 fil-mija tas-sjieda tappartjeni għal persuni fiżiċi jew għal persuni ġuridiċi ta' Parti.

ARTIKOLU 3.4

Operazzjonijiet ta' pproċessar jew ta' ħidma insuffiċjenti

1.   Minkejja s-subparagrafu 1(c) tal-Artikolu 3.2, prodott m'għandux jitqies bħala oriġinarju minn Parti jekk waħda jew aktar biss mill-operazzjonijiet li ġejjin jitwettqu fuq materjali mhux oriġinarji fil-produzzjoni tal-prodott f'dik il-Parti:

(a)

operazzjonijiet ta' preservazzjoni bħat-tnixxif, l-iffriżar, iż-żamma f'salmura u operazzjonijiet simili oħra li għandhom l-iskop uniku li jiżguraw li l-prodott jibqa' f'kundizzjoni tajba matul it-trasport u l-ħżin;

(b)

tibdiliet fl-imballaġġ;

(c)

ftuħ jew assemblaġġ ta' pakketti;

(d)

ħasil, tindif jew tneħħija ta' trab, ta' ossidu, ta' żejt, ta' żebgħa jew ta' kisi ieħor;

(e)

mogħdija jew pressa tat-tessuti u ta' oġġetti tessili;

(f)

operazzjonijiet sempliċi ta' żebgħa u ta' lostru;

(g)

tneħħija tal-ħliefa, ibbliċjar parzjali jew totali, ippolixjar jew iggleżjar ta' ċereali u ta' ross;

(h)

operazzjonijiet biex jingħata l-kulur jew it-togħma liz-zokkor jew biex jiġu ffurmati zokkriet; tħin parzjali jew totali taz-zokkor f'forma solida;

(i)

tqaxxir, tneħħija tal-għadma jew tfesdiq ta' frott, ta' ġewż jew ta' ħaxix;

(j)

tisnin, tidħin sempliċi jew qtugħ sempliċi;

(k)

tnaqqija, tgħarbil, għażla, klassifikar, tqassim skont id-daqs jew tqabbil, fosthom il-kompożizzjoni ta' settijiet ta' oġġetti;

(l)

tqegħid sempliċi fi fliexken, f'laned, fi flasks, f'boroż, f'bagalji jew f'kaxxi, twaħħil sempliċi fuq kartun jew twavel u l-proċessi sempliċi l-oħra kollha ta' ppakkjar;

(m)

twaħħil jew stampar ta' marki, ta' tikketti, ta' logos u ta' oħrajn bħal sinjali distintivi fuq il-prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom;

(n)

taħlit sempliċi ta' prodotti (10), kemm ta' tipi differenti u anki le;

(o)

żieda sempliċi ta' ilma, dilwizzjoni, deidradazzjoni jew denaturazzjoni (11) tal-prodotti;

(p)

ġbir sempliċi jew numru ta' partijiet li jikkostitwixxu l-oġġett komplut jew mitmum, jew oġġett li jista' jkun ikklassifikat bħala komplut jew mitmum skont ir-Regola 2(a) tar-Regoli Ġenerali ta' Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata; żarmar tal-prodotti f'partijiet; jew

(q)

tbiċċir ta' annimali.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operazzjonijiet għandhom jitqiesu sempliċi jekk ma jkunu meħtieġa la ħiliet speċjali u lanqas makkinarji, apparati jew tagħmir immanifatturati jew installati speċjalment għat-twettiq ta' dawn l-operazzjonijiet.

ARTIKOLU 3.5

Akkumulazzjoni

1.   Prodott li jikkwalifika bħala oriġinarju f'Parti għandu jitqies li hu oriġinarju fil-Parti l-oħra jekk jintuża bħala materjal fil-produzzjoni ta' prodott ieħor fil-Parti l-oħra.

2.   Il-produzzjoni mwettqa f'Parti fuq materjal mhux oriġinarju tista' tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-fini ta' determinazzjoni ta' jekk prodott huwiex oriġinarju fil-Parti l-oħra.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx jekk il-produzzjoni mwettqa fil-Parti l-oħra ma tmurx lil hinn operazzjoni waħda jew aktar minn fost dawk imsemmija fis-subparagrafi 1(a) sa (q) tal-Artikolu 3.4.

4.   Biex esportatur ilesti d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini msemmija fis-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 3.16 għal prodott imsemmi fil-paragrafu 2, l-esportatur għandu jikseb mingħand il-fornitur tiegħu l-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness 3-C.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tapplika għal konsenja waħda jew għal diversi konsenji għall-istess materjal li jiġi fornit fi ħdan perijodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar mid-data li fiha ġiet ipprovduta l-informazzjoni.

ARTIKOLU 3.6

Tolleranzi

1.   Jekk materjal mhux oriġinarju użat fil-produzzjoni ta' prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 3-B, il-prodott għandu jitqies bħala oriġinarju f'Parti, dment li:

(a)

għal prodott ikklassifikat taħt Kapitli 1 sa 49 jew il-Kapitoli 64 sa 97 tas-Sistema Armonizzata (12), il-valur ta' dawk il-materjali mhux oriġinarji ma jaqbiżx l-10 fil-mija jew abbord mingħajr ħlas tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott;

(b)

għal prodott ikklassifikat taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, it-tolleranzi japplikaw kif stipulat fin-Noti 6 sa 8 tal-Anness 3-A.

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk il-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni ta' prodott jaqbeż kwalunkwe wieħed mill-perċentwali għall-valur massimu tal-materjali mhux oriġinarji kif speċifikat fir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 3-B.

3.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-prodotti miksuba għalkollox f'Parti skont it-tifsira tal-Artikolu 3.3. Jekk l-Anness 3-B jeħtieġ li l-materjali użati fil-produzzjoni ta' prodott ikunu miksuba għalkollox, japplikaw il-paragrafi 1 u 2.

ARTIKOLU 3.7

Unità ta' kwalifika

1.   Meta l-prodott ikun qed jiġi kklassifikat taħt is-Sistema Armonizzata, l-unità ta' kwalifika għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandha tkun il-prodott partikolari li hu meqjus bħala l-unità bażika.

2.   Meta konsenja tkun tikkonsisti f'għadd ta' prodotti identiċi klassifikati taħt l-istess intestatura tas-Sistema Armonizzata, kull prodott għandu jitqies b'mod individwali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 3.8

Segregazzjoni kontabilistika

1.   Materjali funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji għandhom jiġu ssegretati fiżikament matul il-ħżin biex jinżamm l-istatus oriġinarju tagħhom.

2.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, “materjali funġibbli” tfisser materjali li huma tal-istess tip u kwalità kummerċjali, bl-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, u li ladarba jiġu inkorporati fil-prodott lest ma jistgħux jintgħarfu minn xulxin.

3.   Minkejja dak li hemm fil-paragrafu 1, materjali funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' prodott mingħajr ma jiġu segregati fiżikament matul il-ħażna sakemm jintuża l-metodu ta' segregazzjoni tal-kontabilità.

4.   Il-metodu ta' segregazzjoni kontabilistika msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi applikat f'konformità ma' metodu ta' ġestjoni tal-inventarju skont il-prinċipji kontabilistiċi li jiġu ġeneralment aċċettati fil-Parti.

5.   Parti tista' titlob, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha, li l-użu ta' metodu ta' segregazzjoni kontabilistika hu soġġett għall-għoti ta' awtorizzazzjoni preliminari mill-awtorità doganali ta' dik il-Parti. L-awtorità doganali tal-Parti għandha tissorvelja l-użu tal-awtorizzazzjoni u tista' tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur jagħmel użu mhux xieraq tal-metodu ta' segregazzjoni kontabilistika jew jonqos milli jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

6.   Il-metodu ta' segregazzjoni kontabilistika għandu jkun kwalunkwe metodu li jiżgura li fi kwalunkwe waqt ma jingħatax status ta' oriġinarji lil aktar materjali milli jkun il-każ li kieku l-materjali ġew issegregati fiżikament.

ARTIKOLU 3.9

Settijiet

Sett, ikklassifikati skont l-Artikoli 3(b) u (ċ) tar-Regoli Ġenerali ta' Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f'Parti meta l-komponenti kollha tagħha joriġinaw skont dan il-Kapitolu. Meta sett huwa kompost minn komponenti oriġinarji u mhux oriġinarji, għandhom b'mod ġenerali jiġu kkunsidrati bħala li joriġinaw f'Parti, sakemm il-valur ta' komponenti mhux oriġinarji ma jaqbiżx il-15 fil-mija tal-prezz mill-fabbrika jew free on board tas-sett.

ARTIKOLU 3.10

Nonalterazzjoni

1.   Wara l-esportazzjoni u qabel ma jiġi ddikjarat għal użu domestiku, prodott oriġinarju iddikjarat għal użu domestiku fil-Parti importatriċi ma jistax ikun ġie alterat, ittrasformat b'xi mod jew ġie soġġett għal operazzjonijiet għajr dawk ta' preservazzjoni f'kundizzjoni tajba jew ta' żieda jew ta' twaħħil ta' marki, ta' tikketti, ta' siġilli jew ta' kwalunkwe dokumentazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżiti domestiċi speċifiċi tal-Parti importatriċi.

2.   Il-ħżin jew il-wiri ta' prodott jista' jseħħ f'pajjiż terz dment li dan jibqa' taħt superviżjoni doganali f'dak il-pajjiż terz.

3.   Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima B, il-qsim tal-konsenji jista' jseħħ f'pajjiż terz jekk isir mill-esportatur jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu u dment li dawn il-konsenji jibqgħu taħt is-superviżjoni doganali f'dak il-pajjiż terz.

4.   F'każ ta' dubju dwar jekk humiex irrispettati r-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 1 sa 3, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' titlob lill-importatur jipprovdi evidenza ta' konformità, li tista' tingħata bi kwalunkwe mezz, inklużi dokumenti tat-trasport kuntrattwali bħal poloz ta' kargu jew evidenza fattwali jew konkreta bbażata fuq il-kummerċjalizzazzjoni jew l-enumerazzjoni tal-pakketti jew ta' kwalunkwe evidenza relatata mal-prodott innifsu.

ARTIKOLU 3.11

Prodotti li jirritornaw

Jekk prodott oriġinarju ta' Parti esportat minn dik il-Parti lil pajjiż terz jirritorna għand dik il-Parti, dan għandu jitqies bħala mhux oriġinarju sakemm ma jkunx jista' jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali ta' dik il-Parti li l-prodott li jirritorna:

(a)

ikun l-istess bħal dak esportat; u

(b)

ma saritlux xi operazzjoni lil hinn minn dik li hi meħtieġa biex jinżamm f'kundizzjoni tajba waqt li kien f'dak il-pajjiż jew waqt li kien qed jiġi esportat.

ARTIKOLU 3.12

Aċċessorji, parts tal-bdil, għodod u materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra

1.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, aċċessorji, parts tal-bdil, għodod u materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra huma koperti jekk:

(a)

l-aċċessorji, il-parts tal-bdil, l-għodod u l-materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra huma kklassifikati u kkonsenjati mal-prodott, iżda mhumiex imniżżla fuq fattura separata minnu; u

(b)

it-tipi, il-kwantitajiet u l-valur tal-aċċessorji, tal-parts tal-bdil, tal-għodod u tal-materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra huma konswetudinarji għal dak il-prodott.

2.   Fid-determinazzjoni ta' jekk prodott huwiex miksub għalkollox, jew jissodisfax proċess tal-produzzjoni jew tibdil fir-rekwiżit ta' klassifikazzjoni tariffarja kif stipulat fl-Anness 3-B, l-aċċessorji, il-parts tal-bdil, l-għodod u l-materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra għandhom jiġu injorati.

3.   Fid-determinazzjoni ta' jekk prodott jissodisfax rekwiżit tal-valur stabbilit fl-Anness 3-B, il-valur tal-aċċessorji, tal-parts tal-bdil, tal-għodod u ta' materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra għandu jiġi kkunsidrat bħala materjali oriġinarji jew mhux oriġinarji, skont kif ikun il-każ, fil-kalkolu għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-valur għall-prodott.

4.   L-aċċessorji, il-parts tal-bdil, l-għodod u l-materjali struzzjonali jew ta' informazzjoni oħra ta' prodott għandu jkollhom status oriġinarju tal-prodott li huma kkonsenjati miegħu.

ARTIKOLU 3.13

Elementi newtrali

Biex jiġi ddeterminat jekk prodott joriġinax minn Parti, m'għandux ikun hemm bżonn li jiġi ddeterminat l-istatus oriġinarju tal-elementi li ġejjin:

(a)

fjuwil, enerġija, katalisti u solventi;

(b)

tagħmir, apparati u provvisti użati għat-testijiet jew għall-ispezzjoni tal-prodott;

(c)

ingwanti, nuċċalijiet, żraben, ilbies, tagħmir u provvisti tas-sikurezza;

(d)

magni, għodod, ċipep u forom;

(e)

parts tal-bdil u materjali użati fil-manutenzjoni ta' tagħmir u ta' bini;

(f)

lubrikanti, griż, materjali għall-kompostar u materjali oħra użati fil-produzzjoni jew użati biex jitħaddmu tagħmir u binjiet; u

(g)

kwalunkwe materjal ieħor li mhuwiex inkorporat fil-prodott iżda li l-użu tiegħu fil-produzzjoni tal-prodott jista' jintwera b'mod raġonevoli li hu parti minn dik il-produzzjoni.

ARTIKOLU 3.14

Materjali tal-ippakkjar u kontejners għall-vjeġġi

Il-materjali tal-ippakkjar u l-kontejners għall-vjeġġi li jintużaw biex jiġi protett prodott matul it-trasportazzjoni għandhom jiġu injorati meta jiġi ddeterminat l-istatus oriġinarju ta' prodott.

ARTIKOLU 3.15

Materjali tal-ippakkjar u kontejners għall-bejgħ bl-imnut

1.   Il-materjali tal-ippakkjar u l-kontejners li fihom prodott jiġi mballat għall-bejgħ bl-imnut, jekk ikklassifikati mal-prodott, għandhom jiġu injorati fid-determinazzjoni ta' jekk il-materjali mhux oriġinarji kollha użati fil-produzzjoni tal-prodott ikunux ġew soġġetti għat-tibdil applikabbli fil-klassifikazzjoni tariffarja jew għal proċess tal-produzzjoni stabbilit fl-Anness 3-B jew jekk il-prodott huwiex miksub għalkollox.

2.   Jekk prodott hu soġġett għal rekwiżit tal-valur stabbilit fl-Anness 3-B, il-valur tal-materjali tal-imballaġġ u l-kontejners li fihom jiġi mballat il-prodott għall-bejgħ bl-imnut, jekk ikklassifikati mal-prodott, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni bħala oriġinarju jew mhux oriġinarju, skont il-każ, fil-kalkolu għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-valur għall-prodott.

TAQSIMA B

Proċeduri tal-oriġini

ARTIKOLU 3.16

Talba għal trattament tariffarju preferenzjali

1.   Il-Parti importatriċi għandhom, mal-importazzjoni, jagħtu trattament tariffarju preferenzjali lil prodott oriġinarju fil-Parti l-oħra fuq il-bażi ta' talba mill-importatur għat-trattament tariffarju preferenzjali. L-importatur għandu jkun responsabbli għall-korrettezza tat-talba għal trattament tariffarju preferenzjali u għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

2.   Talba għal trattament tariffarju preferenzjali għandha tkun ibbażata fuq:

(a)

dikjarazzjoni dwar l-oriġini li l-prodott hu oriġinarju magħmula mill-esportatur; jew

(b)

l-għarfien tal-importatur li l-prodott hu oriġinarju.

3.   Talba għal trattament tariffarju preferenzjali u l-bażi ta' dan kif imsemmi fis-subparagrafu 2(a) jew (b) għandhom ikunu inklużi fid-dikjarazzjoni doganali dwar l-importazzjoni f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti importatriċi. L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' titlob lill-importatur biex jipprovdi spjegazzjoni, sa fejn l-importatur jista' jipprovdi tali spjegazzjoni, bħala parti mid-dikjarazzjoni doganali dwar l-importazzjoni jew flimkien ma' din, ta' kif il-prodott jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

4.   L-importatur li jagħmel talba għal trattament tariffarju preferenzjali bbażat fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini msemmija fis-subparagrafu 2(a) għandu jżomm id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u, meta jkun meħtieġ mill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi, jipprovdi kopja ta' din lil dik l-awtorità.

5.   Il-paragrafi 2 sa 4 ma japplikawx f'każijiet speċifikati fl-Artikolu 3.20.

ARTIKOLU 3.17

Dikjarazzjoni dwar l-oriġini

1.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' ssir minn esportatur ta' prodott fuq il-bażi tal-informazzjoni li turi li l-prodott hu oriġinarju, filwaqt li dan jinkludi informazzjoni dwar l-istatus oriġinarju tal-materjali użati fil-produzzjoni tal-prodott. L-esportatur hu responsabbli għall-korrettezza tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u tal-informazzjoni pprovduta.

2.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha ssir billi tintuża waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tat-test stabbiliti fl-Anness 3-D fuq fattura jew fuq kwalunkwe dokument kummerċjali li jiddeskrivi l-prodott oriġinarju f'biżżejjed dettall biex ikun jista' jiġi identifikat. Il-Parti importatriċi m'għandhiex teħtieġ li l-importatur jissottometti traduzzjoni tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini.

3.   L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi m'għandhiex tirrifjuta talba għal trattament tariffarju preferenzjali minħabba żbalji jew diskrepanzi minuri fid-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew biss minħabba l-fatt li fattura nħarġet f'pajjiż terz.

4.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal 12-il xahar mid-data ta' meta tkun saret.

5.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' tapplika għal:

(a)

vjeġġ wieħed ta' prodott wieħed jew aktar importat f'Parti; jew

(b)

diversi vjeġġi tal-istess prodotti importati f'Parti fi ħdan kwalunkwe perijodu speċifikat fid-dikjarazzjoni dwar l-oriġini li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

6.   Jekk, fuq talba tal-importatur, prodotti żarmati jew mhux armati skont it-tifsira tar-Regola 2(a) tar-Regoli Ġenerali ta' Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu fi ħdan it-Taqsimiet XV sa XXI tas-Sistema Armonizzata huma importati bin-nifs, dikjarazzjoni dwar l-oriġini waħda għal prodotti bħal dawn jistgħu jintużaw skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità doganali tal-Parti li timporta.

ARTIKOLU 3.18

Għarfien tal-importatur

L-għarfien tal-importatur li prodott joriġina mill-Parti esportatriċi għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li turi li l-prodott hu oriġinarju u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 3.19

Rekwiżiti ta' żamma tar-rekords

1.   Importatur li jagħmel talba għal trattament tariffarju preferenzjali għal prodott importat fil-Parti importatriċi għandu, għal tal-anqas tliet snin mid-data ta' importazzjoni tal-prodott, iżomm:

(a)

jekk it-talba kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini maħruġa mill-esportatur; jew

(b)

jekk it-talba kienet ibbażata fuq l-għarfien tal-importatur, ir-rekords kollha li juru li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti biex jinkiseb status oriġinarju.

2.   Esportatur li ħareġ dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandu, għal tal-anqas erba' snin mindu jagħmel dik id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini, iżomm kopja tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u tar-rekords l-oħra kollha li juru li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti biex jinkiseb status oriġinarju.

3.   Ir-rekords li għandhom jinżammu skont dan l-Artikolu jistgħu jinżammu f'format elettroniku.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 ma japplikawx f'każijiet speċifikati fl-Artikolu 3.20.

ARTIKOLU 3.20

Kunsinni żgħar u rinunzji

1.   Prodotti mibgħuta bħala pakketti żgħar minn persuni privati lil persuni privati jew li jagħmlu parti mill-bagalji personali ta' vjaġġaturi għandhom jiġu ammessi bħala prodotti oriġinarji sakemm prodotti bħal dawn ma jkunux importati bi skop kummerċjali (13), ġew iddikjarati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu u jekk ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità ta' dikjarazzjoni bħal din.

2.   Dment li l-importazzjoni ma tkunx tagħmel parti mill-importazzjonijiet li jistgħu raġonevolment jitqiesu li jkunu saru b'mod separat għall-fini ta' evitar tar-rekwiżit għal dikjarazzjoni dwar l-oriġini, il-valur totali tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux jaqbeż:

(a)

għall-Unjoni Ewropea, il-500 euro fil-każ ta' pakketti żgħar jew l-1,200 euro fil-każ ta' prodotti li jkunu parti minn valiġġja personali ta' vjaġġatur. L-ammonti li għandhom jintużaw fi kwalunkwe munita oħra ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ekwivalenti f'dik il-munita għall-ammonti f'euro hekk kif kienu fl-ewwel ġurnata tax-xogħol ta' Ottubru ta' kull sena. L-ammonti għandhom jiġu ppubblikati għal dakinhar mill-Bank Ċentrali Ewropew, sakemm ma jiġix ikkomunikat ammont differenti lill-Kummissjoni Ewropea sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena, u għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Ġappun dwar l-ammonti rilevanti.

(b)

għall-Ġappun, 100,000 yen jew tali ammont li l-Ġappun jista' jistabbilixxi.

3.   Kull Parti tista' tipprovdi li l-bażi għat-talba kif imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.16 m'għandhiex tkun meħtieġa għall-importazzjoni ta' prodott li għalih il-Parti importatriċi rrinunzjat ir-rekwiżiti.

ARTIKOLU 3.21

Verifika

1.   Għall-finijiet ta' verifika ta' jekk prodott importat f'Parti huwiex oriġinarju fil-Parti l-oħra jew jekk ir-rekwiżiti l-oħra ta' dan il-Kapitolu humiex issodisfati, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' tagħmel verifika fuq il-bażi tal-metodi ta' valutazzjoni tar-riskju, li jistgħu jinkludu għażla aleatorja, permezz ta' talba għal informazzjoni mingħand l-importatur li għamel it-talba msemmija fl-Artikolu 3.16. L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' tagħmel verifika jew fil-mument tad-dikjarazzjoni doganali dwar l-importazzjoni, qabel ir-rilaxx tal-prodotti, jew inkella wara r-rilaxx tal-prodotti.

2.   L-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1 m'għandhiex tkopri aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)

jekk dikjarazzjoni dwar l-oriġini kienet il-bażi tat-talba msemmija fis-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 3.16, dik id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(b)

in numru ta' klassifikazzjoni tariffarja tal-prodott skont is-Sistema Armonizzata u l-oriġini l-kriterji użati;

(c)

deskrizzjoni qasira tal-proċessi tal-produzzjoni;

(d)

jekk il-kriterju tal-oriġini kien ibbażat fuq proċess tal-produzzjoni speċifiku, deskrizzjoni speċifika ta' dak il-proċess;

(e)

jekk applikabbli, deskrizzjoni tal-materjali orġinarji u mhux oriġinarji użati fil-proċess tal-produzzjoni;

(f)

jekk il-kriterju tal-oriġini kien “miksub għalkollox”, il-kategorija applikabbli (bħall-ħsad, l-estrazzjoni, is-sajd u l-post tal-produzzjoni);

(g)

jekk il-kriterju tal-oriġini kien ibbażat fuq valur ta' metodu, il-valur tal-prodott kif ukoll il-valur tal-materjali kollha mhux oriġinarju jew, kif xieraq biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżit tal-valur, materjali ta' oriġini li jintużaw fil-produzzjoni;

(h)

jekk il-kriterju tal-oriġini kien ibbażat fuq il-piż, il-piż tal-prodott kif ukoll il-piż mhux oriġinarju rilevanti jew, kif xieraq biex tiġi stabbilita konformità nar-rekwiżit tal-piż, materjali oriġinarju użati fil-prodott;

(i)

jekk il-kriterju tal-oriġini kien ibbażat fuq tibdil fil-klassifikazzjoni tariffarja, lista tal-materjali mhux oriġinarji kollha inkluż in-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħhom taħt is-Sistema Armonizzata (f'format ta' żewġ, erba' jew sitt figuri skont il-kriterji tal-oriġini); jew

(j)

l-informazzjoni relatata mal-konformità mad-dispożizzjoni dwar in-nonalterazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.10.

3.   Meta jipprovdi l-informazzjoni mitluba, l-importatur jista' jżid kwalunkwe informazzjoni oħra li hu jqis li hi rilevanti għall-fini ta' verifika.

4.   Jekk it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini msemmija fis-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 3.16, l-importatur għandu jinforma lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi meta l-informazzjoni mitluba tkun tista' tiġi pprovduta bis-sħiħ jew b'rabta ma' element ta' data wieħed jew aktar direttament mill-esportatur.

5.   Jekk it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali kienet ibbażata fuq l-għarfien tal-importatur imsemmi fis-subparagrafu 2(b) tal-Artikolu 3.16, wara li l-ewwel ikun talab l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li tagħmel il-verifika tista' titlob l-informazzjoni mingħand l-importatur jekk dik l-awtorità doganali tqis li l-informazzjoni addizzjonali hi meħtieġa biex tivverifika l-istatus oriġinarju tal-prodott. L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' titlob dokumentazzjoni u informazzjoni speċifiċi mingħand l-importatur, jekk xieraq.

6.   Jekk l-awtorità doganali tal-Parti li timporta tiddeċiedi li tissospendi l-għoti tat-trattament tariffarju preferenzjali lill-prodott ikkonċernat waqt li tistenna r-riżultati tal-verifika, din għandha toffri li tirrilaxxa l-prodott lill-importatur soġġetta għal miżuri xierqa ta' prekawzjoni li jinkludu l-garanziji. Kwalunkwe sospensjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali għandha tiġi mitmuma malajr kemm jista' jkun wara li jiġi żgurat l-istatus tal-oriġini tal-prodott ikkonċernat jew l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħra ta' dan il-Kapitolu mill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi.

ARTIKOLU 3.22

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   Biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandhom jikkooperaw, permezz tal-awtorità doganali ta' kull Parti, fil-verifika ta' jekk prodott huwiex oriġinarju u konformi mar-rekwiżiti l-oħra previsti f'dan il-Kapitolu.

2.   Jekk it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini msemmija fis-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 3.16, wara li l-ewwel tkun talbet l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.21, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li tagħmel il-verifika tista' titlob ukoll informazzjoni mingħand l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi fi żmien perijodu ta' sentejn wara l-importazzjoni tal-prodotti jekk l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li tagħmel il-verifika tqis li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali biex jiġi vverifikat l-istatus oriġinarju tal-prodott. It-talba għal informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(b)

l-identità tal-awtorità doganali li qiegħda toħroġ it-talba;

(c)

l-isem tal-esportatur;

(d)

is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika; u

(e)

jekk applikabbli, kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

Minbarra din l-informazzjoni, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' titlob lill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi għal dokumentazzjoni u għal informazzjoni speċifiċi, fejn xieraq.

3.   F'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tista' titlob dokumentazzjoni jew eżaminazzjoni billi ssejjaħ għal kwalunkwe evidenza jew billi żżur il-bini tal-esportatur biex tirrieżamina r-rekords u tosserva l-faċilitajiet użati fil-produzzjoni tal-prodott.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha tipprovdi lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dokumentazzjoni mitluba, fejn disponibbli;

(b)

opinjoni dwar l-istatus tal-oriġini tal-prodott;

(c)

id-deskrizzjoni tal-prodott soġġett għall-eżaminazzjoni u l-klassifikazzjoni tariffarja rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu;

(d)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni li jkun biżżejjed biex isostni l-istatus oriġinarju tal-prodott;

(e)

informazzjoni dwar il-mod kif saret l-eżaminazzjoni; u

(f)

dokumentazzjoni ta' sostenn, jekk xierqa.

5.   L-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi m'għandhiex tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi jekk dik l-informazzjoni titqies kunfidenzjali mill-esportatur.

6.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar id-dettalji ta' kuntatt, li jinkludu l-indirizzi postali u tal-posta elettronika, u n-numri tat-telefown u tal-facsimile tal-awtoritajiet doganali u għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe modifika rigward it-tali informazzjoni fi żmien 30 jum mid-data tal-modifika.

ARTIKOLU 3.23

Assistenza reċiproka fil-ġlieda kontra l-frodi

Fil-każ ta' ksur suspettat tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, f'konformità mas-CMAA.

ARTIKOLU 3.24

Tiċħid tat-trattament tariffarju preferenzjali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' tiċħad trattament tariffarju preferenzjali, jekk:

(a)

fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba għal informazzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.21:

(i)

ma hi pprovduta ebda tweġiba; jew

(ii)

jekk it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali kienet ibbażata fuq l-għarfien tal-importatur kif imsemmi fis-subparagrafu 2(b) tal-Artikolu 3.16, l-informazzjoni pprovduta hi inadegwata biex tikkonferma li l-prodott hu oriġinarju;

(b)

fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba għal informazzjoni skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 3.21:

(i)

ma hi pprovduta ebda tweġiba; jew

(ii)

l-informazzjoni hi inadegwata biex jiġi kkonfermat li l-prodott hu oriġinarju;

(c)

fi żmien 10 xhur mid-data tat-talba għal informazzjoni skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.22:

(i)

ma hi pprovduta ebda tweġiba; jew

(ii)

l-informazzjoni hi inadegwata biex jiġi kkonfermat li l-prodott hu oriġinarju; jew

(d)

wara talba minn qabel għal assistenza skont l-Artikolu 3.23 u fi ħdan perijodu maqbul b'mod reċiproku, fir-rigward tal-prodotti li kienu s-suġġett ta' talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.16:

(i)

l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tonqos milli tipprovdi l-assistenza; jew

(ii)

ir-riżultat ta' dik l-assistenza jkun inadegwat biex jiġi kkonfermat li l-prodott hu oriġinarju.

2.   L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali għal prodott li għalih l-importatur jitlob trattament tariffarju preferenzjali fejn l-importatur jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għajr dawk relatati mal-istatus oriġinarju tal-prodotti.

3.   Jekk l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi jkollha biżżejjed informazzjoni biex tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali skont il-paragrafu 1, f'każijiet li fihom l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tkun ipprovdiet opinjoni skont is-subparagrafu 4(b) tal-Artikolu 3.22 li fiha tikkonferma l-istatus oriġinarju tal-prodotti, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi għandha tinnotifika lill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi bl-intenzjoni tagħha li tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali fi żmien xahrejn mid-data tar-riċevuta ta' dik l-opinjoni. Jekk issir notifika bħal din, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' Parti, fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Il-perijodu għall-konsultazzjoni jista' jiġi estiż fuq bażi ta' każ b'każ permezz ta' ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Din il-konsultazzjoni tista' ssir skont il-proċedura stabbilita mill-Kumitat dwar ir-Regoli ta' Oriġini u Kwistjonijiet Relatati mad-Dwana stabbilita skont l-Artikolu 22.3. Mal-iskadenza tal-perijodu għall-konsultazzjoni, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista' tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali fuq il-bażi ta' ġustifikazzjoni suffiċjenti biss u wara li tkun tat lill-importatur id-dritt li jinstema'.

ARTIKOLU 3.25

Kunfidenzjalità

1.   Kull Parti għandha żżomm, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, il-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni pprovduta lilha mill-Parti l-oħra skont dan il-Kapitolu, u għandha tipproteġi dik l-informazzjoni mid-divulgazzjoni.

2.   Informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tal-Parti li qed timporta skont dan il-Kapitolu jistgħu jintużaw biss minn dawk l-awtoritajiet għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.   Informazzjoni kummerċjali riservata miksuba mingħand l-esportatur mill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi jew tal-Parti importatriċi bl-applikazzjoni tal-Artikoli 3.21 u 3.22 m'għandhiex tiġi ddivulgata, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

4.   Informazzjoni miksuba mill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi skont dan il-Kapitolu m'għandhiex tintuża mill-Parti importatriċi fi kwalunkwe proċediment kriminali quddiem qorti jew imħallef, sakemm ma jingħatax permess biex tintuża t-tali informazzjoni mill-Parti esportatriċi f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha.

ARTIKOLU 3.26

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Kull Parti għandha timponi miżuri amministrattivi u, fejn xieraq, sanzjonijiet amministrattivi, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, fuq kwalunkwe persona li tfassal dokument, jew twassal biex jitfassal dokument, li jkun fih informazzjoni żbaljata pprovduta għall-fini ta' kisba ta' trattament tariffarju preferenzjali għal prodott, li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3.19, jew li ma tipprovdix l-evidenza jew tirrifjuta ż-żjara msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.22.

TAQSIMA C

Mixxellanji

ARTIKOLU 3.27

Applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għal Ceuta u Melilla

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, “Parti” ma tinkludix lil Ceuta u Melilla.

2.   Il-prodotti li joriġinaw mill-Ġappun, meta jiġu importati f'Ceuta u Melilla, għandhom, f'kull aspett, ikunu soġġetti għall-istess trattament doganali skont dan il-Ftehim bħal dak li japplika għall-prodotti oriġinarji mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll 2 tal-Att tal-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Komunitajiet Ewropej. Il-Ġappun għandu japplika fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim u li joriġinaw minn Ceuta u Melilla l-istess trattament doganali bħal dak applikat fuq prodotti importati mill-Unjoni Ewropea u li joriġinaw minnha.

3.   Ir-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini skont dan il-Kapitolu japplikaw mutatis mutandis għal prodotti esportati mill-Ġappun għal Ceuta u Melilla u għal prodotti esportati minn Ceuta u Melilla għall-Ġappun.

4.   L-Artikolu 3.5 japplika għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni ta' prodotti bejn l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun u Ceuta u Melilla.

5.   Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

6.   L-awtoritajiet doganali tar-Renju ta' Spanja għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu f'Ceuta u Melilla.

ARTIKOLU 3.28

Kumitat dwar ir-Regoli tal-Oriġini u Materji Relatati mad-Dwana

1.   Il-Kumitat dwar ir-Regoli ta' Oriġini u Kwistjonijiet Relatati mad-Dwana stabbilit skont l-Artikolu 22.3 (minn hawn' il quddiem imsemmija f'dan il-Kapitolu bħala “il-Kumitat”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu, minbarra responsabbiltajiet oħra speċifikati f'paragrafu 1 tal-Artikolu 4.14.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Kumitat għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-reviżjoni u r-rakkomandazzjonijiet xierqa, kif meħtieġ, lill-Kumitat Konġunt dwar:

(i)

l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu; u

(ii)

kwalunwke emenda fid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu proposta minn Parti;

(b)

jadotta noti ta' spjegazzjoni biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu;

(c)

ifassal il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.24; u

(d)

meta wieħed iqis kull kwistjoni relatata ma' dan il-Kapitolu kif ir-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jiftiehmu.

ARTIKOLU 3.29

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal prodotti fi tranżitu jew f'ħażna

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jistgħu jiġu applikati għal prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ikunu fi tranżitu mill-Parti esportatriċi għall-Parti importatriċi jew taħt kontroll doganali fil-Parti importatriċi mingħajr il-ħlas ta' dazji tal-importazzjoni u ta' taxxi, soġġetti għal talba għal trattament tariffarju preferenzjali msemmija fl-Artikolu 3.16 lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi, fi żmien 12-il xahar minn dik id-data.

KAPITOLU 4

KWISTJONIJIET DOGANALI U FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ

ARTIKOLU 4.1

Objettivi

L-objettivi ta' dan il-Kapitolu huma li:

(a)

jippromwovi l-faċilitazzjoni tal-kummerċ għall-merkanzija nnegozjata bejn il-Partijiet filwaqt li jiżgura kontrolli doganali effettivi, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-prattiki ta' negozjar;

(b)

jiżgura t-trasparenza tal-leġislazzjoni doganali ta' kull Parti u liġijiet u regolamenti oħra relatati mal-kummerċ u l-konsistenza ta' dawn ma' standards internazzjonali applikabbli;

(c)

jiżgura applikazzjoni prevedibbli, konsistenti u nondiskriminatorja minn kull Parti tal-leġislazzjoni doganali tagħha u ta' liġijiet u ta' regolamenti oħra tagħha relatati mal-kummerċ;

(d)

jippromwovi simplifikazzjoni u modernizzazzjoni tal-proċeduri doganali u tal-prattiki ta' kull Parti;

(e)

ikompli jiżviluppa tekniki għall-ġestjoni tar-riskju biex jiffaċilita l-kummerċ leġittimu filwaqt li jissalvagwardja l-katina tal-provvista kummerċjali internazzjonali; u

(f)

isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fil-qasam tal-materji doganali u tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ.

ARTIKOLU 4.2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għal materji relatati mal-leġislazzjoni doganali ta' kull Parti, ma' liġijiet u ma' regolamenti oħra relatati mal-kummerċ u mal-proċeduri amministrattivi ġenerali relatati mal-kummerċ, inkluża l-applikazzjoni ta' dawn għal merkanzija nnegozjata bejn il-Partijiet, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet.

2.   Xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Parti skont il-Kapitoli 6 u 7.

3.   Fil-każ ta' xi inkonsistenza bejn dan il-Kapitolu u u l-Kapitolu 6 jew 7, il-Kapitolu 6 jew 7 għandu jipprevali fir-rigward tal-inkonsistenza.

4.   Dan il-Kapitolu japplika mingħajr preġudizzju għall-issodisfar tal-objettivi tal-politika leġittima ta' kull Parti u tal-obbligi ta' din skont il-ftehimiet internazzjonali li hi parti għalihom, rigward il-protezzjoni ta':

(a)

il-morali pubbliċi;

(b)

il-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;

(c)

it-teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jew

(d)

l-ambjent.

5.   Dan il-Kapitolu għandu jiġi implimentat minn kull Parti f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha. Kull Parti għandha tuża r-riżorsi disponibbli tagħha b'mod xieraq biex timplimenta dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 4.3

Trasparenza

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-leġislazzjoni doganali tagħha u liġijiet u regolamenti oħra tagħha relatati mal-kummerċ kif ukoll il-proċeduri amministrattivi ġenerali tagħha u l-informazzjoni rilevanti tal-applikazzjoni ġenerali relatata mal-kummerċ ikunu ppubblikati u disponibbli minnufih għal kwalunkwe persuna interessata b'mod faċilment aċċessibbli, inkluż, kif xieraq, permezz tal-Internet.

2.   Kull Parti għandha tippubblika u tqiegħed għad-dispożizzjoni minnufih il-leġislazzjoni doganali tagħha, liġijiet u regolamenti oħra relatati mal-kummerċ u l-proċeduri amministrattivi ġenerali relatati mal-kummerċ mill-aktar fis possibbli qabel ma jidħlu fis-seħħ, biex kwalunkwe persuna interessata tkun tista' ssir midħla tagħhom, ħlief fil-każ:

(a)

ta' ċirkustanzi urġenti;

(b)

ta' tibdiliet minuri fit-tali liġijiet, regolamenti jew proċeduri amministrattivi ġenerali;

(c)

li l-effettività tat-tali liġijiet u regolamenti jew tal-infurzar tagħhom tiġi mxekkla jekk jiġu ppubblikati minn qabel; jew

(d)

ta' miżuri li jkollhom effetti ta' ħelsien.

3.   Kull Parti għandha tiddeżinja punt ta' assistenza wieħed jew ieħor biex dan iwieġeb domandi raġonevoli mingħand kwalunkwe persuna interessata dwar il-materji koperti mill-paragrafu 1. Il-punti ta' assistenza għandhom iwieġbu t-tali domandi u jipprovdu kwalunkwe formola u dokument rilevanti fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn kull Parti.

4.   Kull Parti għandha tipprovdi kif xieraq għal konsultazzjonijiet regolari bejn l-awtorità doganali tagħha u l-aġenziji l-oħra relatati mal-kummerċ u n-negozjanti jew partijiet ikkonċernati oħra li jinsabu fi ħdan it-territorju tagħha.

5.   Informazzjoni dwar it-tariffi u l-imposti għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tariffi u imposti li jiġu applikati, ir-raġunijiet għal dawn it-tariffi u l-imposti, l-awtorità responsabbli u meta u kif għandu jsir il-ħlas. Dawn it-tariffi u l-imposti ma jiġux applikati qabel ma tiġi ppublikata l-informazzjoni dwarhom.

ARTIKOLU 4.4

Proċeduri għall-importazzjoni, għall-esportazzjoni u għat-tranżitu

1.   Kull Parti għandha tapplika l-leġislazzjoni doganali tagħha u liġijiet u regolamenti oħra tagħha relatati mal-kummerċ b'mod prevedibbli, konsistenti, trasparenti u nondiskriminatorju.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri doganali tagħha:

(a)

huma konsistenti mal-istandards internazzjonali u mal-prattiki rakkomandati applikabbli għal kull Parti fil-qasam tal-proċeduri doganali bħal dawk magħmula taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (14) (minn hawn' il quddiem imsejħa “WCO”), inklużi l-elementi sostantivi tal-Protokoll ta' Emenda għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali, magħmula fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 1999, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, magħmula fi Brussell fl-14 ta' Ġunju 1983, u l-Qafas ta' Standards li Jiżguraw u Jiffaċilitaw il-Kummerċ Globali tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) (minn hawn' il quddiem imsejjaħ “il-Qafas SAFE”);

(b)

għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu, filwaqt li jqisu l-evoluzzjoni tal-prattiki kummerċjali, filwaqt li jissalvagwardjaw il-konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha;

(c)

jipprovdu għall-infurzar effettiv fil-każ ta' ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti tagħha rigward il-proċeduri doganali, li jinkludu l-evażjoni tat-taxxa u l-kuntrabandu; u

(d)

ma jinkludux l-użu obbligatorju tal-aġenti doganali jew ta' spezzjonijiet qabel it-tagħbija.

3.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm miżuri li jagħtu trattament favorevoli fir-rigward tal-kontroll doganali qabel ir-rilaxx tal-merkanzija lin-negozjanti jew lill-operaturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha.

4.   Kull Parti għandha tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta' sistemi avvanzati, li jinkludu dawk ibbażati fuq teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex tiffaċilita l-iskambju ta' data elettronika bejn in-negozjanti jew l-operaturi u l-awtorità doganali tagħha u aġenziji oħra relatati mal-kummerċ.

5.   Kull Parti għandha taħdem lejn simplifikazzjoni u standardizzazzjoni ulterjuri tad-data u tad-dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità doganali tagħha u minn aġenziji oħra relatati mal-kummerċ.

ARTIKOLU 4.5

Rilaxx tal-merkanzija

Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri doganali li:

(a)

jipprovdu għar-rilaxx immedjat tal-merkanzija fi ħdan perijodu li mhuwiex itwal milli hemm bżonn biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha;

(b)

jippermettu għas-sottomissjoni u għall-proċessar elettroniċi avvanzati tad-dokumentazzjoni u ta' kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra qabel il-wasla tal-merkanzija; u

(c)

jippermettu għar-rilaxx tal-merkanzija qabel id-determinazzjoni finali tad-dazji doganali, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti, soġġetti għall-għoti ta' garanzija, jekk meħtieġa mil-liġijiet u mir-regolamenti tagħha, biex jiġi żgurat il-pagament finali tgaħhom.

ARTIKOLU 4.6

Simplifikazzjoni tal-proċeduri doganali

1.   Kull Parti għandha taħdem favur is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-formalitajiet tagħha għall-proċeduri doganali biex tnaqqas iż-żmien u l-ispejjeż tagħhom għan-negozjanti jew għall-operaturi, li jinkludu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

2.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri li jippermettu lin-negozjanti jew lill-operaturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha jibbenefikaw minn simplifikazzjoni ulterjuri tal-proċeduri doganali. Tali simplifikazzjoni tista' tippermetti d-dikjarazzjoni perijodika għad-determinazzjoni u għall-pagament tad-dazji doganali u tat-taxxi li jkopru diversi importazzjonijiet fi ħdan perijodu partikolari, wara r-rilaxx tal-merkanzija.

3.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm programmi li jippermettu lill-operaturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha jibbenefikaw minn aċċess jew ikollhom aċċess eħfef għas-simplifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

ARTIKOLU 4.7

Deċiżjonijiet bil-quddiem

1.   Permezz tal-awtorità doganali tagħha, kull Parti għandha toħroġ deċiżjoni bil-quddiem li tistabbilixxi t-trattament li għandu jingħata lill-oġġetti kkonċernati. Dik id-deċiżjoni għandha tinħareġ b'mod raġonevoli u marbut biż-żmien lill-applikant li jkun issottometta talba bil-miktub, inkluż f'format elettroniku, u jkun fiha l-informazzjoni neċessarja kollha f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti mittenti.

2.   Deċiżjoni bil-quddiem għandha tkopri klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti, l-oriġini tal-oġġetti inkluża l-kwalifika tagħhom bħala oġġetti oriġinarji skont il-Kapitolu 3 jew kwalunkwe kwistjoni li jistgħu jaqblu dwarha l-Partijiet, b'mod partikolari rigward il-metodu jew il-kriterji xierqa li għandhom jintużaw għall-valwazzjoni doganali tal-oġġetti.

3.   Soġġetta għal kwalunkwe rekwiżit ta' kunfidenzjalità fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha, Parti tista' tippubblika d-deċiżjonijiet bil-quddiem tagħha, inkluż fuq l-Internet.

ARTIKOLU 4.8

Appell u rieżami

1.   Kull Parti għandha tiggarantixxi d-dritt ta' appell jew ta' rieżami lil kwalunkwe persuna li liha tkun ġiet indirizzata deċiżjoni amministrattiva mill-awtorità doganali jew minn aġenziji oħra relatati mal-kummerċ ta' dik il-Parti.

2.   L-appell jew ir-rieżami għandhom jinkludu:

(a)

appell amministrattiv jew rieżami minn awtorità amministrattiva ogħla jew indipendenti mill-uffiċjal, jew mill-uffiċċju li ħareġ id-deċiżjoni; jew

(b)

appell ġudizzjarju jew rieżami tad-deċiżjoni.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li, jekk id-deċiżjoni dwar l-appell jew ir-rieżami msemmija fis-subparagrafu 2(a) ma tinħariġx fi żmien perijodu previst fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha jew mingħajr dewmien żejjed, il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha d-dritt għal appell jew rieżami amministrattivi jew ġudizzjarji ulterjuri.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-persuna msemmija fil-paragrafu 1 tingħata r-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva biex dik il-persuna tkun tista'tirrikorri għal appell jew għal proċeduri ta' rieżami, fejn ikun hemm bżonn.

ARTIKOLU 4.9

Ġestjoni tar-riskju

1.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm sistema ta' ġestjoni tar-riskju li tippermetti lill-awtorità doganali tagħha tikkonċentra l-attivitajiet ta' spezzjoni fuq kunsinni ta' riskju għoli u li tħaffef ir-rilaxx ta' kunsinni ta' riskju baxx.

2.   Kull Parti għandha tibbaża l-ġestjoni tar-riskju fuq il-valutazzjoni tar-riskju permezz ta' kriterji ta' selettività adegwati.

3.   Parti tista' tagħżel ukoll, fuq bażi aleatorja, kunsinni għall-attivitajiet ta' spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tagħha.

4.   Kull Parti għandha tfassal u tapplika l-ġestjoni tar-riskju biex jiġu evitati d-diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew ir-restrizzjonijiet moħbija għall-kummerċ internazzjonali.

ARTIKOLU 4.10

Verifika ta' wara r-rilaxx

1.   Sabiex ikompli jitħaffef ir-rilaxx tal-merkanzija, kull Parti għandha tadotta jew iżżomm awditu ta' wara l-ikklerjar biex tiġi żgurata konformità mal-leġislazzjoni doganali tagħha u ma' liġijiet u ma' regolamenti oħra tagħha relatati mal-kummerċ. L-awtorità doganali ta' kull Parti għandha tuża r-riżultati tal-awditu ta' wara r-rilaxx imwettaq minnha meta tapplika l-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4.9. Parti tista' tipprovdi li l-awtorità doganali tagħha tuża r-riżultati tal-awditu ta' wara r-rilaxx imwettaq minn aġenziji oħra relatati mal-kummerċ meta japplikaw il-ġestjoni tar-riskju, u viċi versa.

2.   Kull Parti għandha tagħżel persuna jew kunsinna għall-awditu ta' wara r-rilaxx abbażi tar-riskju, u din l-għażla tista' tinkludi kriterji ta' selettività xierqa. Kull Parti għandha twettaq awditi ta' wara r-rilaxx b'mod trasparenti. Meta l-persuna tkun involuta fil-proċess tal-awditjar u jkunu nkisbu riżultati konklużivi, il-Parti, mingħajr dewmien, għandha tinnotifika lill-persuna li r-rekord tagħha ġie awditjat bir-riżultat, bid-drittijiet u bl-obbligi tal-persuna u bir-raġunijiet għar-riżultati.

ARTIKOLU 4.11

Tranżitu u trasbord

Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri biex tiffaċilita l-moviment tal-merkanzija minn jew lejn il-Parti l-oħra li tkun fi tranżitu jew fi trasbord fi ħdan it-territorju doganali tagħha, filwaqt li żżomm kontroll xieraq.

ARTIKOLU 4.12

Kooperazzjoni doganali

1.   Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' kooperazzjoni previsti f'dan il-Ftehim, l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet għandhom jikkooperaw, inkluż billi jiskambjaw l-informazzjoni, u jipprovdu assistenza amministrattiva reċiproka fil-kwistjonijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu skont is-CMAA, minkejja l-Artikolu 1.6.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fuq il-kwistjonijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu bl-għan li jkomplu jiżviluppaw il-faċilitazzjoni tal-kummerċ filwaqt li jiżguraw il-konformità mal-leġislazzjoni doganali rispettiva tagħhom u jtejbu s-sigurtà tal-katina tal-provvista, fl-oqsma li ġejjin:

(a)

kooperazzjoni fis-simplifikazzjoni ulterjuri tal-proċeduri doganali, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-prattiki kummerċjali;

(b)

il-kooperazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tad-data għal skopijiet doganali, f'konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli bħal standards tad-WCO;

(c)

kooperazzjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta' aspetti relatati mad-dwana għall-iżgurar u l-iffaċilitar tal-katina tal-provvista internazzjonali skont il-Qafas SAFE;

(d)

kooperazzjoni fit-titjib tat-tekniki tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju, li tinkludi l-qsim tal-aħjar prattiki u, jekk xieraq, tal-informazzjoni dwar ir-riskju u tar-riżultati tal-kontroll;

(e)

kooperazzjoni bl-għan li jkomplu jiġu żviluppati l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.4 u fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4.6 jew il-programmi msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.6, inkluża l-possibbiltà ta' kooperazzjoni bl-għan li n-negozjanti jew l-operaturi ta' Parti jitħallew jibbenefikaw mill-miżuri jew mill-progrmami tal-Parti l-oħra;

(f)

kooperazzjoni u koordinazzjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WTO u d-WCO, f'materji ta' interess komuni, li jinkludu l-klassifikazzjoni tariffarja, il-valutazzjoni doganali u l-oriġini, bl-għan li, jekk possibbli, jiġu stabbiliti pożizzjonijiet komuni; u

(g)

kooperazzjoni fl-infurzar kontra t-traffikar ta' oġġetti pprojbiti.

3.   L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet għandhom jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni neċessarju għall-finijiet tal-paragrafu 2.

ARTIKOLU 4.13

Dħul temporanju

Għad-dħul temporanju ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 2.10 u tkun xi tkun l-oriġini tagħhom, kull Parti għandha, skont il-proċeduri stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali dwar dħul temporanju u applikati mill-Parti, jaċċettaw carnets A.T.A. (15) maħruġa mill-Parti l-oħra.

ARTIKOLU 4.14

Kumitat dwar ir-Regoli tal-Oriġini u Materji Relatati mad-Dwana

1.   Il-Kumitat dwar ir-Regoli ta' Oriġini u Kwistjonijiet Relatati mad-Dwana stabbilit skont l-Artikolu 22.3 (minn hawn' il quddiem imsemmija f'dan il-Kapitolu bħala “il-Kumitat”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu 2 u kwistjonijiet relatati mad-dwana tal-Artikolu 14.51, minbarra responsabbiltajiet oħra speċifikati f'paragrafu 1 tal-Artikolu 3.28 (16).

2.   Il-Kumitat għandu jorganizza laqgħat konġunti tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali (minn hawn' il quddiem imsemmi f'dan il-Kapitolu bħala “il-KKKD”) stabbilit taħt is-CMAA, sakemm tali laqgħat ma humiex meħtieġa sabiex jiżguraw konsistenza fl-implimentazzjoni u t-tħaddim tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tas-CMAA (17).

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet tagħhom għal-laqgħat tal-Kumitat tikkorrispondi għall-punti fl-aġenda.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet tal-JCCC, il-Kumitat għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jindirizza kull kwistjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni u mit-tħaddim tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

(b)

jidentifika oqsma ta' titjib fl-implimentazzjoni u fit-tħaddim tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(c)

jiffunzjona bħala mekkaniżmu biex jintlaħqu minnufih soluzzjonijiet maqbula b'mod reċiproku fir-rigward ta' kwalunkwe materja koperta mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(d)

jifformula riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet rigward azzjonijiet jew miżuri li hu jqis neċessarji għall-kisba tal-objettivi u tal-funzjonament effettiv ta' dan il-Kapitolu;

(e)

jiddeċiedi dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu jew il-miżuri li għandhom jiġu implimentati minn Parti jew il-Partijiet, fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4.12, li huwa jqis meħtieġa għall-kisba tal-objettivi u l-funzjonament effettiv ta' dan il-Kapitolu; kif ukoll

(f)

iwettqu funzjonijiet oħra kif jista' jiġi ddelegat mill-Kumitat Konġunt skont is-subparagrafu 5(b) tal-Artikolu 22.1.

KAPITOLU 5

RIMEDJI KUMMERĊJALI

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali

ARTIKOLU 5.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“industrija domestika” tfisser il-produtturi b'mod ġenerali tal-oġġetti simili jew f'kompetizzjoni diretta li joperaw f'Parti, jew dawk li l-output kollettiv tagħhom tal-oġġetti simili jew f'kompetizzjoni diretta jikkostitwixxi sehem kbir mill-produzzjoni domestika totali ta' dawk l-oġġetti;

(b)

“dannu serju” tfisser indeboliment ġenerali sinifikanti fil-pożizzjoni ta' industrija domestika;

(c)

“theddida ta' dannu serju” tfisser dannu serju li hu imminenti biċ-ċar skont l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 5.4. Il-mod kif tiġi stabbilita l-eżistenza ta' theddida ta' dannu serju għandu jkun imsejjes fuq il-fatti u mhux sempliċement fuq allegazzjoni, konġentura jew possibbiltà remota; u

(d)

“perijodu ta' tranżizzjoni” tfisser, b'rabta ma' oġġett oriġinarju partikolari, il-perijodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u li jintemm 10 snin wara d-data ta' tmiem tat-tnaqqis jew tal-eliminazzjoni tat-tariffi fuq dak l-oġġett f'konformità mal-Anness 2-A.

TAQSIMA B

Miżuri bilaterali ta' salvagwardja

ARTIKOLU 5.2

Applikazzjoni ta' miżuri bilaterali ta' salvagwardja

1.   Jekk, bħala riżultat tal-eliminazzjoni jew tat-tnaqqis ta' dazju doganali f'konformità mal-Artikolu 2.8, oġġett oriġinarju minn Parti jiġi importat fil-Parti l-oħra fi kwantitajiet miżjuda bħal dawn, f'termini assoluti jew b'rabta mal-produzzjoni domestika, u taħt it-tali kundizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu serju għal industrija domestika, il-Parti l-oħra tista' tadotta l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 2 sa fejn ikun hemm bżonn biex tipprevjeni jew tirrimedja d-dannu serju għall-industrija domestika tal-Parti l-oħra u tiffaċilita l-aġġustament tal-industrija domestika.

2.   Il-miżuri bilaterali ta' salvagwardja tista' tikkonsisti:

(a)

fis-sospensjoni ta' kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fir-rata tad-dazju doganali fuq l-oġġett oriġinarju pprovduta taħt dan il-Kapitolu 2; jew

(b)

fiż-żieda tar-rata tad-dazju doganali fuq l-oġġett oriġinarju għal livell li ma jaqbiżx l-anqas waħda minn:

(i)

ir-rata tad-dazju doganali applikata għan-nazzjon l-aktar iffavorit li tkun fis-seħħ fil-jum li fih tiġi applikata l-miżuri bilaterali ta' salvagwardja; u

(ii)

ir-rata tad-dazju doganali applikata għan-nazzjon l-aktar iffavorit li tkun fis-seħħ fil-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 5.3

Kundizzjonijiet u limitazzjonijiet

1.   M'għandha tinżamm l-ebda miżura bilaterali ta' salvagwardja sa fejn u għal tali perijodu ta' żmien li jista' jkun neċessarju biex jiġi evitat jew irrimedjat dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-industrija domestika, dment li t-tali perijodu ta' żmien ma jaqbiżx perijodu ta' sentejn. Madankollu, miżura bilaterali ta' salvagwardja tista' tiġi estiża, dment li d-durata totali tal-miżura bilaterali ta' salvagwardja, li tinkludi t-tali estensjonijiet, ma taqbiżx l-erba' snin.

2.   Il-miżuri bilaterali ta' salvagwardja jistgħu jiġu applikati matul il-perijodu ta' tranżizzjoni biss.

3.   Biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament f'sitwazzjoni li fiha d-durata mistennija ta' miżura bilaterali ta' salvagwardja taqbeż is-sena, il-Parti li żżomm il-miżura bilaterali ta' salvagwardja għandha tilliberalizza b'mod progressiv il-miżura bilaterali ta' salvagwardja f'intervalli regolari matul il-perijodu ta' applikazzjoni.

4.   Ma għandu tiġi applikata l-ebda miżura bilaterali ta' salvagwardja għall-importazzjoni ta' oġġett oriġinarju partikolari li diġà jkun ġie soġġett għal tali miżura bilaterali ta' salvagwardja għal perijodu ta' żmien li hu ekwivalenti għad-durata tal-miżura bilaterali ta' salvagwardja preċedenti jew għal sena, skont liema minn dawn tkun l-itwal waħda.

5.   Mat-terminazzjoni ta' miżura bilaterali ta' salvagwardja, ir-rata ta' dazju doganali għall-oġġett oriġinarju soġġett għall-miżura għandha tkun ir-rata li kienet tkun fis-seħħ iżda għall-miżura bilaterali ta' salvagwardja.

ARTIKOLU 5.4

Investigazzjoni

1.   Parti tista' tapplika miżura ta' salvagwardja bilaterali biss wara investigazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti (18) tiegħu skont l-istess proċeduri bħal dawk previsti fl-Artikolu 3 paragrafu 2(c) tal-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar is-Salvagwardji.

2.   L-investigazzjoni għandha titlesta f'kull każ fi żmien sena mid-data ta' tnedija tagħha.

3.   Fl-investigazzjoni għad-determinazzjoni ta' jekk l-importazzjonijiet miżjuda ta' oġġett oriġinarju kkawżawx jew humiex qed jheddu li jikkawżaw dannu serju għal industrija domestika, l-awtorità kompetenti li twettaq l-investigazzjoni għandha tevalwa l-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni ta' dik l-industrija domestika. Dawk il-fatturi jinkludu b'mod partikolari r-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-oġġett oriġinarju f'termini assoluti u relattivi, is-sehem mis-suq domestiku meħud minn importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju, u t-tibdil fil-livell ta' bejgħ, fil-produzzjoni, fil-produttività, fl-użu tal-kapaċità, fil-qligħ u telf, u fl-impjiegi.

4.   Id-determinazzjoni li l-importazzjonijiet miżjuda ta' oġġett oriġinarju kkawżaw jew qed jheddu li jikkawżaw dannu serju għal industrija domestika m'għandhiex issir sakemm l-investigazzjoni ma turix, fuq il-bażi ta' evidenza oġġettiva, l-eżistenza ta' rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju u d-dannu serju jew it-theddida ta' dannu serju għall-industrija domestika. F'din id-determinazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju li wkoll ikunu qed jikkawżaw dannu għall-industrija domestika fl-istess ħin.

ARTIKOLU 5.5

Notifika

1.   Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub minnufih meta din:

(a)

tibda investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5.4 dwar dannu serju, jew theddida ta' dannu serju, u r-raġunijiet għal dan;

(b)

tagħmel sebja ta' dannu serju, jew ta' theddida ta' dannu serju, ikkawżati mill-importazzjonijiet miżjuda; u

(c)

tieħu deċiżjoni li tapplika jew testendi miżura bilaterali ta' salvagwardja.

2.   Il-Parti li tinnotifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni pertinenti kollha, li għandha tinkludi:

(a)

fil-każ ta' notifika msemmija fis-subparagrafu 1(a), ir-raġuni għall-ftuħ tal-investigazzjoni, deskrizzjoni preċiża tal-oġġett oriġinarju soġġett għall-investigazzjoni u s-subintestatura ta' dan taħt is-Sistema Armonizzata, id-durata mistennija tal-investigazzjoni u d-data tat-tnedija tal-investigazzjoni; u

(b)

fil-każ ta' notifika msemmija fis-subparagrafi 1(b) u (c), l-evidenza ta' dannu serju jew ta' theddida ta' dannu serju kkawżati mill-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju, deskrizzjoni preċiża tal-oġġett oriġinarju soġġett għall-miżura bilaterali ta' salvagwardja proposta u s-subintestatura tiegħu taħt is-Sistema Armonizzata, deskrizzjoni preċiża tal-miżura bilaterali ta' salvagwardja proposta, u d-data proposta tal-introduzzjoni u tad-durata mistennija tal-miżura bilaterali ta' salvagwardja.

ARTIKOLU 5.6

Konsultazzjonijiet u kumpensi

1.   Parti li tipproponi li tapplika jew testendi miżura bilaterali ta' salvagwardja għandha tipprovdi opportunità adegwata għal konsultazzjonijiet minn qabel mal-Parti l-oħra bl-għan li tirrieżamina l-informazzjoni li tirriżulta mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5.4, li fihom jiġu skambjati l-fehmiet dwar il-miżura bilaterali ta' salvagwardja u jintlaħaq ftehim dwar il-kumpens kif previst f'dan l-Artikolu.

2.   Parti li tipproponi li tapplika jew testendi miżura bilaterali ta' salvagwardja għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra b'mezzi adegwati miftiehma b'mod reċiproku ta' kumpens kummerċjali fil-forma ta' konċessjonijiet tad-dazji doganali, li l-valur tagħhom ikun sostanzjalment ekwivalenti għal dak tad-dazji doganali addizzjonali li huma mistennija jirriżultaw mill-miżura bilaterali ta' salvagwardja.

3.   Jekk il-Partijiet ma jistgħux jaqblu dwar il-kumpens fi żmien 30 jum wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet, il-Parti li fuq l-oġġett oriġinarju tagħha tiġi applikata l-miżura bilaterali ta' salvagwardja għandha tkun ħielsa li tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tad-dazji doganali skont dan il-Ftehim, li l-valur tagħhom hu sostanzjalment ekwivalenti għal dak tad-dazji doganali addizzjonali li jirriżultaw mill-miżura bilaterali ta' salvagwardja. Il-Parti li teżerċita d-dritt ta' sospensjoni tista' tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tad-dazji doganali biss għall-perijodu minimu neċessarju biex jinkisbu l-effetti sostanzjalment ekwivalenti u biss filwaqt li tinżam il-miżura bilaterali ta' salvagwardja.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, id-dritt ta' sospensjoni li saret referenza għalih f'dak il-paragrafu m'għandux jiġi eżerċitat għall-ewwel 24 xahar li matulhom tkun fis-seħħ miżura bilaterali ta' salvagwardja, dment li l-miżura bilaterali ta' salvagwardja tkun ittieħdet bħala riżultat ta' żieda assoluta fl-importazzjonijiet u li t-tali miżura ta' salvagwardja tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 5.7

Miżuri bilaterali proviżorji ta' salvagwardja

1.   F'ċirkustanzi kritiċi, meta dewmien ikun jikkawża dannu li diffiċilment ikun jista' jissewwa, Parti tista' tapplika miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja, li għandha tieħu l-forma ta' miżura stabbilita fis-subparagrafu 2(a) jew (b) tal-Artikolu 5.2, skont determinazzjoni preliminari li jkun hemm evidenza ċara li l-importazzjonijiet miżjuda ta' oġġett oriġinarju tal-Parti l-oħra jkunu kkawżaw jew qed jheddu li jikkawżaw dannu serju għal industrija domestika tal-Parti li topponi l-applikazzjoni tal-miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja.

2.   Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar il-miżura bilaterali proviżorja proposta tagħha ta' salvagwardja mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni ta' din. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet dwar l-applikazzjoni tal-miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja għandhom jitnedew eżatt wara li tiġi applikata l-miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja. In-notifika għandu jkun fiha evidenza tal-eżistenza ta' ċirkustanzi kritiċi, evidenza ta' dannu serju jew ta' theddida ta' dannu serju kkawżat mill-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju, deskrizzjoni preċiża tal-oġġett oriġinarju soġġett għall-miżura bilaterali proviżorja proposta ta' salvagwardja u tas-subintestatura ta' dan taħt is-Sistema Armonizzata, u deskrizzjoni preċiża tal-miżura bilaterali proviżorja proposta ta' salvagwardja.

3.   Id-durata ta' miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja m'għandhiex taqbeż il-200 jum. Matul dak il-perijodu, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti pertinenti tal-Artikolu 5.4. Id-durata tal-miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja għandha tingħadd bħala parti mill-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5.3.

4.   Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5.3 għandu japplika mutatis mutandis għal miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja. Id-dazju doganali impost bħala riżultat tal-miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja għandu jiġi rimborżat jekk l-investigazzjoni sussegwenti msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5.4 ma tiddeterminax li l-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju soġġett għall-miżura bilaterali proviżorja ta' salvagwardja kkawżaw jew heddew li jikkawżaw dannu serju għal industrija domestika.

ARTIKOLU 5.8

Mixxellanji

In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5.5 u fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 5.7 u kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn il-Partijiet taħt din it-Taqsima għandhom isiru bl-Ingliż.

TAQSIMA C

Miżuri globali ta' salvagwardja

ARTIKOLU 5.9

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Xejn f'dan il-Kapitolu m'għandu jipprevjeni lil Parti milli tapplika miżuri ta' salvagwardja għal oġġett oriġinarju tal-Parti l-oħra f'konformità mal-Artikolu XIX tal-GATT 1994 u mal-Ftehim dwar is-Salvagwardji.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima m'għandhomx ikunu soġġetti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21.

ARTIKOLU 5.10

Applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja

Parti m'għandhiex tapplika jew iżżomm, fir-rigward tal-istess oġġett, fl-istess ħin:

(a)

miżura bilaterali ta' salvagwardja stabbilita fit-Taqsima B;

(b)

miżura skont l-Artikolu XIX tal-GATT tal-1994 u l-Ftehim dwar is-Salvagwardji; jew

(c)

miżura ta' salvagwardja stabbilita fit-Taqsima C tal-Parti 3 tal-Anness 2-A.

TAQSIMA D

Miżuri antidumping u kompensatorji

ARTIKOLU 5.11

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Partijiet iżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim dwar l-Antidumping u l-Ftehim SCM.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima m'għandhomx ikunu soġġetti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21.

3.   Il-Kapitolu 3 m'għandux japplika għal miżuri antidumping u kompensatorji skont dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 5.12

Trasparenza u divulgazzjoni tal-fatti essenzjali

1.   Kull Parti għandha tagħmel investigazzjonijiet antidumping u antisussidji b'mod ġust u trasparenti, u fuq il-bażi tal-Ftehim dwar l-Antidumping u l-Ftehim SCM.

2.   Qabel jew eżatt wara kwalunkwe impożizzjoni ta' miżuri proviżorji msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar l-Antidumping u fl-Artikolu 17 tal-Ftehim SCM, u fi kwalunkwe każ qabel ma ssir determinazzjoni finali, kull Parti għandha tiżgura divulgazzjoni totali tal-fatti essenzjali kkunsidrati li jifformaw il-bażi għad-deċiżjoni dwar jekk jiġux applikati l-miżuri proviżorji u definittivi. Id-divulgazzjoni totali tal-fatti essenzjali hi mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 6.5 tal-Ftehim dwar l-Antidumping u fl-Artikolu 12.4 tal-Ftehim SCM. It-tali divulgazzjoni għandha ssir bil-miktub, u għandha ssir fi żmien minn qabel biżżejjed biex il-partijiet interessati jiddefendu l-interessi tagħhom.

3.   Id-divulgazzjoni tal-fatti essenzjali, li ssir f'konformità mal-paragrafu 2, għandu jkun fiha b'mod partikolari:

(a)

fil-każ ta' investigazzjoni antidumping, il-marġini tad-dumping stabbiliti, spjegazzjoni dettaljata biżżejjed tal-bażi u tal-metodoloġija li fuqha ġew stabbiliti l-valuri normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, u tal-metodoloġija użata fit-tqabil tal-valuri normali u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li jinkludu kwalunkwe aġġustament;

(b)

fil-każ ta' investigazzjoni antisussidji, id-determinazzjoni ta' sussidjar kumpensabbli, inklużi biżżejjed dettalji dwar il-kalkolu tal-ammont u l-metodoloġija segwita biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' sussidjar; u

(c)

informazzjoni rilevanti għad-determinazzjoni tad-dannu, li tinkludi informazzjoni dwar il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet fis-suq domestiku għal oġġetti simili, il-metodoloġija dettaljata użata fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija domestika, u l-wiri ta' relazzjoni kawżali li tinkludi l-eżaminazzjoni ta' fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kif imsemmija fl-Artikolu 3.5 tal-Ftehim dwar l-Antidumping.

4.   F'każijiet fejn awtorità ta' investigazzjoni (19) ta' Parti bi ħsiebha tagħmel użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 6.8 tal-Ftehim dwar Antidumping, l-awtorità investigattiva għandha tinforma lill-parti interessata kkonċernata bl-intenzjonijiet tagħha u tagħti indikazzjoni ċara dwar ir-raġunijiet li jistgħu jwasslu għal użu mill-fatti disponibbli. Jekk, wara li tkun ingħatat l-opportunità li tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli, l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-parti interessata kkonċernata jitqiesu mill-awtorità tal-investigazzjoni bħala mhux sodisfaċenti, id-divulgazzjoni tal-fatti essenzjali għandu jkun fiha indikazzjoni ċara tal-fatt disponibbli li l-awtorità tal-investigazzjoni użat minflok.

ARTIKOLU 5.13

Kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku

Meta tagħmel investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fuq oġġett, l-awtorità tal-investigazzjoni tal-Parti importatriċi għandha, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, tipprovdi opportunitajiet biex il-produtturi fil-Parti importatriċi tal-oġġett simili, l-importaturi tal-oġġett, l-utenti industrijali tal-oġġett u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur f'każijiet li fihom l-oġġett jinbiegħ komumenent fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, jissottomettu l-fehmiet tagħhom bil-miktub fir-rigward tal-investigazzjoni antidumping u antisussidji, inkluż fir-rigward tal-impatt potenzjali ta' dazju fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

ARTIKOLU 5.14

Investigazzjoni antidumping

Meta l-awtorità tal-investigazzjoni tal-Parti importatriċi tkun irċiviet applikazzjoni bil-miktub minn jew f'isem l-industrija domestika tagħha għall-ftuħ ta' investigazzjoni antidumping fir-rigward ta' oġġett mill-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tinnotifika, tal-anqas 10 ijiem minn qabel it-tnedija tat-tali investigazzjoni, lill-Parti esportatriċi dwar it-tali applikazzjoni.

KAPITOLU 6

MIŻURI SANITARJI U FITOSANITARJI

ARTIKOLU 6.1

Objettivi

L-objettivi ta' dan il-Kapitolu huma li:

(a)

jipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti bl-iżvilupp, bl-adozzjoni u bl-infurzar ta' miżuri sanitarji u fitosanitarji filwaqt li jimminimizza l-effetti negattivi fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet;

(b)

jippromwovi l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-implimentazzjoni tal-Ftehim SPS; u

(c)

jipprovdi mezz għat-titjib tal-komunikazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet, qafas għall-indirizzar ta' materji relatati mal-implimentazzjoni ta' miżuri sanitarji u fitosanitarji, u mezzi biex jinkisbu soluzzjonijiet aċċettabbli b'mod reċiproku.

ARTIKOLU 6.2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji kollha tal-Partijiet taħt il-Ftehim SPS li jistgħu, direttament jew indirettament, jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 6.3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-Anness A għall-Ftehim SPS.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“kundizzjonijiet tal-importazzjoni” tfisser kwalunkwe miżura sanitarja jew fitosanitarja li hu meħtieġ li tiġi ssodisfata għall-importazzjoni tal-prodotti; u

(b)

“żona protetta” tfisser parti ġeografika ddefinita b'mod uffiċjali tat-territorju ta' kull Parti li fiha pest speċifiku rregolat ma jkunx stabbilit minkejja kundizzjonijiet favorevoli għall-istabbilimentu għall-preżenza tiegħu f'partijiet oħra tat-territorju tal-Parti.

3.   Barra minn hekk, il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji mwaqqaf skont l-Artikolu 22.3 jista' jaqbel dwar definizzjonijiet oħra għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu filwaqt li jqis il-glossarji u d-definizzjonijiet żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Kummissjoni Codex Alimentarius (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Codex Alimentarius”, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (minn hawn 'il quddiem imsejħa “OIE”) u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti li joperaw fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “IPPC”). Fil-każ ta' inkonsistenza bejn id-definizzjonijiet maqbula mill-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji u d-definizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim SPS, għandhom jipprevalu d-definizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 6.4

Relazzjoni mal-Ftehim tad-WTO

Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom relatati mal-miżuri sanitarji u fitosanitarji skont il-Ftehim SPS. Xejn f'dan il-Kapitolu m'għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' kull Parti skont il-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 6.5

Awtoritajiet kompetenti u punti ta' kuntatt

1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra b'deskrizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u punt ta' kuntatt għall-komunikazzjoni dwar kull materja koperta minn dan il-Kapitolu.

2.   Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-istruttura, fl-organizzazzjoni u fil-qsim tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti tagħha u tiżgura li l-informazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt tinżamm aġġornata.

ARTIKOLU 6.6

Valutazzjoni tar-riskju

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħhom huma bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 5 u ma' dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 6.7

Kundizzjonijiet tal-importazzjoni, proċeduri tal-importazzjoni u faċilitazzjoni tal-kummerċ

1.   Il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Parti importatriċi biex jinkiseb il-livell xieraq ta' protezzjoni, soġġetti għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet u b'kunsiderazzjoni tat-tali konsultazzjonijiet, fejn neċessarji.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi ta' kull Parti taħt il-Ftehim SPS, jekk tintalab tagħmel dan mill-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tapplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-prodotti għat-territorju sħiħ tal-Parti esportatriċi b'mod konsistenti.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni eżistenti bejn il-Partijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jagħtu kunsiderazzjoni lil kwalunkwe talba għal rieżami ta' dawk il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni.

4.   Kull Parti għandha tiżgura, fir-rigward ta' kwalunkwe proċedura tal-importazzjoni li tivverifika u tiżgura l-issodisfar ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji, li jinkludu dawk għall-approvazzjoni u għar-rilaxx, li:

(a)

tali proċeduri huma ssimplifikati, imħaffa u mwettqa mingħajr dewmien żejjed, f'konformità mal-Ftehim SPS;

(b)

tali proċeduri mhumiex applikati b'mod li jkun jikkostitwixxi diskriminazzjoni arbitrarja jew inġustifikabbli kontra l-Parti l-oħra;

(c)

jiġi ppublikat il-perijodu standard taż-żmien tal-proċessar għal kull proċedura jew li l-perijodu antiċipat taż-żmien tal-proċessar jiġi kkomunikat lill-applikant fuq talba; u

(d)

ir-rekwiżiti ta' informazzjoni jkunu limitati għal dak li hu meħtieġ għall-proċeduri ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' approvazzjoni, inkluża l-approvazzjoni għall-użu ta' additivi jew biex jiġu stabbiliti t-tolleranzi tal-kontaminanti fl-ikel, fix-xorb jew fl-għalf;

5.   B'kunsiderazzjoni tal-istandards applikabbli żviluppati taħt l-IPPC, il-Partijiet għandhom iżommu informazzjoni adegwata dwar l-istatus tal-pesti tagħhom, li tinkludi programmi ta' sorveljanza, ta' eradikazzjoni u ta' konteniment u r-riżultati ta' dawn, biex isostnu l-kategorizzazzjoni tal-pesti u biex jiġġustifikaw il-kundizzjonijiet fitosanitarji tal-importazzjoni.

6.   Kull Parti għandha tistabbilixxi lista ta' pesti regolati għal prodotti bażiċi (20) fejn hemm tħassib fitosanitarju. Il-listi għandu jkun fihom, kif xieraq:

(a)

il-pesti ta' kwarantina li mhuwiex magħruf li jseħħu f'xi parti mit-territorju tagħha;

(b)

il-pesti ta' kwarantina li huma magħrufa li jseħħu fi ħdan kwalunkwe parti mit-territorju tagħha iżda li mhumiex distribwiti b'mod ġenerali u taħt kontroll uffiċjali; u

(c)

kwalunkwe pest irregolat li għalih jistgħu jittieħdu miżuri fitosanitarji.

Għall-komoditajiet li għalihom jeżisti tħassib fitosanitarju, il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu limitati għal miżuri li jiżguraw in-nuqqas ta' pesti rregolati tal-Parti importatriċi. Il-Parti importatriċi għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni l-lista tagħha ta' komoditajiet irregolati u r-rekwiżiti fitosanitarji tal-importazzjoni għall-komoditajiet irregolati kollha. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, kif xieraq, il-pesti ta' kwarantina speċifiċi u d-dikjarazzjonijiet addizzjonali dwar iċ-ċertifikati fitosanitarji kif stabbiliti mill-Parti importatriċi.

7.   Fejn hemm bżonn biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni bħala tweġiba għal talba tal-Parti esportatriċi:

(a)

il-Parti importatriċi għandha tieħu l-passi neċessarji kollha biex tippermetti l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati mingħajr dewmien żejjed;

(b)

il-Parti esportatriċi għandha:

(i)

tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa mill-Parti importatriċi; u

(ii)

tagħti aċċess raġonevoli lill-Parti importatriċi għal proċeduri tal-awditjar u oħrajn rilevanti.

8.   Meta jkun hemm firxa ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji disponibbli biex jinkiseb il-livell ta' protezzjoni tal-Parti importatriċi, il-Partijiet, fuq talba tal-Parti esportatriċi, għandhom jikkunsidraw li jagħżlu soluzzjoni aktar prattikabbli u anqas restrittiva għall-kummerċ.

9.   Meta ċertifikat maħruġ mill-Parti esportatriċi jkun meħtieġ għal objettivi sanitarji jew fitosanitarji, il-format taċ-ċertifikat u l-kontenut tiegħu għandhom ikunu miftiehma mill-Partijiet, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali, il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Codex Alimentarius, tal-OIE jew tal-IPPC.

10.   Kull Parti għandha tippromwovi l-implimentazzjoni ta' ċertifikazzjoni elettronika u ta' teknoloġiji oħra biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ.

11.   L-iskop tal-verifiki minn uffiċjali tal-Parti importatriċi fit-territorju tal-Parti esportatriċi għandu jkun li jiffaċilitaw kummerċ ġdid. Dawk il-verifiki m'għandhomx isiru miżura permanenti. Il-Parti importatriċi għandha tissostitwixxi miżura ta' verifika eżistenti b'miżura alternattiva li tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti miftiehma għal miżuri fitosanitarji mill-Parti esportatriċi, jekk tintalab mill-Parti esportatriċi u tiġi aċċettata mingħajr dewmien mill-Parti importatriċi.

12.   Kunsinni ta' komoditajiet irregolati għandhom jiġu aċċettati fuq il-bażi ta' garanziji adegwati mill-Parti esportatriċi, mingħajr awtorizzazzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni fil-forma ta' liċenzja jew ta' permess, ħlief meta jkun hemm bżonn ta' kunsens uffiċjali, fuq il-bażi tal-istandards, tal-linji gwida u tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-IPPC.

13.   Analiżi tar-riskju fitosanitarju għandha tinbeda mill-aktar fis possibbli u għandha tiġi konkluża mingħajr dewmien żejjed.

14.   Kwalunkwe tariffa imposta għall-proċeduri fuq prodotti importati mill-Parti esportatriċi għandha tkun ekwitabbli b'rabta ma' kwalunkwe tariffa mitluba fuq prodotti domestiċi simili u m'għandhiex tkun ogħla mill-kost propju tas-servizz f'konformità mas-subparagrafu 1(f) tal-Anness C għall-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 6.8

Awditu

1.   Biex tinkiseb u tinżamm il-kunfidenza fl-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandhom jassistu lil xuxlin fit-twettiq tal-awditi:

(a)

tas-sistema sħiħa ta' spezzjoni u ta' ċertifikazzjoni tal-Parti esportatriċi, jew ta' partijiet minnha; u

(b)

tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa taħt is-sistema ta' spezzjoni u ta' ċertifikazzjoni tal-Parti esportatriċi.

Il-Partijiet għandhom iwettqu dawk l-awditi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim SPS, b'kunsiderazzjoni tal-istandards internazzjonali, tal-linji gwida u tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Codex Alimentarius, tal-OIE jew tal-IPPC.

2.   Il-Parti importatriċi tista' tagħmel awditi billi titlob informazzjoni mingħand il-Parti esportatriċi jew bi żjarat tal-awditjar fil-Parti esportatriċi.

3.   Żjara tal-awditjar għandha titwettaq taħt il-kundizzjonijiet miftiehma minn qabel mill-Partijiet.

4.   Il-Parti importatriċi għandha tipprovdi lill-Parti esportatriċi bl-opportunità li tikkummenta bil-miktub dwar is-sejbiet tal-awditu. Il-Parti importatriċi għandha tieħu kwalunkwe kumment bħal dan f'kunsiderazzjoni qabel ma tilħaq il-konklużjonijiet tagħha u tieħu kwalunkwe azzjoni fuqhom. Il-Parti importatriċi, mingħajr dewmien żejjed, għandha tipprovdi lill-Parti esportatriċi b'rapport bil-miktub li jistabbilixxi l-konklużjonijiet tagħha.

5.   Il-kostijiet għal żjara tal-awditjar għandhom jiġġarrbu mill-Parti importatriċi sakemm il-Partijiet ma jiftehmux b'xi mod ieħor.

ARTIKOLU 6.9

Proċedura għall-elenkar tal-istabbilimenti jew tal-faċilitajiet

1.   Meta jintalbu mill-Parti importatriċi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti esportatriċi għandhom jiżguraw li l-listi ta' stabbilimenti u ta' faċilitajiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni tal-Parti importatriċi jitfasslu, jinżammu aġġornati u jiġu kkomunikati lill-Parti importatriċi.

2.   Il-Parti importatriċi tista' titlob lill-Parti esportatriċi tipprovdi informazzjoni li hi neċessarja biex tikkunsidra l-listi msemmija fil-paragrafu 1. Sakemm ma tkunx meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex jiġu vverifikati l-entrati fil-listi, il-Parti importatriċi għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tawtorizza l-importazzjonijiet mill-istabbilimenti u mill-faċilitajiet elenkati mingħajr dewmien żejjed. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6.13, dawn il-miżuri m'għandhomx jinkludu spezzjoni minn qabel sakemm it-tali spezzjoni ma tkunx meħtieġa mil-liġijiet u mir-regolamenti ta' kull Parti jew il-Partijiet ma jkunux ftiehmu xi mod ieħor.

3.   Il-Parti importatriċi tista' tagħmel awditi f'konformità mal-Artikolu 6.8.

4.   Il-Parti importatriċi għandha tgaħmel il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni pubblikament kif xieraq.

5.   Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li tintroduċi liġijiet u regolamenti ġodda fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u tippermetti lill-Parti l-oħra tipprovdi kummenti dwarhom.

ARTIKOLU 6.10

Adattament għall-kundizzjonijiet reġjonali

1.   Fir-rigward tal-annimali, tal-prodotti mill-annimali u tal-prodotti sekondarji mill-annimali, il-Partijiet jagħrfu l-kunċett ta' żona u ta' kompartiment speċifikati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE u fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE.

2.   Meta tistabbilixxi jew iżżomm kundizzjonijiet sanitarji tal-importazzjoni fuq it-talba tal-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tirrikonoxxi ż-żoni jew il-kompartimenti stabbiliti mill-Parti esportatriċi bħala bażi għal kunsiderazzjoni favur id-determinazzjoni ta' awtorizzazzjoni jew ta' żamma tal-importazzjoni.

3.   Il-Parti esportatriċi għandha tidentifika ż-żoni jew il-kompartimenti tagħha msemmija fil-paragrafu 2 u, fuq talba tal-Parti importatriċi, tipprovdi spjegazzjoni sħiħa u data ta' sostenn fuq il-bażi tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE jew tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE, jew b'modi oħra li jitqiesu xierqa mill-Partijiet fuq il-bażi tal-għarfien miksub permezz tal-esperjenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti esportatriċi.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri u l-obbligi stabbiliti bil-paragrafi 2 u 3 jitwettqu mingħajr dewmien żejjed.

5.   Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-Partijiet għandhom, permezz tal-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, jiskambjaw informazzjoni dwar mezz biex tistabbilixxi u żżomm rikonoxximent reċiproku ta' stat ta' saħħa, fuq il-bażi tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-OIE.

6.   Kull Parti tista' tistabbilixxi ż-żoni jew il-kompartimenti msemmija fil-paragrafu 2 għal mard mhux kopert mill-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE jew mill-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE u taqbel mal-Parti l-oħra biex japplikaw it-tali żoni jew kompartimenti fil-kummerċ bejn il-Partijiet.

7.   Fir-rigward tal-pjanti u tal-prodotti mill-pjanti, il-Partijiet jirrikonoxxu l-kunċetti ta' żoni ħielsa mill-pesti, ta' postijiet tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti, ta' siti tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti u ta' żoni bi prevalenza baxxa ta' pesti speċifikati fl-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji taħt l-IPPC, kif ukoll il-kunċett ta' żoni protetti li l-Partijiet jaqblu li japplikaw fil-kummerċ bejniethom.

8.   Meta tistabbilixxi jew iżżomm kundizzjonijiet fitosanitarji tal-importazzjoni fuq talba tal-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tirrikonoxxi ż-żoni ħielsa mill-pesti, il-postijiet tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti, is-siti ta' produzzjoni ħielsa mill-pesti, iż-żoni bi prevalenza baxxa ta' pesti u ż-żoni protetti stabbiliti mill-Parti esportatriċi bħala bażi għall-kunsiderazzjoni rigward id-determinazzjoni biex tiġi awtorizzata jew miżmuma l-importazzjoni.

9.   Il-Parti esportatriċi għandha tidentifika ż-żoni ħielsa mill-pesti, il-postijiet tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti, is-siti ta' produzzjoni ħielsa mill-pesti u ż-żoni bi prevalenza baxxa ta' pesti jew iż-żoni protetti. Jekk tintalab mill-Parti importatriċi, il-Parti esportatriċi għandha tipprovdi spjegazzjoni sħiħa u data ta' sostenn ibbażata fuq l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji żviluppati taħt l-IPPC, jew b'modi oħra kif meqjusa xierqa mill-Partijiet, fuq il-bażi tal-għarfien miksub permezz tal-esperjenza tal-awtoritajiet fitosanitarji rilevanti tal-Parti esportatriċi.

10.   Fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 7 sa 9, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet tekniċi u awditi. Il-konsultazzjonijiet tekniċi għandhom iseħħu f'konformità mal-Artikolu 6.12. L-awditi għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 6.8, b'kunsiderazzjoni tal-bijoloġija tal-pest u tal-komodità kkonċernata.

11.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri u l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 8 sa 10 jitwettqu mingħajr dewmien żejjed.

12.   Kull meta jiġi identifikat pest ta' kwarantina f'żona protetta, il-Parti esportatriċi għandha tinnotifika minnufih lill-Parti importatriċi u, fuq talba tal-Parti importatriċi, tissospendi l-esportazzjoni rilevanti minnfuih. Il-Parti esportatriċi tista' tkompli bl-esportazzjoni dment li l-Parti importatriċi tiġi ssodisfata bl-aċċertamenti pprovduti mill-Parti esportatriċi.

ARTIKOLU 6.11

Trasparenza u skambju ta' informazzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 7 tal-Ftehim SPS u mal-Annessi B u C għall-Ftehim SPS, kull Parti għandha:

(a)

tiżgura trasparenza fir-rigward:

(i)

tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji, li jinkludu l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni; u

(ii)

tal-proċeduri ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' approvazzjoni, li jinkludu dettalji sħaħ dwar il-passi amministrattivi mandatorji, il-kronoloġiji mistennija u l-awtoritajiet inkarigati mir-riċevuta tal-applikazzjonijiet tal-importazzjoni u mill-ipproċessar tagħhom;

(b)

ittejjeb il-fehim reċiproku tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji ta' kull Parti u l-applikazzjoni tagħhom; u

(c)

fuq talba raġonevoli tal-Parti l-oħra u mill-aktar fis possibbli, tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħha u l-applikazzjoni ta' dawn, inklużi:

(i)

il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni li japplikaw għall-importazzjoni ta' prodotti speċifiċi;

(ii)

l-istat tal-progress tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti speċifiċi;

(iii)

il-frekwenza tal-verifiki tal-importazzjonijiet imwettqa fuq prodotti mill-Parti l-oħra; u

(iv)

materji relatati mal-iżvilupp u mal-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħha, inkluż il-progress li jikkonċerna evidenza xjentifika disponibbli ġdida, li jaffettwaw jew li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet bl-għan li jiġu mminimizzati l-effetti negattivi tagħhom.

2.   Meta l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafi 1(a) u (c) tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni b'notifika ta' Parti skont il-Ftehim SPS, jew meta t-tali informazzjoni tkun tqiegħed għa-dispożizzjoni fuq sit web uffiċjali, pubblikament aċċessibbli u b'xejn ta' dik il-Parti, l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafi 1(a) u (c) għandha titqies li ġiet ipprovduta.

ARTIKOLU 6.12

Konsultazzjonijiet tekniċi

1.   Meta Parti jkollha tħassib sinifikanti rigward il-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew rigward miżuri proposti jew implimentati mill-Parti l-oħra, dik il-Parti tista' titlob konsultazzjonijiet tekniċi.

2.   Il-Parti l-oħra għandha twieġeb għat-tali talba mingħajr dewmien żejjed u għandha tidħol f'konsultazzjonijiet tekniċi biex tindirizza dak it-tħassib.

3.   Kull Parti għandha tieħu impenn li tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex tevita tfixkil fil-kummerċ jew biex tintlaħaq soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku.

4.   Meta l-Partijiet diġà jkunu stabbilixxew mekkaniżmi oħra li mhumiex dawk imsemmija f'dan l-Artikolu biex jindirizzaw it-tħassib, dawn għandhom jużawhom kemm jista' jkun biex jevitaw xogħol doppju għalxejn.

5.   Kull Parti għandha tfittex li ssolvi kwalunkwe tħassib fir-rigward tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji tal-Parti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' konsultazzjonijiet tekniċi skont dan l-Artikolu qabel ma tiftaħ proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim.

6.   Kull Parti tista' tittermina l-konsultazzjonijiet tekniċi billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub fi kwalunkwe waqt mhux anqas minn 90 jum wara d-data tar-riċevuta tat-tweġiba mill-Parti l-oħra msemmija fil-paragrafu 2, jew fi kwalunkwe perijodu ta' żmien ieħor kif miftiehem mill-Partijiet.

ARTIKOLU 6.13

Miżuri ta' emerġenża

1.   Parti tista' tadotta miżuri ta' emerġenza li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti. Meta tadotta miżuri ta' emerġenza bħal dawn, l-awtorità kompetenti ta' dik il-Parti għandha:

(a)

tinnotifika minnufih lill-awtoritajiet kompetneti tal-Parti l-oħra dwar it-tali miżuri ta' emerġenza;

(b)

tippermetti lill-Parti l-oħra tissottometti kummenti bil-miktub;

(c)

tidħol, jekk neċessarji, f'konsultazzjonijiet tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 6.12; u

(d)

tqis il-kummenti msemmija fis-subparagrafu (b) u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tekniċi msemmija fis-subparagrafu (c).

2.   Biex jiġi evitat xkiel għalxejn fil-kummerċ, il-Parti importatriċi għandha tikkunsidra l-informazzjoni pprovduta b'mod tempestiv mill-Parti esportatriċi meta tieħu deċiżjonijiet fir-rigward ta' kunsinni li, fi żmien l-adozzjoni tal-miżuri ta' emerġenza, ikunu qed jiġu ttrasportati bejn il-Partijiet.

3.   Il-Parti importatriċi għandha tiżgura li kwalunkwe miżura ta' emerġenza msemmija fil-paragrafu 1 ma tinżammx mingħajr evidenza xjentifika. F'każijiet li fihom l-evidenza xjentifika ma tkunx biżżejjed, il-Parti importatriċi tista' tadotta b'mod proviżorju miżuri ta' emerġenza fuq il-bażi tal-informazzjoni pertinenti disponibbli, li tinkludi dik mingħand l-organizzazzjoni internazzjonali rilevanti. Il-Parti importatriċi għandha tirrieżamina l-miżura ta' emerġenza bl-għan li timminimizza l-effett negattiv tagħha fuq il-kummerċ billi jew tħassar dik il-miżura jew tissostitwixxiha b'miżura permanenti.

ARTIKOLU 6.14

Ekwivalenza

1.   Il-Parti importatriċi għandha taċċetta l-miżuri sanitarji u fitosanitarji tal-Parti esportatriċi bħala ekwivalenti jekk il-Parti esportatriċi turi b'mod oġġettiv lill-Parti importatriċi li l-miżura tagħha tilħaq il-livell xieraq ta' protezzjoni tal-Parti importatriċi. Għal dak l-għan, għandu jingħata aċċess raġonevoli, fuq talba, lill-Parti importatriċi għal spezzjoni, għall-ittestjar u għal proċeduri rilevanti oħra.

2.   Il-Partijiet, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet bl-għan li jiftiehmu fuq arranġamenti li jiddeterminaw l-ekwivalenza tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji speċifikati.

3.   Fid-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji, il-Partijiet għandhom iqisu l-gwida rilevanti tal-Kumitat tad-WTO dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, b'mod partikolari tad-Deċiżjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (21) u l-istandards internazzjonali, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-Codex Alimentarius, l-OIE jew IPPC.

4.   Meta tiġi ddeterminata l-ekwivalenza, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar kundizzjonijiet alternattivi tal-importazzjoni u ċertifikati ssimplifikati, filwaqt li jqisu standards internazzjonali, linji gwida jew rakkomandazzjonijiet tal-Codex Alimentarius, tal-OIE jew tal-IPPC.

ARTIKOLU 6.15

Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji

1.   Il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji stabbilit skont l-Artikolu 22.3 għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu.

2.   L-objettivi tal-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji huma li:

(a)

isaħħaħ l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu minn kull Parti;

(b)

jikkunsidra materji sanitarji u fitosanitarji ta' interess reċiproku; u

(c)

isaħħaħ il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni f'materji sanitarji u fitosanitarji ta' interess reċiproku.

3.   Il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji:

(a)

għandu jipprovdi forum biex jittejjeb il-fehim tal-Partijiet dwar il-materji sanitarji u fitosanitarji li huma relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim SPS;

(b)

għandu jipprovdi forum biex jissaħħaħ il-fehim reċiproku tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji ta' kull Parti u l-proċessi regolatorji relatati ma' dawn;

(c)

għandu jissorvelja, jirrieżamina u jiskambja informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu;

(d)

għandu jservi bħala forum fejn jiġi indirizzat it-tħassib imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 6.12 bl-għan li jintlaħqu soluzzjonijiet aċċettabbli b'mod reċiproku dment li l-Partijiet l-ewwel ikunu ppruvaw jindirizzawhom permezz tal-konsultazzjonijiet tekniċi skont l-Artikolu 6.12 u suġġetti oħra miftiehma mill-Partijiet;

(e)

għandu jiddetermina l-mezzi xierqa, li jistgħu jinkludu gruppi ta' ħidma ad hoc, biex iwettaq kompiti speċifiċi relatati mal-funzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji;

(f)

jista' jidentifika u jikkunsidra proġetti ta' kooperazzjoni teknika bejn il-Partijiet b'rabta mal-iżvilupp, mal-implimentazzjoni, u mal-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji; u

(g)

jista' jikkonsulta fuq materji u pożizzjonijiet għal-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji tad-WTO u għal-laqgħat organizzati taħt l-awspiċji tal-Codex Alimentarius, tal-OIE u tal-IPPC.

4.   Il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji għandu jkun imsawwar minn rappreżentanti tal-Partijiet li huma inkarigati mill-miżuri sanitarji u fitosanitarji bl-għarfien espert rilevanti.

5.   Il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu u jista' jirrevedi dawk ir-regoli skont il-bżonn.

6.   Il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji għandu jorganizza l-ewwel laqgħa fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 6.16

Soluzzjoni tat-tilwim

1.   L-Artikolu 6.6, subparagrafi 4(b) sa (d) tal-Artikolu 6.7 u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 6.14 m'għandhomx ikunu soġġetti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21.

2.   F'tilwima skont dan il-Kapitolu li tinvolvi kwistjonijiet xjentifiċi jew tekniċi, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, bord għandu jfittex il-pariri ta' esperti magħżula mill-bord f'konsultazzjoni mal-Partijiet. Għal dan l-għan, il-bord għandu fuq talba ta' Parti jistabbilixxi grupp tekniku konsultattiv ta' esperti jew jikkonsulta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

KAPITOLU 7

OSTAKOLI TEKNIĊI GĦALL-KUMMERĊ

ARTIKOLU 7.1

Objettivi

L-objettivi ta' dan il-Kapitolu huma li jiffaċilita u jżid il-kummerċ f'merkanzija bejn il-Partijiet billi:

(a)

jiżgura li r-regolamenti tekniċi, l-istandards u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità ma joħolqux ostakoli żejda għall-kummerċ;

(b)

isaħħaħ il-kooperazzjoni konġunta bejn il-Partijiet, inkluż fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-OTK; u

(c)

ifittex modi adattati kif inaqqas l-effetti negattivi żejda fuq il-kummerċ minn miżuri fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 7.2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għall-preparazzjoni, għall-adozzjoni u għall-applikazzjoni ta' regolamenti, ta' standards tekniċi u ta' proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tal-korpi tal-gvern ċentrali, kif definit fil-Ftehim dwar l-OTK, li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ f'merkanzija bejn il-Partijiet.

2.   Kull Parti għandha tieħu tali miżuri raġonevoli li jkunu disponibbli għaliha biex tħeġġeġ ir-rispett tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7.5 sa 7.11 mill-korpi tal-gvern lokali fi ħdan it-territorju tagħha fil-livell li jiġi direttament taħt dak tal-gvern ċentrali, li huma responsabbli għall-preparazzjoni, għall-adozzjoni u għall-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità.

3.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal:

(a)

speċifikazzjonijiet għax-xiri mħejjija minn korp governattiv għar-rekwiżiti ta' produzzjoni jew ta' konsum tiegħu; jew

(b)

miżuri sanitarji u fitosanitarji kif definiti fl-Anness A għall-Ftehim SPS.

ARTIKOLU 7.3

Inkorporazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-OTK

1.   Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim dwar l-OTK.

2.   L-Artikoli 2 sa 9 tal-Ftehim dwar l-OTK u l-Annessi 1 u 3 għall-Ftehim dwar l-OTK huma inkorporati f'dan il-Ftehim u saru parti minnu, mutatis mutandis.

3.   Meta tqum tilwima rigward miżura partikolari ta' Parti li l-Parti l-oħra tallega li qed tikser b'mod esklużiv id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-OTK imsemmija fil-paragrafu 2, dik il-Parti l-oħra għandha, minkejja l-paragrafu 1 tal-Artikolu 21.27, tagħżel il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim taħt il-Ftehim tad-WTO.

ARTIKOLU 7.4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw it-termini u d-definizzjonijiet tal-Anness 1 għall-Ftehim dwar l-OTK.

ARTIKOLU 7.5

Regolamenti tekniċi

1.   Il-Partijiet jagħrfu l-importanza ta' prattiki regolatorji tajbin fir-rigward tat-tħejjija, tal-adozzjoni u tal-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, b'mod partikolari tax-xogħol imwettaq mill-Kumitat tad-WTO dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fuq prattiki regolatorji tajba. F'dan il-kuntest, kull Parti tieħu impenn li:

(a)

meta tiżviluppa regolament tekniku:

(i)

tivvaluta, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha jew mal-linji gwida amministrattivi tagħha, l-alternattivi regolatorji jew mhux regolatorji disponibbli għar-regolament tekniku propost li jistgħu jissodisfaw l-objettiv leġittimu tagħha, biex jiġi żgurat li r-regolament tekniku ma jkunx jirrestrinġi l-kummerċ aktar milli hemm bżonn biex jiġi ssodisfat l-objettiv leġittimu tiegħu, f'konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar l-OTK; xejn f'din id-dispożizzjoni m'għandu jaffettwa d-drittijiet ta' kull Parti biex tħejji, tadotta u tapplika miżuri mingħajr dewmien meta jinqalgħu jew ikun hemm theddida li jinqalgħu problemi urġenti li jinkludu s-sikurezza, is-saħħa, il-ħarsien tal-ambjent jew is-sigurtà nazzjonali;

(ii)

tieħu impenn biex twettaq b'mod sistematiku valutazzjonijiet tal-impatt għal regolamenti tekniċi b'effett sinifikanti fuq il-kummerċ, li tinkludi valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-kummerċ; u

(iii)

tispeċifika, kull fejn xieraq, regolamenti tekniċi bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-prodott f'termini ta' prestazzjoni aktar milli ta' disinn jew ta' karatteristiċi deskrittivi; u

(b)

tirrieżamina, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar l-OTK, ir-regolamenti tekniċi adottati f'intervalli xierqa, idealment ta' mhux aktar minn ħames snin, b'mod partikolari bl-għan li tiżdied il-konverġenza ta' dawn mal-istandards internazzjonali rilevanti. Meta twettaq dan ir-rieżami, kull Parti għandha tieħu f'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, kwalunkwe żvilupp ġdid fl-istandards internazzjonali rilevanti u jekk għandhomx jeżistu ċ-ċirkustanzi li jwasslu għad-diverġenzi fir-regolamenti tekniċi ta' dik il-Parti minn kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti. L-eżitu ta' dan ir-rieżami għandu jiġi kkomunikat u spjegat lill-Parti l-oħra fuq talba tagħha.

2.   Meta Parti tqis li r-regolament tekniku tagħha u regolament tekniku tal-Parti l-oħra li għandu l-istess objettivi u kopertura ta' prodotti huma ekwivalenti, dik il-Parti tista' titlob bil-miktub, filwaqt li tipprovdi raġunijiet dettaljati, li l-Parti l-oħra tagħraf dawk ir-regolamenti tekniċi bħala ekwivalenti. Il-Parti rikjesta għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għall-aċċettazzjoni ta' dawk ir-regolamenti tekniċi bħala ekwivalenti, anki jekk ivarjaw, dment li tkun issodisfata li r-regolament tekniku tal-Parti rikjedenti tissodisfa b'mod adegwat l-objettivi tar-regolament tekniku tagħha stess. Jekk il-Parti rikjesta ma taċċettax regolament tekniku tal-Parti rikjedenti bħala ekwivalenti, il-Parti rikjesta għandha, fuq talba tal-Parti rikjedenti, tispjega r-raġunijiejt għad-deċiżjoni tagħha.

3.   Fuq talba ta' Parti li jkollha interess fl-iżvilupp ta' regolament tekniku simili għal regolament tekniku tal-Parti l-oħra, il-parti rikjesta għandha, sa fejn ikun possibbli fil-prattika, tipprovdi lill-Parti rikjedenti l-informazzjoni rilevanti, li tinkludi studji jew dokumenti, apparti informazzjoni kunfidenzjali, li bbażat fuqha meta żviluppat ir-regolament tekniku tagħha.

4.   Kull Parti għandha tapplika b'mod uniformi u konsistenti r-rekwiżiti relatati mat-tqegħid tal-prodotti fis-suq li huma stabbiliti f'regolamenti tekniċi applikabbli għat-territorju sħiħ tagħha. Jekk Parti jkollha raġunijiet sostanzjati biex temmen li kwalunkwe wieħed minn dawn ir-rekwiżiti mhuwiex applikat b'mod uniformi u konsistenti fit-territorju tal-Parti l-oħra, u li din is-sitwazzjoni twassal għal impatt sinifikanti fuq il-kummerċ bilaterali, dik il-Parti tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar dawk ir-raġunijiet sostanzjati bl-għan li tiċċara l-kwistjoni, u, jekk xieraq, tindirizzaha b'mod puntwali permezz tal-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 7.14 jew permezz ta' korpi xierqa oħra mwaqqfa skont dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 7.6

Standards internazzjonali

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu u fil-Ftehim TBT, standards maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO), il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP.29) fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), fis-Sottokumitat ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta' Sustanzi Kimiċi (UNSCEGHS), u l-Kunsill Internazzjonali għall-Armonizzazzjoni ta' Rekwiżiti Tekniċi għal Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem (ICH) għandhom jiġu kkunsidrati bħala standards internazzjonali rilevanti kif imsemmi f'dan il-Kapitolu, l-Artikoli 2 u 5 tal-Ftehim dwar l-OTK u tal-Anness 3 tal-Ftehim TBT, sakemm fl-iżvilupp tagħhom, il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat tad-WTO dwar Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ dwar Prinċipji għall-Iżvilupp ta' Standards Internazzjonali, Gwidi u Rakkomandazzjonijiet b'Rabta l-Artikoli 2 u 5 tal-Ftehim TBT u tal-Anness 3 tal-Ftehim TBT (22) ġew segwiti, ħlief meta dawn l-istandards jew partijiet rilevanti ma jkunux effettivi jew xierqa għat-twettiq tal-miri leġittimi segwiti.

2.   Bl-għan li jarmonizzaw l-istandards bl-aktar mod mifrux possibbli, il-Partijiet għandhom iħeġġu lill-korpi reġjonali jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni li jinsabu fit-territorji tagħhom biex:

(a)

jaqdu rwol sħiħ, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi tagħhom, fit-tħejjija tal-istandards internazzjonali mill-korpi internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni;

(b)

jużaw standards internazzjonali bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief meta t-tali standards internazzjonali jkunu ineffikaċi jew inadatti, pereżempju minħabba livell insuffiċjenti ta' protezzjoni jew fatturi fundamentali jew ġeografiċi jew problemi teknoloġiċi fundamentali;

(c)

jevitaw milli jagħmlu l-istess xogħol, jew jidħlu fi trikkib fuq ix-xogħol tal-korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni; u

(d)

jirrieżaminaw l-istandards tagħhom li mhumiex ibbażati fuq standards internazzjonali rilevanti f'intervalli xierqa, idealment li ma jaqbżux il-ħames snin, bl-għan li jżidu l-konverġenza tagħhom ma' standards internazzjonali rilevanti.

3.   Meta jiżviluppaw regolamenti tekniċi jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità:

(a)

kull Parti għandha tuża standards internazzjonali, gwidi jew rakkomandazzjonijiet rilevant, jew il-partijiet rilevanti minnhom, sa fejn stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 2 u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-OTK, bħala bażi għar-regolamenti tekniċi u għall-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tagħha u tevita devjazzjonijiet mill-istandards internazzjonali rilevanti jew rekwiżiti addizzjonali meta mqabbla ma' dawk l-istandards, ħlief meta l-Parti li tiżviluppa r-regolament tekniku jew il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun tista' turi, fuq il-bażi ta' informazzjoni rilevanti, li tinkludi evidenza xjentifika jew teknika disponibbli, li t-tali standards ikunu ineffikaċi jew inadatti għall-ilħuq tal-objettivi leġittimi fil-mira, kif imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-OTK; u

(b)

jekk Parti ma tużax l-istandards internazzjonali, il-gwidi jew ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti, jew il-partijiet rilevanti għalihom, kif imsemmija fil-paragrafu 1, bħala bażi għar-regolamenti tekniċi jew għall-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tagħha, dik il-Parti għandha, fuq talba tal-Parti l-oħra, tispjega r-raġunijiet għaliex hi tqis li t-tali standards internazzjonali huma ineffikaċi jew inadatti għall-ilħuq tal-objettivi leġittimi fil-mira, kif imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-OTK, u tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, li tinkludi evidenza xjentifika jew teknika li fuqha hi bbażata din il-valutazzjoni, kif ukoll tidentifika l-partijiet tar-regolament tekniku jew tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernati li fis-sustanza tagħhom jiddevjaw mill-istandards internazzjonali, mill-gwidi jew mir-rakkomandazzjonijiet rilevanti.

4.   Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-korpi reġjonali jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni tagħha fi ħdan it-territorju tagħha biex jikkooperaw mal-korpi tal-istandardizzazzjoni rilevanti tal-Parti l-oħra f'attivitajiet internazzjonali ta' standardizzazzjoni. It-tali kooperazzjoni tista' ssir f'korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni li fihom huma membri ż-żewġ Partijiet jew il-korpi tal-istandardizzazzjoni taż-żewġ Partijiet. It-tali kooperazzjoni bilaterali tista' timmira, fost l-oħrajn, biex ittejjeb l-iżvilupp ta' standards internazzjonali, tiffaċilita l-iżvilupp ta' standards komuni għaż-żewġ Partijiet f'oqsma ta' interess komuni fejn ma hemm ebda standard internazzjonali, b'mod partikolari rigward prodotti jew teknoloġiji ġodda, jew tkompli ssaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-korpi tal-istandardizzazzjoni tal-Partijiet.

ARTIKOLU 7.7

Standards

1.   Il-Partijiet jaffermaw l-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar l-OTK biex jiżguraw li l-korpi reġjonali jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni fi ħdan it-territorji tagħhom jaċċettaw u jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Prattika Tajba għat-Tħejjija, għall-Adozzjoni u għall-Applikazzjoni tal-Istandards fl-Anness 3 għall-Ftehim dwar l-OTK.

2.   Il-Partijiet ifakkru li, skont id-definizzjoni ta' standard fl-Anness 1 għall-Ftehim dwar l-OTK, il-konformità mal-istandards mhix obbligatorja. Meta l-konformità ma' standard tkun meħtieġa f'Parti permezz tal-inkorporazzjoni tal-istandard, jew permezz ta' referenza għal standard, f'regolament tekniku jew fi proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, il-Parti, meta tiżviluppa l-abbozz tar-regolament tekniku jew tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, għandha tikkonforma mal-obbligi ta' trasparenza stabbiliti fil-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 jew fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-OTK, u fl-Artikolu 7.9.

3.   Kull Parti għandha tħeġġeġ, soġġetta għal-liġijiet u għar-regolamenti tagħha, il-korpi reġjonali jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni tagħha biex jiżguraw il-parteċipazzjoni adegwata tal-persuni interessati fi ħdan it-territorju ta' dik il-Parti fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandards u biex jippermettu lin-nies tal-Parti l-oħra jieħdu sehem fil-proċeduri ta' konsultazzjoni, li huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali, b'termini li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-persuni tagħhom stess.

4.   Il-Partijiet jintrabtu li jiskambjaw informazzjoni dwar:

(a)

l-użu minn kull Parti tal-istandards b'appoġġ tal-wiri jew tal-faċilitazzjoni tal-konformità mar-regolamenti tekniċi;

(b)

il-proċessi ta' ffissar ta' standards tagħhom, b'mod partikolari l-mod li bih u kemm l-istandards internazzjonali jew reġjonali jintużaw bħala bażi għall-istandards reġjonali jew nazzjonali tagħhom; u

(c)

ftehimiet jew arranġamenti ta' kooperazzjoni dwar l-istandardizzazzjoni ma' partijiet terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

ARTIKOLU 7.8

Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità

1.   Fir-rigward tat-tħejjija, tal-adozzjoni u tal-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, is-subparagrafi 1(a)(i), 1(a)(ii) u 1(b) tal-Artikolu 7.5 japplikaw ukoll, mutatis mutandis, għall-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità.

2.   F'konformità mal-paragrafu 1.2 tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-OTK, kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità ma jkunux aktar stretti jew li ma jiġux applikati b'mod aktar strett milli neċessarju biex jagħtu lill-Parti importatriċi kunfidenza adegwata li l-prodotti jikkonformaw mar-regolamenti tekniċi jew mal-istandards applikabbli, filwaqt li jqisu r-riskji assoċjati mal-prodotti, li jinkludu r-riskji li jkun joħloq in-nuqqas ta' konformità.

3.   Il-Partijiet jagħrfu li teżisti firxa wiesgħa ta' mekkaniżmi biex jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu:

(a)

ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku għar-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta' regolamenti tekniċi speċifiċi li jitwettqu minn korpi li jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(b)

arranġamenti kooperattivi u volontarji bejn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jinsabu fit-territorji tal-Partijiet;

(c)

ftehimiet jew arranġamenti ta' rikonoxximent plurilaterali jew multilaterali li fihom iż-żewġ Partijiet huma parteċipanti;

(d)

l-użu tal-akkreditazzjoni biex jiġu kkwalifikati korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;

(e)

deżinjazzjoni governattiva tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, li jinkludu korpi li jinsabu ta' valutazzjoni tal-konformità li jinsabu fil-Parti l-oħra;

(f)

rikonoxximent, min-naħa ta' Parti, tar-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità mwettqa fit-territorju tal-Parti l-oħra; u

(g)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-manifattur jew tal-fornitur.

4.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni rigward il-mekkaniżmi koperti mill-paragrafu 3. Fuq talba tal-Parti l-oħra, Parti għandha tipprovdi informazzjoni dwar:

(a)

il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 3 u mekkaniżmi simili bl-għan li tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b)

fatturi, li jinkludu l-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, ikkunsidrati meta jintgħażlu l-proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità għal prodotti speċifiċi; u

(c)

il-politika ta' akkreditament, inkluż dwar l-istandards internazzjonali għall-akkreditament, ftehimiet u arranġamenti internazzjonali fil-qasam tal-akkreditament, inklużi dawk tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Akkreditament tal-Laboratorji (ILAC) u l-Forum Internazzjonali għall-Akkreditament (IAF), sa fejn possibbli u użati minn Parti f'qasam speċifiku.

5.   Fir-rigward ta' dawk il-mekkaniżmi, kull Parti għandha:

(a)

tuża, kull fejn possibbli u f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, dikjarazzjoni tal-konformità ta' fornitur bħala garanzija tal-konformità mar-regolamenti tekniċi applikabbli;

(b)

tuża akkreditament bl-awtorità miksuba mill-gvern jew imwettaq mill-gvern, kif xieraq, bħala mezz biex tintwera kompetenza teknika għall-kwalifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;

(c)

jekk l-akkreditament hu stabbilit bil-liġi bħala pass separat neċessarju għall-kwalifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tiżgura li l-attivitajiet ta' akkreditament ikunu indipendenti mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità u li ma hemm ebda kunflitt ta' interess bejn il-korpi ta' akkreditament u l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jakkreditaw; il-partijiet jistgħu jikkonformaw ma' dan l-obbligu permezz tas-separazzjoni ta' korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità minn korpi ta' akkreditazzjoni (23);

(d)

tikkunsidra tissieħeb jew, kif applikabbli, ma tipprojbixxix lil korpi ta' ttestjar, ta' spezzjoni u ta' ċertifikazzjoni milli jissieħbu, fi ftehimiet jew f'arranġamenti internazzjonali għall-faċilitazzjoni tal-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità; u

(e)

jekk żewġ korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jew aktar jiġu awtorizzati minn Parti biex iwettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità meħtieġa għat-tqegħid ta' prodott fis-suq, ma tipprojbixxix lill-operaturi ekonomiċi milli jagħżlu minn fost il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità.

6.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-asam tar-rikonoxximent reċiproku f'konformità mal-Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun, magħmul fi Brussell fl-4 ta' April 2001. Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu wkoll, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak il-Ftehim, li jestendu l-kopertura fir-rigward tal-prodotti, tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli u tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità rikonoxxuti.

ARTIKOLU 7.9

Trasparenza

1.   Meta tiżviluppa regolament tekniku jew proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-kummerċ, kull Parti għandha:

(a)

twettaq proċeduri ta' konsultazzjoni, soġġetta għal-liġijiet u għar-regolamenti tagħha, li huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali u tagħmel ir-riżultati tat-tali proċeduri ta' konsultazzjoni u ta' kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt pubblikament disponibbli;

(b)

tippermetti lill-persuni tal-Parti l-oħra jieħdu sehem fil-proċeduri ta' konsultazzjoni li huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali b'termini li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-persuni tagħha stess;

(c)

tieħu f'kunsiderazzjoni l-fehmiet tal-Parti l-oħra meta twettaq il-proċeduri ta' konsultazzjoni li huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali u, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi tweġibiet bil-miktub b'mod puntwali għall-kummenti magħmula minn dik il-Parti;

(d)

minbarra s-subparagrafu 1(a)(ii) tal-Artikolu 7.5, tagħmel disponibbli pubblikament ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt fuq regolament tekniku jew proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità proposti, jekk imwettaq, inkluż tal-impatt fuq il-kummerċ; u

(e)

tieħu impenn li tipprovdi, fuq talba tal-Parti l-oħra, sommarju bl-Ingliż tal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fis-subparagrafu (d).

2.   Kull Parti, meta tagħmel notifiki f'konformità mal-paragrafu 9.2 tal-Artikolu 2 jew mal-paragrafu 6.2 tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-OTK, għandha:

(a)

tħalli fil-prinċipju tal-anqas 60 jum mid-data tan-notifika għall-Parti l-oħra biex tipprovdi kummenti bil-miktub dwar il-proposta, ħlief meta jinqalgħu jew ikun hemm theddida li se jinqalgħu problemi urġenti ta' sikurezza, ta' saħħa, ta' ħarsien tal-ambjent jew ta' sigurtà nazzjonali u, fejn ikun prattikabbli, tagħti kunsiderazzjoni xierqa għal talbiet raġonevoli biex jiġi estiż il-perijodu li fih jistgħu jsiru kummenti;

(b)

tipprovdi l-verżjoni elettronika tat-test notifikat sħiħ flimkien man-notifika;

(c)

tipprovdi, f'każ li t-test notifikat mhuwiex f'waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO, deskrizzjoni dettaljata u komprensiva tal-kontenut tal-miżura fil-format tan-notifika, kif ukoll, jekk disponibbli minnufih, traduzzjoni tat-test notifikat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO;

(d)

twieġeb bil-miktub għal kummenti bil-miktub riċevuti mingħand il-Parti l-oħra dwar il-proposta, mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolament tekniku jew tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità finali;

(e)

tipprovdi l-informazzjoni dwar it-test finali adottat permezz ta' addendum għan-notifika oriġinali;

(f)

tippermetti intervall raġonevoli (24) bejn il-pubblikazzjoni tar-regolamenti tekniċi u d-dħul fis-seħħ tagħhom għall-operaturi ekonomiċi tal-Parti l-oħra sabiex jadattaw; u

(g)

tiżgura li l-punti ta' kuntatt imwaqqfa skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar l-OTK jipprovdu informazzjoni u tweġibiet f'waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO għal domandi raġonevoli mill-Parti l-oħra jew mingħand persuni interessati tal-Parti l-oħra dwar regolamenti tekniċi u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità adottati.

3.   Kull Parti għandha, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi informazzjoni rigward l-objettivi ta' regolament tekniku jew ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, u l-ħsieb wara dawn, li l-Parti tkun adottat jew tkun qiegħda tipproponi li tadotta.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li r-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità adottati kollha jkunu disponibbli pubblikament fuq siti web uffiċjal u, jekk diġà jkunu disponibbli, bl-Ingliż.

ARTIKOLU 7.10

Sorveljanza tas-suq

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “sorveljanza tas-suq” hi funzjoni tal-awtorità pubblika separata mill-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u mwettqa wara dawn, u tfisser attivitajiet imwettqa u miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-bażi tal-proċeduri ta' Parti biex dik il-Parti tkun tista' tissorvelja u tindirizza l-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha.

2.   Kull Parti għandha, fost l-oħrajn:

(a)

tiskambja informazzjoni mal-Parti l-oħra dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u ta' infurzar, pereżempju fuq l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar, jew fuq miżuri meħuda kontra prodotti perikolużi;

(b)

tiġi żgurata l-indipendenza tal-funzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq minn funzjonijiet ta' valutazzjoni tal-konformità bil-ħsieb li jiġu evitati kunflitti ta' interess (25); u

(c)

tiżgura li ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interess bejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-persuni kkonċernati, soġġetti għall-kontroll jew għas-superviżjoni, li jinkludu l-manifattur, l-importatur u d-distributur.

ARTIKOLU 7.11

Markar u tikkettar

1.   Il-Partijiet jinnotaw li regolament tekniku jista' jinkludi jew jindirizza b'mod esklużiv rekwiżiti ta' markar jew ta' tikkettar. Kif xieraq, jekk Parti tiżviluppa rekwiżiti ta' markar jew ta' tikkettar fil-forma ta' regolament tekniku, dik il-Parti għandha tiżgura li t-tali rekwiżiti ma jitħejjewx, ma jiġux adottati jew applikati bl-għan jew bl-effett li joħolqu ostakoli żejda għall-kummerċ internazzjonali u ma jimponux aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċ minn dawk li huma neċessarji biex jissodisfaw l-objettivi leġittimi kif imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar l-OTK.

2.   B'mod partikolari, il-Partijiet jaqblu li, jekk Parti tkun teħtieġ markar jew tikkettar ta' prodott fil-forma ta' regolament tekniku:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa għat-tali markar jew tikkettar tal-prodotti għandha tkun limitata għal dik li hi rilevanti għall-persuni kkonċernati, li jinkludu l-konsumaturi, l-utenti tal-prodott jew l-awtoritajiet, għall-indikazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti regolatorji;

(b)

Parti m'għandhiex teħtieġ approvazzjoni, reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni minn qabel tal-marki jew tat-tikketti tal-prodotti bħala prekundizzjoni għat-tqegħid fis-suq minnha ta' prodotti li, kieku, ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi obbligatorji tagħha, sakemm din ma tkunx neċessarja biex tilħaq l-objettiv leġittimu tagħha;

(c)

jekk dik il-Parti teħtieġ l-użu ta' numru uniku ta' identifikazzjoni għall-markar jew għat-tikkettar tal-prodotti, din għandha toħroġ it-tali numru lill-persuni kkonċernati, li jinkludu l-manifattur, l-importatur u d-distributur, mingħajr ebda dewmien żejjed u fuq bażi nondiskriminatorja;

(d)

dment li ma tkunx qarrieqa, kontradittorja jew ambigwa, jew li l-objettivi leġittimi tal-Parti ma jinxteħtux f'periklu, il-Parti għandha tippermetti dawn li ġejjin b'rabta mal-informazzjoni meħtieġa fil-pajjiż destinatarju tal-oġġetti:

(i)

informazzjoni f'ilsna oħra minbarra l-ilsien rikjest fil-pajjiż tad-destinazzjoni tal-oġġetti;

(ii)

nomenklaturi, pittogrammi, simboli jew grafiki internazzjonali; u

(iii)

informazzjoni addizzjonali għal dik mitluba fil-pajjiż destinatarju tal-oġġetti;

(e)

il-Parti għandha taċċetta li t-tikkettar u l-korrezzjonijiet għat-tikkettar iseħħu f'deposti tad-dwana fil-punt tal-importazzjoni bħala alternattiva għat-tikkettar fil-Parti esportatriċi sakemm ma jkunx meħtieġ li tali tikkettar jitwettaq minn persuni approvati għar-raġunijiet ta' saħħa jew ta' sikurezza pubblika; u

(f)

il-Parti, sakemm ma tqisx li l-objettivi leġittimi skont il-Ftehim dwar l-OTK jiġu kompromessi b'dan, għandha tieħu impenn li taċċetta tikketti mhux permanenti jew li jistgħu jinqalgħu, jew markar jew tikkettar fid-dokumentazzjoni li takkumpanja pjuttost milli mwaħħla fiżikament mal-prodott.

ARTIKOLU 7.12

Kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni ta' bejniethom fil-qasam tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità bl-għan li jżidu l-fehim reċiproku tas-sistemi rispettivi tagħhom u jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jagħrfu li d-djalogi eżistenti dwar il-kooperazzjoni regolatorja huma mezz importanti biex tissaħħaħ it-tali kooperazzjoni.

2.   Il-Partijiet għandhom ifittxu li jidentifikaw, jiżviluppaw u jippromwovu inizjattivi ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ ta' interess reċiproku.

3.   L-inizjattivi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu:

(a)

it-titjib tal-kwalità u tal-effikaċja tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rispettivi tagħhom, u l-promozzjoni ta' prattiki regolatorji tajbin permezz ta' kooperazzjoni regolatorja bejn il-Partijiet, li jinkludu l-iskambju ta' informazzjoni, ta' esperjenza u ta' data;

(b)

fejn tkun xierqa, is-simplifikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rispettivi tagħhom;

(c)

iż-żieda tal-konverġenza tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rispettivi mal-istandards internazzjonali, mal-gwidi jew mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti;

(d)

l-iżgurar ta' interazzjoni u ta' kooperazzjoni effiċjenti tal-awtoritajiet regolatorji rispettivi tagħhom f'livell internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali;

(e)

il-promozzjoni jew it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet fil-Partijiet inkarigati mill-istandardizzazzjoni, mill-akkreditament u mill-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità; u

(f)

l-iskambju ta' informazzjoni, sa fejn possibbli, dwar ftehimiet u arranġamenti internazzjonali rigward ostakoli tekniċi għall-kummerċ li għalihom hi Parti waħda mill-Partijiet jew it-tnejn li huma.

ARTIKOLU 7.13

Kumitat dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ

1.   Il-Kumitat dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ imwaqqaf skont l-Artikolu 22.3 għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim effettivi ta' dan il-Kapitolu.

2.   Il-Kumitat dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jirrieżamina l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu;

(b)

jirrieżamina l-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fit-titjib tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità kif stabbiliti fl-Artikolu 7.12;

(c)

jirrieżamina dan il-Kapitolu fid-dawl ta' kwalunkwe żvilupp taħt il-Kumitat tad-WTO dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ imwaqqaf skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar l-OTK, u, jekk neċessarju, jiżviluppa rakkomandazzjonijiet għall-emendi għal dan il-Kapitolu;

(d)

jieħu kwalunkwe pass li l-Partijiet jistgħu jqisu li jkun ta' assistenza fl-implimentazzjoni tagħhom ta' dan il-Kapitolu u l-Ftehim dwar l-OTK u fil-faċilitazzjoni tal-kummerċ bejn il-Partijiet;

(e)

jiddiskuti kwalunkwe materja koperta minn dan il-Kapitolu, fuq talba ta' Parti;

(f)

jindirizza minnufih kwalunkwe kwistjoni li Parti tqajjem b'rabta mal-iżvilupp, mal-adozzjoni jew mal-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards jew tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tal-Parti l-oħra skont dan il-Kapitolu u l-Ftehim dwar l-OTK;

(g)

iwaqqaf, jekk ikun hemm bżonn biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan il-Kapitolu, gruppi ta' ħidma tekniċi ad hoc biex jindirizzaw kwistjonijiet jew setturi speċifiċi bl-għan li jidentifikaw soluzzjoni;

(h)

jiskambja informazzjoni dwar il-ħidma f'fora reġjonali u multilaterali involuti f'attivitajiet relatati mar-regolamenti tekniċi, mal-istandards u mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu;

(i)

iwettqu funzjonijiet oħra kif jista' jiġi ddelegat mill-Kumitat Konġunt skont is-subparagrafu 5(b) tal-Artikolu 22.1; u

(j)

jirrapporta lill-Kumitat Konġunt, hekk kif iqis li hu xieraq, dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu.

3.   Il-Kumitat dwar Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ u kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku ad hoc taħt il-patroċinju tagħha għandhom jiġu kkoordinati permezz ta':

(a)

għall-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea; u

(b)

għall-Ġappun, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

4.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet u mal-persuni rilevanti fit-territorji rispettivi tagħhom kif ukoll għall-iżgurar li t-tali istituzzjonijiet u persuni jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ skont kif ikun meħtieġ.

5.   Fuq talba ta' Parti, il-Kumitat dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ u kwalunkwe grupp ta' ħidma teknika ad hoc taħt l-awspiċji tiegħu għandhom jiltaqgħu f'ħinijiet u f'postijiet tali li jridu jiġu miftiehma bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-laqgħat jistgħu jsiru b'vidjokonferenza jew b'mezz ieħor.

ARTIKOLU 7.14

Punti ta' kuntatt

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiddeżinja punt ta' kuntatt għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta' kuntatt li jinkludu informazzjoni dwar l-uffiċjali rilevanti. Il-Partijiet minnufih għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe tibdil f'dawk id-dettalji ta' kuntatt.

2.   Il-funzjonijiet tal-punt ta' kuntatt għandhom jinkludu:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni dwar regolamenti tekniċi, standards u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità ta' kull Parti jew kwalunkwe materja oħra koperta minn dan il-Kapitolu;

(b)

jipprovdu kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni mitluba minn Parti skont dan il-Kapitolu, f'format stampat jew elettroniku, fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli miftiehem bejn il-Partijiet u, jekk possibbli, fi żmien 60 jum mid-data tar-riċevuta tat-talba; u

(c)

minnufih jiċċaraw u jindirizzaw, fejn possibbli, kwalunkwe kwistjoni li Parti tqajjem b'rabta mal-iżvilupp, mal-adozzjoni jew mal-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità skont dan il-Kapitolu u l-Ftehim dwar l-OTK.

KAPITOLU 8

KUMMERĊ FIS-SERVIZZI, LIBERALIZZAZZJONI TAL-INVESTIMENTI U KUMMERĊ ELETTRONIKU

TAQSIMA A

Dispożizzjonijiet ġenerali

ARTIKOLU 8.1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Il-Partijiet, li jaffermaw l-impenji rispettivi tagħhom taħt il-Ftehim tad-WTO u l-impenn tagħhom biex joħolqu klima aħjar għall-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment bejn il-Partijiet, b'dan jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji għal-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ fis-servizzi u fl-investiment u għall-kooperazzjoni fil-kummerċ elettroniku.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet jaffermaw id-dritt li jadottaw fit-territorji tagħhom miżuri regolatorji neċessarji biex jiksbu l-objettivi leġittimi tal-politika, bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sikurezza, tal-ambjent jew tal-morali pubbliċi, il-protezzjoni soċjali jew tal-konsumatur jew il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.

3.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi ta' Parti li jfittxu aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Parti l-oħra, u lanqas għal miżuri rigward in-nazzjonalità jew iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti.

4.   Dan il-Kapitolu m'għandux jimpedixxi Parti milli tapplika miżuri sabiex tirregola d-dħul ta' persuni fiżiċi fi, jew is-soġġorn temporanju tagħhom, fil-Parti, inklużi dawk il-miżuri neċessarji sabiex jipproteġu l-integrità, u sabiex jiżguraw il-moviment ordnat ta' persuni fiżiċi bejn il-fruntieri tagħha, bil-kundizzjoni li tali miżuri ma jiġux applikati b'tali mod li fix-xejn jew ifixklu l-benefiċċji dovuti lill-Parti l-oħra skont it-termini ta' dan il-Kapitolu. Il-fatt biss li hi mitluba viża għall-persuni fiżiċi ta' ċertu pajjiż u mhux għal dawk ta' oħrajn m'għandux jiġi kkunsidrat bħala wieħed li jannulla jew ixekkel il-benefiċċji dovuti skont dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 8.2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“servizzi ta' tiswija u manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru li matulhom inġenju tal-ajru jiġi rtirat mis-servizz” tfisser tali attivitajiet meta jitwettqu fuq inġenju tal-ajru jew parti minnu waqt li jiġi rtirat mis-servizz u ma tinkludix l-hekk imsejħa manutenzjoni bil-linja;

(b)

“servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni (CRS)” tfisser servizzi pprovduti b'sistemi kompjuterizzati li fihom informazzjoni dwar l-iskedi tat-trasportatur tal-ajru, in-nollijiet u r-regoli dwar in-nollijiet, li bihom jistgħu jsiru prenotazzjonijiet jew jinħarġu biljetti;

(c)

“intrapriża koperta” tfisser intrapriża fit-territorju ta' Parti stabbilita skont is-subparagrafu (i), b'mod dirett jew indirett, minn imprenditur tal-Parti l-oħra, eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew li huma stabbiliti minn hemm' il quddiem, skont il-liġi applikabbli;

(d)

“kummerċ transkonfinali f'servizzi” tfisser il-provvista ta' servizz:

(i)

mit-territorju ta' Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra; jew

(ii)

fit-territorju ta' Parti lill-konsumatur tas-servizz tal-Parti l-oħra;

(e)

“taxxi diretti” tinkludi t-taxxi kollha fuq l-introjtu totali, fuq il-kapital totali jew fuq elementi tal-introjtu u tal-kapital, inklużi taxxi fuq il-qligħ mit-trasferiment ta' proprjetà, taxxi fuq il-patrimonju, wirt u rigali, u taxxi fuq l-ammonti totali ta' pagi jew ta' salarji mħallsa minn intrapriżi, kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament tal-kapital.

(f)

“attività ekonomiċi” tfisser kwalunkwe servizz jew attività ta' karattru industrijali, kummerċjali u professjonali jew attivitajiet ta' nies tas-sengħa, ħlief għalservizzi forniti jew attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva;

(g)

“intrapriża” tfisser persuna ġuridika jew fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv;

(h)

“imprenditur ta' Parti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika ta' Parti li tfittex li tistabbilixxi, qed tistabbilixxi jew stabbilixxiet intrapriża f'konformità mas-subparagrafu (i), fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(i)

“stabbiliment” tfisser l-istabbiliment jew l-akkwist ta' persuna ġuridika, inkluż permezz ta' parteċipazzjoni f'kapital, jew il-ħolqien ta' fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv, fl-Unjoni Ewropea jew fil-Ġappun rispettivament, sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu rabtiet ekonomiċi dewwiema (26);

(j)

“eżistenti” tfisser b'effett fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim;

(k)

“servizzi fuq l-art” tfisser il-provvista f'ajruport, fuq bażi ta' tariffi jew kuntrattwali, tas-servizzi li ġejjin: rappreżentazzjoni, amministrazzjoni u superviżjoni tal-linji tal-ajru; l-immaniġġjar tal-passiġġieri; l-immaniġġar tal-bagalji; servizzi tar-rampa; il-forniment tal-ikel, ħlief għat-tħejjija tal-ikel; il-ġarr ta' merkanzija bl-ajru u l-immaniġġjar tal-posta; il-forniment tal-fjuwil f'inġenji tal-ajru; is-servizzjar u t-tindif tal-inġenji tal-ajru; it-trasport bis-superfiċje; u l-operazzjonijiet ta' titjiriet, l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ u l-ippjanar tat-titjiriet. Is-servizzi fuq l-art ma jinkludux: l-awtommaniġġjar; is-sigurtà; il-manutenzjoni bil-linja; it-tiswija u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru; jew il-ġestjoni jew it-tħaddim tal-infrastruttura ċentralizzata essenzjali tal-ajruport, bħal faċilitajiet ta' tneħħija tas-silġ, sistemi ta' distribuzzjoni tal-fjuwil, sistemi ta' mmaniġġjar tal-bagalji u sistemi fissi tat-trasport bejn l-ajruporti;

(l)

“persuna ġuridika” tfisser kull entità ġuridika debitament kostitwita jew organizzata b'xi mod ieħor skont id-dritt applikabbli, kemm jekk tkun għal skopijiet ta' profitt kif ukoll għal skopijiet oħra, u kemm jekk tkun proprjetà privata jew tal-gvern, inkluża kwalunkwe korporazzjoni, trust, sħubija, impriża konġunta, impriża individwali jew assoċjazzjoni;

(m)

persuna ġuridika hi:

(i)

“proprjetà” ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' Parti jekk aktar minn 50 fil-mija tal-interessi ta' ekwità fiha jkunu taħt is-sjieda benefiċjarja ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi ta' dik il-Parti; u

(ii)

“ikkontrollata” minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' Parti jekk tali persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkollhom is-setgħa jaħtru l-maġġoranza tad-diretturi tagħha jew inkella li jmexxu b'mod legali l-azzjonijiet tagħha;

(n)

“persuna ġuridika ta' Parti” tfisser:

(i)

għall-Unjoni Ewropea, persuna ġuridika kostitwita jew organizzata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha u impenjati f'operazzjonijiet sostantivi ta' negozju (27) fit-territorju tal-Unjoni Ewropea; u

(ii)

għall-Ġappun, persuna ġuridika kkostitwita jew organizzata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun u involuta f'operazzjonijiet kummerċjali sostantivi fit-territorju tal-Ġappun;

Minkejja s-subparagrafi (i) u (ii), il-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra mill-Unjoni Ewropea jew mill-Ġappun u kkontrollati minn ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ġappun, rispettivament, għandhom ikunu wkoll benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jekk il-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati skont il-leġislazzjoni rispettiva tagħhom, fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fil-Ġappun u jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ġappun;

(o)

“miżuri minn Parti” tfisser miżuri adottati jew miżmuma minn:

(i)

gvernijiet jew awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali; u

(ii)

korpi mhux governattivi fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati mill-gvernijiet jew mill-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali;

(p)

“operazzjoni” tfisser twettiq, ġestjoni, manutenzjoni, użu, tgawdija u bejgħ jew forma oħra ta' disponiment ta' intrapriża;

(q)

“servizzi ta' bejgħ u ta' kummerċjalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru” tfisser opportunitajiet għat-trasportatur bl-ajru kkonċernat biex ibigħ u jikkummerċjalizza liberament is-servizzi tiegħu tat-trasport bl-ajru fosthom kull aspett tal-kummerċjalizzazzjoni bħalma huma r-riċerka tas-suq, ir-reklamar u d-distribuzzjoni; dawn l-attivitajiet ma jinkludux l-ipprezzar tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u lanqas il-kundizzjonijiet applikabbli;

(r)

“servizzi” tinkludi kull servizz fi kwalunkwe settur ħlief is-servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva;

(s)

“servizzi forniti jew attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva” tfisser servizzi jew attivitajiet li la huma forniti jew imwettqa fuq bażi kummerċjali u lanqas f'kompetizzjoni ma' operatur ekonomiku wieħed jew iktar;

(t)

“fornitur ta' servizz” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tfittex li tipprovdi jew tipprovdi servizz; u

(u)

“fornitur ta' servizz ta' Parti” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tfittex li tipprovdi servizz jew li tipprovdih;

ARTIKOLU 8.3

Eċċezzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet tat-Taqsima B, l-Artikolu XX tal-GATT 1994 huwa b'dan inkorporat f'dan il-Ftehim u magħmul parti minnu, mutatis mutandis (28).

2.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li dawn il-miżuri ma jiġux applikati b'mod li jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja u mhux ġustifikabbli bejn il-pajjiżi fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq l-istabbiliment jew il-kummerċ fis-servizzi, xejn fit-Taqsimiet B sa F m'għandu jiġi interpretat li jipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar minn xi Parti ta' miżuri:

(a)

meħtieġa biex iħarsu s-sigurtà pubblika u l-morali pubblika jew biex iżommu l-ordni pubblika (29);

(b)

meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, il-ħajja jew is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti (30);

(c)

meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma' liġijiet jew ma' regolamenti li mhumiex inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu fosthom dawk relatati ma':

(i)

il-prevenzjoni ta' prattiki qarrieqa u frawdolenti jew l-indirizzar tal-effetti ta' inadempjenza fuq il-kuntratti;

(ii)

il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċessar u mat-tixrid ta' data personali u mal-protezzjoni tal-kunfidenzalità ta' rekords u ta' kontijiet individwali; jew

(iii)

is-sikurezza; jew

(d)

inkonsistenti mal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8.8 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 8.16 bil-kundizzjoni li d-differenza fit-trattament tkun immirata sabiex tiżgura l-impożizzjoni jew il-ġbir ġust jew effettiv (31) ta' taxxi diretti fir-rigward ta' attivitajiet ekonomiċi, intraprendituri, servizzi jew fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra.

ARTIKOLU 8.4

Kumitat dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, il-Liberalizzazzjoni tal-Investiment u l-Kummerċ Elettroniku

1.   Il-Kumitat dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, l-Investiment il-Liberalizzazzjoni u l-Kummerċ Elettroniku stabbilit skont l-Artikolu 22.3 (minn hawn' il quddiem imsemmija f'dan il-Kapitolu bħala “il-Kumitat”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jirrieżamina u jissorvelja l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan il-Kapitolu u l-miżuri mhux konformi stabbiliti fl-Iskedi ta' kull Parti fl-Anness I sa IV għall-Anness 8-B;

(b)

jiskambja informazzjoni dwar kwalunkwe materja relatata ma' dan il-Kapitolu;

(c)

jeżamina t-titjib possibbli f'dan il-Kapitolu;

(d)

jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni relatata ma' dan il-Kapitolu skont kif jistgħu jaqblu bejniethom ir-rappreżentanti tal-Partijiet; u

(e)

iwettqu funzjonijiet oħra kif jista' jiġi ddelegat mill-Kumitat Konġunt skont is-subparagrafu 5(b) tal-Artikolu 22.1.

3.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet inklużi uffiċjali mill-ministeri jew aġenziji responsabbli mill-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati. Il-Kumitat jista' jistieden lil rappreżentanti tal-entitajiet rilevanti għajr il-Gvernijiet tal-Partijiet bl-għarfien espert neċessarju rilevanti għall-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati.

ARTIKOLU 8.5

Rieżami

1.   Kull Parti għandha tieħu impenn, fejn xieraq, li tnaqqas jew telimina l-miżuri mhux konformi stabbiliti fl-Iskedi rispettivi tagħha fl-Annessi I sa IV għall-Anness 8-B.

2.   Bl-għan li jintroduċu t-titjib possibbli fid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, u b'mod konsistenti mal-impenji meħuda minnhom taħt ftehimiet internazzjonali, il-Partijiet għandhom jirrieżaminaw il-qafas legali tagħhom relatat mal-kummerċ fis-servizzi, mal-liberalizzazzjoni tal-investiment, mal-kummerċ elettroniku u mal-ambjent tal-investiment, inkluż dan il-Ftehim, f'konformità mal-Artikolu 23.1.

TAQSIMA B

Liberalizzazzjoni tal-investiment

ARTIKOLU 8.6

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tapplika għall-miżuri meħuda minn Parti fir-rigward tal-istabbiliment jew tal-operazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi minn:

(a)

imprendituri tal-Parti l-oħra;

(b)

intrapriżi koperti; u

(c)

għall-finijiet tal-Artikolu 8.11, kwalunkwe intrapriża fit-territorju tal-Parti li tadotta jew iżżomm il-miżura.

2.   Din it-Taqsima ma tapplikax għal:

(a)

kabotaġġ fis-servizzi tat-trasport marittimu (32);

(b)

servizzi tal-ajru jew servizzi relatati f'appoġġ tas-servizzi tal-ajru (33), għajr dawn li ġejjin:

(i)

is-servizzi ta' tiswija u ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li matulhom inġenju tal-ajru jiġi rtirat mis-servizz;

(ii)

il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tat-trasport bl-ajru;

(iii)

servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni (CRS); u

(iv)

servizzi fuq l-art; u

(c)

servizzi awdjoviżivi.

ARTIKOLU 8.7

Aċċess għas-suq

Parti m'għandhiex iżżomm jew tadotta, fir-rigward tal-aċċess għas-suq permezz ta' stabbiliment jew ta' operazzjoni minn imprenditur tal-Parti l-oħra jew minn intrapriża koperta, fuq il-bażi ta' suddiviżjoni territorjali jew fuq il-bażi tat-territorju sħiħ tagħha, miżuri li:

(a)

jimponu limitazzjonijiet fuq (34):

(i)

l-għadd ta' intrapriżi, kemm jekk fil-forma ta' kwoti numeriċi, ta' monopolji, ta' drittijiet esklussivi jew ir-rekwiżiti ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi;

(ii)

il-valur totali ta' tranżazzjonijiet jew ta' assi fil-forma ta' kwoti numeriċi jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi;

(iii)

l-għadd totali ta' operazzjonijiet jew il-kwantità totali ta' produzzjoni mfissra f'termini ta' unitajiet numeriċi magħżula fil-forma ta' kwoti jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi;

(iv)

il-parteċipazzjoni ta' kapital barrani f'termini ta' limitu perċentwali massimu fuq ishma f'idejn barranin jew il-valur totali ta' investiment barrani individwali jew aggregat; jew

(v)

l-għadd totali ta' persuni fiżiċi li jistgħu jiġu impjegati f'settur partikolari jew li intrapriża tista' timpjega u li huma meħtieġa għall-prestazzjoni ta' attività ekonomika, u direttament relatati magħha, fil-forma ta' kwoti numeriċi jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; jew

(b)

jillimitaw jew li jeħtieġu tipi speċifiċi ta' entitajiet legali jew ta' impriżi konġunti li permezz tagħhom imprenditur tal-Parti l-oħra jista' jwettaq attività ekonomika.

ARTIKOLU 8.8

Trattament nazzjonali

1.   Kull Parti għandha tagħti lill-imprendituri tal-Parti l-oħra u lill-intrapriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili, lill-imprendituri tagħha stess u lill-intrapriżi tagħhom, fir-rigward tal-istabbiliment fit-territorju tagħha.

2.   Kull Parti għandha tagħti lill-imprendituri tal-Parti l-oħra u lill-intrapriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili, lill-imprendituri tagħha stess u lill-intrapriżi tagħhom, fir-rigward tal-operazzjoni fit-territorju tagħha.

3.   Għal ċertezza akbar, il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprevjenu lil Parti milli tippreskrivi formalitajiet statistiċi jew rekwiżiti ta' informazzjoni, b'rabta mal-intrapriżi koperti, dment li dawk il-formalitajiet jew ir-rekwiżiti ma jikkostitwixxux mezz kif jiġu evitati l-obbligi tal-Parti skont dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 8.9

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

1.   Kull Parti għandha tagħti lill-imprendituri tal-Parti l-oħra u lill-intrapriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili, lill-imprendituri ta' pajjiż terz u lill-intrapriżi tagħhom, fir-rigward tal-istabbiliment fit-territorju tagħha.

2.   Kull Parti għandha tagħti lill-imprendituri tal-Parti l-oħra u lill-intrapriżi koperti trattament xejn anqas favorvoli minn dak li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili, lill-imprendituri ta' pajjiż terz u lill-intrapriżi tagħhom, fir-rigward tal-operazzjoni fit-territorju tagħha.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jiġu interpretati bħala li jobbligaw lil Parti testendi għall-imprendituri tal-Parti l-oħra u għall-intrapriżi koperti l-benefiċċju ta' kwalunkwe trattament li jirriżulta minn:

(a)

ftehim internazzjonali għall-evitar tat-taxxa doppja jew ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni; jew

(b)

miżuri eżistenti jew futuri li jipprovdu għar-rikonoxximent ta' kwalifiki, ta' liċenzji jew miżuri prudenzjali kif imsemmija fl-Artikolu VII tal-GATS jew fil-paragrafu 3 tal-Anness tiegħu dwar is-Servizzi Finanzjarji.

4.   Għal ċertezza akbar, it-trattament imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jinkludix proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat li hu pprovdut fi ftehimiet internazzjonali oħra.

5.   Dispożizzjonijiet sostantivi fi ftehimiet internazzjonali oħra konklużi minn kull Parti ma' pajjiż terz (35) li fihom infushom ma jikkostitwixxux trattament skont dan l-Artikolu. Għal aktar ċertezza, azzjonijiet jew inazzjonijiet ta' xi Parti fir-rigward ta' dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu trattament (36) u b'hekk jistgħu jagħtu lok għal ksur ta' dan l-Artikolu sa fejn il-ksur ma jkunx stabbilit abbażi biss fuq l-imsemmija dispożizzjonijiet.

ARTIKOLU 8.10

Maniġment superjuri u bords tad-diretturi

Parti m'għandhiex teħtieġ li intrapriża koperta taħtar individwi ta' xi nazzjonalità partikolari bħala eżekuttivi, maniġers jew membri tal-bords tad-diretturi.

ARTIKOLU 8.11

Projbizzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni

1.   Parti m'għandhiex timponi jew tinforza ebda rekwiżit jew tinfurza ebda impenn jew impriża, b'rabta mal-istabbiliment jew l-operat ta' kull intrapriża fit-territorju tagħha (37):

(a)

biex tesporta ċertu livell jew perċentwal ta' oġġetti jew ta' servizzi;

(b)

biex tikseb ċertu livell jew perċentwal ta' kontenut domestiku;

(c)

biex tixtri, tuża jew tagħti preferenza lil oġġetti mmanifatturati jew servizzi pprovduti fit-territorju tagħha, jew biex tixtri oġġetti jew servizzi mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew mingħand kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha;

(d)

biex tirrelata b'xi mod bejn il-volum jew il-valur tal-importazzjonijiet mal-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont relatat mad-dħul tal-munita barranija assoċjati mat-tali impriża;

(e)

biex tirrestrinġi l-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi fit-territorju tagħha li t-tali intrapriża tipproduċi jew tforni billi tirrelata dak il-bejgħ b'xi mod mal-volum jew mal-valur tal-esportazzjonijiet tagħha jew tal-influssi ta' muniti barranin;

(f)

biex tirrestrinġi l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni;

(g)

biex tittrasferixxi teknoloġija, proċess tal-produzzjoni jew għarfien proprjetarju ieħor lil persuna fiżika jew ġuridika jew lil kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha;

(h)

biex tistabbilixxi l-kwartieri ġenerali tat-tali intrapriża għal reġjun speċifiku jew għas-suq tad-dinja fit-territorju tagħha;

(i)

biex taħtar ċertu numru jew perċentwal taċ-ċittadini tagħha;

(j)

biex tikseb livell jew valur partikolari ta' riċerka u ta' żvilupp fit-territorju tagħha;

(k)

biex tforni wieħed jew aktar mill-oġġetti mmanifatturati jew mis-servizzi forniti mill-intrapriża lil reġjun speċifiku jew lis-suq tad-dinja b'mod esklużiv mit-territorju tagħha stess; jew

(l)

biex tadotta:

(i)

rata jew ammont ta' royalty li jkun anqas minn ċertu livell; jew

(ii)

durata determinata tat-terminu ta' kuntratt ta' liċenzja (38);

fir-rigward ta' kwalunkwe kuntratt ta' liċenzja li jeżistu fil-mument meta tiġi imposta jew infurzata, ir-rekwiżit jew kwalunkwe impenn jew impriża li tiġi infurzata, jew fir-rigward ta' kwalunkwe liċenzja futura b'mod ħieles tal-kuntratt iffirmat bejn intrapriża u persuna fiżika jew persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra fit-territorju tiegħu, jekk ir-rekwiżit huwa impost jew infurzat jew l-impenn jew impriża tiġi infurzata, b'mod li jikkostitwixxi interferenza diretta ma' dik il-liċenzja b'eżerċizzju ta' awtorità governattiva mhux ġudizzjarja ta' Parti (39).

2.   Parti m'għandhiex torbot ir-riċevuta jew l-issoktar tar-riċevuta ta' vantaġġ, b'rabta mal-istabbiliment jew mal-operazzjoni ta' kwalunkwe intrapriża fit-territorju tagħha, mal-konformità ma' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

biex tikseb ċertu livell jew perċentwal ta' kontenut domestiku;

(b)

biex tixtri, tuża jew tagħti preferenza lil oġġetti mmanifatturati fit-territorju tagħha, jew biex tixtri oġġetti mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew mingħand kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha;

(c)

biex tirrelata b'xi mod bejn il-volum jew il-valur tal-importazzjonijiet mal-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont relatat mad-dħul tal-munita barranija assoċjati mat-tali impriża;

(d)

biex tirrestrinġi l-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi fit-territorju tagħha li t-tali intrapriża tipproduċi jew tforni billi tirrelata dak il-bejgħ b'xi mod mal-volum jew mal-valur tal-esportazzjonijiet tagħha jew tal-influssi ta' muniti barranin; jew

(e)

biex tirrestrinġi l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni.

3.   Xejn fil-paragrafu 2 m'għandu jiġi interpretat bħala li jipprevjeni lil Parti milli torbot ir-riċevuta jew l-issoktar tar-riċevuta ta' vantaġġ, b'rabta mal-istabbiliment jew mal-operazzjoni ta' kwalunkwe intrapriża fit-territorju tagħha, mal-konformità ma' rekwiżit li l-produzzjoni, il-forniment ta' servizz, it-taħriġ jew ir-reklutaġġ tal-ħaddiema, il-bini jew l-espansjoni ta' faċilitajiet partikolari, jew it-twettiq ta' riċerka u ta' żvilupp, isiru fit-territorju tagħha.

4.   Is-subparagrafi 1(a) sa (c), 2(a) u (b) ma japplikawx għal rekwiżiti ta' kwalifiki għal oġġetti jew servizzi fir-rigward ta' promozzjoni tal-esportazzjoni u programmi ta' għajnuna barranija.

5.   Is-subparagrafi 1(g) u (1) ma japplikawx meta:

(a)

ir-rekwiżit jiġi impost jew infurzat, jew l-impenn jew l-impriża jiġu infurzati, minn qorti, minn tribunal amministrattiv jew minn awtorità tal-kompetizzjoni biex jiġi rrimedjat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni; jew

(b)

Parti tawtorizza l-użu ta' dritt ta' proprjetà intellettwali f'konformità mal-Artikolu 31 jew 31bis tal-Ftehim TRIPS, jew ta' miżuri li jeħtieġu d-divulgazzjoni ta' data jew ta' informazzjoni proprjetarja li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 39 tal-Ftehim TRIPS u li huma konsistenti ma' dan.

6.   Is-subparagrafu 1(l) ma japplikax jekk ir-rekwiżit jiġi impost jew infurzat, jew l-impenn jew l-impriża tiġi infurzata, minn tribunal bħala remunerazzjoni ekwitabbli skont il-liġijiet tal-Parti dwar id-dritt tal-awtur.

7.   Is-Subparagrafi 2(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għar-rekwiżiti imposti jew infurzati minn Parti li timporta relatati mal-kontenut ta' oġġetti meħtieġa biex jikkwalifikaw għal tariffi preferenzjali jew kwoti preferenzjali.

8.   Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' Parti skont il-Ftehim tad-WTO.

ARTIKOLU 8.12

Miżuri mhux konformi u eċċezzjonijiet

1.   L-Artikoli 8.7 sa 8.11 ma japplikawx għal:

(a)

kwalunkwe miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti f'livell ta':

(i)

għall-Unjoni Ewropea:

(A)

l-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha fl-Anness I għall-Anness 8-B;

(B)

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha fl-Anness I għall-Anness 8-B;

(C)

gvern reġjonali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha fl-Anness I għall-Anness 8-B; jew

(D)

gvern lokali, għajr dak imsemmi fis-subparagrafu (C); u

(ii)

għall-Ġappun:

(A)

il-gvern ċentrali, kif stipulat fl-Iskeda tiegħu fl-Anness I għall-Anness 8-B;

(B)

prefettura, kif stipulat fl-Iskeda tiegħu fl-Anness I għall-Anness 8-B; jew

(C)

gvern lokali għajr prefettura;

(b)

il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fis-subparagrafu (a); jew

(c)

emenda jew modifika ta' kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fis-subparagrafi (a) u (b), dment li l-emenda jew il-modifika ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura mal-Artikoli 8.7 sa 8.11 hekk kif kienet teżisti eżatt qabel l-emenda jew il-modifika.

2.   L-Artikoli 8.7 sa 8.11 ma japplikawx għal xi miżura minn Parti fir-rigward ta' setturi, ta' subsetturi jew ta' attivitajiet kif stipulati fl-Iskeda tagħha fl-Anness II għall-Anness 8-B.

3.   Parti m'għandhiex titlob, permezz ta' kwalunkwe miżura adottata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u koperta mill-Iskeda tagħha fl-Anness II għall-Anness 8-B, lil imprenditur tal-Parti l-oħra, minħabba n-nazzjonalità ta' dan, biex ibigħ jew jiddisponi b'xi mod ieħor minn intrapriża li teżisti fiż-żmien li fih il-miżura ssir effettiva.

4.   L-Artikoli 8.8 u 8.9 ma japplikawx għal xi miżura li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-Artikolu 3 jew 4 tal-Ftehim TRIPS, jew deroga minn dan, kif ipprovdut b'mod speċifiku fl-Artikoli 3 sa 5 tal-Ftehim TRIPS.

5.   L-Artikoli 8.7 sa 8.11 ma japplikawx għal kwalunkwe miżura meħuda minn Parti fir-rigward tal-akkwist pubbliku mill-gvern.

6.   L-Artikoli 8.7 sa 8.10 ma japplikawx għas-sussidji mogħtija mill-Partijiet.

ARTIKOLU 8.13

Ċaħda tal-benefiċċji

Parti tista' ċċaħħad il-benefiċċji ta' din it-Taqsima lil imprenditur tal-Parti l-oħra li jkun persuna ġuridika tal-Parti l-oħra u lill-intrapriża koperta tiegħu jekk dik il-persuna ġuridika tkun proprjetà u taħt il-kontroll ta' persuna fiżika jew ġuridika ta' pajjiż terz u l-Parti li tiċħad tadotta jew iżżomm miżuri fir-rigward tal-pajjiż terz li:

(a)

huma relatati maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; u

(b)

jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma' dik il-persuna ġuridika jew mal-intrapriża koperta tagħha, jew ikunu miksura jew evitati li kieku jingħataw lilhom il-benefiċċji ta' din it-Taqsima.

TAQSIMA C

Kummerċ transkonfinali fis-servizzi

ARTIKOLU 8.14

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tapplika għal miżuri minn Parti li jaffettwaw il-kummerċ transkonfinali fis-servizzi minn fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra. Dawk il-miżuri jinkludu fost l-oħrajn miżuri li jaffettwaw:

(a)

il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-għoti ta' servizz;

(b)

ix-xiri jew l-użu ta' servizz jew il-ħlas għalih; u

(c)

l-aċċess għal servizzi u l-użu ta' servizzi offruti lill-pubbliku ġeneralment b'rabta mal-provvista ta' servizz.

2.   Din it-Taqsima ma tapplikax għal:

(a)

kabotaġġ fis-servizzi tat-trasport marittimu (40);

(b)

servizzi tal-ajru jew servizzi relatati f'appoġġ tas-servizzi tal-ajru (41), għajr dawn li ġejjin:

(i)

is-servizzi ta' tiswija u ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li matulhom inġenju tal-ajru jiġi rtirat mis-servizz;

(ii)

il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tat-trasport bl-ajru;

(iii)

servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni (CRS); u

(iv)

servizzi fuq l-art;

(c)

l-akkwist pubbliku;

(d)

servizzi awdjoviżivi; u

(e)

sussidji, kif definiti u stabbiliti fil-Kapitolu 12.

ARTIKOLU 8.15

Aċċess għas-suq

Parti m'għandhiex iżżomm jew tadotta, la fuq il-bażi ta' subdiviżjoni territorjali u lanqas fuq il-bażi tat-territorju sħiħ tagħha, miżuri li:

(a)

jimponu limitazzjonijiet fuq:

(i)

in-numru ta' fornituri tas-servizz, sew jekk fil-forma ta' kwoti numeriċi, monopolji, fornituri esklużivi ta' servizz jew ir-rekwiżiti ta' test ta' ħtiġijiet ekonomiċi (42);

(ii)

il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta' servizz jew tal-assi fil-forma ta' kwoti numeriċi jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; jew

(iii)

in-numru totali ta' operazzjonijiet ta' servizz jew fuq il-kwantità totali ta' produzzjoni ta' servizz espressi f'termini ta' unitajiet numeriċi magħżula fil-forma ta' kwoti jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi (43); jew

(b)

jirrestrinġu jew jirrikjedu tipi speċifiċi ta' entità ġuridika jew impriża konġunta li permezz tagħha fornitur ta' servizz jista' jipprovdi servizz.

ARTIKOLU 8.16

Trattament nazzjonali

1.   Kull Parti għandha tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli minn dak li tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta' servizzi tagħha stess.

2.   Parti tista' tissodisfa r-rekwiżit tal-paragrafu 1 billi tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra, trattament identiku b'mod formali jew trattament differenti b'mod formali minn dak li tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta' servizzi simili tagħha.

3.   Trattament identiku b'mod formali jew trattament differenti b'mod formali għandu jiġi kkunsidrat bħala anqas favorevoli fil-każ li jimmodifika l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni favur servizzi jew fornituri ta' servizzi tal-Parti meta mqabbla mas-servizzi jew mal-fornituri ta' servizzi simili tal-Parti l-oħra.

4.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jeħtieġ li xi Parti tikkumpensa għal kwalunkwe żvantaġġ kompetittiv inerenti li jirriżulta mill-karattru barrani tas-servizzi jew tal-fornituri ta' servizzi rilevanti.

ARTIKOLU 8.17

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

1.   Kull Parti għandha tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli minn dak li tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta' servizzi simili ta' pajjiż terz.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux jiġi interpretat bħala li jobbliga lil Parti testendi għas-servizzi u għall-fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra l-benefiċċju ta' kwalunkwe trattament li jirriżulta minn:

(a)

ftehim internazzjonali għall-evitar tat-taxxa doppja jew ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni; jew

(b)

miżuri eżistenti jew futuri li jipprovdu għar-rikonoxximent ta' kwalifiki, ta' liċenzji jew miżuri prudenzjali kif imsemmija fl-Artikolu VII tal-GATS jew fil-paragrafu 3 tal-Anness tiegħu dwar is-Servizzi Finanzjarji.

ARTIKOLU 8.18

Miżuri mhux konformi

1.   L-Artikoli 8.15 sa 8.17 ma japplikawx għal:

(a)

kwalunkwe miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti f'livell ta':

(i)

għall-Unjoni Ewropea:

(A)

l-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha fl-Anness I għall-Anness 8-B;

(B)

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha fl-Anness I għall-Anness 8-B;

(C)

gvern reġjonali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha fl-Anness I għall-Anness 8-B; jew

(D)

gvern lokali, għajr dak imsemmi fis-subparagrafu (C); u

(ii)

għall-Ġappun:

(A)

il-gvern ċentrali, kif stipulat fl-Iskeda tiegħu fl-Anness I għall-Anness 8-B;

(B)

prefettura, kif stipulat fl-Iskeda tiegħu fl-Anness I għall-Anness 8-B; jew

(C)

gvern lokali għajr prefettura;

(b)

il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fis-subparagrafu (a); jew

(c)

emenda jew modifika ta' kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fis-subparagrafi (a) u (b), dment li l-emenda jew il-modifika ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura mal-Artikoli 8.15 sa 8.17 hekk kif kienet teżisti eżatt qabel l-emenda jew il-modifika.

2.   L-Artikoli 8.15 sa 8.17 ma japplikawx għal xi miżura minn Parti fir-rigward ta' setturi, ta' subsetturi jew ta' attivitajiet kif stipulati fl-Iskeda tagħha fl-Anness II għall-Anness 8-B.

ARTIKOLU 8.19

Ċaħda tal-benefiċċji

Parti tista' ċċaħħad il-benefiċċji ta' din it-Taqsima lil fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra li jkun persuna ġuridika tal-Parti l-oħra u lil servizzi ta' dak il-fornitur ta' servizzi jekk dik il-persuna ġuridika tkun proprjetà u taħt il-kontroll ta' persuna fiżika jew ġuridika ta' pajjiż terz u l-Parti li tiċħad tadotta jew iżżomm miżuri fir-rigward tal-pajjiż terz li:

(a)

huma relatati maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; u

(b)

jipprojbixxu tranżazzjonijiet mal-fornitur ta' servizz, jew ikunu miksura jew evitati li kieku jingħataw lill-fornitur ta' servizz jew lis-servizzi tiegħu l-benefiċċji ta' din it-Taqsima.

TAQSIMA D

Dħul u residenza temporanja ta' persuni fiżiċi

ARTIKOLU 8.20

Dispożizzjonijiet ġenerali u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tirrifletti r-relazzjoni kummerċjali msaħħa bejn il-Partijiet kif ukoll ix-xewqa tal-Partijiet li jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza temporanja tal-persuni fiżiċi għal skopijiet kummerċjali fuq bażi reċiproka, u li jiżguraw it-trasparenza tal-proċess.

2.   Din it-Taqsima tapplika għal miżuri minn Parti li jaffettwaw id-dħul f'dik il-Parti minn persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra, li huma viżitaturi kummerċjali għal finijiet ta' stabbiliment, ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali, investituri, fornituri ta' servizzi kuntrattwali, professjonisti indipendenti u viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir, u għal miżuri li jaffettwaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom matul ir-residenza temporanja tagħhom fil-Parti msemmija l-ewwel.

3.   Sal-punt li l-impenji mhumiex meħuda f'din it-Taqsima, ir-rekwiżiti kollha previsti fil-liġijiet u r-regolamenti ta' Parti fir-rigward tad-dħul u s-soġġorn temporanju għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regolamenti dwar it-tul taż-żjara.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima, ir-rekwiżiti kollha pprovduti fil-liġijiet u fir-regolamenti ta' Parti rigward il-miżuri tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regolamenti li jirrigwardaw il-pagi minimi kif ukoll il-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi.

5.   Impenji dwar id-dħul u r-residenza temporanja ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali ma japplikawx f'każijiet li fihom l-intenzjoni jew l-effett tad-dħul u tar-residenza temporanja jkun ta' xkiel jew ta' xi effett ieħor fi kwalunkwe tilwima jew negozjar relatati mal-impjiegi jew mal-ġestjoni, jew fl-impjieg ta' kwalunkwe persuna fiżika li tkun involuta f'dik it-tilwima.

ARTIKOLU 8.21

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a)

“viżitaturi kummerċjali għal finijiet ta' stabbiliment” ta' Parti tfisser persuni fiżiċi li jaħdmu f'pożizzjoni għolja li jkunu responsabbli għat-twaqqif ta' intrapriża, la joffru u lanqas jipprovdu servizzi, ma jkunux involuti fi kwalunkwe attività ekonomika oħra għajr dak li huwa meħtieġ għall-finijiet ta' stabbiliment u ma jirċevux remunerazzjoni fi ħdan il-Parti l-oħra;

(b)

“fornituri ta' servizzi kuntrattwali” tfisser:

(i)

fir-rigward tad-dħul u s-soġġorn temporanju tal-Unjoni Ewropea, persuni naturali impjegati minn persuna ġuridika tal-Ġappun li hija stess mhijiex aġenzija ta' servizzi ta' allokazzjoni u forniment ta' persunal u li ma tkunx qed taġixxi permezz ta' aġenzija bħal din, ma jkunux stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u li tkun ikkonkludiet kuntratt bona fide biex tipprovdi servizzi lil konsumatur finali fl-Unjoni Ewropea, li teħtieġ il-preżenza fuq bażi temporanja tal-impjegati tagħha fl-Unjoni Ewropea sabiex jissodisfaw il-kuntratt li jipprovdu servizzi (44);

(ii)

fir-rigward tad-dħul u tar-residenza temporanja fil-Ġappun, persuni fiżiċi tal-Unjoni Ewropea li huma impjegati ta' persuna ġuridika tal-Unjoni Ewropea li mhix stabbilita fil-Ġappun dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(A)

ġie konkluż kuntratt ta' servizz bejn persuna ġuridika tal-Ġappun u persuna ġuridika tal-Unjoni Ewropea li mhix stabbilita fil-Ġappun;

(B)

awtorità tal-immigrazzjoni kompetenti tal-Ġappun tiddetermina, fil-kuntest tal-kuntratt ta' servizz imsemmi fis-subparagrafu (A), li ġie konkluż kuntratt tax-xogħol bejn il-persuna fiżika tal-Unjoni Ewropea u l-persuna ġuridika tal-Ġappun; u

(C)

il-kuntratt ta' servizz imsemmi fis-subparagrafu (A) ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt ta' servizz għas-servizzi ta' kollokament u ta' provvista tal-persunal (CPC872), u l-kuntratt tax-xogħol kif imsemmi fis-subparagrafu (B) jikkonforma mal-liġijiet u mar-regolamenti rilevanti tal-Ġappun;

(c)

“professjonisti indipendenti” tfisser:

(i)

fir-rigward tad-dħul u s-soġġorn temporanju fl-Unjoni Ewropea, persuni fiżiċi li huma involuti fil-provvista ta' servizz u stabbiliti bħala persuni li jaħdmu għal rashom fit-territorju tal-Ġappun, ma jkunux stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u li kkonkludew kuntratt bona fide (għajr permezz ta' aġenzija ta' servizzi ta' allokazzjoni u forniment ta' persunal) biex jipprovdu servizzi lil konsumatur finali fl-Unjoni Ewropea, li teħtieġ il-preżenza tagħhom fuq bażi temporanja fl-Unjoni Ewropea sabiex jissodisfaw il-kuntratt li jipprovdu servizzi (45); u

(ii)

fir-rigward tad-dħul u tar-residenza temporanja fil-Ġappun, persuni fiżiċi tal-Unjoni Ewropea li ser ikunu involuti f'attivitajiet kummerċjali ta' provvista tas-servizzi matul ir-residenza temporanja tagħhom fil-Ġappun fuq il-bażi ta' kuntratt personali ma' persuna ġuridika tal-Ġappun;

(d)

“ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali” tfisser persuni fiżiċi li ġew impjegati minn persuna ġuridika ta' Parti jew li kienu sħab fiha, għal perijodu ta' mhux anqas minn sena eżatt qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom għad-dħul u għar-residenza temporanja fil-Parti l-oħra, u li jiġu ttrasferiti b'mod temporanju f'intrapriża, fit-territorju tal-Parti l-oħra, li tifforma parti mill-istess grupp tal-persuna ġuridika msemmija l-ewwel inklużi l-uffiċċju rappreżentattiv, is-sussidjarja, il-fergħa jew il-kumpanija prinċipali tagħha, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-persuna fiżika kkonċernata trid tkun tappartjeni lil waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(A)

maniġers: persuni li jaħdmu f'kariga għolja, li primarjament jiddirieġu l-ġestjoni tal-intrapriża, filwaqt li jirċievu sorveljanza jew direzzjoni ġenerali prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew l-azzjonisti tan-negozju jew l-ekwivalenti tagħhom, inkluż mill-anqas:

(1)

dawk li jmexxu l-impriża jew dipartiment tagħha;

(2)

dawk li jissorveljaw u jikkontrollaw ix-xogħol ta' impjegati superviżorji, professjonali jew maniġerjali oħra; jew

(3)

dawk li għandhom awtorità personali li jirreklutaw u jkeċċu jew li jirrakkomandaw ir-reklutaġġ, it-tkeċċija jew azzjonijiet oħra relatati mal-persunal; jew

(B)

speċjalisti: persuni li għandhom għarfien speċjalizzat li hu essenzjali għall-produzzjoni, għat-tagħmir ta' riċerka, għat-tekniki, għall-proċessi, għall-proċeduri jew għall-ġestjoni tal-intrapriża; u

(ii)

għall-Unjoni Ewropea, fil-valutazzjoni tal-għarfien imsemmi fis-subparagrafu (i) (B), irid jitqies mhux biss l-għarfien speċifiku tal-intrapriża, imma anki jekk il-persuna fiżika jkollha livell għoli ta' kwalifika b'referenza għal tip ta' xogħol jew negozju li jeħtieġ għarfien tekniku speċifiku, inkluża s-sħubija ta' professjoni akkreditata. u

(e)

“investituri” tfisser persuni fiżiċi li jistabbilixxu intrapriża, u jiżviluppaw jew jamministraw it-tħaddim ta' dik l-intrapriża fil-Parti l-oħra f'kapaċità li hi superviżorja jew eżekuttiva, u li għaliha dik il-persuna jew il-persuna ġuridika li timpjega lil dik il-persuna tkun impenjat, jew tkun tinsab fil-proċess timpenja, ammont sostanzjali ta' kapital.

ARTIKOLU 8.22

Obbligi ġenerali

1.   Parti għandha tawtorizza d-dħul u r-residenza temporanja lil persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra għal finijiet kummerċjali f'konformità ma' din it-Taqsima, u mal-Annessi III u IV għall-Anness 8-B, dment li dawk il-persuni jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti dwar l-immigrazzjoni tal-Parti msemmija l-ewwel li huma applikabbli għad-dħul u għar-residenza temporanja.

2.   Kull Parti għandha tapplika l-miżuri tagħha relatati mad-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima b'mod konsistenti max-xewqa tal-Partijiet li huma stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 8.20, u, b'mod partikolari, għandha tapplika dawk il-miżuri biex tevita indeboliment jew ittardjar għalxejn tal-kummerċ f'merkanzija jew f'servizzi, jew stabbiliment jew operazzjoni skont dan il-Ftehim.

3.   Il-miżuri meħuda minn kull Parti għall-faċilitazzjoni u għat-tħaffif tal-proċeduri relatati mad-dħul u mar-residenza temporanja ta' persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra għal finijiet kummerċjali għandhom ikunu konsistenti mal-Anness 8-C.

ARTIKOLU 8.23

Trasparenza

1.   Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika l-informazzjoni relatat mad-dħul u mar-residenza temporanja minn persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra, imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8.20.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, fejn applikabbli, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kategoriji tal-viża, tal-permessi jew ta' kwalunkwe tip simili ta' awtorizzazzjoni rigward id-dħul u r-residenza temporanja;

(b)

id-dokumentazzjoni meħtieġa u l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati;

(c)

il-metodu ta' mili ta' applikazzjoni u l-alternattivi għall-preżentazzjoni, bħal uffiċċji konsulari jew online;

(d)

tariffi tal-applikazzjoni u skeda ta' żmien indikattiva għall-proċessar ta' applikazzjoni;

(e)

it-tul massimu ta' soġġorn skont kull tip ta' awtorizzazzjoni deskritti fis-subparagrafu (a);

(f)

il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe estensjoni jew tiġdid disponibbli;

(g)

ir-regoli rigward id-dipendenti li jakkumpanjaw;

(h)

il-proċeduri disponibbli għar-rieżami jew għall-appell; u

(i)

il-liġijiet rilevanti ta' applikazzjoni ġenerali li jappartjenu għad-dħul u għar-residenza temporanja tal-persuni fiżiċi.

3.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti għandha tieħu impenn li tinforma minnufih lill-Parti l-oħra bl-introduzzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit ġdid u proċedura ġdida jew bit-tibdiliet fi kwalunkwe rekwiżit u proċedura li jaffettwaw l-applikazzjoni effettiva għall-awtorizzazzjoni tad-dħul, għar-residenza temporanja u, fejn applikabbli, għall-awtorizzazzjoni ta' xogħol fil-Parti msemmija l-ewwel.

ARTIKOLU 8.24

Obbligi f'taqsimiet oħra

1.   Dan il-Ftehim ma jimponi ebda obbligu fuq Parti rigward il-miżuri tal-immigrazzjoni tagħha, ħlief kif previst b'mod speċifiku f'din it-Taqsima.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tad-dħul lil persuna fiżika tal-Parti l-oħra fi ħdan it-termini ta' din it-Taqsima, li jinkludu t-tul permissibbli tar-residenza skont kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din:

(a)

l-obbligi tal-Artikoli 8.7 sa 8.11 soġġetti għal:

(i)

l-Artikolu 8.6; u

(ii)

l-Artikolu 8.12 sa fejn il-miżura taffettwa t-trattament ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali li huma preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra,

b'dan huma inkorporati f'din it-Taqsima u magħmula parti minnha u japplikaw għall-miżuri li jaffettwaw it-trattament ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali li huma preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra taħt il-kategoriji ta' viżitaturi kummerċjali għal finijiet ta' stabbiliment, ta' ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u ta' investituri, kif definiti fl-Artikolu 8.21;

(b)

l-obbligi tal-Artikoli 8.15 u 8.16 soġġetti għal:

(i)

l-Artikolu 8.14; u

(ii)

l-Artikolu 8.18 sa fejn il-miżura taffettwa t-trattament ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali li huma preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra,

b'dan huma inkorporati f'din it-Taqsima u magħmula parti minnha u japplikaw għall-miżuri li jaffettwaw it-trattament ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali li huma preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra taħt il-kategoriji ta':

(i)

fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti, kif definiti fl-Artikolu 8.21, għas-setturi kollha elenkati fl-Anness IV għall-Anness 8-B; u

(ii)

viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir, imsemmija fl-Artikolu 8.27, f'konformità mal-Anness III għall-Anness 8-B; u

(c)

l-obbligu tal-Artikolu 8.17 soġġett għal:

(i)

l-Artikolu 8.14; u

(ii)

l-Artikolu 8.18 sa fejn il-miżura taffettwa t-trattament ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali li huma preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra,

b'dan hu inkorporat f'din it-Taqsima u magħmul parti minnha u japplika għall-miżuri li jaffettwaw it-trattament ta' persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali li huma preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra taħt il-kategoriji ta':

(i)

fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti, kif definiti fl-Artikolu 8.21; u

(ii)

viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir, imsemmija fl-Artikolu 8.27.

3.   Għal ċertezza akbar, l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ma japplikawx għal miżuri relatati mal-awtorizzazzjoni tad-dħul f'Parti għal persuni fiżiċi ta' dik il-Parti jew ta' pajjiż terz.

ARTIKOLU 8.25

Viżitaturi kummerċjali għal finijiet ta' stabbiliment, ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u investituri

1.   Kull Parti għandha tagħti d-dħul u l-permanenza temporanja għal viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta' stabbiliment, ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u lill-investituri tal-Parti l-oħra skont l-Anness III għal Anness 8-B.

2.   Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm limitazzjonijiet fuq in-numru totali ta' persuni fiżiċi awtorizzati jidħlu f'konformità mal-paragrafu 1, f'settur jew f'subsettur speċifiku, fil-forma ta' kwoti numeriċi jew tar-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi fuq il-bażi ta' subdiviżjoni territorjali jew inkella fuq il-bażi tat-territorju sħiħ tagħha.

ARTIKOLU 8.26

Fornituri ta' servizzi kuntrattwali, u professjonisti indipendenti

1.   Kull Parti għandha tagħti d-dħul u s-soġġorn temporanju lil fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra skont l-Anness IV tal-Anness 8-B.

2.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness IV għall-Anness 8-B, Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm limitazzjonijiet fuq in-numru totali ta' fornituri ta' servizzi kuntrattwali u ta' professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra li jiġu awtorizzati jidħlu, fil-forma ta' kwoti numeriċi jew tar-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

ARTIKOLU 8.27

Viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir

1.   Kull Parti għandha tagħti d-dħul u s-soġġorn temporanju lil fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra skont l-Anness IV tal-Anness 8-B, suġġett għal dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir mhumiex involuti fil-bejgħ tal-oġġetti tagħhom jew fil-forniment ta' servizzi lill-pubbliku ġenerali;

(b)

il-viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir ma jirċivux remunerazzjoni, f'isimhom stess, mill-Parti fejn għandhom residenza temporanja; u

(c)

il-viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir mhumiex involuti fil-provvista ta' servizz fil-qafas ta' kuntratt konkluż bejn persuna ġuridika li mhix stabbilita fit-territorju tal-Parti fejn għandhom residenza temporanja, u konsumatur hemmhekk, ħlief kif previst fl-Anness III għall-Anness 8-B.

2.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-Anness III għall-Anness 8-B, kull Parti għandha tawtorizza d-dħul ta' viżitaturi kummerċjali ta' terminu qasir mingħajr ir-rekwiżit ta' permess tax-xogħol, ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jew ta' proċeduri oħra ta' approvazzjoni minn qabel b'intenzjoni simili.

ARTIKOLU 8.28

Punti ta' kuntatt

Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiddeżinja punt ta' kuntatt għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim effettivi ta' din it-Taqsima u tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta' kuntatt li jinkludu informazzjoni dwar l-uffiċjali rilevanti. Il-Partijiet minnufih għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe tibdil f'dawk id-dettalji ta' kuntatt.

TAQSIMA E

Qafas regolatorju

SUBTAQSIMA 1

Regolamentazzjoni interna

ARTIKOLU 8.29

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din is-Subtaqsima tapplika għall-miżuri mill-Partijiet dwar rekwiżiti u proċeduri ta' liċenzjar, rekwiżiti ta' kwalifiki u proċeduri u standards tekniċi (46) li jaffettwaw:

(a)

il-kummerċ transkonfinali fis-servizzi kif definit fis-subparagrafu (d) tal-Artikolu 8.2;

(b)

l-istabbiliment kif definit fis-subparagrafu (i) tal-Artikolu 8.2 jew operazzjoni kif definita fis-subparagrafu (p) tal-Artikolu 8.2; jew

(c)

il-provvista ta' servizz permezz tal-preżenza ta' persuna fiżika ta' Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra, f'konformità mal-Artikolu 8.24.

2.   Din is-Subtaqsima ma tapplikax għal rekwiżiti u għal proċeduri ta' liċenzjar, għal rekwiżiti u għal proċeduri ta' kwalifika u għal standards tekniċi:

(a)

skont miżura li ma tikkonformax mal-Artikolu 8.7 jew 8.8 u msemmija fis-subparagrafi 1(a) sa (c) tal-Artikolu 8.12 jew mal-Artikolu 8.15 jew 8.16 u msemmija fis-subparagrafi 1(a) sa (c) tal-Artikolu 8.18; jew

(b)

skont miżura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8.12 jew fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8.18.

3.   Għall-finijiet ta' din is-Subtaqsima, “awtorità kompetenti” hi gvern jew awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali, jew korp mhux governattiv fl-eżerċizzju ta' setgħat iddelegati minn gvernijiet jew minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, li huma intitolati jieħdu deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni biex jiġi fornit servizz, inkluż permezz tal-istabbiliment, jew dwar l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment ta' intrapriża għall-involviment f'attività ekonomika għajr servizz.

ARTIKOLU 8.30

Kundizzjonijiet għal-liċenzjar u għall-kwalifika

Miżuri relatati mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta' liċenzjar, u ma' rekwiżiti u ma' proċeduri ta' kwalifika ta' kull Parti għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

ċarezza;

(b)

oġġettività;

(c)

trasparenza;

(d)

disponibbiltà minn qabel għall-pubbliku; u

(e)

l-aċċessibbiltà.

ARTIKOLU 8.31

Proċeduri ta' liċenzjar u ta' kwalifika

1.   Il-proċeduri ta' liċenzjar u ta' kwalifika għandhom ikunu ċari, ikunu disponibbli għall-pubbliku minn qabel u jkunu tali li jiżguraw li l-applikazzjonijiet jiġu indirizzati b'mod oġġettiv u imparzjali.

2.   Il-proċeduri ta' liċenzjar u ta' kwalifika għandhom ikunu sempliċi kemm jista' jkun u m'għandhomx ikunu restrizzjoni minnhom infushom fuq il-provvista ta' servizz jew fuq it-twettiq ta' kwalunkwe attività ekonomika oħra. Kwalunkwe tariffa ta' awtorizzazzjoni (47) li l-applikanti jistgħu jġarrbu mill-applikazzjoni tagħhom għandha tkun raġonevoli, trasparenti u ma għandhiex fiha nnifisha tirrestrinġi l-provvista ta' servizz jew l-insegwiment ta' xi attività ekonomika oħra.

3.   Il-proċeduri użati mill-awtorità kompetenti, u d-deċiżjonijiet ta' din tal-aħħar fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni għandhom ikunu imparzjali fir-rigward tal-applikanti kollha. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'mod indipendenti u m'għandhiex tkun responsabbli quddiem xi persuna li tipprovdi xi servizz jew twettaq l-attivitajiet ekonomiċi li għalihom hi meħtieġa l-awtorizzazzjoni.

4.   Jekk jeżisti perijodu speċifiku ta' żmien għall-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħti perijodu raġonevoli ta' żmien lil applikant biex jissottometti applikazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti bidu għall-proċessar ta' applikazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jekk possibbli, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta applikazzjoni f'format elettroniku bl-istess kundizzjonijiet ta' awtentiċità bħal applikazzjoni f'format stampat.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tlesti l-proċessar ta' applikazzjoni, li jinkludi l-ilħiq ta' deċiżjoni finali, fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompluta. Kull Parti għandha tieħu impenn li tistabbilixxi perijodu ta' żmien indikattiv għall-proċessar ta' applikazzjoni u għandha tqiegħed dak il-perijodu ta' żmien għad-dispożizzjoni pubblika, meta tistabbilixxih.

6.   L-awtorità kompetenti, f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li tkun irċeviet applikazzjoni li hi tikkonsidra mhux kompluta, għandha tinforma lill-applikant u, sa fejn ikun fattibbli, tidentifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex titlesta l-applikazzjoni, u tipprovdi l-opportunità biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet.

7.   L-awtorità kompetenti, fejn possibbli, għandha taċċetta kopji awtentikati minflok dokumenti oriġinali.

8.   Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta applikazzjoni minn applikant, din għandha tgħarraf lill-applikant, fil-prinċipju bil-miktub, u mingħajr dewmien żejjed. Fuq talba tal-applikant, din għandha wkoll tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni u dwar il-perijodu ta' żmien li għandu biex jappella kontra dik id-deċiżjoni.

9.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni malli tiġi stabbilita, fid-dawl ta' eżaminazzjoni xierqa, li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kisba tagħha.

10.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li awtorizzazzjoni, ladarba tingħata, tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed f'konformità mal-patti u mal-kundizzjonijiet speċifikati fiha.

ARTIKOLU 8.32

Standards tekniċi

Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti tagħha, meta jadottaw standards tekniċi, biex jadottaw standards tekniċi li jkunu ġew żviluppati permezz ta' proċessi miftuħa u trasparenti, u għandha tħeġġeġ lil kwalunkwe korp iddeżinjat biex jiżviluppa standards tekniċi biex juża proċessi miftuħa u trasparenti.

SUBTAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali

ARTIKOLU 8.33

Amministrazzjoni ta' miżuri ta' applikazzjoni ġenerali

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri kollha ta' applikazzjoni ġenerali li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi jkunu amministrati b'mod raġonevoli, oġġettiv u imparzjali.

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

(a)

l-aspetti ta' miżura li ma jikkonformawx mal-Artikolu 8.7 jew 8.8 u msemmija fis-subparagrafu 1(a) sa (c) tal-Artikolu 8.12 jew mal-Artikolu 8.12 jew mal-Artikolu 8.15 jew 8.16 u msemmija fis-subparagrafi 1(a) sa (c) tal-Artikolu 8.18; jew

(b)

miżura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8.12 jew il-paragrafu 2 tal-Artikolu 8.18.

ARTIKOLU 8.34

Proċeduri ta' rieżami għal deċiżjonijiet amministrattivi

1.   Kull Parti għandha żżomm tribunali jew proċeduri ġudizzjarji, tal-arbitraġġ jew amministrattivi li jipprovdu, fuq talba ta' imprenditur jew ta' fornitur ta' servizzi affettwat tal-Parti l-oħra, għal rieżami minnufih ta' deċiżjonijiet amministrattivi u, fejn iġġustifikati, għar-rimedji xierqa għal tali deċiżjonijiet, li jaffettwaw:

(a)

il-kummerċ transkonfinali fis-servizzi kif definit fis-subparagrafu (d) tal-Artikolu 8.2;

(b)

l-istabbiliment kif definit fis-subparagrafu (i) tal-Artikolu 8.2 jew operazzjoni kif definita fis-subparagrafu (p) tal-Artikolu 8.2; jew

(c)

il-provvista ta' servizz permezz tal-preżenza ta' persuna fiżika ta' Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra, f'konformità mal-Artikolu 8.24.

2.   Jekk il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux indipendenti mill-aġenzija fdata bid-deċiżjoni amministrattiva kkonċernata, kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri fil-fatt jipprovdu għal rieżami oġġettiv u imparzjali.

ARTIKOLU 8.35

Rikonoxximent reċiproku

1.   Xejn f'din it-Taqsima ma jimpedixxi lil xi Parti milli teħtieġ li l-persuni fiżiċi jrid ikollhom il-kwalifiki jew l-esperjenza professjonali neċessarji speċifikati fit-territorju fejn jiġi pprovdut is-servizz, għas-settur tal-attività kkonċernat.

2.   Kull Parti tinkoraġġixxi lill-korpi professjonali rilevanti fit-territorju tagħha biex jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku lill-Kumitat, għall-iskop tat-twettiq, b'mod sħiħ jew parzjali, mill-intraprendituri u l-fornituri tas-servizzi tal-kriterji applikati minn dik il-Parti għall-awtorizzazzjoni, il-liċenzjar, it-tħaddim u ċ-ċertifikazzjoni tal-intraprendituri u l-fornituri tas-servizzi, u, b'mod partikolari, fis-settur tas-servizzi professjonali.

3.   Malli jirċievi rakkomandazzjoni konġunta kif imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kumitat, fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli, għandu jirrieżamina dik ir-rakkomandazzjoni bl-għan li jiżgura l-konsistenza tagħha ma' dan il-Ftehim u, fuq il-bażi tal-informazzjoni li jkun hemm fiha, jivvaluta b'mod partikolari:

(a)

il-punt sa fejn qegħdin jikkonverġu l-istandards u l-kriterji applikati minn kull Parti għall-awtorizzazzjoni, għal-liċenzjar, għall-operazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2; u

(b)

il-valur ekonomiku potenzjali ta' ftehim ta' rikonoxximent reċiproku għall-awtorizzazzjoni, għal-liċenzjar, għall-operazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Meta jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti, il-Kumitat għandu jistabbilixxi l-passi neċessarji għan-negozjar. Wara, il-Partijiet għandhom jibdew bin-negozjati, permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, dwar ftehim ta' rikonoxximent reċiproku għall-awtorizzazzjoni, għal-liċenzjar, għall-operazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

5.   Kwalunkwe ftehim ta' rikonoxximent reċiproku li l-Partijiet jistgħu jikkonkludu għandu jkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO u, b'mod partikolari, mal-Artikolu VII tal-GATS.

SUBTAQSIMA 3

Servizzi tal-posta u tal-kurrier

ARTIKOLU 8.36

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din is-Subtaqsima tistabbilixxi l-prinċipji tal-qafas regolatorju għall-provvista ta' servizzi tal-posta u tal-kurrier, u tapplika għal miżuri meħuda minn Parti li taffettwa l-kummerċ fis-servizzi tal-posta u tal-kurrier.

2.   Għall-finijiet ta' din is-Subtaqsima:

(a)

“liċenzja” tfisser awtorizzazzjoni li awtorità regolatorja indipendenti ta' Parti tista' titlob mingħand fornitur individwali, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti, biex dak il-fornitur joffri servizzi tal-posta u tal-kurrier; u

(b)

“servizz universali” tfisser il-provvista permanenti ta' servizz tal-posta ta' kwalità speċifika fil-punti kollha fit-territorju ta' Parti bi prezzijiet affordabbli għall-utenti kollha.

ARTIKOLU 8.37

Servizz universali

1.   Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta' obbligu universali tas-servizz li tixtieq li żżomm. Dak l-obbligu mhux se jitqies antikompetittiv minnu nnifsu, dment li jkun amministrat b'mod trasparenti, nondiskriminatorju u kompetittivament newtrali u ma joħloqx piżijiet aktar milli neċessarji għat-tip ta' servizz universali definit mill-Parti, fir-rigward tal-fornituri kollha soġġetti għall-obbligu.

2.   Fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni postali tagħha jew b'mezzi abitwali oħra, kull Parti għandha tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' servizz universali, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-utenti u l-kundizzjonijiet nazzjonali, li jinkludu l-forzi tas-suq, ta' dik il-Parti.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ta' servizzi tal-posta u tal-kurrier fit-territorju tagħha li hu soġġett għal obbligu ta' servizz universali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha ma jkunx involut fil-prattiki li ġejjin:

(a)

minbarra l-attivitajiet kummerċjali ta' intrapriżi oħra minn cross-subsidising, bi dħul derivat minn provvista ta' servizz universali, il-provvista ta' servizzi tal-posta express (EMS) (48) jew kwalunkwe servizz mhux universali b'tali mod li jikkostitwixxi monopolizzazzjoni privata bi ksur tal-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-Projbizzjoni tal-Monopolju Privat u Manutenzjoni tal-kummerċ ġust (Liġi Nru 54, 1947) tal-Ġappun jew abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq bi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea rispettivament (49); jew

(b)

differenzjar b'mod mhux ġustifikabbli bejn il-klijenti, bħal dawk li jibgħatu posta ta' volum kbir jew konsolidaturi tal-utenti, fejn ikun hemm kundizzjonijiet simili fir-rigward ta' spejjeż u d-dispożizzjonijiet dwar aċċettazzjoni, il-kunsinna, direzzjoni mill-ġdid, ir-ritorn u l-għadd ta' jiem meħtieġa għat-twettiq għall-provvista ta' servizz suġġett għal obbligu ta' servizz universali.

ARTIKOLU 8.38

Proċeduri fuq il-fruntiera

1.   Proċeduri fuq il-fruntiera internazzjonali ta' servizzi postali u ta' kurrier internazzjonali (50) huma eżegwiti skont ftehimiet internazzjonali relatati u mal-liġijiet u mar-regolamenti ta' kull Parti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kull Parti m'għandhiex tagħti trattament inqas favorevoli b'mod indebitu fir-rigward tal-proċeduri fuq il-fruntiera lil servizzi internazzjonali tal-kurrier minn dak li tagħti lil servizzi internazzjonali tal-posta.

ARTIKOLU 8.39

Liċenzji

1.   Kull Parti tista' titlob liċenzja għall-provvista ta' servizz kopert minn din is-Subtaqsima.

2.   Jekk Parti tkun teħtieġ liċenzja, din għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a)

il-kriterji kollha ta' liċenzjar u l-perijodu ta' żmien normalment meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal liċenzja; u

(b)

il-patti u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji.

3.   Jekk applikazzjoni għal liċenzja tiġi rrifjutata mill-awtorità kompetenti, din, fuq talba, għandha tinforma lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut tal-liċenzja. Kull Parti għandha tistabbilixxi proċedura tal-appell permezz ta' korp indipendenti disponibbli għall-applikanti li l-liċenzja tagħhom tkun ġiet irrifjutata. Dik il-proċedura għandha tkun trasparenti, nondiskriminatorja, u bbażata fuq kriterji oġġettivi.

ARTIKOLU 8.40

Indipendenza tal-korp regolatorju

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

il-korp regolatorju tiegħu (51) għal servizzi koperti minn din is-Subtaqsima huwa legament separat minn, u ma jagħtix rendikont lil, ebda fornitur ta' dawk is-servizzi; u,

(b)

soġġett għal-liġijiet u għar-regolamenti ta' kull Parti, id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju tagħha, u l-proċeduri użati minn dan, ikunu imparzjali.

SUBTAQSIMA 4

Servizzi tat-telekomunikazzjoni

ARTIKOLU 8.41

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din is-Subtaqsima tistabbilixxi l-prinċipji tal-qafas regolatorju għas-servizzi kollha tat-telekomunikazzjoni u tapplika għall-miżuri meħuda minn Parti li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi tat-telekomunikazzjoni, li jikkonsistu fit-twassil ta' sinjali li jinkludi, fost l-oħrajn, it-trażmissjoni ta' sinjali tal-vidjo u tal-awdjo (irrispettivament mit-tipi ta' protokolli u ta' teknoloġiji użati) permezz ta' netwerks pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni.

2.   Din is-Subtaqsima ma tapplikax għal miżuri li jaffettwaw:

(a)

servizzi tax-xandir kif definiti fil-liġijiet u fir-regolamenti ta' kull Parti; u

(b)

servizzi li jipprovdu, jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq, kontenut trażmess bl-użu ta' netwerks u ta' servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni;

3.   Minkejja s-subparagrafu 2(a), fornitur ta' servizzi tax-xandir għandu jitqies li hu fornitur ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni u n-netwerks tiegħu bħala netwerks pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, meta u sa fejn it-tali netwerks jintużaw ukoll biex jipprovdu servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni.

4.   Xejn f'din is-Subtaqsima m'għandu jiġi interpretat bħala li jeħtieġ li Parti:

(a)

tawtorizza fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra biex jistabbilixxi, jibni, jakkwista, jikri, jopera jew iforni netwerks jew servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni għajr kif previst f'dan il-Ftehim; jew

(b)

jistabbilixxi, jibni, jakkwista, jikri, jopera jew iforni netwerks jew servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni mhux offruti lill-pubbliku b'mod ġenerali, jew tobbliga lil fornitur ta' servizz taħt il-ġurisdizzjoni tagħha biex jagħmel dan.

ARTIKOLU 8.42

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din is-Subtaqsima:

(a)

“faċilitajiet assoċjati” tfisser servizzi u infrastrutturi assoċjati ma' netwerks jew ma' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni li huma neċessarji għall-provvista ta' servizzi permezz ta' dawk in-netwerks jew is-servizzi, bħal binjiet (inklużi d-daħliet u l-installazzjoni tal-wajers), il-kanali u l-armarji kif ukoll l-arbli u l-antenni;

(b)

“orjentati lejn il-kostijiet” tfisser ibbażati fuq il-kostijiet, u jista' jkun inkluż profitt raġonevoli, u jistgħu jkunu involuti metodoloġiji differenti tal-ikkostjar għal faċilitajiet jew għal servizzi differenti;

(c)

“utent finali” tfisser konsumatur aħħari jew abbonat għal netwerk jew għal servizz tat-trasport tat-telekomunikazzjoni pubblika, inkluż fornitur ta' servizz li ma jkunx fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni;

(d)

“faċilitajiet essenzjali” tfisser faċilitajiet ta' netwerk jew ta' servizz pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet li:

(i)

jiġu offruti b'mod esklużiv jew prinċipali minn fornitur uniku jew minn numru limitat ta' fornituri; u

(ii)

ma jistgħux ikunu ekonomikament jew teknikament sostitwiti biex jiġi pprovdut servizz;

(e)

“interkonnessjoni” tfisser l-irbit (52) ma' fornituri li jipprovdu netwerks jew servizzi ta' trasport tat-telekomunikazzjoni pubblika bl-għan li tippermetti lill-utenti ta' fornitur wieħed jikkomunikaw mal-utenti ta' fornitur ieħor jew li jkollhom aċċess għal servizzi provduti minn kwalunkwe fornitur li jkollu aċċess għan-netwerk;

(f)

“servizz internazzjonali tar-roaming mobbli” tfisser servizz mobbli kummerċjali pprovdut skont ftehim kummerċjali bejn il-fornituri ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni li jippermetti lil utent finali juża l-apparat mobbli domestiku tiegħu jew apparat ieħor għal servizzi ta' trażmissjoni tal-vuċi, ta' data jew ta' messaġġi waqt li jkun barra mit-territorju li fih jinsab in-netwerk pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-utent finali;

(g)

“ċirkwiti mikrija” tfisser faċilitajiet tat-telekomunikazzjoni bejn żewġ punti deżinjati jew aktar riżervati għall-użu ddedikat jew għad-disponibbiltà ta' utent partikolari, irrispettivament mit-teknoloġija użata;

(h)

“fornitur prinċipali” tfisser fornitur li għandu l-kapaċità li jaffettwa materjalment it-termini tal-parteċipazzjoni, fir-rigward tal-prezz u tal-provvista, fis-suq rilevanti għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet bħala riżultat ta':

(i)

kontroll fuq il-faċilitajiet essenzjali; jew

(ii)

l-użu tal-pożizzjoni tiegħu fis-suq;

(i)

“nondiskriminatorju” tfisser trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti, f'ċirkustanzi simili, lil fornituri oħra ta' servizzi u lil utenti tan-netwerks jew tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni;

(j)

“portabilità tan-numri” tfisser il-ħila ta' utent finali tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni li jitlob li jżomm, fl-istess post, l-istess numri tat-telefown mingħajr indeboliment tal-kwalità jew tal-affidabilità meta jaqleb bejn l-istess kategorija ta' fornituri ta' servizzi pubbliċi simili tat-trasport tat-telekomunikazzjoni;

(k)

“netwerk pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjoni” tfisser l-infrastruttura pubblika tat-telekomunikazzjoni li tippermetti t-telekomunikazzjoni bejn u fost punti tat-terminazzjoni definiti tan-netwerk;

(l)

“servizz pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjoni” tfisser kull servizz tat-trasport tat-telekomunikazzjoni offrut lill-pubbliku b'mod ġenerali li jista' jinkludi fost l-oħrajn, telegrafija, telefown, telex u trażmissjoni ta' data li tipikament jinvolvu t-trażmissjoni ta' informazzjoni pprovduta mill-klijenti bejn żewġ punti jew iżjed mingħajr kwalunkwe tibdil minn tarf sa tarf fil-forma jew il-kontenut tal-informazzjoni tal-klijent;

(m)

“awtorità regolatorja” tfisser il-korp jew il-korpi ta' Parti li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tat-telekomunikazzjoni;

(n)

“telekomunikazzjoni” tfisser it-trażmissjoni u r-riċezzjoni ta' sinjali bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew bi kwalunkwe mezz elettromanjetiku ieħor; u

(o)

“utenti” tfisser utenti finali, jew fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni li huma konsumaturi ta' netwerk jew ta' servizz pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, jew abbonati għal dan.

ARTIKOLU 8.43

Approċċi għar-regolamentazzjoni

1.   Il-Partijiet jagħrfu l-valur tas-swieq kompetittivi biex ifornu għażla mifruxa fil-provvista ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni u biex isaħħu l-benessri tal-konsumatur, u li jaf ma jkunx hemm bżonn ta' regolamentazzjoni ekonomika jekk ikun hemm kompetizzjoni effettiva. Kif xieraq, il-Partijiet jagħrfu li l-ħtiġijiet u l-approċċi regolatorji jvarjaw minn suq għal ieħor, u li Parti tista' tiddetermina kif timplimenta l-obbligi tagħha skont din is-Subtaqsima.

2.   F'dak ir-rigward, il-Partijiet jagħrfu li Parti tista':

(a)

tkun involuta f'regolamentazzjoni diretta jew b'antiċipazzjoni ta' kwistjoni li l-Parti tistenna li tista' tqum jew biex issolvi kwistjoni li diġà qamet fis-suq; jew

(b)

tibbaża fuq ir-rwol tal-forzi tas-suq, b'mod partikolari fir-rigward tas-segmenti tas-suq li huma kompetittivi jew li għandhom ostakoli baxxi għad-dħul, bħal servizzi forniti minn fornituri ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni li mhumiex sidien ta' faċilitajiet tan-netwerk.

3.   Għal ċertezza akbar, Parti li żżomm lura milli tibda bir-regolamentazzjoni f'konformità mas-subparagrafu 2(b) tibqa' soġġetta għall-obbligi skont din is-Subtaqsima. Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jipprevjeni lil Parti milli tapplika regolament għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.

ARTIKOLU 8.44

Aċċess u użu

1.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra jingħata aċċess għan-netwerks u għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, u l-użu ta' dawn, bil-patti u bil-kundizzjonijiet li huma raġonevoli, nondiskriminatorji u mhux anqas favorevoli minn dawk li l-fornitur ta' dawk in-netwerks u s-servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni jipprovdi għas-servizzi simili tiegħu f'ċirkustanzi simili. Dan l-obbligu għandu jiġi applikat, fost l-oħrajn, permezz tal-paragrafu 2 sa 6.

2.   Kull Parti tiżgura li fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra huma mogħtija aċċess għal, u l-użu ta', kull netwerk ta' trasport tat-telekomunikazzjoni pubblika jew servizz offrut fi ħdan jew bejn il-fruntieri tal-ewwel Parti, inklużi ċirkwiti mikrija privatament, u għal dak l-għan jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 6, li dawn il-fornituri jkunu permessi:

(a)

jixtru jew jikru u jwaħħlu terminal jew tagħmir ieħor li joħloq interface man-netwerk li hi neċessarja biex huma jipprovdu s-servizzi tagħhom;

(b)

jikkonnetjaw bejniethom ċirkwiti mikrija mill-privat jew ċirkwiti bi proprjetà privata ma' netwerks u ma' servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni jew ma' ċirkwiti mikrija jew proprjetà ta' fornituri oħra ta' servizzi; u

(c)

jużaw protokolli ta' operazzjoni tal-għażla tagħhom fil-provvista ta' kwalunkwe servizz, barra minn dak li hu neċessarju biex jiżguraw id-disponibbilità ta' netwerks u ta' servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni għall-pubbliku b'mod ġenerali.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra jkunu jistgħu jużaw in-netwerks u s-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni għaċ-ċaqliq tal-informazzjoni fi ħdan il-Parti msemmija l-ewwel u b'mod transkonfinali fiha, inkluż għal komunikazzjonijiet intrakorporattivi tat-tali fornituri ta' servizzi, u għall-aċċess għal informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta' data jew maħżuna b'xi mod ieħor f'forma li tinqara minn magna fi kwalunkwe Parti jew fi kwalunkwe membru ieħor tad-WTO.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, Parti tista' tieħu dawk il-miżuri neċessarji biex tiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzalità tal-messaġġi, soġġetta għar-rekwiżit li dawk il-miżuri ma jiġux applikati b'mod li jkun jikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja u inġustifikabbli jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li ma tiġi imposta l-ebda kundizzjoni fuq l-aċċess għan-netwerks u għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet u għall-użu ta' dawn minbarra dawk il-kundizzjonijiet neċessarji biex:

(a)

tissalvagwardja r-responsabbilitajiet tas-servizz pubbliku tal-fornituri ta' netwerks u ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, b'mod partikolari l-ħila tagħhom li jagħmlu n-netwerks jew is-servizzi tagħhom disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali; jew

(b)

tipproteġi l-integrità teknika tan-netwerks jew tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni.

6.   Diment li dawn jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 5, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks u għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni u għall-użu ta' dawn jistgħu jinkludu:

(a)

restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-ġdid jew l-użu kondiviż ta' dawk is-servizzi;

(b)

rekwiżit biex jintużaw interfaċċi tekniċi speċifiċi, inklużi protokolli tal-interfaċċa, għall-interkonnessjoni man-netwerks u mas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni;

(c)

ir-rekwiżiti, jekk neċessarji, għall-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni u biex titħeġġeġ il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.55;

(d)

l-approvazzjoni tat-tip ta' terminal jew ta' tagħmir ieħor li joħloq interfaċċa man-netwerks pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni u r-rekwiżiti tekniċi relatati mat-tqabbid ta' dak it-tagħmir ma' dawk in-netwerks;

(e)

restrizzjonijiet fuq l-interkonnessjoni bejn ċirkwiti mikrija mill-privat jew ċirkwiti bi proprjetà privata ma' netwerks jew ma' servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, jew ma' ċirkwiti mikrija jew proprjetà ta' fornituri oħra ta' servizzi; jew

(f)

notifika, permess, reġistrazzjoni u liċenzjar.

ARTIKOLU 8.45

Portabbiltà tan-numru

Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni fit-territorju tagħha jipprovdu portabilità tan-numri għas-servizzi mobbli u għal kwalunkwe servizz ieħor deżinjat minn dik il-Parti, fuq bażi puntwali u b'patti u b'kundizzjonijiet raġonevoli.

ARTIKOLU 8.46

Bejgħ mill-ġdid

Jekk Parti teħtieġ li fornitur ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni joffri s-servizzi pubbliċi tiegħu tat-trasport tat-telekomunikazzjoni għall-bejgħ mill-ġdid, dik il-Parti għandha tiżgura li t-tali fornitur ma jimponix kundizzjonijiet mhux raġonevoli jew diskriminatorji jew limitazzjonijiet fuq il-bejgħ mill-ġdid tas-servizzi pubbliċi tiegħu tat-trasport tat-telekomunikazzjoni.

ARTIKOLU 8.47

Awtorizzazzjoni tal-użu tal-faċilitajiet tan-netwerk u tal-interkonnessjoni

1.   Il-partijiet jirrikonoxxu li jippermettu l-użu ta' faċilitajiet ta' netwerks (53) u l-interkonnessjoni għandha fil-prinċipju tiġi miftiehma fuq il-bażi ta' nnegozjar kummerċjali bejn il-fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' trasport tat-telekomunikazzjoni pubblika kkonċernata.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni fit-territorju tagħha jkollu dritt u, jekk tintalab minn fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra, obbligu, li jinnegozja interkonnessjoni għall-fini ta' provvista ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni. Kull Parti għandha tipprovdi lill-awtorità regolatorja tagħha bis-setgħa li titlob, fejn neċessarju, lil fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni biex jipprovdi interkonnessjoni mal-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra.

3.   Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm xi miżura li tobbliga lill-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni u li tippermetti l-użu ta' faċilitajiet ta' netwerks jew li tipprovdi interkonnessjoni biex joffru patti u kundizzjonijiet differenti lil fornituri differenti għal servizzi simili jew timponi obbligi li mhumiex relatati mas-servizzi pprovduti.

ARTIKOLU 8.48

Obbligi relatati ma' fornituri prinċipali

1.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm miżuri xierqa biex timpedixxi lill-fornituri li, waħedhom jew flimkien, ikunu fornitur ewlieni, milli jwettqu jew ikomplu jwettqu prattiki antikompetittivi. Dawn il-prattiki antikompetittivi għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a)

l-involviment f'sussidjar reċiproku antikompetittiv;

(b)

l-użu ta' informazzjoni miksuba mingħand il-kompetituri b'riżultati antikompetittivi; u

(c)

ma jqegħdux għad-dispożizzjoni ta' fornituri ta' servizzi oħra b'mod puntwali informazzjoni teknika dwar faċilitajiet essenzjali u informazzjoni rilevanti mil-lat kummerċjali li hi meħtieġa għalihom biex jipprovdu s-servizzi.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi lill-awtorità regolatorja tagħha bis-setgħa li titlob, fejn xieraq, li l-fornituri prinċipali fit-territorju tagħha jagħtu lill-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli minn dak li l-fornitur prinċipali kkonċernat jagħti f'ċirkustanzi simili lis-sussidjarji tiegħu jew lill-affiljati tiegħu, rigward:

(a)

id-disponibbiltà, il-proviżjonament, ir-rati jew il-kwalità tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni simili; u

(b)

id-disponibbiltà ta' interfaċċi tekniċi neċessarji għall-interkonnessjoni.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li fornituri prinċipali fit-territorju tagħha jipprovdu interkonnessjoni mal-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra fi kwalunkwe punt teknikament fattibbli fin-netwerk tal-fornitur prinċipali kkonċernat u li l-fornitur prinċipali kkonċernat jipprovdi t-tali interkonnessjoni:

(a)

bil-patti, bil-kundizzjonijiet (inkluż fir-rigward tal-istandards tekniċi, tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-kwalità u tal-manutenzjoni) u bir-rati li huma nondiskriminatorji u xejn anqas favorevoli minn dawk ipprovduti għas-servizzi simili proprji tiegħu f'ċirkustanzi simili, u ta' kwalità xejn anqas favorevoli minn dik ipprovduta għas-servizzi simili proprji tiegħu, għas-servizzi simili ta' fornituri ta' servizzi mhux affiljati, jew għas-sussidjarji jew għal affiljati oħra tiegħu;

(b)

b'mod puntwali, bil-patti, bil-kundizzjonijiet (inkluż fir-rigward tal-istandards tekniċi, tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-kwalità u tal-manutenzjoni) u bir-rati orjentati lejn il-kostijiet li huma trasparenti, raġonevoli, u li jqisu l-fattibbiltà ekonomika, u diżaggregati biżżejjed biex il-fornituri ma jkollhomx bżonn iħallsu għal komponenti jew għal faċilitajiet tan-netwerk li ma jeħtiġux biex jiġi pprovdut is-servizz; u

(c)

meta tintalab, f'punti minbarra fil-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk offruti lill-maġġoranza tal-utenti, soġġetti għal ħlasijiet li jirriflettu l-kost tal-bini tal-faċilitajiet addizzjonali meħtieġa.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li fornituri prinċipali fit-territorju tagħha jipprovdu lill-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra bl-opportunità li joħolqu interkonnessjoni bejn il-faċilitajiet tagħhom u t-tagħmir u dawk ta' fornitur prinċipali permezz ta':

(a)

offerta ta' interkonnessjoni ta' referenza jew offerta standard oħra ta' interkonnessjoni li fiha r-rati, il-patti u l-kundizzjonijiet li l-fornitur prinċipali joffri b'mod ġenerali lil fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni; jew

(b)

il-patti u l-kundizzjonijiet ta' ftehim ta' interkonnessjoni fis-seħħ.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri applikabbli għal interkonnessjoni ma' fornituri prinċipali fit-territorju tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku.

6.   Kull Parti tiżgura li l-fornituri prinċipali fit-territorju tagħha jagħmlu l-ftehimiet ta' interkonnessjoni tagħhom pubblikament disponibbli jew inkella l-offerti ta' interkonnessjoni ta' referenza tagħhom.

7.   Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri prinċipali fit-territorju tagħha li jiksbu informazzjoni mingħand fornitur ieħor tan-netwerks jew tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni fil-proċess tan-negozjar tal-arranġamenti dwar l-użu tal-faċilitajiet tan-netwerk jew tal-interkonnessjoni, u bħala riżultat ta' dan l-użu, jużaw dik l-informazzjoni biss għall-iskop li għalih tkun ġiet ipprovduta u jirrispettaw dejjem il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mibgħuta jew maħżuna.

8.   Kull Parti tiżgura li l-fornituri ewlenin fit-territorju tagħha tippermetti l-użu ta' faċilitajiet ta' netwerks, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, għall-elementi ta' netwerk u faċilitajiet assoċjati, li l-fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' trasport tat-telekomunikazzjoni pubblika tal-Parti l-oħra b'termini u kundizzjonijiet (inkluż fir-rigward ta' rati, standards, speċifikazzjonijiet tekniċi, kwalità u l-manutenzjoni) li jkunu trasparenti, raġonevoli, mhux diskriminatorji (inkluż fir-rigward ta' tempestività) u mhux inqas favorevoli minn dawk previsti għal servizzi simili proprji tagħhom taħt ċirkostanzi simili (54).

ARTIKOLU 8.49

Awtorità regolatorja

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti (55) minn kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni, netwerks tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir tan-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   Parti li żżomm sjieda jew kontroll ta' fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni għandha tiżgura s-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja tat-telekomunikazzjoni mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.

3.   Kull Parti għandha tipprovdi lill-awtorità regolatorja tagħha bis-setgħa li tirregola s-settur tat-telekomunikazzjoni, u biex twettaq il-kompitu assenjat lilha inkluż l-infurzar tal-miżuri relatati mal-obbligi taħt din is-Subtaqsima. Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-awtorità regolatorja għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni pubblikament f'forma faċilment aċċessibbli u ċara.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja tagħha, u l-proċeduri użati minnha, ikunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha twettaq il-kompiti tagħha b'mod trasparenti u, sa fejn prattikabbli, mingħajr dewmien żejjed.

6.   Kull Parti għandha tipprovdi lill-awtorità regolatorja tagħha bis-setgħa li titlob mingħand il-fornituri ta' netwerks u ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni l-informazzjoni kollha, li tinkludi l-informazzjoni finanzjarja, li hi neċessarja biex twettaq il-kompiti tagħha f'konformità ma' din is-Subtaqsima. L-awtorità regolatorja m'għandhiex titlob aktar informazzjoni minn dik li hi meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha u għandha tittratta l-informazzjoni miksuba mingħand dawk il-fornituri f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti ta' dik il-Parti b'rabta mal-kunfidenzjalità kummerċjali.

ARTIKOLU 8.50

Servizz universali

1.   Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta' obbligi ta' servizz universali li tixtieq iżżomm. Dawk l-obbligi ma jitqisux antikompetittivi minnhom infushom, dment li jiġu amministrati b'mod trasparenti, nondiskriminatorju u kompetittivament newtrali u ma joħolqux piż akbar milli hu meħtieġ għax-xorta ta' servizz universali definit mill-Parti.

2.   Il-fornituri kollha ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni għandhom ikunu eliġibbli biex jipprovdu servizz universali. Il-fornituri ta' servizz universali għandhom jiġu ddeżinjati permezz ta' mekkaniżmu trasparenza, nondiskriminatorju u li ma jkunx joħloq piżijied żejda b'mod indebitu.

3.   L-awtorità regolatorja ta' Parti tista' tiddetermina jekk mekkaniżmu huwiex meħtieġ biex dan jikkumpensa għall-kost nett tal-fornituri ddeżinjati biex jipprovdu servizz universali, b'kunsiderazzjoni tal-benefiċċju tas-suq, jekk jeżisti, li jkun dovut għal dawk il-fornituri, jew biex jinqasam il-kost nett tal-obbligi ta' servizz universali.

ARTIKOLU 8.51

Awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti netwerks u servizzi tat-telekomunikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tawtorizza l-provvista ta' netwerks jew ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni, sa fejn possibbli, fuq notifika jew reġistrazzjoni sempliċi mingħajr ma teħtieġ deċiżjoni espliċita bil-quddiem mill-awtorità regolatorja tagħha. Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn tali awtorizzazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f'format aċċessibbli.

2.   Jekk din tkun meħtieġa, Parti tista' titlob liċenzja għad-dritt ta' użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri, b'mod partikolari biex:

(a)

tkun evitata interferenza dannuża;

(b)

tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz; u

(c)

ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru.

3.   Jekk Parti tkun teħtieġ liċenzja, dik il-Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a)

il-kriterji kollha ta' liċenzjar u perijodu ta' żmien raġonevoli normalment meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni dwar liċenzja; u

(b)

il-patti u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji individwali.

4.   Kull Parti għandha tinnotifika lil applikant dwar l-eżitu tal-applikazzjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed wara li tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-liċenzja. F'każ li tittieħed deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal liċenzja jew ta' revoka ta' din, kull Parti għandha tgħarraf lill-applikant, fil-prinċipju bil-miktub, fuq talba, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut jew għar-revoka. F'dak il-każ, l-applikant għandu jkun jista' jirrikorri għal korp ta' appell kif imsemmi fl-Artikolu 8.54.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe tariffa amministrattiva imposta fuq il-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni tkun oġġettiva, trasparenti u proporzjonata meta mqabbla mal-kostijiet amministrattivi tal-awtorità regolatorja tagħha. Dawk it-tariffi amministrattivi ma jinkludux pagamenti għad-drittijiet ta' użu ta' riżorsi skarsi u ta' kontribuzzjonijiet mandati għall-forniment ta' servizz universali.

ARTIKOLU 8.52

Allokazzjoni u użu ta' riżorsi skarsi

1.   Kull Parti għandha twettaq kwalunkwe proċedura għall-allokazzjoni u għall-użu ta' riżorsi skarsi relatati mat-telekomunikazzjoni, inklużi l-frekwenzi, in-numri u d-drittijiet tal-linji, b'mod miftuħ, oġġettiv, puntwali, trasparenti, nondiskriminatorju u li ma joħloqx piżijiet żejda b'mod indebitu.

2.   Kull Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-istat kurrenti tal-frekwenzi allokati, iżda m'għandhiex tkun meħtieġa tipprovdi l-identifikazzjoni dettaljata tal-frekwenzi allokati għall-użi governattivi speċifiċi.

3.   Miżuri meħuda minn Parti għall-allokazzjoni u għall-assenjazzjoni ta' spettru u għall-ġestjoni tal-frekwenza mhumiex inkonsistenti minnhom infushom mal-Artikoli 8.7 u 8.15. Għalhekk, kull Parti żżomm id-dritt li tistabbilixxi u tapplika politiki ta' ġestjoni tal-ispettru u tal-frekwenza li għandhom l-effett li jillimitaw in-numru ta' fornituri ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, dment li l-Parti tagħmel dan b'mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan il-Ftehim. Dan id-dritt jinkludi l-ħila ta' allokazzjoni ta' meded ta' frekwenzi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet attwali u futuri u d-disponibbiltà tal-ispettru.

ARTIKOLU 8.53

Trasparenza

Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri tagħha relatati mal-aċċess għan-netwerks u għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, u mal-użu ta' dawn, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inklużi miżuri relatati ma':

(a)

tariffi u termini oħrajn u kundizzjonijiet tas-servizz;

(b)

speċifikazzjonijiet tal-interfaċċi tekniċi;

(c)

korpi responsabbli għat-tħejjija, għall-emendar u għall-adozzjoni ta' standards li jaffettwaw l-aċċess u l-użu;

(d)

il-kundizzjonijiet li japplikaw għat-tqabbid ta' terminal jew ta' tagħmir ieħor man-netwerks pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni; u

(e)

ir-rekwiżiti ta' notifika, ta' permess, ta' reġistrazzjoni, jew ta' liċenzjar, jekk jeżistu.

ARTIKOLU 8.54

Soluzzjoni ta' tilwimiet dwar it-telekomunikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, li l-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra jkollhom rikors puntwali għall-awtorità regolatorja tal-Parti msemmija l-ewwel biex isolvu tilwim relatat mad-drittijiet u mal-obbligi ta' dawk il-fornituri li jirriżultaw minn din is-Subtaqsima. F'dawn il-każijiet, l-awtorità regolatorja għandha timmira li toħroġ deċiżjoni vinkolanti, kif xieraq, biex issolvi t-tilwima mingħajr dewmien żejjed.

2.   Jekk l-awtorità regolatorja tirrifjuta milli tieħu xi azzjoni fuq talba biex issolvi tilwima, din, fuq talba u fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli, għandha tipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħha.

3.   L-awtorità regolatorja għandha tieħu d-deċiżjoni li ssolvi t-tilwima disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti, b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità kummerċjali.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni aggravat minn determinazzjoni jew minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tiegħu jkun jista' jikseb rieżami ta' dik id-determinazzjoni jew id-deċiżjoni mill-awtorità regolatorja jew minn korp ta' appell indipendenti li jistgħu, iżda mhux bilfors, ikunu awtorità ġudizzjarja.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ta' netwerks jew ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni affettwat minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tiegħu jew ta' korp ta' appell indipendenti, jekk dan tal-aħħar ma jkunx awtorità ġudizzjarja, ikun jista' jkiseb rieżami ulterjuri ta' dik id-deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja indipendenti, ħlief jekk il-fornitur ikun aċċetta proċedura li biha l-awtorità regolatorja jew il-korp ta' appell indipendenti joħroġ deċiżjoni finali, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti.

6.   Parti m'għandhiex tippermetti li applikazzjoni għal rieżami minn korp ta' appell jew minn awtorità ġudizzjarja tikkostitwixxi bażi għal nuqqas ta' konformità mad-determinazzjoni jew mad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja ħlief fil-każ li fih il-korp ta' appell jew l-awtorità ġudizzjarja rilevanti jżommu, jissospendu jew jirrevokaw it-tali determinazzjoni jew deċiżjoni.

7.   Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 m'għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tiftaħ kawża quddiem awtoritajiet ġudizzjarji.

ARTIKOLU 8.55

Relazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-istandards internazzjonali għall-kompatibbilità u għall-interoperabbilitá tan-netwerks u tas-servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, u jieħdu impenn li jippromovu dawk l-istandards permezz tax-xogħol tal-korpi internazzjonali rilevanti, li jinkludu l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

ARTIKOLU 8.56

Kunfidenzjalità tal-informazzjoni

Kull Parti għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tad-data tat-telekomunikazzjoni u tad-data relatata tat-traffiku tal-utenti f'netwerks u f'servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni mingħajr ma tirrestrinġi l-kummerċ fis-servizzi għalxejn.

ARTIKOLU 8.57

Roaming mobbli internazzjonali (56)

1.   Kull Parti għandha tieħu impenn li tikkoopera fil-promozzjoni ta' rati trasparenti u raġnoevoli għas-servizzi ta' roaming mobbli internazzjonali bl-għan li tippromwovi t-tkabbir tal-kummerċ bejn il-Partijiet u ssaħħaħ il-benessri tal-konsumaturi.

2.   Kull Parti tista' tagħżel li tieħu pass biex issaħħaħ it-trasparenza u l-kompetizzjoni fir-rigward tar-rati tar-roaming mobbli internazzjonali u tal-alternattivi teknoloġiċi għas-servizzi tar-roaming, fosthom billi:

(a)

tiżgura li l-informazzjoni rigward ir-rati għall-konsumaturi tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi; u

(b)

timminimizza x-xkiel għall-użu ta' alternattivi teknoloġiċi għar-roaming, li bih il-konsumaturi, meta jżuru t-territorju ta' Parti mit-territorju tal-Parti l-oħra, jistgħu jaċċessaw is-servizzi tat-telekomunikazzjoni billi jużaw l-apparat tal-għażla tagħhom.

3.   Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-fornituri ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni fit-territorju tagħha biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku informazzjoni dwar ir-rati għall-konsumaturi għas-servizzi tar-roaming mobbli internazzjonali għall-vuċi, għad-data u għall-messaġġi testwali offruti lill-utenti finali tagħhom meta jżuru t-territorju tal-Parti l-oħra.

4.   Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jeħtieġ li Parti tirregola r-rati jew il-kundizzjonijiet għas-servizzi ta' roaming mobbli internazzjonali.

SUBTAQSIMA 5

Servizzi finanzjarji

ARTIKOLU 8.58

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din is-Subtaqsima tapplika għal miżuri meħuda minn Parti li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi finanzjarji.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tas-subparagrafu (i) tal-Artikolu 8.2 ta' din is-Sottotaqsima, “servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva” tfisser dan li ġej:

(a)

attivitajiet immexxija minn bank ċentrali jew minn awtorità monetarja jew minn xi entità pubblika fit-twettiq ta' politiki monetarji jew dwar ir-rati tal-kambju;

(b)

attivitajiet li jiffurmaw parti minn sistema statutorja ta' pjanijiet ta' sigurtà soċjali jew ta' rtirar pubbliku; u

(c)

attivitajiet oħra mmexxija minn entità pubblika f'isem jew jew bil-garanzija jew bl-użu tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi tal-Parti, jew tal-entitajiet pubbliċi tagħha.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tas-subparagrafu (4) tal-Artikolu 8.2 għal din is-Subtaqsima, jekk Parti tippermetti biex xi attività msemmija fis-subparagrafu 2(b) jew (c) titwettaq mill-fornituri tagħha ta' servizzi finanzjarji li huma f'kompetizzjoni ma' entità pubblika jew ma' fornitur ta' servizzi finanzjarji, “servizzi” għandha tinkludi dawk l-attivitajiet.

4.   Is-subparagrafu (s) tal-Artikolu 8.2 ma japplikax għas-servizzi koperti minn din is-Subtaqsima.

ARTIKOLU 8.59

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“servizz finanzjarju” tfisser kwalunkwe servizz ta' natura finanzjarja offrut minn fornitur ta' servizzi finanzjarji ta' Parti; is-servizzi finanzjarji jinkludu kull servizz ta' assigurazzjoni jew relatat mal-assigurazzjoni, u kull servizz bankarju jew servizz finanzjarju ieħor (minbarra l-assigurazzjoni); is-servizzi finanzjarji jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:

(i)

assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni;

(A)

assigurazzjoni diretta (li tinkludi l-koassigurazzjoni):

(1.

tal-ħajja; u

(2.

mhux tal-ħajja;

(B)

riassigurazzjoni u retroċessjoni;

(C)

intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-aġenzija; u

(D)

servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni, bħal konsultazzjoni, attwarja, valutazzjoni tar-riskju u servizzi ta' saldu tal-pretensjonijiet; u

(ii)

servizzi bankarji u finanzjarji oħra (minbarra l-assigurazzjoni):

(A)

aċċettazzjoni ta' depożiti u ta' fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku;

(B)

is-self tat-tipi kollha, inkluż il-kreditu lill-konsumaturi, il-kreditu fuq l-ipoteka, il-fatturazzjoni u l-finanzjament ta' tranżazzjonijiet kummerċjali;

(C)

lokazzjoni finanzjarja;

(D)

is-servizzi kollha ta' trażmissjoni tal-pagamenti u tal-flus, inklużi l-karti tal-kreditu, iċ-charge cards u l-karti tad-debitu, iċ-ċekkijiet tal-vjaġġaturi u ċ-ċekkijiet bankarji;

(E)

garanziji u impenji;

(F)

negozjar għan-nom proprju jew f'isem klijenti, kemm jekk fil-borża, f'suq finanzjarju barra l-borża, kif ukoll jekk mod ieħor, f'dawn li ġejjin:

(1)

strumenti tas-suq tal-flus (fosthom ċekkijiet, kambjali u ċertifikati ta' depożiti);

(2)

munita barranija;

(3)

prodotti derivattivi li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, kuntratti tal-futuri u opzjonijiet;

(4)

strumenti tar-rati tal-kambju u tar-rati tal-imgħax, li jinkludu prodotti bħal swaps u ftehimiet tar-rata tal-imgħax forward;

(5)

titoli trasferibbli; u

(6)

strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, inklużi ingotti tad-deheb;

(G)

parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull tip ta' titoli, inklużi sottoskrittura u allokazzjoni bħala aġent sew jekk pubblikament sew jekk privatament, u l-forniment ta' servizzi relatati ma' ħruġ bħal dan;

(H)

senserija ta' flus;

(I)

l-immaniġġjar ta' assi, bħall-immaniġġjar ta' likwidità u ta' portafolji, il-forom kollha ta' mmaniġġjar ta' investimenti kollettivi, l-immaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet, is-servizzi ta' kustodja, ta' depożitu u fiduċjarji;

(J)

servizzi ta' saldu u ta' kklirjar għal assi finanzjarji, fosthom titoli, prodotti derivattivi u strumenti negozjabbli oħra;

(K)

l-għoti u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-proċessar ta' data finanzjarja u s-softwer relatat minn fornituri ta' servizzi finanzjarji oħra; u

(L)

servizzi ta' konsulenza, ta' intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra dwar l-attivitajiet kollha elenkati fis-subparagrafi (A) sa (K), li jinkludu referenza u analiżi tal-kreditu, investiment u riċerka u pariri dwar portafolji, pariri dwar akkwiżizzjonijiet u fuq ristrutturar u strateġija korporattivi;

(b)

“fornitur ta' servizzi finanzjarji” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika ta' Parti li tixtieq tipprovdi jew li qed tipprovdi servizzi finanzjarji iżda ma tinkludix entità pubblika;

(c)

“servizz finanzjarju ġdid” tfisser kwalunkwe servizz ta' natura finanzjarja, fosthom servizzi relatati ma' prodotti eżistenti u ġodda jew il-mod li bih jitwassal prodott, li ma jkunx ipprovdut minn xi fornitur ta' servizz finanzjarju fit-territorju ta' Parti iżda li jiġi fornit fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(d)

“entità tal-assigurazzjoni tal-posta” tfisser entità li tissottoskrivi u tbigħ assigurazzjoni lill-pubbliku ġenerali u li hi proprjetà ta' entità postali ta' Parti jew li hi kkontrollata, b'mod dirett jew indirett, minn din;

(e)

“entità pubblika” tfisser:

(i)

gvern, bank ċentrali jew awtorità monetarja ta' Parti, jew entità fil-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Parti, li huma prinċipalment involuti fit-twettieq ta' funzjonijiet jew ta' azzjonijiet governattivi għal skopijiet governattivi, mhux inkluża entità prinċipalment involuta fil-fornitura ta' servizzi finanzjarji fuq bażi kummerċjali; jew

(ii)

entità privata, li twettaq funzjonijiet li normalment jitwettqu minn bank ċentrali jew minn awtorità monetarja, meta tkun qiegħda teżerċita dawk il-funzjonijiet; u

(f)

“organizzazzjoni awtoregolatorja” tfisser korp mhux governattiv, li jinkludi kwalunkwe titolu jew kambju jew suq tal-futuri, aġenzija ta' ikklirjar, jew organizzazzjoni jew assoċjazzjoni oħra, li teżerċita awtorità regolatorja jew superviżorja fuq il-fornituri ta' servizzi finanzjarji minn delegazzjoni minn Parti.

ARTIKOLU 8.60

Servizzi finanzjarji ġodda għat-territorju ta' Parti

1.   Parti għandha tippermetti lill-fornituri ta' servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħha biex joffru fit-territorju tagħha kwalunkwe servizz finanzjarju ġdid.

2.   Minkejja s-subparagrafu (b) tal-Artikolu 8.7, Parti tista' tiddetermina l-forma ġudizzjarja li permezz tagħha s-servizz finanzjarju l-ġdud jista' jiġi pprovdut u tista' teħtieġ awtorizzazzjoni għall-provvista tas-servizz. Jekk Parti titlob awtorizzazzjoni, din tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal raġunijiet prudenzjali iżda mhux biss għaliex is-servizz ma jkunx fornit minn xi fornitur ta' servizzi finanzjarji fit-territorju tagħha.

ARTIKOLU 8.61

Sistemi ta' pagament u tal-ikklirjar

Skont il-patti u l-kundizzjonijiet li jagħtu trattament nazzjonali, kull Parti tagħti lill-fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħha, aċċess għal sistemi ta' pagament u tal-ikklirjar operati minn entitajiet pubbliċi u għal faċilitajiet uffiċjali ta' finanzjament u ta' rifinanzjament li jkunu disponibbli fl-andament normali ta' negozju ordinarju. Dan l-Artikolu mhux intenzjonat li jagħti l-aċċess għal faċilitajiet ta' mutwanti tal-aħħar istanza tal-Parti.

ARTIKOLU 8.62

Organizzazzjonijiet ta' awtoregolamentazzjoni

Jekk Parti teħtieġ sħubija jew parteċipazzjoni f'organizzazzjoni ta' awtoregolamentazzjoni, jew aċċess għal din, biex il-fornituri ta' servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra jfornu servizzi finanzjarji fuq bażi ugwali ma' fornituri ta' servizzi finanzjarji ta' dik il-Parti, jew jekk dik il-Parti tipprovdi, b'mod dirett jew indirett, privileġġi jew vantaġġi lill-organizzazzjoni ta' awtoregolamentazzjoni fil-forniment ta' servizzi finanzjarji, dik il-Parti għandha tiżgura li l-organizzazzjoni ta' awtoregolamentazzjoni tirrispetta l-obbligi li jinsabu fl-Artikolu 8.8.

ARTIKOLU 8.63

Trasferiment ta' informazzjoni u pproċessar ta' informazzjoni

1.   Parti m'għandhiex tieħu miżuri li jipprevjenu trasferimenti ta' informazzjoni jew ipproċessar ta' informazzjoni finanzjarja, inklużi trasferimenti ta' data b'mezzi elettroniċi, jew li, soġġetti għar-regoli ta' importazzjoni konsistenti ma' ftehimiet internazzjonali, jipprevjenu trasferimenti ta' apparat, fejn dawk it-trasferimenti ta' informazzjoni, l-ipproċessar ta' informazzjoni finanzjarja jew it-trasferiment ta' apparat ikunu neċessarji għat-twettiq tal-kummerċ ordinarju ta' fornitur ta' servizzi finanzjarji.

2.   Xejn fil-paragrafu 1 ma jirrestrinġi d-dritt ta' Parti li tipproteġi d-data personali, il-privatezza personali u l-kunfidenzjalità tar-rekords individwali u tal-kontijiet dment li dan id-dritt ma jkunx użat biex jiġu evitati t-Taqsimiet B sa D u din is-Subtaqsima.

ARTIKOLU 8.64

Regolamentazzjoni effikaċi u trasparenti

1.   Jekk Parti teħtieġ liċenzja għall-provvista ta' servizz finanzjarju, din għandha tagħmel ir-rekwiżiti u l-proċeduri għal tali liċenzja disponibbli pubblikament.

2.   Jekk Parti tkun teħtieġ informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant biex tipproċessa l-applikazzjoni tiegħu, din għandha tinnotifika lill-applikant mingħajr dewmien bla bżonn.

3.   Parti għandha tieħu impenn biex tiżgura li r-regoli ta' applikazzjoni ġenerali adottati jew miżmuma minn organizzazzjonijiet ta' awtoregolamentazzjoni fit-territorju ta' dik il-Parti jiġu ppubblikati minnufih jew imqiegħda għad-dispożizzjoni b'xi mod ieħor b'tali mod li l-persuni interessati jkunu jistgħu jsiru midħla tagħhom.

ARTIKOLU 8.65

Konċessjoni prudenzjali

1.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jipprevjeni lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri għal raġunijiet prudenzjali, fosthom:

(a)

għall-protezzjoni ta' investituri, ta' depożitanti, ta' detenturi ta' poloz jew ta' persuni li lihom ikun dovut obbligu fiduċjarju minn fornitur ta' servizzi finanzjarji; jew

(b)

għall-iżgurar tal-integrità u tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Parti.

2.   Meta t-tali miżuri ma jikkonformawx ma' dan il-Ftehim, dawn m'għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati l-obbligi tal-Parti skont dan il-Ftehim.

3.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandha jiġi interpretat bħala li jirrikjedi lil Parti tiddivulga informazzjoni b'rabta mal-affarijiet u mal-kontijiet ta' klijenti individwali jew kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali jew proprjetarja fil-pussess ta' entitajiet pubbliċi.

ARTIKOLU 8.66

Provvista ta' servizzi tal-assigurazzjoni minn entitajiet tal-assigurazzjoni tal-posta

1.   Dan l-Artikolu jistabbilixxi d-dixxiplini li japplikaw jekk Parti tippermetti lill-entità tal-assigurazzjoni tal-posta tagħha tissottoskrivi u tforni servizzi tal-assigurazzjoni diretti lill-pubbliku ġenerali. Is-servizzi koperti minn dan l-Artikolu ma jinkludux il-provvista ta' servizzi tal-assigurazzjoni relatati mal-ġbir, mat-trasport u mal-konsenja ta' ittri jew ta' pakketti mill-entità tal-assigurazzjoni tal-posta ta' Parti.

2.   Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm miżura li toħloq kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni li huma aktar favorevoli għal entità tal-assigurazzjoni tal-posta fir-rigward tal-provvista tas-servizzi tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 meta mqabbla ma' fornitur privat ta' servizzi tal-assigurazzjoni simili fis-suq tagħha, inkluż billi:

(a)

timponi kundizzjonijiet aktar onerużi fuq il-liċenzja ta' fornitur privat biex iforni servizzi tal-assigurazzjoni mill-kundizzjonijiet li l-Parti timponi fuq entità tal-assigurazzjoni tal-posta biex tforni servizz simili; jew

(b)

tagħmel kanal ta' distribuzzjoni għall-bejgħ ta' servizzi tal-assigurazzjoni disponibbli għal entità tal-assigurazzjoni tal-posta b'patti u b'kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li tapplika għal fornituri privati ta' servizzi simili.

3.   Fir-rigward tal-provvista tas-servizzi tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 minn entità tal-assigurazzjoni tal-posta, Parti għandha tapplika l-istess regolamenti u attivitajiet ta' infurzar li hi tapplika għall-provvista tas-servizzi tal-assigurazzjoni simili minn fornituri privati.

4.   Fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-paragrafu 3, Parti għandha teħtieġ li entità tal-assigurazzjoni tal-posta li tforni s-servizzi tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tippubblika l-kontijiet annwali fir-rigward tal-provvista ta' dawk is-servizzi. Il-kontijiet għandhom jipprovdu l-livell ta' dettall u jissodisfaw l-istandards kontabilistiċi meħtieġa skont prinċipji kontabilistiċi u tal-awditjar ġeneralment aċċettabbli, standards kontabilistiċi u tal-awditjar aċċettati f'livell internazzjonali jew regoli ekwivalenti, applikati fit-territorju tal-Parti fir-rigward ta' intrapriżi privati elenkati fil-Borża li jfornu servizzi simili.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma japplikawx għal entità tal-assigurazzjoni tal-posta fit-territorju ta' Parti:

(a)

li l-Parti la hi sid u lanqas ma tikkontrolla, b'mod dirett jew indirett, dment li l-Pari ma żżomm ebda vantaġġ li jimmodifika l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni favur l-entità tal-assigurazzjoni tal-posta fil-provvista ta' servizzi tal-assigurazzjoni meta mqabbla ma' fornitur privat tas-servizzi tal-assigurazzjoni simili fis-suq tagħha; jew

(b)

jekk il-bejgħ ta' assigurazzjoni diretta tal-ħajja u u dak ta' assigurazzjoni diretta mhux tal-ħajja sottoskritta mill-entità tal-assigurazzjoni tal-posta ma jaqbżux l-10 fil-mija, rispettivament, tal-introjtu annwali totali mill-primjums mill-assigurazzjoni diretta tal-ħajja u mhux tal-ħajja fis-suq tal-Parti.

ARTIKOLU 8.67

Kooperazzjoni regolatorja fir-regolamentazzjoni finanzjarja

Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni regolatorja fir-regolamentazzjoni finanzjarja f'konformità mal-Anness 8-A.

SUBTAQSIMA 6

Servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali

ARTIKOLU 8.68

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din is-Subtaqsima tistabbilixxi l-prinċipji tal-qafas regolatorju għall-provvista ta' servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali skont it-Taqsimiet B sa D ta' dan il-Kapitolu, u tapplika għal miżuri meħuda minn Parti li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“servizzi ta' stazzjon u depot tal-kontejners” tfisser attivitajiet li jikkonsistu fil-ħżin ta' kontejners, kemm fiż-żoni tal-port kif ukoll fl-intern ta' pajjiż, bl-għan li jitgħabbew bil-merkanzija jew jinħattu, jissewwew u jsiru disponibbli għat-tbaħħir;

(b)

“servizzi ta' żdoganar” tfisser attivitajiet li jikkonsistu fit-twettiq f'isem parti oħra tal-formalitajiet doganali li jikkonċernaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport tal-merkanzija li sejra għad-destinazzjoni tagħha, irrispettivament minn jekk jekk dan is-servizz ikunx l-attività ewlenija tal-fornitur ta' servizz jew komplement tas-soltu tal-attività ewlenija tiegħu;

(c)

“operazzjonijiet tat-trasport mill-bieb sal-bieb jew multimodali” tfisser it-trasport ta' merkanzija bl-użu ta' aktar minn modalità waħda tat-trasport, li tinvolvi parti mill-vjaġġ fuq il-baħar, b'dokument wieħed tat-trasport;

(d)

“servizzi ta' aġenti tal-merkanzija” (freight forwarding) tfisser attivitajiet li jikkonsistu fl-organizzazzjoni u fil-monitoraġġ tal-operat tat-tbaħħir f'isem min jimbarka l-merkanzija, permezz tal-akkwist ta' trasport u ta' servizzi relatati, il-preparazzjoni tad-dokumentazzjoni u l-forniment ta' informazzjoni kummerċjali;

(e)

“servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali” tfisser it-trasport ta' passiġġieri jew merkanzija minn bastimenti li jbaħħru bejn port ta' Parti u port ta' Parti oħra jew pajjiż terz, u tinkludi kuntratti diretti ma' fornituri ta' servizzi tat-trasport oħra, bil-ħsieb li jkopru l-operazzjonijiet ta' trasport multimodali minn bieb għal bieb jew b'dokument wieħed tat-trasport, iżda ma jinkludix id-dritt li jipprovdu tali servizzi tat-trasport oħra;

(f)

“servizzi ta' aġenzija marittima” tfisser attivitajiet li jikkonsistu fir-rappreżentanza, f'żona ġeografika partikolari, bħala aġent, tal-interessi kummerċjali ta' linja jew ta' kumpanija tat-tbaħħir waħda jew aktar, għall-finijiet li ġejjin:

(i)

il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' servizzi tat-trasport marittimu u ta' servizzi relatati, mill-ħruġ ta' stimi sal-ħruġ ta' fatturi, u l-ħruġ ta' poloz ta' kargu f'isem il-kumpaniji, l-akkwiżizzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tas-servizzi relatati meħtieġa, it-tħejjija tad-dokumentazzjoni, u l-provvista ta' informazzjoni kummerċjali; u

(ii)

il-ħidma f'isem il-kumpanniji biex jiġi organizzat id-dħul tal-bastiment f'port jew it-teħid tal-kontroll tat-tagħbijiet tal-merkanzija meta jkun hemm bżonn;

(g)

“servizzi awżiljari marittimi” tfisser servizzi marittimi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija, servizzi ta' ħżin u ta' ħżin doganali, servizzi ta' żdoganar tal-merkanzija, servizzi ta' stazzjon tal-kontejners u ta' depot, servizzi ta' aġenzija marittima u servizzi ta' aġenti tal-merkanzija;

(h)

“servizzi marittimi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija” tfisser attivitajiet imwettqa minn kumpaniji ta' burdnara, li jinkludu l-operaturi tat-terminal, iżda li ma jinkludux l-attivitajiet diretti tal-ħaddiema fil-baċiri tat-tarzna, meta din il-forza tax-xogħol tiġi organizzata b'mod indipendenti mill-kumpaniji tal-burdnara jew tal-operaturi tat-terminal. L-attivitajiet koperti jinkludu l-organizzazzjoni u s-superviżjoni ta':

(i)

it-tagħbija jew il-ħatt ta' merkanzija fuq jew minn bastiment;

(ii)

l-irbit jew il-ħall tal-merkanzija; u

(iii)

ir-riċeviment jew il-kunsinna u ż-żamma sigura tal-merkanzija qabel id-dispaċċ jew wara r-rilaxx; u

(i)

“servizzi ta' ħżin u ta' ħżin doganali” tfisser servizzi ta' ħżin ta' oġġetti ffriżati jew imkessħa, servizzi ta' ħżin bl-ingrossa ta' likwidi jew ta' gassijiet, u servizzi ta' ħżin u ta' ħżin doganali ta' oġġetti oħra li jinkludu l-qoton, iż-żrieragħ, is-suf, it-tabakk, prodotti agrikoli oħra u oġġetti oħra tad-dar.

ARTIKOLU 8.69

Obbligi

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri mhux konformi jew għall-miżuri l-oħra msemmija fl-Artikolu 8.12 u 8.18, kull Parti għandha:

(a)

tirrispetta l-prinċipju ta' aċċess mingħajr restrizzjonijiet għas-swieq marittimi internazzjonali u għar-rotot kummerċjali fuq bażi kummerċjali u nondiskriminatorja;

(b)

tagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Parti l-oħra jew imħaddma minn fornituri ta' servizz tal-Parti l-oħra, trattament mhux inqas favorevoli minn dak li tagħti lil bastimenti tagħha stess, fir-rigward, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-portijiet, l-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-portijiet, u l-użu tas-servizzi marittimi awżiljari, kif ukoll it-tariffi u l-imposti relatati, il-faċilitajiet tad-dwana u l-assenjazzjoni ta' rmiġġi u faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt (57);

(c)

tagħti permess lill-fornituri ta' servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra biex jistabbilixxu u joperaw intrapriża fit-territorju tagħha bil-kundizzjonijiet ta' stabbiliment u ta' operazzjoni xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti lill-fornituri ta' servizzi tagħha stess; u

(d)

tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri tat-trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra, b'patti u b'kundizzjonijiet raġonevoli u nondiskriminatorji, is-servizzi segwenti fil-port: il-pilotaġġ, l-għajnuna għall-irmonk, il-provvista ta' bżonnijiet, fjuwil u ilma, il-ġbir taż-żibel u r-rimi tal-iskart tas-saborra, servizzi ta' kaptan portwali, għajnunijiet għan-navigazzjoni, faċilitajiet ta' tiswija tal-emerġenza, ankraġġ, irmiġġ u servizzi ta' rmiġġ, servizzi operattivi bbażati fuq l-art essenzjali għall-operazzjonijiet tal-bastiment, inklużi mezzi ta' komunikazzjoni, provvisti ta' ilma u ta' elettriku.

TAQSIMA F

Kummerċ elettroniku

ARTIKOLU 8.70

Objettiv u dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Partijiet jagħrfu li l-kummerċ elettroniku jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u jżid l-opportunitajiet kummerċjali f'ħafna setturi. Il-Partijiet jagħrfu wkoll l-importanza tal-faċilitazzjoni tal-użu u tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku.

2.   L-objettiv ta' din it-Taqsima hu li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent ta' fiduċja u ta' kunfidenza fl-użu tal-kummerċ elettroniku u biex jiġi promoss il-kummerċ elettroniku bejn il-Partijiet.

3.   Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-prinċipju ta' newtralità teknoloġika fil-kummerċ elettroniku.

4.   Din it-Taqsima tapplika għal miżuri meħuda minn Parti li jaffettwaw il-kummerċ b'mezzi elettroniċi.

5.   Din it-Taqsima ma tapplikax għal servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri, servizzi ta' xandir, servizzi awdjoviżivi, servizzi ta' nutara jew professjonijiet ekwivalenti, u servizzi ta' rappreżentanza legali.

6.   Fil-każ ta' xi inkonsistenza bejn id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan il-Ftehim, dawk id-dispożizzjonijiet l-oħra għandhom jipprevalu fir-rigward tal-inkonsistenza.

ARTIKOLU 8.71

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a)

“awtentikazzjoni elettronika” tfisser il-proċess jew l-att ta' verifika tal-identità ta' parti għal komunikazzjoni jew għal tranżazzjoni elettronika jew l-iżgurar tal-integrità ta' komunikazzjoni elettronika; u

(b)

“firma elettronika” tfisser data f'forma elettronika li tiġi mehmuża jew assoċjata loġikament ma' data elettronika oħra u li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

li din tintuża minn persuna biex tikkonferma li d-data elettronika li hi relatata magħha nħolqot jew ġiet iffirmata, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti ta' kull Parti, minn dik il-persuna; u

(ii)

li din tikkonferma li l-informazzjoni fid-data elettronika ma ġietx immodifikata.

ARTIKOLU 8.72

Dazji doganali

Il-Partijiet m'għandhomx jimponu dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi.

ARTIKOLU 8.73

Kodiċi tas-sors

1.   Parti ma tistax titlob it-trasferiment ta', jew l-aċċess għal, il-kodiċi tas-sors tas-softwer huma proprjetà ta' persuna tal-Parti l-oħra (58). Xejn f'dan il-paragrafu m'għandu jipprevjeni l-inklużjoni jew l-implimentazzjoni tal-patti u tal-kundizzjonijiet relatati mat-trasferiment tal-aċċess jew mal-għoti tal-aċċess għall-kodiċi tas-sors f'kuntratti nnegozjati kummerċjalment, jew it-trasferiment voluntier tal-aċċess għall-kodiċi tas-sors jew l-għoti tal-aċċess għal dan, pereżempju fil-kuntest tal-akkwist pubbliku mill-gvern.

2.   Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jaffettwa:

(a)

ir-rekwiżiti minn qorti, minn tribunal amministrattiv jew minn awtorità tal-kompetizzjoni biex jiġi rrimedjat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti minn qorti, minn tribunal amministrattiv jew minn awtorità amministrattiva fir-rigward tal-protezzjoni u tal-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali sa fejn il-kodiċijiet tas-sors huma protetti minn dawk id-drittijiet; u

(c)

id-dritt ta' Parti li tieħu miżuri f'konformità mal-Artikolu III tal-GPA.

3.   Għal aktar ċertezza, xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri (59) li huma inkonsistenti mal-paragrafu 1, skont l-Artikoli 1.5, 8.3 u 8.65.

ARTIKOLU 8.74

Regolamentazzjoni domestika

Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri kollha tagħha ta' applikazzjoni ġenerali li jaffettwaw il-kummerċ elettroniċi jkunu amministrati b'mod raġonevoli, oġġettiv u imparzjali.

ARTIKOLU 8.75

Prinċipju ta' ebda għoti ta' awtorizzazzjoni preliminari

1.   Il-Partijiet se jieħdu impenn li ma jimponux l-għoti ta' awtorizzazzjoni preliminari jew kwalunkwe rekwiżit ieħor li jkollu effett ekwivalenti fuq il-provvista ta' servizzi b'mezzi elettroniċi.

2.   Il-paragrafi 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-iskemi ta' awtorizzazzjoni li mhumiex immirati b'mod speċifiku u esklużiv lejn servizzi pprovduti b'mezzi elettroniċi, u għal regoli fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.

ARTIKOLU 8.76

Konklużjoni ta' kuntratti b'mezzi elettroniċi

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha, Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm miżuri li jirregolaw tranżazzjonijiet elettroniċi li:

(a)

jiċħdu l-effett legali, il-validità jew l-eżegwibilità ta' kuntratt, għall-unika raġuni li dan ġie konkluż b'mezzi elettroniċi; jew

(b)

joħolqu ostakoli b'xi mod ieħor għall-użu tal-kuntratti konklużi b'mezzi elettroniċi.

ARTIKOLU 8.77

Awtentikazzjoni elettronika u firma elettronika

1.   Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha, Parti m'għandhiex tiċħad il-validità legali ta' firma biss għaliex il-firma hi f'forma elettronika.

2.   Parti m'għandhiex tadotta jew iżżomm miżuri li jirregolaw l-awtentikazzjoni elettronika u l-firma elettronika li jkunu:

(a)

jipprojbixxu lill-partijiet għal tranżazzjoni elettronika milli jiddeterminaw b'mod reċiproku l-metodi xierqa ta' awtentikazzjoni elettronika għat-tranżazzjoni tagħhom; jew

(b)

jipprevjenu lill-partijiet għal tranżazzjonijiet elettroniċi milli jkollhom l-opportunità li jistabbiilixxu quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi li t-tranżazzjonijiet elettroniċi tagħhom jikkonformaw ma' kwalunkwe rekwiżit legali fir-rigward tal-awtentikazzjoni elettronika u tal-firma elettronika.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, kull Parti tista' titlob li, għal kategorija partikolari ta' tranżazzjonijiet, il-metodu ta' awtentikazzjoni jissodisfa ċerti standards tal-prestazzjoni jew hu ċċertifikat minn awtorità akkreditata f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha.

ARTIKOLU 8.78

Protezzjoni tal-konsumatur

1.   Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-adozzjoni u taż-żamma ta' miżuri effiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur applikabbli għall-kummerċ elettroniku kif ukoll miżuri li jwasslu għall-iżvilupp tal-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku.

2.   Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom inkarigati mill-protezzjoni tal-konsumatur f'attivitajiet relatati mal-kummerċ elettroniku biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur.

3.   Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-adozzjoni jew taż-żamma ta' miżuri, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi tagħhom, biex jipproteġu d-data personali tal-utenti tal-kummerċ elettroniku.

ARTIKOLU 8.79

Messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux solleċitati

1.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm miżuri rigward messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux solleċitati li:

(a)

jeħtieġu li l-fornituri ta' messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux solleċitati jiffaċilitaw il-ħila tar-riċevituri biex jipprevjenu r-riċevuta ssoktata ta' dawk il-messaġġi; u

(b)

jeħtieġu l-kunsens minn qabel, kif speċifikat skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, tar-riċevituri biex jirċievu messaġġi elettroniċi kummerċjali.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-messaġġi elettroniċi kummerċjali jkunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali, jiżvelaw biċ-ċar f'isem min isiru, u jkun fihom l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jkunu jistgħu jitolbu waqfien mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin.

3.   Kull Parti għandha tipprovdi rikors kontra fornituri ta' messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux solleċitati li ma jirrispettawx il-miżuri adottati jew miżmuma skont il-paragrafi 1 u 2.

ARTIKOLU 8.80

Kooperazzjoni fil-kummerċ elettroniku

1.   Fejn xieraq, il-Partijiet għandhom jikkooperaw u jieħdu sehem b'mod attiv f'fora multilaterali biex jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jżommu djalogu dwar materji regolatorji relatati mal-kummerċ elettroniku bl-għan li jaqsmu l-informazzjoni u l-esperjenza, kif xieraq, inkluż dwar il-liġijiet relatati, ir-regolamenti u l-implimentazzjoni ta' dawn, u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-kummerċ elettroniku, b'rabta ma', fost l-oħrajn:

(a)

il-protezzjoni tal-konsumatur;

(b)

iċ-ċibersigurtà;

(c)

il-ġlieda kontra messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux solleċitati;

(d)

ir-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' firem elettroniċi maħruġa lill-pubbliku;

(e)

l-isfidi għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-użu tal-kummerċ elettroniku;

(f)

il-faċilitazzjoni tas-servizzi ta' ċertifikazzjoni transkonfinalia;

(g)

il-proprjetà intellettwali; u

(h)

il-gvern elettroniku.

ARTIKOLU 8.81

Fluss liberu tad-data

Il-Partijiet għandhom jerġgħu jivvalutaw fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim il-ħtieġa għall-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-fluss liberu tad-data f'dan il-Ftehim.

KAPITOLU 9

MOVIMENTI TA' KAPITAL, PAGAMENTI U TRASFERIMENTI U MIŻURI TEMPORANJI TA' SALVAGWARDJA

ARTIKOLU 9.1

Kont kurrenti

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tippermetti, f'munita liberament konvertibbli (60) u skont l-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, kif applikabbli, kull ħlas u trasferimenti fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 9.2

Movimenti ta' kapital

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tippermetti, fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fil-kont kapitali u finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, il-moviment liberu ta' kapital għall-fini ta' liberalizzazzjoni tal-investimenti u ta' tranżazzjonijiet oħra kif previst fil-Kapitolu 8.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom bl-għan li jiffaċilitaw il-moviment ta' kapital bejniethom biex jippromwovu l-kummerċ u l-investiment.

ARTIKOLU 9.3

Applikazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti relatati mal-movimenti ta' kapital, mal-pagamenti jew mat-trasferimenti

1.   L-Artikoli 9.1 u 9.2 m'għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprevjenu lil Parti milli tapplika l-liġijiet u r-regolamenti tagħha b'rabta ma':

(a)

il-falliment, l-insolvenza, jew il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri;

(b)

il-ħruġ, il-kummerċ jew in-negozjar f'titoli jew f'kuntratti tal-futuri, f'opzjonijiet u f'derivattivi oħra;

(c)

ir-rapportar finanzjarju jew iż-żamma ta' rekords ta' movimenti ta' kapital, ta' pagamenti jew ta' trasferimenti meta jkunu meħtieġa biex jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-awtoritajiet regolatorji finanzjarji;

(d)

reati kriminali jew penali, jew prattiki qarrieqa jew frawdolenti;

(e)

l-iżgurar tal-konformità ma' ordnijiet jew ma' sentenzi fi proċedimenti aġġudikatorji; jew

(f)

skemi tas-sigurtà soċjali jew ta' rtirar pubbliku jew skemi ta' tfaddil obbligatorju.

2.   Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu applikabbli b'mod inekwitabbli, arbitrarju jew diskriminatorju, jew jikkostitwixxu b'xi mod ieħor restrizzjoni moħbija fuq il-movimenti ta' kapital, il-pagamenti jew it-trasferimenti.

ARTIKOLU 9.4

Miżuri temporanji ta' salvagwardja

1.   F'ċirkustanzi eċċezzjonali ta' diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Unjoni Ewropea, jew theddida għal din, l-Unjoni Ewropea tista' tadotta jew iżżomm miżuri ta' salvagwardja fir-rigward ta' movimenti ta' kapital, ta' pagamenti jew ta' trasferimenti għal perijodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Dawk il-miżuri għandhom ikunu limitati għal dak li jkun strettament neċessarju u m'għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew inġustifikata bejn il-Ġappun u pajjiż terz f'sitwazzjonijiet simili.

2.   Parti tista' tadotta jew iżżomm miżuri restrittivi fir-rigward ta' movimenti ta' kapital, pagamenti jew trasferimenti (61):

(a)

f'każ ta' bilanċ serju tal-ħlasijiet jew diffikultajiet finanzjarji esterni, jew it-theddida tagħhom (62); jew

(b)

jekk, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-movimenti ta' kapital, il-pagamenti jew it-trasferimenti jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw diffikultajiet makroekonomiċi serji relatati mal-politiki monetarji u dwar ir-rati tal-kambju.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom:

(a)

ikunu konsistenti mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, kif applikabbli;

(b)

ma jmorrux lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jindirizzaw is-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2;

(c)

ikunu temporanji u eliminati gradwalment b'mod progressiv hekk kif titjieb is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2;

(d)

jevitaw ħsara mhux meħtieġa għall-interessi kummerċjali, ekonomiċi jew finanzjarji tal-Parti l-oħra; u

(e)

ikunu nondiskriminatorji meta mqabbla ma' pajjiżi terzi f'sitwazzjonijiet simili.

4.   Fil-każ ta' kummerċ f'merkanzija, Parti tista' tadotta miżuri restrittivi skont l-Artikolu 2.20 għall-għanijiet tal-bilanċ tal-pagamenti.

5.   Fil-każ ta' kummerċ fis-servizzi, Parti tista' tadotta miżuri restrittivi sabiex tissalvagwardja l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti jew finanzjarja esterna tagħha. Dawk il-miżuri għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu XII tal-GATS.

6.   Parti li żżomm jew li tkun adottat il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 sa 3 għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra minnufih dwar dawn.

7.   Jekk jiġu adottati jew jinżammu restrizzjonijiet skont dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jorganizzaw konsultazzjonijiet minnufih fil-Kumitat dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, il-Liberalizzazzjoni tal-Investiment u l-Kummerċ Elettroniku mwaqqaf skont l-Artikolu 22.3, sakemm ma jsirux konsultazzjonijiet f'fora oħra. Il-konsultazzjonijiet għandhom jivvalutaw il-bilanċ ta' pagamenti jew diffikultajiet finanzjarji esterni, jew diffikultajiet makroekonomiċi oħra li wasslu għall-miżuri rispettivi, waqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, tali fatturi bħal:

(a)

in-natura u l-firxa tad-diffikultajiet;

(b)

l-ambjent ekonomiku u kummerċjali estern; u

(c)

il-miżuri korrettivi alternattivi li jistgħu jkunu disponibbli.

8.   Il-konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 7 għandhom jindirizzaw il-konformità ta' kwalunkwe miżura restrittiva mal-paragrafi 1 sa 3. Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sejbiet rilevanti disponibbli kollha ta' natura statistika jew fattwali ppreżentati mill-FMI, u l-konklużjonijiet għandhom iqisu l-valutazzjoni tal-FMI tal-bilanċ tal-pagamenti u s-sitwazzjoni finanzjarja esterna jew diffikultajiet makroekonomiċi oħra tal-Parti kkonċernata.

KAPITOLU 10

AKKWIST PUBBLIKU

ARTIKOLU 10.1

Inkorporazzjoni tal-GPA

Il-GPA hu inkoporat f'dan il-Kapitolu u hu magħmul parti minnu, mutatis mutandis.

ARTIKOLU 10.2

Kamp ta' applikazzjoni addizzjonali

Japplikaw ir-regoli u l-proċeduri previsti fid-dispożizzjonijiet tal-GPA speċifikati fil-Parti 1 tal-Anness 10, mutatis mutandis, għall-akkwist pubbliku kopert mill-Parti 2 tal-Anness 10.

ARTIKOLU 10.3

Regoli addizzjonali

Kull Parti għandha tapplika l-Artikoli 10.4 sa 10.12 kemm għall-akkwist pubbliku kopert mill-annessi tagħha għall-Appendiċi I għall-GPA kif ukoll l-akkwist pubbliku kopert mill-Parti 2 tal-Anness 10.

ARTIKOLU 10.4

Pubblikazzjoni tal-avviżi

L-avviżi ta' akkwist pubbliku maħsub jew ippjanat skont l-Artikolu VII tal-GPA għandhom ikunu direttament aċċessibbli b'mezzi elettroniċi mingħajr ħlas permezz ta' punt uniku ta' aċċess fuq l-Internet.

ARTIKOLU 10.5

Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni

1.   Minbarra l-Artikolu VIII tal-GPA, entità tal-akkwist ta' Parti m'għandhiex teskludi lil fornitur stabbilit fil-Parti l-oħra milli jieħu sehem fi proċedura tal-offerti fuq il-bażi ta' rekwiżit legali li skont dan il-fornitur irid ikun:

(a)

persuna fiżika; jew

(b)

persuna ġuridika.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-akkwist pubbliku fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Inizjattiva ta' Finanzjament Privat tal-Ġappun (Liġi Nru 117 tal-1999).

2.   Filwaqt li entità tal-akkwist ta' Parti tista', meta tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, teħtieġ esperjenza preċedenti rilevanti meta din tkun essenzjali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku f'konformità mas-subparagrafu 2(b) tal-Artikolu VIII tal-GPA, dik l-entità tal-akkwist m'għandhiex timponi l-kundizzjoni li t-tali esperjenza preċedenti trid tkun inkisbet fi ħdan it-territorju ta' dik il-Parti.

ARTIKOLU 10.6

Kwalifika tal-fornituri

1.   Jekk Parti żżomm sistema ta' reġistrazzjoni tal-fornituri li fiha l-fornituri interessati huma meħtieġa jirreġistraw u jipprovdu ċerta informazzjoni, dawk il-fornituri jistgħu jitolbu r-reġistrazzjoni tagħhom fi kwalunkwe ħin. Entità tal-akkwist għandha tinforma lil dawk il-fornituri fi ħdan perijodu raġonevolment qasir ta' żmien jekk ir-reġistrazzjoni tagħhom ingħatatx.

2.   Meta, biex jitħalla jissottometti offerta għal akkwist pubbliku għal xogħol ta' kostruzzjoni fil-Ġappun, fornitur stabbilit fl-Unjoni Ewropea hu meħtieġ jagħmel Evalwazzjoni Kummerċjali (Keieijikoshinsa) (magħrufa wkoll bħala Keishin) skont il-Liġi Kummerċjali tal-Bini tal-Ġappun (Liġi Nru 100 tal-1949), il-Ġappun għandu jiżgura li l-awtoritajiet tiegħu li jwettqu t-tali evalwazzjoni:

(a)

jivvalutaw b'mod nondiskriminatorju u, fejn xieraq, jagħrfu bħala ekwivalenti għal dawk fil-Ġappun, l-indikaturi tal-fornitur li jiġu minn barra l-Ġappun, li jistgħu jinkludu:

(i)

in-numru ta' persunal tekniku;

(ii)

il-kundizzjonijiet relatati mal-benessri fuq ix-xogħol;

(iii)

in-numru ta' snin ta' attività fin-negozju tal-kostruzzjoni;

(iv)

il-kundizzjonijiet tal-kontabbiltà fin-negozju tal-kostruzzjoni;

(v)

l-ammont tan-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp;

(vi)

il-kisba ta' ċertifikazzjoni ISO9001 jew ISO14001;

(vii)

l-impjieg u l-iżvilupp ta' inġiniera żgħażagħ u ta' ħaddiema tas-sengħa żgħażagħ;

(viii)

l-ammont tal-bejgħ għax-xogħol ta' kostruzzjoni lest; u

(ix)

l-ammont tal-bejgħ għax-xogħol ta' kostruzzjoni lest bħala kuntrattur prinċipali; u

(b)

kunsiderazzjoni xierqa lill-indikaturi tal-fornitur li jiġu minn barra l-Ġappun, li jistgħu jinkludu:

(i)

l-ammont ta' kapital ta' ekwità;

(ii)

l-ammont ta' qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (EBITDA);

(iii)

il-proporzjon tan-nefqa netta fuq l-imgħax għall-ammont tal-bejgħ;

(iv)

il-perijodu tal-fatturat tal-obbligazzjonijiet;

(v)

il-proporzjon ta' profitt gross fuq il-bejgħ għall-kapital gross;

(vi)

il-proporzjon tal-profitt rikorrenti għall-ammont tal-bejgħ;

(vii)

il-proporzjon tal-kapital ta' ekwità għal assi fiss;

(viii)

il-proporzjon ta' ekwità;

(ix)

l-ammont ta' flussi tal-flus minn attivitajiet operatorji; u

(x)

l-ammont ta' qligħ akkumulat.

ARTIKOLU 10.7

Proċeduri selettivi tal-offerti

1.   Jekk, f'konformità mal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu IX tal-GPA, entità tal-akkwist tillimita n-numru ta' fornituri għal akkwist pubbliku partikolari, in-numru ta' fornituri li jitħallew jissottomettu offerta għandu jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni mingħajr ma tiġi affettwata l-effiċjenza operazzjonali tas-sistema tal-akkwist.

2.   Għall-Ġappun, dan l-Artikolu japplika biss għal entitajiet tal-gvern ċentrali.

ARTIKOLU 10.8

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Jekk entità tal-akkwist tapplika speċifikazzjonijiet tekniċi ekoloġiċi kif stabbiliti għal tikketti ambjentali jew kif definiti mil-liġijiet u mir-regolamenti rilevanti fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew il-Ġappun, kull Parti għandha tiżgura li dawk l-ispeċifikazzjonijiet ikunu:

(a)

xierqa biex jiġu ddefiniti l-karatteristiċi tal-oġġetti jew tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b)

ibbażati fuq kriteriji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u nondiskriminatorji; u

(c)

aċċessibbli għall-fornituri interessati kollha.

ARTIKOLU 10.9

Rapporti tat-testijiet

1.   Kull Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista' titlob li l-fornituri interessati jipprovdu rapport tat-test maħruġ minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn korp bħal dan bħala mezz ta' prova tal-konformità mar-rekwiżiti jew mal-kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji ta' evalwazzjoni jew fi kwalunkwe patt jew kundizzjoni oħra.

2.   Meta tkun teħtieġ is-sottomissjoni ta' rapport tat-test jew ta' ċertifikat maħruġ minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità, kull Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, għandha:

(a)

taċċetta r-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità li jitwettqu mill-korpi rreġistrati ta' valutazzjoni tal-konformità tal-Parti l-oħra f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun, magħmul fi Brussell fl-4 ta' April 2001; u

(b)

tieħu f'kunsiderazzjoni kif xieraq kwalunkwe espansjoni futura tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim imsemmi fis-subparagrafu (a), jew kwalunkwe ftehim ulterjuri li jkun se jiġi konkluż bejn il-Partijiet bl-għan ta' rikonoxximent reċiproku tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, ladarba jkun daħal fis-seħħ.

ARTIKOLU 10.10

Kundizzjonijiet ambjentali

L-entitajiet ta' akkwist jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet ambjentali relatati mal-eżekuzzjoni ta' akkwist pubbliku, dment li dawk il-kundizzjonijiet ikunu kompatibbli mar-regoli stabbiliti minn dan il-Kapitolu u jkunu indikati fl-avviż tal-akkwist pubbliku maħsub jew f'avviż ieħor użat bħala avviż tal-akkwist pubbliku maħsub jew dokument tal-offerta.

ARTIKOLU 10.11

Trattament tal-offerti u l-għoti tal-kuntratti

1.   B'segwitu għal paragrafu 5 tal-Artikolu XV tal-GPA, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' kull Parti, kull Parti għandha tiżgura li l-entitajiet tal-akkwist tagħha jkunu intitolati li jagħżlu bejn iż-żewġ kriterji msemmija fis-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 5 tal-Artikolu XV tal-GPA u li huma konxji tal-merti rispettivi ta' dawk il-kriterji.

2.   Minbarra l-paragrafu 6 tal-Artikolu XV tal-GPA, jekk entità tal-akkwist tirċievi offerta bi prezz li jkun anqas b'mod anormali mill-prezzijiet f'offerti oħra sottomessi, din tista' tivverifika wkoll mal-fornitur jekk il-prezz iqisx l-għoti ta' sussidji.

ARTIKOLU 10.12

Proċeduri domestiċi ta' rieżami

1.   Meta awtorità amministrattiva imparzjali tiġi ddeżinjata minn Parti skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu XVIII tal-GPA, dik il-Parti għandha tiżgura li:

(a)

il-membri tal-awtorità ddeżinjata jkunu indipendenti, imparzjali, u liberi minn influwenza esterna matul it-terminu tal-ħatra;

(b)

il-membri tal-awtorità ddeżinjata ma jingħatawx is-sensja kontra r-rieda tagħhom matul il-mandat, sakemm is-sensja tagħhom ma tkunx meħtieġa mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorità ddeżinjata; u

(c)

fir-rigward ta' entitajiet koperti taħt l-Annessi 1 u 3 ta' kull Parti tal-Appendiċi I tal-GPA, kif ukoll l-entitajiet tal-gvern ċentrali u l-entitajiet l-oħra kollha ħlief entitajiet tal-gvern subċentrali koperta taħt il-Parti 2 tal-Anness 10, il-President jew mill-inqas membru wieħed ieħor tal-awtorità nnominata, li jkollha kwalifiki legali u professjonali ekwivalenti għal dawk meħtieġa għal imħallfin, avukati jew esperti legali kkwalifikati taħt il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti.

2.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri li jipprovdu għal miżuri interim rapidi għall-preservazzjoni tal-opportunità tal-fornitur biex jieħu sehem fl-akkwist pubbliku. Tali miżuri interim, speċifikati fis-subparagrafu 7(a) tal-Artikolu XVIII tal-GPA, jistgħu jirriżultaw fis-sospensjoni tal-proċess tal-akkwist pubbliku jew, jekk entità tal-akkwist tkun ikkonkludiet kuntratt u jekk Parti tkun stipulat hekk, f'sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-proċeduri jistgħu jipprevedu li meta jkunu se jiġu applikati tali miżuri jistgħu jitqiesu l-konsegwenzi negattivi prevalenti għall-interessi kkonċernati, inkluż l-interess pubbliku. Kawża ġusta għal nuqqas ta' azzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub.

3.   F'każ li fornitur interessat jew parteċipanti ippreżenta sfida lill-awtorità maħtura msemmija fil-paragrafu 1, kull Parti għandha, fil-prinċipju, tiżgura li l-entità akkwirenti m'għandhiex tikkonkludi l-kuntratt sakemm dik l-awtorità tkun ħadet deċiżjoni jew rakkomandazzjoni dwar il-kontestazzjoni fir-rigward ta' miżuri provviżorji, azzjoni korrettiva jew kumpens għal telf jew danni batuti, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 5 u 6 skont ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri tagħha. Kull Parti tista' tipprovdi li f'ċirkustanzi inevitabbli u debitament ġustifikati, il-kuntratt xorta waħda jista' jiġi konkluż.

4.   Kull Parti tista' tipprovdi għal:

(a)

perijodu sospensiv bejn id-deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratt u l-konklużjoni ta' kuntratt biex jingħata biżżejjed żmien lill-fornituri li ma jirbħux biex jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jiftħu proċedura ta' rieżami; jew

(b)

perijodu twil biżżejjed biex fornitur interessat jippreżenta kontestazzjoni, li tista' tikkostitwixxi motivazzjoni għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' kuntratt.

5.   Azzjoni korrettiva skont is-subparagrafu 7(b) tal-Artikolu XVIII tal-GPA tista' tinkludi waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tneħħija ta' speċifikazzjonijiet tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji fl-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fi kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-offerti u t-twettiq ta' proċeduri ġodda tal-offerti;

(b)

ir-ripetizzjoni tal-proċedura tal-offerti mingħajr ma jitbiddlu l-kundizzjonijiet;

(c)

ir-revoka tad-deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratt u l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida dwar l-għoti ta' kuntratt;

(d)

it-terminazzjoni ta' kuntratt jew id-dikjarazzjoni tal-ineffikaċja tiegħu; jew

(e)

l-adozzjoni ta' miżuri oħra bl-għan li jiġi rrimedjat ksur ta' dan il-Kapitolu, pereżempju ordni biex titħallas somma partikolari sakemm iseħħ ir-rimedju effettiv tal-ksur.

6.   F'konformità mas-subparagrafu 7(b) tal-Artikolu XVIII tal-GPA, kull Parti tista' tipprovdi għall-għoti ta' kumpens għat-telf jew għad-danni mġarrba. F'dan ir-rigward, jekk il-korp ta' rieżami tal-Parti ma jkunx qorti u fornitur jemmen li kien hemm ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti domestiċi li jimplimentaw l-obbligi f'dan il-Kapitolu, il-fornitur jista' jippreżenta l-każ quddiem qorti, inkluż bl-għan li jfittex kumpens, f'konformità mal-proċeduri ġudizzjarja tal-Parti.

7.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm il-proċeduri neċessarji li bihom jiġu effettivament implimentati d-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korpi ta' rieżami, jew id-deċiżjonijiet li bihom huma effettivament infurzati minn korpi ta' rieżami ġudizzjarju.

ARTIKOLU 10.13

Ġbir u rapportar ta' statistiki

Kull Parti għandha tikkomunika lill-Parti l-oħra d-data statistika komparabbli u disponibbli rilevanti għall-akkwist pubbliku kopert mill-Parti 2 tal-Anness 10.

ARTIKOLU 10.14

Modifiki u rettifiki tal-kopertura

1.   Parti tista' timmodifika jew tirrettifika l-impenji tagħha taħt il-Parti 2 tal-Anness 10.

2.   Jekk modifika jew rettifika tal-annessi ta' Parti għall-Appendiċi I għall-GPA tidħol fis-seħħ skont l-Artikolu XIX tal-GPA, din għandha tidħol fis-seħħ awtomatikament għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.

3.   Meta Parti jkun biħsiebha timmodifika l-impenji tagħha taħt il-Parti 2 tal-Anness 10, il-Parti għandha:

(a)

tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub; u

(b)

tinkludi fin-notifika proposta għal aġġustamenti ta' kumpens xierqa lill-Parti l-oħra biex jinżamm livell ta' kopertura paragunabbli għal dak li kien jeżisti qabel il-modifika.

4.   Minkejja s-subparagrafu 3(b), Parti m'għandhiex bżonn tipprovdi aġġustamenti ta' kumpens jekk il-modifika tkun tikkonċerna entità tal-akkwist li fuq l-akkwist pubbliku tagħha l-Parti tkun effettivament eliminat il-kontroll jew l-influwenza tagħha.

5.   F'każ li l-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern imwaqqaf skont l-Artikolu XXI tal-GPA jadotta kriterji skont is-subparagrafi 8(b) u (c) tal-Artikolu XIX tal-GPA, dawk il-kriterji għandhom ikunu applikabbli anki fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Artikolu.

6.   Jekk il-Parti l-oħra toġġezzjona li:

(a)

aġġustament propost f'konformità mas-subparagrafu 3(b) hu inadegwat biex jinżamm livell komparabbli ta' kopertura maqbula reċiprokament; jew

(b)

il-modifika maħsuba msemmija fil-paragrafu 4 tirrigwarda aktar minn entità akkwirenti li l-akkwist tagħha l-Parti tkun eliminat b'mod effettiv il-kontroll jew l-influwenza tagħha,

din għandha tissottometti oġġezzjoni bil-miktub lill-Parti li biħsiebha timmodifika l-impenji tagħha fi żmien 45 jum mid-data ta' riċevuta tan-notifika msemmija fis-subparagrafu 3(a) jew titqies li tkun aċċettat l-aġġustament jew il-modifika.

7.   It-tibdiliet li ġejjin fl-impenji ta' Parti taħt il-Parti 2 tal-Anness 10 għandhom jitqiesu li huma rettifika:

(a)

tibdil fl-isem ta' entità tal-akkwist;

(b)

fużjoni ta' żewġ entitajiet tal-akkwist jew aktar minn fost dawk elenkati fl-istess paragrafu tal-Parti 2 tal-Anness 10;

(c)

is-separazzjoni ta' entità tal-akkwist elenkata fil-Parti 2 tal-Anness 10 f'żewġ entitajiet tal-akkwist jew aktar li jiżdiedu mal-entitajiet tal-akkwist elenkati fl-istess paragrafu ta' dik il-Parti; u

(d)

aġġornamenti ta' listi indikattivi bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 10, subparagrafu 1(b) tat-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 10, jew fl-Annessi 2 u 3 tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I għall-GPA.

8.   Fil-każ ta' rettifiki maħsubin, il-Parti għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra kull sentejn, skont iċ-ċiklu ta' notifiki previst f'din id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar ir-Rekwiżiti ta' notifika skont l-Artikoli XIX u XXII tal-Ftehim adottat fit-30 ta' Marzu 2012 (GPA/113), wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

9.   Il-Parti l-oħra, fi żmien 45 jum mid-data ta' riċevuta tan-notifika skont il-paragrafu 8, għandha tissottometti oġġezzjoni bil-miktub lill-Parti li jkun biħsiebha tirretifika l-impenji tagħha. Il-Parti li tissottometti oġġezzjoni għandha tistipula r-raġunijiet għalfejn temmen li r-rettifika maħsuba mhijiex tibdil previst fil-paragrafu 7, u tiddeskrivi l-effett li r-rettifika maħsuba dwar il-kopertura maqbula reċiprokament prevista f'dan il-Ftehim. Jekk ma tiġi sottomessa ebda oġġezzjoni bil-miktub fi żmien 45 jum mid-data ta' riċevuta tan-notifika, ir-rettifika maħsuba għandha titqies li ġiet aċċettata.

10.   Jekk il-Parti toġġezzjona għall-modifika jew għar-rettifika maħsuba, jew għall-aġġustament ta' kumpens propost, il-Partijiet għandhom ifittxu li jsolvu l-kwistjoni permezz ta' konsultazzjonijiet. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim bejn il-Partijiet fi żmien 150 jum mid-data tar-riċevuta tan-notifika tal-oġġezzjoni, il-Parti li biħsiebha timmodifika jew tirrettifika l-impenji tagħha jista' jkollha rikors għal soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21 biex tiddetermina jekk l-oġġezzjoni hix iġġustifikata. Modifika jew rettifika maħsuba li fir-rigward tagħha ġiet sottomessa oġġezzjoni, għandha titqies li ġiet aċċettata biss meta jintlaħaq qbil dwarha permezz tal-konsultazzjonijiet jew jiġi deċiż hekk mill-bord imwaqqaf skont l-Artikolu 21.7.

ARTIKOLU 10.15

Kooperazzjoni

Il-Partijiet għandhom jieħdu impenn li jikkooperaw bl-għan li jiksbu fehim aħjar tas-swieq rispettivi tagħhom tal-akkwist pubbliku mill-gvern. Il-Partijiet jagħrfu wkoll li l-involviment tal-industriji relatati tal-Partijiet, permezz ta' mezzi bħad-djalogi, hu importanti għal dak l-għan.

ARTIKOLU 10.16

Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern

1.   Il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern imwaqqaf skont l-Artikolu 22.3 (minn hawn 'il quddiem f'dan l-Artikolu msejjaħ il-“Kumitat”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim effettivi ta' dan il-Kapitolu.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-Kumitat Konġunt biex jadotta deċiżjonijiet li jemendaw il-Parti 2 tal-Anness 10 biex din tirrifletti l-modifiki jew ir-rettifiki aċċettati skont l-Artikolu 10.14 jew l-aġġustamenti ta' kumpens miftiehma;

(b)

jadotta modalitajiet għall-komunikazzjoni ta' data statistika skont l-Artikolu 10.13, jekk jitqiesu neċessarji;

(c)

jikkunsidra materji li tirreferilu xi Parti fir-rigward ta' akkwist pubbliku mill-gvern; u

(d)

jiskambja informazzjoni dwar opportunitajiet ta' akkwist pubbliku mill-gvern, inklużi dawk fil-livelli sottoċentrali, f'kull Parti;

ARTIKOLU 10.17

Punti ta' kuntatt

Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiddeżinja punt ta' kuntatt għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta' kuntatt li jinkludu informazzjoni dwar l-uffiċjali rilevanti. Il-Partijiet minnufih għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe tibdil f'dawk id-dettalji ta' kuntatt.

KAPITOLU 11

POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

ARTIKOLU 11.1

Prinċipji

Il-Partijiet jagħrfu l-importanza ta' kompetizzjoni ġusta u ħielsa fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tagħhom. Il-Partijiet jagħrfu li l-prattiki antikompetittivi għanhom il-potenzjal li joħolqu tfixkil fil-funzjonament xieraq tas-swieq u jdgħajfu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment.

ARTIKOLU 11.2

Prattiki antikompetittivi

F'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, kull Parti għandha tieħu miżuri li hi tqis li huma xierqa kontra prattiki antikompetittivi, biex tilħaq l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 11.3

Qafas leġislattiv u regolatorju

1.   Kull Parti għandha żżomm id-dritt tal-kompetizzjoni tagħha li japplika għall-intrapriżi kollha fis-setturi kollha tal-ekonomija u li jindirizza, b'mod effettiv, il-prattiki antikompetittivi li ġejjin:

(a)

għall-Unjoni Ewropea:

(i)

ftehimiet bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijet tal-intrapriżi u prattiki miftiehma, li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni;

(ii)

abbuż min-naħa ta' intrapriża waħda jew aktar ta' pożizzjoni dominanti, u

(iii)

fużjonijiet jew konċentrazzjonijiet bejn intrapriżi li jistgħu jxekklu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva; u

(b)

għall-Ġappun:

(i)

monopolizzazzjoni privata;

(ii)

restrizzjoni mhux raġonevoli tal-kummerċ;

(iii)

prattiki kummerċjali inġusti; u

(iv)

fużjonijet jew akkwiżizzjonijiet li jirrestrinġu b'mod sostanzjali l-kompetizzjoni f'qasam partikolari tal-kummerċ.

2.   Kull Parti għandha tapplika d-dritt tal-kompetizzjoni tagħha għall-intrapriżi kollha, privati jew pubbliċi, involuti f'attivitajiet ekonomiċi. Dan m'għandux jipprevjeni lil Parti milli tipprovdi għal eżenzjonijiet mid-dritt tal-kompetizzjoni tagħha, dment li t-tali eżenzjonijiet ikunu trasparenti u jkunu limitati għal dawk neċessarji għas-salvagwardja tal-interess pubbliku. It-tali eżenzjonijiet m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu strettament neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi ta' interess pubbliku li ġew iddefiniti minn dik il-Parti.

3.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “attivitajiet ekonomiċi” tfisser dawk l-attivitajiet li jappartjenu għall-offerta ta' oġġetti u ta' servizzi f'suq.

ARTIKOLU 11.4

Indipendenza operazzjonali

Kull Parti għandha żżomm awtorità operazzjonalment indipendenti li hi responsabbli u kompetenti għall-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni tagħha.

ARTIKOLU 11.5

Nondiskriminazzjoni

Meta tapplika l-liġi tal-kompetizzjoni tagħha, kull Parti għandha tirrispetta l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni għall-intrapriżi kollha, irrispettivament min-nazzjonalità u mit-tip ta' sjieda tal-intrapriżi.

ARTIKOLU 11.6

Ġustizzja proċedurali

Meta tapplika l-liġi tal-kompetizzjoni tagħha, kull Parti għandha tirrispetta l-prinċipju ta' ġustizzja proċedurali għall-intrapriżi kollha, irrispettivament min-nazzjonalità u mit-tip ta' sjieda tal-intrapriżi.

ARTIKOLU 11.7

Trasparenza

Kull Parti għandha tapplika d-dritt tal-kompetizzjoni tagħha b'mod trasparenti. Kull Parti għandha tippromwovi t-trasparenza fil-politika tal-kompetizzjoni tagħha.

ARTIKOLU 11.8

Kooperazzjoni fl-infurzar

1.   Biex jilħqu l-objettivi ta' dan il-Ftehim u jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni ta' kull Parti, il-Partijiet jagħrfu li hu fl-interess komuni tagħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-iżviluppi fil-politika tal-kompetizzjoni u fl-attivitajiet ta' infurzar, fi ħdan il-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun li jikkonċerna l-kooperazzjoni f'attivitajiet antikompetittivi, magħmul fi Brussell fl-10 ta' Lulju 2003 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ f'dan il-Kapitolu bħala l-“Ftehim li jikkonċerna l-kooperazzjoni f'attivitajiet antikompetittivi”).

2.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Partijiet jistgħu jiskambjaw informazzjoni, jew li ssir xi komunikazzjoni oħra fi ħdan il-qafas tal-Ftehim dwar kooperazzjoni fuq attivitajiet antikompetittivi.

ARTIKOLU 11.9

Soluzzjoni tat-tilwim

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx ikunu soġġetti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21.

KAPITOLU 12

SUSSIDJI

ARTIKOLU 12.1

Prinċipji

Il-Partijiet jagħrfu li s-sussidji jistgħu jingħataw minn Parti meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika pubblika. Madanakollu, ċerti sussidji għanhom il-potenzjal li joħolqu tfixkil fil-funzjonament xieraq tas-swieq u jdgħajfu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment. Fil-prinċipju, is-sussidji m'għandhomx jingħataw minn Parti meta din issib li dawn kellhom jew jista' jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 12.2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“attivitajiet ekonomiċi” tfisser dawk l-attivitajiet li jappartjenu għall-offerta ta' oġġetti u ta' servizzi f'suq;

(b)

“sussidju” tfisser miżura li tissodisfa mutatis mutandis il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.1 tal-Ftehim SCM, irrispettivament minn jekk ir-riċevituri tas-sussidju jinnegozjawx f'oġġetti jew f'servizzi; u

(c)

“sussidju speċifiku” tfisser sussidju li huwa determinat li jkun speċifika skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar is-SCM.

ARTIKOLU 12.3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għal sussidji speċifiċi sal-punt li huma relatati ma' attivitajiet ekonomiċi (63).

2.   Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għal sussidji mogħtija lil intrapriżi inkarigati mill-gvern bil-provvista ta' servizzi lill-pubbliku ġenerali għal objettivi tal-ordni pubbliku. Eċċezzjonijiet bħal dawn mir-regoli fuq is-sussidji għandhom ikunu trasparenti u m'għandhomx imorru lil hinn mill-objettivi fil-mira tagħhom tal-ordni pubbliku.

3.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal sussidji mogħtija bħala kumpens għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew minn okkorrenzi eċċezzjonali oħra.

4.   L-Artikoli 12.5 u 12.6 ma japplikawx għal sussidji, l-ammonti kumulattivi jew baġits ta' inqas minn 450,000 drittijiet speċjali ta' ġbid (minn hawn' il quddiem “SDR”) għal kull benefiċjarju għal perijodu ta' tliet snin konsekuttivi.

5.   L-Artikoli 12.6 u 12.7 ma japplikawx għal sussidji relatati mal-kummerċ f'merkanzija koperti mill-Anness 1 għall-Ftehim dwar il-Biedja u għal sussidji relatati mal-kummerċ f'ħut u fi prodotti tal-ħut.

6.   L-Artikolu 12.7 ma japplikax għal sussidji mogħtija temporanjament għal rispons għal emerġenza nazzjonali jew ekonomika globali (64). It-tali sussidji għandhom ikunu mmirati, ekonomiċi, effettivi u effiċjenti biex tiġi rrimedjata l-emerġenza ekonomika temporanja identifikata nazzjonali jew globali.

7.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal servizzi awdjoviżivi.

8.   L-Artikolu 12.7 ma japplikax għal sussidji mogħtija minn livelli sottoċentrali tal-gvern ta' kull Parti. Biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu, kull Parti għandha tieħu miżuri raġonevoli li jistgħu jkunu disponibbli għaliha biex tiżgura r-rispett tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu minn livelli sottoċentrali tal-gvern ta' dik il-Parti.

ARTIKOLU 12.4

Relazzjoni mal-Ftehim tad-WTO

Xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' waħda mill-Partijiet skont il-Ftehim SCM, l-Artikolu XVI tal-GATT 1994 u l-Artikolu XV tal-GATS.

ARTIKOLU 12.5

Notifika

1.   Kull Parti għandha tinnotifika bl-Ingliż lill-Parti l-oħra dwar il-bażi legali, il-forma, l-ammont jew il-baġit u fejn ikun possibbli, l-isem ta' min jirċievi kwalunkwe sussidju speċifiku mogħtija jew miżmuma (65) minn Parti, li jinnotifika kull sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Madankollu, l-ewwel notifika għandha ssir sa mhux iktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

2.   Jekk Parti tqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika fuq sit web uffiċjali l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, in-notifika skont il-paragrafu 1 għandha titqies li tkun saret. Jekk Parti tinnotifika s-sussidji skont l-Artikolu 25.2 tal-Ftehim SCM, il-Parti għandha titqies li tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-paragrafu 1 fir-rigward tat-tali sussidji.

3.   Fir-rigward tas-sussidji relatati mas-servizzi, dan l-Artikolu japplika għas-setturi li ġejjin biss: servizzi ta' arkitettura u inġinerija, servizzi bankarji, servizzi tal-kompjuter, servizzi ta' kostruzzjoni, enerġija, servizzi ambjentali, servizzi ta' tqassim express, servizzi tal-assigurazzjoni, servizzi ta' telekomunikazzjoni u servizzi ta' trasport.

ARTIKOLU 12.6

Konsultazzjonijiet

1.   F'każ li Parti tqis li sussidju tal-Parti l-oħra jkollha jew jista' jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew fuq l-interessi tal-investiment tagħha skont dan il-Kapitolu, il-Parti msemmija l-ewwel tista' tissottometti talba għall-konsultazzjoni bil-miktub. Il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet bl-għan li jsolvu l-kwistjoni, dment li t-talba tinkludi spjegazzjoni ta' kif is-sussidju għandu jew jista' jkollu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

2.   Matul il-konsultazzjonijiet, il-Parti li tirċievi t-talba għall-konsultazzjoni għandha tikkunsidra li tipprovdi l-informazzjoni dwar is-sussidju, jekk din tintalab mill-Parti l-oħra, bħal:

(a)

il-bażi ġuridika u l-objettiv tal-politika jew l-iskop tas-sussidju;

(b)

il-forma tas-sussidju bħal għotja, self, garanzija, avvanz ripagabbli, injezzjoni ta' ekwità jew konċessjoni tat-taxxa;

(c)

dati u durata tas-sussidju u kwalunkwe terminu ieħor marbut miegħu;

(d)

ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà tas-sussidju;

(e)

l-ammont totali jew l-ammont annwali bbaġittjat għas-sussidju u l-possibbiltà ta' limitazzjoni tas-sussidju;

(f)

fejn possibbli, ir-riċevitur tas-sussidju; u

(g)

kwalunkwe informazzjoni oħra, li tinkludi data statistika, li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-effetti tas-sussidju fuq il-kummerċ jew l-investiment.

3.   Biex jiġu ffaċilitati l-konsultazzjonijiet, il-Parti rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti dwar is-sussidju inkwistjoni bil-miktub mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tar-riċevuta tat-talba msemmija fil-paragrafu 1.

4.   F'każ li kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix ipprovduta mill-Parti rikjesta, dik il-Parti għandha tispjega n-nuqqas tat-tali informazzjoni fit-tweġiba bil-miktub tagħha.

5.   Jekk il-Parti rikjedenti, wara l-konsultazzjonijiet, tibqa' tqis li s-sussidju għandu jew jista' jkollu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew fuq l-interessi tal-investiment tagħha skont dan il-Kapitolu, il-Parti rikjesta għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva lit-tħassib tal-Parti rikjedenti. Kwalunkwe soluzzjoni għandha tkun fattibbli u aċċettabbli mill-Parti rikjesta.

ARTIKOLU 12.7

Sussidji pprojbiti

Is-sussidji li ġejjin ta' Parti li għandhom jew jista' jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet għandhom ikunu pprojbiti:

(a)

arranġamenti legali jew oħra li bihom gvern jew korp pubbliku hu responsabbli biex jiggarantixxi djun jew obbligazzjonijiet ta' intrapriża, mingħajr ebda limitazzjoni rigward l-ammont u d-durata ta' kull garanzija; u

(b)

sussidji għar-ristrutturar ta' intrapriża f'diffikultà jew insolventi mingħajr ma l-intrapriża tkun ħejjiet pjan kredibbli ta' ristrutturar. Tali pjan ta' ristrutturar għandu jiġi ppreparat f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li jkunu rċevew appoġġ temporanju ta' likwidità tal-intrapriża (66). Il-pjan ta' ristrutturar għandu jkun ibbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi bl-għan li jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-intrapriża f'diffikultà jew insolventi fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli. L-intrapriża nfisha jew is-sidien tagħha għandhom jikkontribwixxu fondi jew assi sinifikanti għall-kostijiet tar-ristrutturar.

ARTIKOLU 12.8

Użu ta' sussidji

Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi jużaw is-sussidji biss għall-fini speċifiku li għalih ikunu ngħataw.

ARTIKOLU 12.9

Eċċezzjonijiet ġenerali

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, b'dan, l-Artikolu XX tal-GATT 1994 u l-Artikolu XIV tal-GATS huma inkorporati f'dan il-Ftehim u huma magħmula parti minnu, mutatis mutandis.

ARTIKOLU 12.10

Soluzzjoni tat-tilwim

Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 12.6 m'għandux ikun soġġett għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 21.

KAPITOLU 13

INTRAPRIŻI TAL-ISTAT, INTRAPRIŻI MOGĦTIJA DRITTIJIET JEW PRIVILEĠĠI SPEĊJALI U MONOPOLJI DDEŻINJATI

ARTIKOLU 13.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“Arranġament” tfisser l-Arranġament dwar Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati b'mod Uffiċjali, żviluppat fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“OECD”) jew ta' impriża suċċessur, kemm jekk żviluppata fi ħdan kif ukoll barra mill-qafas tal-OECD, li ġiet adottata minn tal-anqas 12-il Membru oriġinali tad-WTO li ilhom Parteċipanti għall-Arranġament mill-1 ta' Jannar 1979;

(b)

“attivitajiet kummerċjali” tfisser attivitajiet li impriża timpenja ruħha b'orjentazzjoni lejn bi skop ta' lukru (67) u li jirriżultaw fil-produzzjoni ta' oġġett jew il-forniment ta' servizz, li se jinbiegħu lil konsumatur fis-suq rilevanti fi kwantitajiet u bi prezzijiet determinati mill-intrapriża;

(c)

“kunsiderazzjonijiet kummerċjali” tfisser kunsiderazzjonijiet tal-prezz, tal-kwalità, tad-disponibbiltà, kemm hu kummerċabbli, tat-trasport u ta' patti u ta' kundizzjonijiet oħra tax-xiri jew tal-bejgħ, jew fatturi oħra li normalment jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet kummerċjali ta' intrapriża bi sjieda privata li topera skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq rilevanti tan-negozju jew tal-industrija;

(d)

“tiddeżinja monopolju” tfisser li tistabbilixxi jew tawtorizza monopolju, jew li jiġi estiż l-ambitu ta' monopolju, biex ikopri oġġett jew servizz addizzjonali;

(e)

“monopolju ddeżinjat” tfisser entità, li tinkludi konsorzju jew aġenzija tal-gvern, li f'suq rilevanti fit-territorju ta' Parti tiġi ddeżinjata bħala l-uniku fornitur jew akkwirent ta' oġġett jew ta' servizz, iżda ma tinkludix entità li tkun ingħatat dritt esklużiv ta' proprjetà intellettwali purament minħabba tali għotja;

(f)

“intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali” tfisser intrapriża, pubblika jew privata, li tinkludi s-sussidjarji tagħha, li lihla Parti tat drittijiet jew privileġġi speċjali; drittijiet jew privileġġi speċjali jingħataw minn Parti meta tiddeżinja numru limitat ta' intrapriżi awtorizzati biex ifornu oġġett jew servizz, għajr skont kriterji oġġettivi, proporzjonali u nondiskriminatorji, u b'hekk taffettwa sostanzjalment il-ħila ta' kwalunkwe intrapriża oħra biex tipprovdi l-istess oġġett jew servizz fl-istess żona ġeografika f'kundizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti;

(g)

“servizz ipprovdut fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva” tfisser servizz ipprovdut fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva kif definiti fil-GATS u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness dwar is-Servizzi Finanzjarji lil GATS; u

(h)

“intrapriża tal-istat” tfisser intrapriża li hi involuta f'attivitajiet kummerċjali li fihom Parti:

(i)

hi l-proprjetarju dirett ta' aktar minn 50 fil-mija tal-kapital azzjonarju;

(ii)

tikkontrolla, b'mod dirett jew indirett permezz ta' interessi proprjetarji, l-eżerċizzju ta' aktar minn 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot;

(iii)

għandha s-setgħa li taħtar maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi jew ta' kwalunkwe korp maniġerjali ekwivalenti ieħor; jew

(iv)

għandha s-setgħa li tiggwida legalment l-azzjonijiet tal-intrapriża jew teżerċita b'xi mod ieħor grad ekwivalenti ta' kontroll f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha.

ARTIKOLU 13.2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għal intrapriżi tal-istat, għal intrapriżi mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali u għal monopolji ddeżinjati, involuti f'attivitajiet kummerċjali. Fejn dawn iwettqu kemm attivitajiet kummerċjali kif ukoll attivitajiet mhux kummerċjali, huma biss l-attivitajiet kummerċjali li huma koperti minn dan il-Kapitolu.

2.   Dan il-Kapitolu japplika għal intrapriżi tal-istat, għal intrapriżi mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali u għal monopolji ddeżinjati fil-livelli kollha tal-gvern.

3.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal sitwazzjonijiet fejn intrapriżi statali, intrapriżi mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew monopolji ddeżinjati jaġixxu bħala entitajiet koperti taħt l-Annessi ta' kull Parti tal-Appendiċi I tal-GPA jew taħt il-Parti 2 tal-Anness 10 li jwettqu akkwist għal finijiet governattivi u mhux bl-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bl-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta' oġġett jew fil-provvista ta' servizzi għal bejgħ kummerċjali.

4.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal kwalunkwe servizz ipprovdut fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva.

5.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal intrapriża tal-istat, għal intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew għal monopolju ddeżinjat, jekk fi kwalunkwe waħda mit-tliet snin fiskali konsekuttivi preċedenti d-dħul annwali derivat mill-attivitajiet kummerċjali tal-intrapriża jew tal-monopolju kkonċernati kien anqas minn 200 miljun SDR.

6.   L-Artikolu 13.5 ma japplikax fir-rigward tal-provvista ta' servizzi finanzjarji minn intrapriża tal-istat taħt mandat tal-gvern, jekk dik il-provvista ta' servizzi finanzjarji:

(a)

tappoġġja l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet, dment li dawk is-servizzi:

(i)

mhumiex maħsuba biex jispustaw il-finanzjament kummerċjali; jew

(ii)

huma offruti b'patti mhux aktar favorevoli minn dawk li jistgħu jinkisbu għal servizzi finanzjarji komparabbli fis-suq kummerċjali;

(b)

tappoġġja l-investiment privat barra mit-territorju tal-Parti, dment li dawn is-servizzi huma:

(i)

mhumiex maħsuba biex jispustaw il-finanzjament kummerċjali; jew

(ii)

huma offruti b'patti mhux aktar favorevoli minn dawk li jistgħu jinkisbu għal servizzi finanzjarji komparabbli fis-suq kummerċjali; jew