02015R0035 — MT — 09.04.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/35

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 012 17.1.2015, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/467 tat-30 ta' Settembru 2015

  L 85

6

1.4.2016

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2283 tat-22 ta' Awwissu 2016

  L 346

111

20.12.2016

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/669 tas-16 ta' Diċembru 2016

  L 97

3

8.4.2017




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/35

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

WERREJ

TITOLU I

VALUTAZZJONI U REKWIŻITI KAPITALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJI (PILASTRU I), GOVERNANZA MTEJBA (PILASTRU II) U TRASPARENZA AKBAR (PILASTRU III)

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet u prinċipji ġenerali

TAQSIMA 2

Evalwazzjonijiet esterni tal-kreditu

KAPITOLU II

Valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet

KAPITOLU III

Regoli dwar dispożizzjonijiet tekniċi

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

TAQSIMA 2

Kwalità tad-dejta

TAQSIMA 3

Metodoloġiji għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

SUBTAQSIMA 1

Suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

SUBTAQSIMA 2

Informazzjoni sottostanti għall-kalkolu tal-aħjar stimi

SUBTAQSIMA 3

Projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-aħjar stima

SUBTAQSIMA 4

Marġni tar-riskju

SUBTAQSIMA 5

Kalkolu tal-provvedimenti tekniċi bħala total

SUBTAQSIMA 6

Rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

TAQSIMA 4

Struttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju

SUBTAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

SUBTAQSIMA 2

Struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju

SUBTAQSIMA 3

Aġġustament għall-volatilità

SUBTAQSIMA 4

Aġġustament ta' korrispondenza

TAQSIMA 5

Linji ta' negozju

TAQSIMA 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet

KAPITOLU IV

Fondi proprji

TAQSIMA 1

Determinazzjoni tal-fondi proprji

SUBTAQSIMA 1

Approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari

SUBTAQSIMA 2

Trattament tal-parteċipazzjonijiet tal-fondi proprji

TAQSIMA 2

Klassifikazzjoni tal-fondi proprji

TAQSIMA 3

Eliġibbiltà tal-fondi proprji

SUBTAQSIMA 1

Fondi ring-fenced

SUBTAQSIMA 2

Limiti kwantitattivi

KAPITOLU V

Formula standard tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

SUBTAQSIMA 1

Kalkoli bbażati fuq ix-xenarji

SUBTAQSIMA 2

Approċċ ta' trasparenza

SUBTAQSIMA 3

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali

SUBTAQSIMA 4

Riskju ta' bażi materjali

SUBTAQSIMA 5

Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza

SUBTAQSIMA 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet

SUBTAQSIMA 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni

TAQSIMA 2

Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja

TAQSIMA 3

riskju tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja

TAQSIMA 4

Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa

TAQSIMA 5

Modulu tar-riskju tas-suq

SUBTAQSIMA 1

Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni

SUBTAQSIMA 2

Submodulu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

SUBTAQSIMA 3

Submodulu ta' riskju tal-ekwità

SUBTAQSIMA 4

Submodulu ta' riskju fuq il-propjetà

SUBTAQSIMA 5

Submodulu ta' riskju tal-firxa

SUBTAQSIMA 6

Submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq

SUBTAQSIMA 7

Submodulu ta' riskju fuq il-valuta

TAQSIMA 6

Modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti

SUBTAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

SUBTAQSIMA 2

Skoperturi tat-tip 1

SUBTAQSIMA 3

Skoperturi tat-tip 2

TAQSIMA 7

Modulu ta' assi intanġibbli

TAQSIMA 8

Riskju operazzjonali

TAQSIMA 9

aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti

TAQSIMA 10

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju

TAQSIMA 11

Fondi ring fenced

TAQSIMA 12

Parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni

TAQSIMA 13

Proċedura biex jiġu aġġornati l-parametri ta' korrelazzjoni

KAPITOLU VI

Rekwiżit kapitali tas-solvenza — mudelli interni sħaħ u parzjali

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet

TAQSIMA 2

Test tal-użu

TAQSIMA 3

Standards tal-kwalità statistika

TAQSIMA 4

Standards tal-kalibrazzjoni

TAQSIMA 5

Integrazzjoni tal-mudelli interni parzjali

TAQSIMA 6

Attribuzzjoni tal-profitt u t-telf

TAQSIMA 7

Standards tal-validazzjoni

TAQSIMA 8

Standards tad-dokumentazzjoni

TAQSIMA 9

Mudelli u dejta esterni

KAPITOLU VII

Rekwiżit kapitali minimu

KAPITOLU VIII

Investimenti f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

KAPITOLU IX

Sistema ta' governanza

TAQSIMA 1

Elementi tas-sistema ta' governanza

TAQSIMA 2

Funzjonijiet

TAQSIMA 3

Rekwiżiti ta' idoneità

TAQSIMA 4

Esternalizzazzjoni

TAQSIMA 5

Politika ta' renumerazzjoni

KAPITOLU X

Supplimentazzjoni kapitali

TAQSIMA 1

Ċirkustanzi biex tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali

TAQSIMA 2

Metodoloġiji għall-kalkolu ta' supplimentazzonijiet kapitali

KAPITOLU XI

Estensjoni tal-perjodu ta' rkupru

KAPITOLU XII

Divulgazzjoni pubblika

TAQSIMA 1

Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja: struttura u kontenut

TAQSIMA 2

Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp; nonżvelar ta' informazzjoni

TAQSIMA 3

Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp; skadenzi, mezzi ta' divulgazzjoni u aġġornamenti

KAPITOLU XIII

Rappurtar superviżorju regolari

TAQSIMA 1

Elementi u kontenut

TAQSIMA 2

Skadenzi u mezzi ta' komunikazzjoni

KAPITOLU XIV

Trasparenza u responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji

KAPITOLU XV

Veikoli bi skop speċjali

TAQSIMA 1

Awtorizzazzjoni

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet kuntrattwali mandatorji

TAQSIMA 3

Sistema ta' governanza

TAQSIMA 4

Rappurtar superviżorju

TAQSIMA 5

Rekwiżiti ta' solvenza

TITOLU II

GRUPPI TAL-ASSIGURAZZJONI

KAPITOLU I

Kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp

TAQSIMA 1

Solvenza tal-grupp għażla tal-metodu ta' kalkolu u prinċipji ġenerali

TAQSIMA 2

Solvenza tal-grupp metodi ta' kalkolu

KAPITOLU II

Mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp konsolidat

TAQSIMA 1

Mudellli interni sħaħ u parzjali użati biss għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp

TAQSIMA 2

Użu ta' mudell intern għall-grupp

KAPITOLU III

Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal gruppi b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzat

KAPITOLU IV

Koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-grupp

TAQSIMA 1

Kulleġġi tas-superviżuri

TAQSIMA 2

Skambju ta' informazzjoni

TAQSIMA 3

Supervizzjoni nazzjonali jew reġjonali tas-sottogrupp

KAPITOLU V

Divulgazzjoni pubblika

TAQSIMA 1

Rapport dwar is-solvenza tal-grupp u l-kundizzjoni finanzjarja

TAQSIMA 2

Rapport dwar is-solvenza unika u l-kundizzjoni finanzjarja

KAPITOLU I

Rappurtar superviżorju regolari

TAQSIMA 1

Rappurtar regolari

TAQSIMA 2

Rappurtar dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju u tranżazzjonijiet bejn il-gruppi

TITOLU IIII

EKWIVALENZA TA' PAJJIŻ TERZ U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU I

Impriżi li jwettqu attivitajiet ta' riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz

KAPITOLU II

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz relatati

KAPITOLU III

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għandhom l-impriżi prinċipali barra mill-unjoni

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali



TITOLU I

VALUTAZZJONI U REKWIŻITI KAPITALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJI (PILASTRU I), GOVERNANZA MTEJBA (PILASTRU II) U TRASPARENZA AKBAR (PILASTRU III)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



TAQSIMA 1

Definizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “metodi alternattivi ta' valwazzjoni” tfisser metodi ta' valwazzjoni li huma konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, minbarra dawk li jużaw biss il-prezzijiet ikkwotati tas-suq għall-istess assi jew obbligazzjonijiet jew oħrajn simili;

2. “analiżi tax-xenarji” tfisser l-analiżi tal-impatt ta' taħlita ta' eventi avversi;

3. “obbligu tal-assigurazzjoni tas-saħħa” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) l-għoti ta' trattament jew kura medika inkluż trattament jew kura medika preventivi jew kurattivi minħabba mard, aċċidenti, diżabbiltà jew nuqqas ta' saħħa, jew kumpens finanzjarju għat-tali trattament jew kura,

(ii) kumpens finanzjarju li jirriżulta minn mard, aċċidenti, diżabbiltà jew nuqqas ta' saħħa;

4. “obbligu tal-assigurazzjoni għall-ispejjeż mediċi” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-għoti jew il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (3)(i);

5. “obbligu tal-assigurazzjoni għall-protezzjoni tad-dħul” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (3)(ii) barra mill-kumpens imsemmi fil-punt (3)(i);

6. “obbligu tal-assigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-għoti jew il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punti (3)(i) u (ii) u li jirriżulta biss minn aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, korriment industrijali u mard okkupazzjonali;

7. “obbligu tar-riassigurazzjoni tas-saħħa” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa;

8. “obbligu tar-riassigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi;

9. “obbligu tar-riassigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul;

10. “obbligu tar-riassigurazzjoni tal-kumpens tal-ħaddiema” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-asssigurazjoni tal-kumpens tal-ħaddiema;

11. “primjums kontabilizzati” tfisser, il-primjums dovuti lil impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni waqt perjodu ta' żmien speċifikat irrispettivament minn jekk it-tali primjums jistgħux ikunu marbutin, parzjalment jew kompletament, ma' kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mogħtija f'perjodu ta' żmien differenti;

12. “primjums iggwadanjati” tfisser, il-primjums marbutin mar-riskju kopert mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul perjodu ta' żmien speċifikat;

13. “ċediment” tfisser il-modi kollha possibbli biex polza tiġi tterminata kompletament jew parzjalment, inklużi:

(i) terminazzjoni volontarja tal-polza bil-ħlas jew mingħajr il-ħlas ta' valur ta' ċediment;

(ii) bidla f'impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mid-detentur ta' polza;

(iii) terminazzjoni tal-polza li tirriżulta meta d-detentur ta' polza jirrifjuta milli jħallas il-primjum;

14. “diskontinwità” ta' polza tal-assigurazzjoni tfisser ċediment, skadenza mingħajr valur, il-ħlas ta' kuntratt, provvedimenti awtomatiċi ta' nuqqas ta' skwalifika jew l-eżerċitar ta' opzjonijiet oħrajn ta' diskontinwità jew in-nuqqas ta' eżerċitar ta' opzjonijiet ta' kontinwità;

15. “opzjonijiet ta' diskontinwità” tfisser id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detenturi ta' polza li jippermettu lil dawk id-detenturi ta' polza jitterminaw, iċedu, inaqqsu, jirrestrinġu jew jissospendu kompletament jew parzjalment il-kopertura tal-assigurazzjoni jew jippermettu l-politika tal-assigurazzjoni li tiskadi;

16. “opzjonijiet ta' kontinwità” tfisser id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detenturi ta' polza li jippermettu lil dawk id-detenturi ta' polza jistabbilixxu, iġeddu, iżidu, jestendu jew ikomplu kompletament jew parzjalment il-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

17. “kopertura ta' mudell intern” tfisser ir-riskji li huma riflessi fil-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà li ssawwar il-mudell intern;

18. “ambitu ta' mudell intern” tfisser ir-riskji li l-mudell intern ikun approvat biex ikopri; l-ambitu ta' mudell intern jista' jinkludi riskji li huma u li mhumiex riflessi fil-formula standard għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

19. “investiment f'titoli kummerċjabbli jew strument finanzjarju ieħor imsejjes fuq self ripakkjat” u “pożizzjoni ta' titolizzazzjoni” tfisser skopertura għal titolizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

20. “pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni” tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(63) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

21. “oriġinatur” tfisser oriġinatur fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

22. “sponsor” tfisser sponsor fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

23. “segment” tfisser segment fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(67) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

24. “bank ċentrali” tfisser bank ċentrali fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(46) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

25. “riskju ta' bażi” tfisser ir-riskju li jirriżulta mis-sitwazzjoni li fiha l-iskopertura koperta mit-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ma tikkorrispondix għall-iskopertura għar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

26. “arranġamenti kollaterali” tfisser arranġamenti li skonthom il-fornitur ta' kollateral jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) jittrasferixxi s-sjieda sħiħa tal-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral għall-finijiet ta' garanzija jew kopertura b'xi mod ieħor tal-prestazzjoni ta' obbligu rilevanti;

(b) jipprovdi l-kollateral bħala mezz ta' titolu ta' sigurtà favur, jew lil, riċevitur tal-kollateral, u s-sjieda legali tal-kollateral tibqa' tal-fornitur tal-kollateral jew ta' kustodju meta d-dritt tas-sigurtà jiġi stabbilit;

27. b'rabta ma' sett ta' entrati, “it-taħlitiet kollha possibbli ta' żewġ” entrati bħal dawn tfisser il-pari tal-entrati ordnati kollha minn dak is-sett;

28. “arranġament ta' pula” tfisser arranġament li bih diversi impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jaqblu li jikkondividu riskji tal-assigurazzjoni identifikati fi proporzjonijiet definiti. Il-partijiet assigurati mill-membri tal-arranġament tal-pula ma jkunux membri tal-arranġament tal-pula huma stess.

29. “skopertura tal-pula tat-tip A” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għal arranġament tal-pula fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula.

30. “skopertura tal-pula tat-tip B” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazjoni jew tar-riassigurazzjoni għal membru ieħor ta' arranġament tal-pula fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula;

31. “skopertura tal-pula tat-tip C” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun parti minn arranġament tal-pula għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra li ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula.

32. “suq kbir” tfisser suq fejn tranżazzjonijiet li jinvolvu kwantità kbira ta' strumenti finanzjarji jkunu jistgħu jsiru mingħajr ma jaffettwaw b'mod sinifikanti l-prezz tal-istrumenti.

33. “suq likwidu” tfisser suq fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti faċilment permezz ta' att ta' xiri jew bejgħ mingħajr ma jikkawżaw ċaqliq sinifikanti fil-prezz.

34. “suq trasparenti” tfisser suq li fih l-informazzjoni attwali dwar in-negozju u l-prezzijiet tkun disponibbli faċilment għall-pubbliku, partikolarment għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

35. “bonusijiet diskrezzjonali futuri” u “benefiċċji diskrezzjonali futuri” jfissru benefiċċji futuri li mhumiex benefiċċji tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni barra minn dawk li jkunu marbutin mal-indiċi jew mal-unitajiet u li jkollhom dawn il-karatteristiċi:

(a) dawn ikunu legalment jew kuntrattwalment imsejsin fuq wieħed jew iktar minn wieħed minn dawn ir-riżultati jew bosta minnhom:

(i) il-prestazzjoni ta' grupp speċifikat ta' kuntratti jew ta' tip speċifikat ta' kuntratt jew ta' kuntratt wieħed;

(ii) ir-redditu fuq l-investiment realizzat jew mhux realizzat fuq pula speċifikata ta' assi miżmumin mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iii) il-profitt jew it-telf tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew il-fond korrispondenti għall-kuntratt;

(b) dawn ikunu bbażati fuq dikjarazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u t-twaqqit jew l-ammont tal-benefiċċji jkunu għad-diskrezzjoni totali jew parzjali tagħha;

36. “struttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju” tfisser struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju li tkun derivata bl-istess mod bħall-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju li għandha tintuża biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE iżda mingħajr applikazzjoni ta' aġġustament ta' korrispondenza jew aġġustament ta' volatilità jew aġġustament tranżitorju għall-istruttura tar-rata mingħajr riskju rilevanti skont l-Artikolu 308c ta' dik id-Direttiva;

37. “portafoll tal-aġġustamenti ta' korrispondenza” tfisser portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li għalihom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza u l-portafoll assenjat tal-assi kif imsemmi fl-Artikolu 77b(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE.

38. “obbligi tas-Saħħa SLT” tfisser obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkunu assenjati għal-linji operatorji għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont l-Artikolu 55(1).

39. “obbligi tas-Saħħa NSLT” tfisser obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkunu assenjati għal-linji operatorji għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja skont l-Artikolu 55(1).

40. “Impriża ta' investiment kollettiv” tfisser impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertaking for collective investment in transferable securities — UCITS) kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jew fond ta' investiment alternattiv (alternative investment fund — AIF) kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

41. b'rabta mal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, “unità tan-negojzu prinċipali” tfisser segment iddefinit tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jopera b'mod indipendenti minn partijiet oħrajn tal-impriża u li jkollu riżorsi u proċeduri ta' governanza ddedikati fl-impriża u li jinkludi riskji li jkunu materjali b'rabta man-negozju kollu tal-impriża;

42. b'rabta ma' grupp tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, “unità tan-negozju prinċipali” tfisser segment iddefinit tal-grupp li jopera b'mod indipendenti minn partijiet oħrajn tal-grupp u li jkollu riżorsi u proċeduri ta' governanza ddedikati fil-grupp u li jinkludi riskji li jkunu materjali b'rabta man-negozju kollu tal-grupp; kwalunkwe entità ġuridika li tappartjeni għall-grupp hija unità tan-negozju prinċipali jew tikkonsisti minn diversi unitajiet tan-negozju prinċipali;

43. “korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju” għandha tfisser, fejn fil-liġi nazzjonali tkun prevista sistema tal-bord b'żewġ livelli li tinkludi korp ta' ġestjoni u korp superviżorju, il-korp maniġerjali jew il-korp superviżorju jew dawn iż-żewġ korpi kif ikun speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jew, meta ma jkunx speċifikat l-ebda wieħed fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, il-korp maniġerjali;

44. “skopertura għar-riskju massimu aggregat” tfisser it-total tal-pagamenti massimi, inklużi l-ispejjeż li l-veikoli bi skop speċjali jistgħu jġarrbu, esklużi l-ispejjeż li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) il-veikolu bi skop speċjali għandu d-dritt li jirrikjedi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun ittrasferiet ir-riskji fuq il-veikolu bi skop speċjali tħallas għall-ispiża;

(b) il-veikolu bi skop speċjali mhuwiex meħtieġ iħallas l-ispejjeż sakemm qabel ma jkun riċevut ammont ekwivalenti għall-ispiża mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun ittrasferiet ir-riskji fuq il-veikolu bi skop speċjali;

(c) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun ittrasferiet ir-riskji fuq il-veikolu bi skop speċjali ma tinkludix l-ispiża bħala ammont rekuperabbli mill-veikolu bi skop speċjali skont l-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament.

45. “kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti” tfisser kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu ġew rikonoxxuti obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għalih;

46. “il-qligħ mistenni inkluż fil-primjums futuri” tfisser il-valur preżenti mistenni tal-flussi tal-flus futuri li jirriżultaw mill-inklużjoni fil-provvedimenti tekniċi ta' primjums relatati ma' kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti li jkunu mistennija li jiġu riċevuti fil-ġejjieni, iżda li ma jistgħux jiġu riċevuti għal kwalunkwe raġuni, ħlief meta r-raġuni tkun li seħħ l-event assigurat, irrispettivament mid-drittijiet legali jew kuntrattwali tad-detentur ta' polza biex iwaqqaf il-polza.

47. “assigurazzjoni ipotekarja” tfisser assigurazzjoni tal-kreditu li tipprovdi kopertura lill-mutwanti f'każ ta' li s-self ipoketarju tagħhom jisfa inadempjenti.

48. “impriża sussidjarja” tfisser kwalunkwe impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, inklużi sussidjarji tagħha;

49. “impriża relatata” tfisser kwalunkwe impriża sussidjarja jew impriża oħra li fiha ssir parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma' impriża oħra permezz ta' relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

50. “impriża regolata” tfisser “entità regolata” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

51. “impriża mhux regolata” tfisser kwalunkwe impriża barra minn dawk elenkati fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2002/87/KE;

52. “impriża mhux regolata li twettaq attivitajiet finanzjarji” tfisser impriża mhux irregolata li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) fejn dawk l-attivitajiet jikkostitwixxu parti sinifikanti mill-attività totali tagħha;

53. “impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża mhux regolata li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta' pproċessar tad-dejta, servizzi tas-saħħa u tal-kura jew kwalunkwe attività oħra simili li hija anċillari għall-attività prinċipali ta' waħda jew aktar minn waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

54. “kumpanija maniġerjali tal-UCITS” tfisser kumpanija maniġerjali fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta' investiment awtorizzata skont l-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva sakemm din ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali skont dik id-Direttiva;

55. “maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv” tfisser maniġer ta' fondi ta' investiment alternattivi fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE;

▼M1

55a. “assi ta' infrastruttura” tfisser strutturi fiżiċi jew faċilitajiet, sistemi u netwerks li jipprovdu jew li jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;

55b. “entità għall-proġett infrastrutturali” tfisser entità li ma tista' twettaq l-ebda funzjoni oħra ħlief li tippossjedi, tiffinanzja, tiżviluppa jew topera assi ta' infrastruttura, fejn s-sors primarju ta' pagamenti lill-fornituri tas-self u lill-investituri azzjonarji jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qed jiġu ffinanzjati;

▼B

56. “istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

57. “impriża tal-assigurazzjoni domestika” tfisser impriża awtorizzata u ssorveljata minn awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE li kieku l-uffiċċju prinċipali tagħha kien jinsab fl-Unjoni;

58. “impriża tar-riassigurazzjoni domestika” tfisser impriża awtorizzata u ssorveljata minn awtoritajiet superviżorji ta' pajjiż terz li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala impriża tar-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE li kieku l-uffiċċji prinċipali tagħha kienu jinsabu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Ġudizzju espert

1.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jagħmlu suppożizzjonijiet dwar regoli relatati mal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, il-fondi proprji, ir-rekwiżiti kapitali tas-solvenza, ir-rekwiżiti kapitali minimi u r-regoli tal-investiment, dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-għarfien espert tal-persuni bl-għarfien, l-esperjenza u l-fehim rilevanti tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tagħhom.

2.  Filwaqt li jqisu kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-utenti interni tas-suppożizzjonijiet rilevanti jiġu mgħarrfin dwar il-kontenut rilevanti, il-livell ta' affidabbiltà u l-limitazzjonijiet tagħhom. Għal dak il-għan, il-fornituri tas-servizzi li jkunu ġew esternalizzati lilhom funzjonijiet jew attivitajiet jiġu kkunsidrati li huma utenti interni.



TAQSIMA 2

Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni

Artikolu 3

Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu mal-iskali tal-kwalità kreditizja

Il-livell tal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 109a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE jinkludi l-iskali tal-kwalità kreditizja minn żero sa sitta.

Artikolu 4

Rekwiżiti ġenerali dwar l-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw valutazzjoni tal-kreditu esterna għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard biss fejn din tkun inħarġet minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinnominaw ECAI waħda jew aktar biex jintużaw għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard.

3.  L-użu ta' valutazzjonijiet tal-kreditu jkun konsistenti u t-tali valutazzjonijiet ma jintużawx b'mod selettiv

4.  Meta jużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn ECAI nominata għal ċerta klassi ta' entrati, tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu b'mod konsistenti għall-entrati kollha li jappartjenu għal dik il-klassi;

(b) meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn ECAI nominata, tużahom b'mod konsistenti u kontinwu tul iż-żmien;

(c) impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI nominata li jikkunsidraw l-ammonti kollha ta' prinċipal u ta' mgħax li jridu jingħataw lilha;

(d) meta jkun hemm disponibbli biss valtazzjoni tal-kreditu waħda minn ECAI nominata għal entrata kklassifikata, dik il-valutazzjoni tal-kreditu intuża biex tiddetermina r-rekwiżiti kapitali għal dik l-entrata;

(e) meta jkun hemm disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati u dawn jikkorrispondu għal parametri differenti għal entrata kklassifikata, il-valutazzjoni li tiġġenera rekwiżit kapitali ogħla tintuża;

(f) meta jkun hemm disponibbli iktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għal entrata kklassifikata, jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali. Jekk l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali jkunu differenti, tintuża l-valutazzjoni li tiġġenera l-ogħla rekwiżit kapitali minn dawk iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu. Jekk l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali jkunu l-istess, intuża l-valutazzjoni li tiġġenera dak ir-rekwiżit kapitali;

(g) meta jkunu disponibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw kemm valutazzjonijiet tal-kreditu mitlubin kif ukoll dawk mhux mitlubin.

5.  Meta entrata tkun parti mill-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriża tipproduċi l-valutazzjoni tal-kreditu interna tagħha stess tal-entrata u tallokaha f'waħda mis-seba' livelli fl-iskala ta' valutazzjoni tal-kwalità kreditizja. Meta l-valutazzjoni tal-kreditu interna tagħha stess tiġġenera rekwiżit kapitali aktar baxx minn dak iġġenerat mill-valutazzjonijiet tal-kreditu disponibbli mill-ECAIs nominati, il-valutazzjoni tal-kreditu interna stess ma tiġix ikkunsidrata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi ta' impriża jinkludu il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 2 kif inhu msemmi fl-Artikolu 177(3) u l-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittenti u tal-emissjoni

1.  Meta tkun teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifiċi li għalihom tappartjeni l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura, tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu.

2.  Meta ma jkunx hemm valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċerta entrata, iżda jkun hemm valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifiċi li ma tappartjenix għalihom l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura jew ikun hemm valutazzjoni tal-kreditu ġenerali għall-emittent, dik il-valutazzjoni tal-kreditu tintuża f'wieħed minn dawn il-każijiet:

(a) tipproduċi l-istess rekwiżit kapitali jew wieħed ogħla milli kien ikun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew f'livell infejuri fl-aspetti kollha bħall-programm jew il-faċilità emittenti speċifiċi jew għal skoperturi skoperta superjuri ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti;

(b) tipproduċi l-istess rekwiżit kapitali jew wieħed inqas milli kien ikun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew f'livell superjuri fl-aspetti kollha bħall-programm jew il-faċilità emittenti speċifiċi jew għal skoperturi skoperti superjuri ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jikkunsidraw li ma hemmx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli għall-iskopertura.

3.  Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-emittenti fi grupp korporattiv ma jintużawx bħala valutazzjoni tal-kreditu għal emittent ieħor fil-istess grupp korporattiv.

Artikolu 6

Żewġ gradazzjonijiet tal-kreditu għall-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(4)(d), fejn ikun hemm disponibbli valutazzjoni waħda biss tal-kreditu minn ECAI nominata għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, ma tintużax dik il-valutazzjoni tal-kreditu. Ir-rekwiżiti kapitali għal dik l-entrata jiġu dderivati bħallikieku ma hemmx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli.



KAPITOLU II

VALUTAZZJONI TAL-ASSI U L-OBBLIGAZZJONIJIET

Artikolu 7

Suppożizzjonijiet ta' valutazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet abbażi tas-suppożizzjoni li l-impriża tkun se twettaq in-negozju tagħha bħala negozju avvjat.

Artikolu 8

Kamp ta' applikazzjoni

L-Artikoli 9 sa 16 japplikaw għar-rikonoxximent u l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, ħlief għall-provvedimenti tekniċi.

Artikolu 9

Metodoloġija ta' valutazzjoni — prinċipji ġenerali

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu l-assi u l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, diment li dawk l-istandards jinkludu metodi ta' valwazzjoni li jkunu konsistenti mal-approċċ ta' valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta dawk l-istandards jippermettu li jintużaw iktar minn metodu ta' valwazzjoni wieħed, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw biss il-metodi ta' valutazzjoni li jkunu konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.  Meta l-metodi ta' valwazzjoni inklużi fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Reglament (KE) Nru 1606/2002 ma jkunux konsistenti b'mod permanenti jew temporanju mal-approċċ ta' valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi ta' valwazzjoni oħrajn li jitqiesu konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

4.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, u partikolarment b'rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-rissigurazzjoni jistgħu jirrikonoxxu u jivvalutaw l-assi jew l-obbligazzjoni fuq il-bażi tal-metodu ta' valwazzjoni li jintuża biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tagħhom diment li:

(a) il-metodu ta' valwazzjoni jkun konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) il-metodu ta' valwazzjoni jkun proporzjonat fir-rigward tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità inerenti tar-riskji fin-negozju tal-impriża;

(c) l-impriża ma tivvalutax dawk l-assi jew l-obbligazzjoni billi tuża standards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fir-rapporti finanzjarji tagħha;

(d) il-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà timponi kostijiet fuq l-impriża li jkunu sproporzjonati fir-rigward tal-ispejjeż amministrattivi totali.

5.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi individwali b'mod separat.

6.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-obbligazzjonijiet individwali b'mod separat.

Artikolu 10

Metodoloġija ta' valwazzjoni — il-ġerarkija tal-valwazzjoni

1.  Meta jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 9 (1), (2) u (3) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsegwu ġerarkija ta' valwazzjoni stipulata fil-paragrafi 2 sa 7, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni meta l-parteċipanti tas-suq jieħdu dawk il-karatteristiċi f'kunsiderazzjoni meta jkunu qed jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data tal-valutazzjoni, inklużi l-kundizzjoni u l-post tal-assi jew tal-obbligazzjoni u r-restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, fuq il-bejgħ jew l-użu tal-assi.

2.  Bħala l-metodu ta' valwazzjoni f'każ ta' inadempjenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet.

3.  Meta l-użu ta' prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet ma jkunx possibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet li jużaw prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għal assi u obbligazzjonijiet simili b'aġġustamenti biex jirriflettu d-differenzi. Dawk l-aġġustamenti jirriflettu fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjonijiet inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a) il-kundizzjoni jew il-post tal-assi jew l-obbligazzjoni;

(b) kemm l-inputs ikunu relatati mal-entrati li jkunu paragunabbli mal-assi jew l-obbligazzjoni; u

(c) il-volum jew il-livell tal-attività fis-swieq li fihom ikunu osservati l-inputs.

4.  L-użu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-prezzijiet ikkwotati fis-suq ikun imsejjes fuq il-kriterji għas-swieq attivi, kif inhu ddefinit fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

5.  Meta ma jkunux issodisfati l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 4, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni.

6.  Meta jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddependu bl-inqas mod possibbli fuq l-inputs speċifiċi għall-impriżi u jisfruttaw bis-sħiħ l-inputs tas-suq reievanti inklużi dawn li ġejjin:

(a) il-prezzijiet ikkwotati għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi jew simili fi swieq li mhumiex attivi;

(b) l-inputs barra mill-prezzijiet ikkwotati li jkunu osservabbli għall-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi rati tal-imgħax u kurvi tar-rendita osservabbli f'intervalli ġeneralment ikkwotati, volatilitajiet implikati u firxiet ta' kreditu;

(c) l-inputs ikkorroborati mis-suq, li jaf ma jkunux direttament osservabbli, iżda li jkunu msejsin jew sostnuti minn dejta tas-suq osservabbli.

Dawk l-inputs tas-suq kollha jiġu aġġustati għall-fatturi msemmija fil-paragrafu 3.

Sa fejn l-inputs osservabbli rilevanti ma jkunux disponibbli inklużi f'ċirkostanzi fejn ikun hemm attività tas-suq batuta, jekk ikun hemm affattu, għall-assi jew l-obbligazzjoni fid-data ta' valwazzjoni, l-impriżi jużaw inputs li ma jkunux osservabbli li jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi s-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju. Meta jintużaw inputs mhux osservabbli, l-impriżi jaġġustaw id-dejta li tkun speċifika għall-impriża jekk informazzjoni raġonevoli disponibbli tindika li parteċipanti fis-suq oħrajn kienu jużaw dejta differenti jew li jkun hemm xi ħaġa partikolari għall-impriża li ma tkunx disponibbli għal parteċipanti tas-suq oħrajn.

Meta jivvalutaw is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju msemmijin f'dan il-paragrafu, l-impriżi jqisu r-riskju inerenti fit-teknika ta' valwazzjoni speċifika użata biex jitkejjel il-valur ġust u r-riskju inerenti fl-inputs ta' dik it-teknika ta' valwazzjoni.

7.  L-impriżi jużaw tekniki ta' valwazzjoni li huma konsistenti ma' wieħed jew aktar mill-approċċi li ġejjin meta jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni:

(a) approċċ tas-suq, li juża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerati minn tranżazzjonijiet tas-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew gruppi ta' assi u obbligazzjonijiet simili jew identiċi. It-tekniki ta' valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq jinkludu prezzar tal-matriċi.

(b) approċċ tal-introjtu, li jikkonverti l-ammonti futuri, bħall-flussi tal-flus jew l-introjtu jew l-ispejjeż, għal ammont kurrenti wieħed. Il-valur ġust jirrifletti l-aspettattivi attwali tas-suq dwar dawk l-ammonti futuri. It-tekniki ta' valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tal-introjtu jinkludu tekniki ta' valur preżenti, mudelli ta' tal-ipprezzar tal-opzjonijiet u l-metodu ta' qligħ żejjed fuq għadd ta' perjodi;

(c) l-approċċ tal-kost jew l-approċċ tal-kost tas-sostituzzjoni kurrenti jirriflettu l-ammont li jkun meħtieġ attwalment biex jissostitwixxi l-kapaċità tas-servizz ta' assi. Mill-perspettiva ta' bejjiegħ li jkun parteċipant fis-suq, il-prezz li jingħata għal assi jkun imsejjes fuq il-kost għal bejjiegħ li jkun parteċipant tas-suq biex jakkwista jew jibni assi ta' sostituzzjoni ta' kwalità paragunabbli aġġustat għall-ħruġ mill-użu.

Artikolu 11

Rikonoxximent ta' obbligazzjonijiet kontinġenti

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jirrikonoxxu l-obbligazzjonijiet kontinġenti, kif definit fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li huma materjali, bħala obbligazzjonijiet.

2.  L-obbligazzjonijiet kontinġenti jkunu materjali meta l-informazzjoni dwar id-daqs jew l-għamla attwali jew potenzjali ta' dawk l-obbligazzjonijiet tkun tista' tinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġudizzjoni tal-utent maħsub ta' dik l-informazzjoni, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 12

Metodi ta' valwazzjoni għall-avvjament u assi intanġibbli

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi li ġejjin b'valur żero:

1. avvjament;

2. assi intanġibbli barra mill-avvjament, sakemm l-assi intanġibbli ma jkunx jista' jinbiegħ għalih u l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tkun tista' turi li hemm valur għall-istess assi jew għal assi simili derivat skont l-Artikolu 10(2), f'liema każ l-assi jiġi vvalutat skont l-Artikolu 10.

Artikolu 13

Metodi ta' valwazzjoni għal impriżi relatati

1.  Għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-assi ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati, skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-ġerarkija tal-metodi li ġejjin:

(a) bl-użu tal-metodu ta' valwazzjoni ta' inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament;

(b) bl-użu tal-metodu tal-ekwità aġġustata msemmi fil-paragrafu 3 fejn il-valwazzjoni skont il-punt (a) ma tkunx possibbli;

(c) bl-użu tal-metodu ta' valwazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10(3) ta' dan ir-Regolament jew metodi ta' valwazzjoni alternattivi skont l-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jintlaħqu:

(i) l-ebdavalwazzjoni skont il-punt (a) u lanqas (b) ma tkun possibbli;

(ii) l-impriża ma tkunx impriża sussidjarja, kif inhu ddefinit fl-Artikolu 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni individwali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-parteċipazzjonijiet fl-impriżi li ġejjin bil-valur żero:

▼M1

(a) l-impriżi li jiġu esklużi mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

▼B

(b) l-impriżi li jitnaqqsu mill-fondi proprji eliġibbli għas-solvenza tal-grupp skont l-Artikolu 229 tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.  Il-metodu tal-ekwità aġġustata msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jirrikjedi lill-impriża parteċipanti biex tivvaluta l-parteċipazzjonijiet tagħha f'impriżi relatati abbażi tas-sehem tagħha ta' eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet tal-impriża relatata miżmuma mill-impriża parteċipanti.

4.  Meta tikkalkula l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet għall-impriżi relatati, l-impriża parteċipanti tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet individwali tal-impriża skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u, meta l-impriża relatata tkun impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew veikolu bi skop speċjali kif inhu msemmi fl-Artikolu 211 ta' dik id-Direttiva, il-provvedimenti tekniċi skont l-Artikoli 76 sa 85 ta' dik id-Direttiva.

5.  Meta tikkalkula l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet għall-impriżi relatati li ma jkunux impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriża parteċipanti tista' tikkunsidra l-metodu tal-ekwità kif inhu preskritt fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 bħala konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet individwali skont il-paragrafu 4 ma tkunx prattikabbli. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u assi intanġibbli oħrajn li kieku jkunu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.

▼M1

6.  Meta l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament jintlaħqu, u meta l-użu ta' metodi ta' valutazzjoni msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex possibbli, il-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati jistgħu jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' metodu ta' valutazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw biex iħejju r-rapporti finanzjarji annwali jew lkonsolidati tagħhom. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti għandha tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u ta' assi intanġibbli oħrajn li kieku kienu jiġu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 14

Metodi ta' valwazzjoni għall-obbligazzjonijiet speċifiċi

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalwaw l-obbligazzjonijiet finanzjarji, kif imsemmi fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kumissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, skont dawk skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament meta jkun hemm ir-rikonoxximent inizjali. Ma jkunx hemm aġġustament sussegwenti biex tiġi kkunsidrata l-bidla fl-affidabbiltà kreditizja proprja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni wara r-rikonoxximent inizjali.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalwaw l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jkunu ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 11. Il-valur tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jkun daqs il-valur preżenti mistenni tal-flussi tal-flus futuri meħtieġ biex tiġi saldata l-obbligazzjoni kontinġenti tul il-ħajja ta' dik l-obbligazzjoni kontinġenti, billi tintuża l-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskju.

Artikolu 15

Taxxi differiti

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu u jivvalutaw it-taxxi differiti b'rabta mal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha, inklużi l-provvedimenti tekniċi, li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-solvenza u tat-taxxa skont l-Artikolu 9.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw it-taxxi differiti, minbarra l-assi taxxi differiti li jirriżultaw mir-riport tal-krediti tat-taxxa mhux użati u r-riport tat-telf mit-taxxa mhux użat, fuq il-bażi tad-differenza bejn il-valuri attribwiti lill-assi u lill-obbligazzjonijiet kif jiġu rikonoxxuti u vvalutati skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u fil-każ ta' provvedimenti tekniċi skont l-Artikoli 76 sa 85 ta' dik id-Direttiva u l-valuri attribwiti lill-assi u l-obbligazzjonijiet kif jiġu rikonoxxuti u vvalutati għall-finijiet tat-taxxa.

3.  L-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tattribwixxi valur pożittiv lit-taxxi differiti biss meta jkun probabbli li l-qligħ taxxabbli futur se jkun disponibbli u li se jkun jista' jintuża kontrih l-assi tat-taxxa differita, filwaqt li jiġi kkunsidrat kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju fuq il-limiti taż-żmien marbutin mar-riport tat-telf mit-taxxa mhux użata jew ir-riport tal-krediti tat-taxxa mhux użati.

Artikolu 16

Esklużjoni tal-metodi ta' valwazzjoni

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji b'kost jew b'kost amortizzat.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma japplikawx il-mudelli ta' valwazzjoni li jivvalutaw fil-limitu inferjuri tal-ammont riportat u l-valur ġust meta jitnaqqsu il-kostijiet tal-bejgħ.

3.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx il-proprjetà, il-proprjetà ta' investiment, l-impjant u t-tagħmir b'mudelli tal-kost meta l-valur tal-assi jkun iddeterminat bħala kost meta jitnaqqsu d-deprezzament u l-indeboliment.

4.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu lokatarji f'lokazzjoni finanzjarja jew lokaturi jikkonformaw ma' dan li ġej meta jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet f'arranġament lokatizju:

(a) l-assi lokatarji jiġu vvalutati b'valur ġust;

(b) għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur preżenti tal-pagamenti minimi tal-lokazzjoni, jintużaw inputs konsistenti tas-suq u ma jsir l-ebda aġġustament sussegwenti biex tiġi kkunsidrata l-affidabbiltà kreditizja proprja tal-impriża;

(c) il-valutazzjoni skont il-kost deprezzat ma tiġix applikata.

5.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġustaw il-valur realizzabbli nett għall-inventarji skont il-kost stmat għall-ikkompletar u l-kostijiet stmati meħtieġa biex isir il-bejgħ meta dawk il-kostijiet ikunu materjali. Dawk il-kostijiet jitqiesu materjali meta n-nuqqas ta' inklużjoni tagħhom ikun jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti tal-karta bilanċjali, inklużi l-awtoritajiet superviżorji. Ma tiġix applikata l-valutazzjoni b'kost.

6.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx l-għotjiet mhux monetarji b'ammont nominali.

7.  Meta jivvalutaw l-assi bijoloġiċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġustaw il-valur billi jżidu l-kostijiet stmati għall-bejgħ jekk il-kostijiet stmati għall-bejgħ ikunu materjali.



KAPITOLU III

REGOLI MARBUTIN MAL-PROVVEDIMENTI TEKNIĊI



TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 17

Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

Għall-kalkolu tal-aħjar stima u l-marġni ta' riskju tal-provvedimenti tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fid-data li fiha l-impriża ssir parti fil-kuntratt li minnu jirriżulta l-obbligu jew id-data li fiha tibda l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, skont liema data tiġi l-ewwel. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu biss l-obbligi fiil-limiti tal-kuntratt.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biss meta dan jiġi saldat, skarikat, ikkanċellat jew meta jiskadi.

Artikolu 18

Limitu ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni

1.  Il-limiti ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu ddefiniti skont il-paragrafi 2 sa 7.

2.  L-obbligi kollha marbutin mal-kuntratt, inklużi l-obbligi marbutin mad-drittijiet unilaterali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biex iġġedded jew testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt u l-obbligi marbutin mal-primjums imħallsin, jappartjenu għall-kuntratt sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-paragrafi 3 sa 6.

3.  L-obbligi marbutin ma' kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jingħataw mill-impriża wara xi waħda minn dawn id-dati li ġejjin ma jibqgħux jappartjenu għall-kuntratt, sakemm l-impriża ma tkunx tista' ġġiegħel lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum għal dawk l-obbligi:

(a) id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li tittermina l-kuntratt;

(b) id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha d-dritt unilaterali li tirrifjuta primjums pagabbli skont il-kuntratt;

(c) id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li temenda l-primjums jew il-benefiċċji pagabbli skont il-kuntratt b'tali mod li l-primjums jirriflettu kompletament ir-riskji.

Il-punt (c) jitqies li japplika meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li temeda, f'data futura, il-primjums jew il-benefiċċji ta' portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'tali mod li l-primjums tal-portafoll jirriflettu bis-sħiħ ir-riskji koperti mill-portafoll.

Madankollu, fil-każ ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta titwettaq valutazzjoni tar-riksju individwali tal-obbligi marbutin mal-persuna assigurata tal-kuntratt fil-bidu tal-kuntratt u li dik il-valutazzjoni ma tkunx tista tiġi ripetuta qabel ma jiġu emendati l-primjums jew il-benefiċċji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw, fil-livell tal-kuntratt, jekk il-primjums jirriflettux bis-sħiħ ir-riskju għall-finijiet tal-punt (c).

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkunsidrawx ir-restrizzjonijiet tad-dritt unilaterali kif imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u l-limitazzjonijiet ta' kemm jistgħu jiġu emendati l-primjums jew il-benefiċċji u li ma jkollhomx effett li jinħass fuq l-ekonomiji tal-kuntratt.

4.  Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali kif inhu stipulat fil-paragrafu 3 li huwa relatat biss ma' parti fil-kuntratt, għal dik il-parti tal-kuntrat japplikaw l-istess prinċipji kif definit fil-paragrafu 3.

5.  L-obbligi mhux relatati ma' primjums li jkunu tħallsu diġà ma jappartjenux għal kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, sakemm l-impriża ma tkunx tista' ġġiegħel lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum futur, u meta jintlaħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) il-kuntratt ma jipprevedix kumpens għal event inċert speċifikat li jaffettwa ħażin lill-persuna assigurata;

(b) il-kuntratt ma jinkludix garanzija finanzjarja tal-benefiċċji.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkunsidrawx il-kopertura tal-eventi u l-garanziji li ma jkollhomx effett li jinħass fuq l-ekonomiji tal-kuntratt.

6.  Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun jista' jinqasam f'żewġ partijiet u fejn waħda minn dawk il-partijiet tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, kwalunkwe obbligu li ma jkunx relatat mal-primjums ta' dik il-parti u li jkunu tħallsu diġà ma jappartjenix għall-kuntratt, sakemm l-impriża ma ġġiegħelx lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum futur ta' dik il-parti.

7.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 3, jikkunsidraw biss li l-primjums jirriflettu kompletament ir-riskji koperti minn portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, fejn ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza li taħtha l-ammont tal-benefiċċji u l-ispejjeż pagabbli mill-portafoll jaqbeż l-ammont tal-primjums pagabbli mill-portafoll.



TAQSIMA 2

Kwalità tad-dejta

Artikolu 19

Dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

1.  Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies kompluta għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-dejta tinkludi biżżejjed informazzjoni storika biex jiġu vvalutati l-karatteristiċi tar-riskji sottostanti u għall-identifikazzjoni tax-xejriet fir-riskji;

(b) id-dejta tkun disponibbli għal kull grupp ta' riskji omoġenji rilevanti fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-ebda dejta rilevanti ma tkun eskluża milli tintuża fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi mingħajr ġustifikazzjoni.

2.  Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies preċiża biss għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-dejta hija ħielsa minn żbalji materjali;

(b) dejta minn perjodi ta' żmien differenti użati għall-istess stima hija konsistenti;

(c) id-dejta hija rreġistrata b'mod tempestiv u b'mod konsistenti maż-żmien.

3.  Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies xierqa biss għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-dejta tkun konsistenti mal-finijiet li għalihom ikunu se jintużaw;

(b) l-ammont u l-għamla tad-dejta jiżguraw li l-istimi li jsiru fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi abbażi tad-dejta ma jinkludux żbalji ta' stima materjali;

(c) id-dejta tkun konsistenti mas-suppożizzjonijiet sottostanti għat-tekniki attwarji u statistiċi li jiġu applikati għaliha fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(d) id-dejta tirrifletti kif xieraq ir-riskji li għalihom tkun skoperta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħha;

(e) id-dejta tkun inġabret, ġiet ipproċessata u applikata b'mod trasparenti u strutturat, abbażi ta' proċess dokumentat li jinkludi dawn kollha li ġejjin:

(i) id-definizzjoni ta' kriterji għall-kwalità tad-dejta u valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta, inklużi standards speċifiċi kwalitattivi u kwantitattivi għal settijiet differenti tad-dejta;

(ii) l-użu u t-twaqqif ta' suppożizzjonijiet li jsiru waqt il-ġbir, l-ipproċessar u l-applikazzjoni tad-dejta;

(iii) il-proċess għat-twettiq ta' aġġornamenti tad-dejta, inklużi l-frekwenza ta' aġġornamenti u ċ-ċirkostanzi li jwasslu għal aġġornamenti addizzjonali;

(f) L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li d-dejta tagħhom tintuża b'mod konsistenti matul iż-żmien fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

Għall-finijiet tal-punt (b), żball ta' stima fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jitqies bħala materjali meta dan ikun jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti tar-riżultat tal-kalkolu, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.

4.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw dejta minn sors estern diment li, minbarra li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4, ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu kapaċi juru li l-użu ta' dik id-dejta huwa aktar xieraq mill-użu ta' dejta li tkun disponibbli esklussivament minn sors intern;

(b) l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu jafu bl-oriġini ta' dik id-dejta u s-suppożizzjonijiet jew il-metodoloġiji użati biex tiġi pproċessata dik id-dejta;

(c) l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jidentifikaw kwalunkwe xejra f'dik id-dejta u l-varjazzjoni, tul iż-żmien jew fost dejta differenti, tas-suppożizzjonijiet jew il-metodoloġiji fl-użu ta' dik id-dejta;

(d) l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu kapaċi juru li s-suppożizzjonijiet u l-metodoloġiji msemmijin fil-punti (b) u (c) jirriflettu il-karatteristiċi tal-portafoll tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

Artikolu 20

Limitazzjonijiet materjali tad-dejta

Meta d-dejta ta' tikkonformax mal-Artikolu 19, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddokumentaw b'mod xieraq il-limitazzjonijiet tad-dejta inkluża deskrizzjoni ta' jekk u kif it-tali limitazzjonijiet se jiġu rrimedjati u tal-funzjonijiet fis-sistema ta' governanza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni responsabbli minn dak il-proċess. Id-dejta, qabel isirulha l-aġġustamenti biex jiġu rrimedjati l-limitazzjonijiet, tiġi rrekordjata u tinħażen kif xieraq.

Artikolu 21

Użu xieraq tal-approssimazzjonijiet biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima

Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jkollhomx biżżejjed dejta ta' kwalità xierqa biex japplikaw metodu attwarju affidabbli, jistgħu jużaw approssimazzjonijiet xierqa biex jikkalkulaw l-aħjar stima sakemm ir-rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) l-insuffiċjenza tad-dejta ma tkunx minħabba proċessi u proċeduri interni inadegwati ta' ġbir, ħżin jew validazzjoni tad-dejta użata għall-valutazzjoni tal-provvedimenti tekniċi;

(b) l-insuffiċjenza tad-dejta ma tkunx tista' tiġi rrimedjata bl-użu tad-dejta esterna;

(c) ma jkunx prattikabbli għall-impriża li taġġusta d-dejta biex tirrimedja l-insuffiċjenza.



TAQSIMA 3

Metodoloġiji għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi



Subtaqsima 1

Suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Is-suppożizzjonijiet jiġu kkunsidrati realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jispjegaw u jiġġustifikaw kull waħda mis-suppożizzjonijiet użati, b'kunsiderazzjoni tas-sinifikat tas-suppożizzjoni, l-inċertezza involuta fis-suppożizzjoni kif ukoll is-suppożizzjonijiet alternattivi rilevanti;

(b) iċ-ċirkustanzi li fihom is-suppożizzjonijiet jitqiesu li mhumiex veri jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar;

(c) sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, is-suppożizzjonijiet ikunu msejsin fuq il-karatteristiċi tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, fejn ikun possibbli, irrispettivament mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkollha l-portafoll;

(d) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw is-suppożizzjonijiet b'mod konsistenti tul iż-żmien u fi gruppi ta' riskji omoġenji u linji operatorji, mingħajr bidliet arbitrarji;

(e) is-suppożizzjonijiet jirriflettu kif xieraq kull inċertezza sottostanti għall-flussi tal-flus.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw biss informazzjoni speċifika għall-impriża, inkluża informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-pretensjonijiet u l-ispejjeż, meta dik l-informazzjoni tirrifletti aħjar il-karatteristiċi tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni milli informazzjoni li mhix limitata għal impriża speċifika jew meta ma jkunx possibbli li jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv mingħajr l-użu ta' dik l-informazzjoni.

2.  Is-suppożizzjonijiet jintużaw biss għall-finijiet tal-Artikolu 77(3) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu suppożizzjonijiet dwar il-parametri jew ix-xenarji tas-swieq finanzjarji futuri li jkunu xierqa u konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw mudell biex jipproduċu projezzjonijiet ta' parametri tas-swieq finanzjarji futuri, dan jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) jiġġenera prezzijiet tal-assi li jkunu konsistenti mal-prezzijiet tal-assi osservati fis-swieq finanzjarji;

(b) ma jassumix opportunità ta' arbitraġġ;

(c) il-kalibrazzjoni tal-parametri u x-xenarji tkun konsistenti mal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju użata biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima kif inhu msemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 23

Azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni

1.  Is-suppożizzjonijiet tal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jiġu kkunsidrati bħala realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu ddeterminati b'mod oġġettiv;

(b) l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jkunu konsistenti mal-prattika u l-istrateġija tan-negozju attwali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż l-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju; meta jkun hemm biżżejjed evidenza li l-impriża tkun se tbiddel il-prattiki jew l-istrateġija tagħha, l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jkunu konsistenti mal-prattiki jew l-istrateġija mibdula;

(c) l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni huma konsistenti ma' xulxin;

(d) l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti ma jmorrux kontra kwalunkwe obbligu tagħhom lejn il-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza jew kontra r-rekwiżiti legali applikabbli għall-impriża;

(e) l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jqisu kwalunwke indikazzjoni pubblika mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet li tistenna li se tieħu u ma tiħux.

2.  Is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu realistiċi u jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(i) tqabbil tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni mal-azzjonijiet tal-immaniġġjar meħudin fl-imgħoddi mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(ii) paragun tal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri kkunsidrati fil-kalkoli attwali u mgħoddija tal-aħjar stima;

(iii) valutazzjoni tal-impatt tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri fuq il-valur tal-provvedimenti tekniċi.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu jistgħu jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni rilevanti b'rabta mal-punti (i) u (ii) fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji u, meta l-bidliet f'suppożizzjoni dwar azzjonijiet ta' ġestjoni futura jkollhom impatt sinifikanti fuq il-provvedimenti tekniċi, ir-raġunijiet għal dik is-sensittività u kif din is-sensittività tiġi kkunsidrata fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

3.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu pjan komprensiv ta' azzjonijiet ta' ġestjoni futuri, approvat mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, li jipprovdi għal dawn kollha li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet ta' ġestjoni futuri li jkunu rilevanti għall-valwazzjoni tal-provvedimenti tekniċi;

(b) l-identifikazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun mistennija, b'mod raġonevoli, li twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a);

(c) l-identifikazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jaf ma tkunx tista' twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a), u deskrizzjoni ta' kif dawk iċ-ċirkostanzi jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(d) l-ordni li fiha l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) jitwettqu u r-rekwiżiti ta' governanza applikabbli għal dawk l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri;

(e) deskrizzjoni ta' kwalunkwe ħidma kontinwa meħtieġa biex jiġi żgurat li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun f'pożizzjoni li twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a);

(f) deskrizzjoni ta' kif l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew riflessi fil-kalkolu tal-aħjar stima;

(g) deskrizzjoni tal-proċeduri ta' rapportar intern applikabbli li jkopru l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima;

4.  Is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jqisu ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-azzjonijiet ta' ġestjoni u kwalunkwe spiża kkaġunata minnhom.

5.  Is-sistema li tiżgura li tintbagħat l-informazzjoni titqies bħala effettiva biss għall-fini tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/138/KE meta l-proċeduri ta' rapportar imsemmijin fil-punt (g) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jinkludu, tal-anqas, komunikazzjoni annwali lill-korp amministrattiv, superviżorju jew maniġerjali.

Artikolu 24

Benefiċċji diskrezzjonali futuri

Meta l-benefiċċji diskrezzjonali futuri jkunu jiddependu fuq l-assi miżmumin mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriżi jsejsu l-kalkolu tal-aħjar stima fuq l-assi li f'dak iż-żmien ikunu miżmumin mill-impriżi u jassumu bidliet futuri fl-allokazzjoni tal-assi tagħhom skont l-Artikolu 23. Is-suppożizzjonijiet dwar ir-redditu futur tal-assi jkunu konsistenti mal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju inkluż meta applikabbli aġġustament ta' korrispondenza, aġġustament ta' volatilità jew miżura tranżitorja dwar ir-rata mingħajr riskju, u l-valwazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 25

Kalkolu separat tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri

Meta jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeterminaw separatement il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri.

Artikolu 26

Imġiba tad-detenturi ta' polza

Meta jiddeterminaw il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali, inklużi l-iskadenzi u ċ-ċedimenti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jwettqu analiżi tal-imġiba tad-detenturi ta' polza fl-imgħoddi u valutazzjoni prospettiva tal-imġiba mistennija mid-detenturi ta' polza. Dik l-analiżi tikkunsidra dan kollu li ġej:

(a) kemm kien u kemm se jkun ta' benefiċċju l-eżerċitar tal-opzjonijiet għad-detenturi ta' polza fiċ-ċirkostanzi fi żmien l-eżerċitar tal-opzjoni;

(b) l-influwenza tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-imgħoddi u fil-ġejjieni;

(c) l-impatt ta' azzjonijiet ta' ġestjoni fl-imgħoddi u fil-ġejjieni;

(d) kwalunkwe ċirkostanza oħra li aktarx li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tad-detenturi ta' polza fuq jekk jeżerċitawx l-opzjoni.

Il-probabbiltà titqies biss li hija indipendenti mill-elementi msemmijin fil-punti (a) sa (d) meta ma jkunx hemm evidenza empirika li ssostni suppożizzjoni bħal din.



Subtaqsima 2

Informazzjoni sottostanti għall-kalkolu tal-aħjar stimi

Artikolu 27

Kredibbiltà tal-informazzjoni

L-informazzjoni titqies bħala kredibbli għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jipprovdu evidenza tal-kredibbiltà tal-informazzjoni filwaqt li jqisu l-konsistenza u l-oġġettività ta' dik l-informazzjoni, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni u t-trasparenza tal-mod li bih tkun ġiet iġġenerata u pproċessata l-informazzjoni.



Subtaqsima 3

Projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-aħjar stima

Artikolu 28

Flussi tal-flus

Il-projezzjoni tal-fluss tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima tinkludi l-flussi tal-flus kollha li ġejjin, diment li dawn il-flussi tal-flus ikunu marbutin ma' kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni eżistenti:

(a) pagamenti ta' benefiċċji lill-benefiċjarji u lid-detenturi ta' polza;

(b) pagamenti li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun se ġġarrab meta tipprovdi benefiċċji kuntrattwali li jitħallsu in natura;

(c) pagamenti ta' spejjeż kif inhu stipulat fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d) pagamenti ta' primjums u kwalunkwe fluss ta' flus addizzjonali li jirriżulta minn dawk il-primjums;

(e) pagamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u intermedjarji marbuta ma' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f) pagamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u d-ditti tal-investiment b'rabta mal-kuntratti b'benefiċċji marbutin mal-indiċi u mal-unitajiet;

(g) pagamenti għal salvataġġ u surroga diment li dawn ma jikkwalifikawx bħala assi jew obbligazzjonijiet separati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, kif approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(h) pagamenti ta' tassazzjoni li jiġġarrbu, jew li mistennijin jiġġarrbu, mid-detenturi ta' polza jew meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 29

Żviluppi futuri mistennijin fl-ambjent estern

Il-kalkolu tal-aħjar stima tqis l-iżviluppi futuri mistennijin li se jkollhom impatt materjali fuq il-flussi ta' dħul u ħruġ tal-flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom. Għal dak il-għan, l-iżviluppi futuri jinkludu żviluppi demografiċi, legali, mediċi, teknoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi inkluża l-inflazzjoni kif inhu stipulat fil-punt (2) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 30

Inċertezza tal-flussi tal-flus

Il-projezzjoni tal-flussi tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima, b'mod espliċitu jew impliċitu, tikkunsidra l-inċertezzi kollha fil-flussi tal-flus, inklużi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a) inċertezza fit-twaqqit, il-frekwenza u s-severità tal-event assigurati;

(b) inċertezza fl-ammonti tal-pretensjonijiet, inkluża inċertezza fl-inflazzjoni tal-pretensjonijiet, u fil-perjodu meħtieġ biex jiġu saldati u jitħallsu l-pretensjonijiet;

(c) inċertezza fl-ammont tal-ispejjeż imsemmijin fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d) inċertezza fl-iżviluppi futuri mistennijin imsemmijin fl-Artikolu 29 sakemm ikun prattikabbli;

(e) inċertezza fl-imġiba tad-detentur ta' polza;

(f) dipendenza bejn żewġ kawżi ta' inċertezza jew aktar;

(g) dipendenza tal-flussi tal-flus fuq ċirkostanzi qabel id-data tal-fluss tal-flus.

Artikolu 31

Spejjeż

1.  Tbassir tal-fluss tal-flus biex jiġu kkalkulati l-aħjar stimi jikkunsidra, l-ispejjeż li ġejjin kollha, li huma relatati mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rikonoxxuti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li huma msemmijin fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a) l-ispejjeż amministrattivi;

(b) l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-investimenti;

(c) l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-pretensjonijiet;

(d) l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni.

L-ispejjeż imsemmijin fil-punti (a) sa (d) jikkunsidraw l-ispejjeż addizzjonali mġarrbin waqt il-ħlas tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

2.  L-ispejjeż addizzjonali jiġu allokati b'mod realistiku u oġġettiv u fuq bażi konsistenti matul iż-żmien lill-partijiet bl-aħjar stima li jkunu marbutin magħhom.

3.  L-ispejjeż fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali jiġu kkunsidrati fil-kalkolu gross tal-aħjar stima.

4.  L-ispejjeż ikunu projettati fuq is-suppożizzjoni li l-impriża tkun se tikteb negozju ġdid fil-futur.

Artikolu 32

Opzjonijiet kuntrattwali u garanziji finanzjarji

Meta jikkalkulaw l-aħjar stima, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:

(a) il-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali kollha inklużi fil-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom;

(b) il-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali jew jirrealizzaw il-valur tal-garanziji finanzjarji.

Artikolu 33

Munita tal-obbligu

L-aħjar stima tiġi kkalkulata separatement għall-flussi tal-flus f'muniti differenti.

Artikolu 34

Metodi ta' kalkolu

1.  L-aħjar stima tiġi kkalkulata b'mod trasparenti u b'tali mod li jiżgura li l-metodu ta' kalkolu u r-riżultati li jirriżultaw minnu jkunu jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid minn espert ikkwalifikat.

2.  L-għażla tal-metodi attwarji u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima tkun imsejsa fuq kemm dawn ikunu adattati biex jirriflettu r-riskji li jaffettwaw il-flussi tal-flus sottostanti u l-għamla tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Il-metodi attwarji u statistiċi jkunu konsistenti u jagħmlu użu mid-dejta rilevanti disponibbli kollha għall-kalkolu tal-aħjar stima.

3.  Meta metodu ta' kalkolu jkun imsejjes fuq dejta tal-polza raggruppata, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li r-raggruppament tal-poloz joħloq gruppi ta' riskji omoġenji li jirriflettu kif xieraq ir-riskji tal-poloz individwali inklużi f'dawk il-gruppi.

4.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni janalizzaw kemm il-valur preżenti tal-flussi tal-flus jiddependi kemm fuq ir-riżultat mistenni tal-eventi u l-iżviluppi futuri kif ukoll fuq kif ir-riżultat effettiv f'ċerti xenarji jista' jiddevja mir-riżultat mistenni.

5.  Meta l-valur preżenti tal-flussi tal-flus ikun jiddependi fuq l-eventi u l-iżviluppi futuri kif inhu stipulat fil-paragrafu 4, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodu biex jikkalkulaw l-aħjar stima għall-flussi tal-flus li jirrifletti dipendenzi bħal dawn.

Artikolu 35

Gruppi ta' riskji omoġenji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus użati fil-kalkolu tal-aħjar stimi għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja isiru b'mod separat għal kull polza. Meta l-kalkolu separat għal kull polza jsarraf f'piż żejjed fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, din tista' twettaq il-projezzjoni billi tqiegħed il-poloz fi grupp, diment li dak ir-raggruppament jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fl-għamla u u l-kumplessità tar-riskji sottostanti għall-poloz li jappartjenu fl-istess grupp;

(b) ir-raggruppament tal-poloz ma jirrappreżentax b'mod skorrett ir-riskju sottostanti għall-poloz u ma jiddikjarax skorrettament l-ispejjeż tagħhom;

(c) ir-raggruppament tal-poloz aktarx li bejn wieħed u ieħor jagħti l-istess riżultati għall-kalkolu tal-aħjar stima bħala kalkolu fuq bażi ta' kull polza, partikolarment b'rabta mal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-poloz.

Artikolu 36

Obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja

1.  L-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja tiġi kkalkulata b'mod separat għall-provvediment tal-primjums u għall-provvediment għal pretensjonijiet pendenti.

2.  Il-provvediment tal-primjums ikun marbut ma' eventi ta' pretensjonijiet futuri koperti mill-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jaqgħu fil-limiti kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 18. Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-provvedimenti tal-primjums għandhom jinkludu l-benefiċċji, l-ispejjeż u l-primjums marbutin ma' dawn l-eventi.

3.  Id-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti għandha tkun relatata ma' eventi ta' pretensjoni li jkunu diġà seħħew, irrispettivament minn jekk il-pretensjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-eventi jkunux ġew irrapportati jew le.

4.  Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-provvediment għal pretensjonijiet pendenti għandhom jinkludu benefiċċji, spejjeż u primjums relatati mal-eventi msemmija fil-paragrafu 3.



Subtaqsima 4

Marġni ta' riskju

Artikolu 37

Kalkolu tal-marġni ta' riskju

1.  Il-marġni ta' riskju għall-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

image

fejn:

(a)  CoC tirrapreżenta r-rata tal-Kost tal-Kapital;

(b) is-somma tkopri n-numri sħaħ kollha inkluż iż-żero;

(c) SCR(t) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) wara t snin;

(d) r(t + 1) tirrappreżenta r-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju għall-maturità ta' t + 1 snin.

Ir-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju r(t + 1) tintgħażel skont x'munita tintuża għar-rapporti finanzjarji tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

2.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom billi jużaw mudell intern approvat u jsibu li l-mudell huwa adattat biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) għal kull mument tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw il-mudell intern biex jikkalkulaw l-ammonti SCR(t) imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jallokaw il-marġni ta' riskju għall-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għal-linji operatorji msemmijin fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2009/138/KE. L-allokazzjoni tirrifletti b'mod adegwat il-kontribuzzjonijiet tal-linji operatorji għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) tul il-ħajja tal-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

Artikolu 38

Impriża ta' referenza

1.  Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jikkalkula l-marġni ta' riskju (l-impriża oriġinali) jiġi akkwistat minn impriża oħra tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni (l-impriża ta' referenza);

(b) minkejja l-punt (a), meta l-impriża oriġinali twettaq fl-istess ħin kemm attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk li mhumiex tal-ħajja skont l-Artikolu 73(5) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-ħajja u l-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u l-obbligi tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu akkwistati b'mod separat minn żewġ impriżi ta' referenza differenti;

(c) it-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludi kull kuntratt u arranġament tar-riassigurazzjoni b'veikoli bi skop speċjali relatati ma' dawn l-obbligi;

(d) l-impriża ta' referenza ma jkollha ebda obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew fondi proprji qabel ma jsir it-trasferiment;

(e) wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza ma tassumi ebda obbligu ġdid tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f) wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza tiġbor fondi proprji eliġibbli daqs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li huma meħtieġa biex isostnu l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom;

(g) wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza għandha assi li jammontaw għas-somma tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħha u tal-provvedimenti tekniċi netti tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali;

(h) l-assi jintgħażlu b'tali mod li jimminimizzaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għar-riskju tas-suq li l-impriża ta' referenza tkun skoperta għalih;

(i) ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ta' referenza jkopri r-riskji kollha li ġejjin:

(i) ir-riskju tas-sottoskrizzjoni fir-rigward tan-negozju trasferit,

(ii) fejn ikun materjali, ir-riskju tas-suq imsemmi fil-punt (h), barra mir-riskju tar-rata tal-imgħax,

(iii) ir-riskju ta' kreditu fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-arranġamenti b'veikoli bi skop speċjali, l-intermedjarji, id-detenturi ta' polza u kwalunkwe skopertura materjali oħra li tkun relatata mill-qrib mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni,

(iv) riskju operazzjonali;

(j) il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi, imsemmi fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2009/138/KE, fl-impriża ta' referenza jikkorrispondi għal kull riskju għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi fl-impriża oriġinali;

(k) ma jkunx hemm kapaċità ta' assorbiment tat-telf tat-taxxi differiti kif stipulat fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2009/138/KE għall-impriża ta' referenza;

(l) soġġetta għall-punti (e) u (f), l-impriża ta' referenza se tadotta azzjonijiet ta' ġestjoni futuri li jkunu konsistenti mal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 23, tal-impriża oriġinali.

2.  Tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza meħtieġ biex isostni l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun supponut li huwa daqs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ta' referenza taħt is-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.  Għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 1, riskju jitqies bħala materjali meta l-impatt tiegħu fuq il-kalkolu tal-marġni ta' riskju ikun jista' jinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti ta' dik l-informazzjoni, inklużi awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 39

Rata tal-Kost tal-Kapital

Ir-rata tal-Kost tal-Kapital stipulata fl-Artikolu 77(5) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun supponuta li hija ekwivalenti għal 6 %



Subtaqsima 5

Kalkolu tal-provvedimenti tekniċi bħala total

Artikolu 40

Ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati bħala total u l-metodu li għandu jintuża

1.  Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 77(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-affidabbiltà tkun ivvalutata skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-provvedimenti tekniċi jiġu stmati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

2.  Ir-replikazzjoni tal-flussi tal-flus titqies bħala affidabbli meta dawk il-flussi tal-flus jiġu rreplikati fl-ammont u fit-twaqqit b'rabta mar-riskji sottostanti ta' dawk il-flussi tal-flus u fix-xenarji kollha possibbli. Il-flussi tal-flus li ġejjin assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma jistgħux jiġu rreplikati b'mod affidabbli:

(a) il-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jiddependu fuq il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali, inklużi l-iskadenzi u ċ-ċedimenti;

(b) il-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jiddependu fuq il-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta' mortalità, diżabbiltà, mard u morbożità;

(c) l-ispejjeż kollha li se jintefqu waqt il-ħlas tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

3.  L-istrumenti finanzjarji jiġu kkunsidrati bħala strumenti finanzjarji li għalihom valur tas-suq affidabbli huwa osservabbli meta dawk l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati f'suq attiv, kbir, likwidu u trasparenti. Is-swieq attivi jikkonformaw ukoll mal-Artikolu 10(4).

4.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeterminaw il-valur tal-provvedimenti tekniċi fuq il-bażi tal-prezz tas-suq tal-istrumenti finanzjarji użati fir-replikazzjoni.



Subtaqsima 6

Rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  L-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali jiġu kkalkulati b'mod konsistenti mal-limiti tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li magħhom dawk l-ammonti jkunu relatati.

2.  L-ammonti rekuperabbli mill-veikoli bi skop speċjali, l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni finiti kif inhu stipulat fl-Artikolu 210 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni oħrajn kollha jiġu kkalkulati għalihom. L-ammonti rekuperabbli minn veikolu bi skop speċjali ma jaqbżux l-iskopertura għar-riskju massima aggregata ta' dak il-veikolu bi skop speċjali għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riasigurazzjoni.

3.  Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u mill-veikoli bi skop speċjali, il-flussi tal-flus jinkludu biss pagamenti b'rabta mal-kumpens ta' eventi tal-assigurazzjoni u pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux saldati. Il-pagamenti marbutin ma' eventi oħrajn jew pretensjonijiet tal-assigurazzjoni saldati jitqiesu barra mill-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali u elementi oħrajn tal-provvedimenti tekniċi. Meta jkun sar depożitu għall-flussi tal-flus, l-ammonti rekuperabbli jiġu aġġustati kif xieraq biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin mad-depożitu.

4.  L-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u mill-veikoli bi skop speċjali għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu kkalkulati b'mod separat għall-provvedimenti tal-primjum u l-provvedimenti għall-pretensjonijiet pendenti bil-mod li ġej:

(a) il-flussi tal-flus marbutin mal-provvedimenti għall-pretensjonijiet pendenti jinkludu l-pagamenti ta' kumpens marbutin mal-pretensjonijiet ikkunsidrati fil-provvedimenti gross għall-pretensjonijiet pendenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ċċedi r-riskji;

(b) il-flussi tal-flus relatati mal-provvedimenti tal-primjum jinkludu l-pagamenti l-oħrajn kollha.

5.  Meta l-flussi tal-flus mill-veikoli bi skop speċjali lejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma jiddependux direttament fuq il-pretensjonijiet kontra l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ċċedi r-riskji, l-ammonti rekuperabbli minn dawk il-veikoli bi skop speċjali għall-pretensjonijiet futuri jiġu kkunsidrati biss sakemm ikun jista' jiġi vverifikat b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv li n-nuqqas ta' korrispondenza strutturali bejn il-pretensjonijiet u l-ammonti rekuperabbli ma jkunx materjali.

Artikolu 42

Aġġustament ta' inadempjenza tal-kontropartijiet

1.  L-aġġustamenti biex tingħata kunsiderazzjoni lit-telf mistenni minħabba inadempjenza ta' kontroparti kif imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu kkalkulati b'mod separat mill-bqija tal-ammonti rekuperabbli.

2.  L-aġġustament biex jiġi kkunsidrat it-telf mistenni minħabba inadempjenza ta' kontroparti jiġi kkalkulat bħala l-valur preżenti mistenni tal-bidla fil-flussi tal-flus sottostanti għall-ammonti rekuperabbli mingħand dik il-kontroparti, li kieku jirriżulta f'każ ta' inadempjenza tal-kontroparti, inkluż bħala riżultat ta' insolvenza jew tilwim, f'ċertu punt fiż-żmien. Għal dak il-għan, il-bidla fil-flussi tal-flus ma tikkunsidra l-effett tal-ebda teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju li tnaqqas ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, barra mit-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju bbażati fuq il-parteċipazzjonijiet kollaterali. It-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji li ma jiġux ikkunsidrati jiġu rikonoxxuti b'mod separat mingħajr ma jiżdied l-ammont rekuperabbli mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali.

3.  Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 jikkunsidra eventi ta' inadempjenza possibbli tul il-ħajja tal-kuntratt jew l-arranġament tar-riassigurazzjoni mal-veikolu bi skop speċjali u jekk u kif il-probabbiltà tal-inadempjenza tvarja maż-żmien. Dan isir b'mod separat minn kull kontroparti u għal kull linja operatorja. Fl-assigurazjoni mhux tal-ħajja, dan isir ukoll b'mod separat għall-provvedimenti ta' primjums u għall-provvedimenti għal pretensjonijiet pendenti.

4.  It-telf medju li jirriżulta minn inadempjenza ta' kontroparti, imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE, ma jiġix ivvalutat b'valur inqas minn 50 % tal-ammonti rekuperabbli bl-esklużjoni tal-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm bażi affidabbli għal valutazzjoni oħra.

5.  Il-probabbiltà ta' inadempjenza ta' veikolu bi skop speċjali tiġi kkalkulata abbażi tar-riskju ta' kreditu inerenti fl-assi miżmumin mill-veikolu bi skop speċjali.



TAQSIMA 4

Struttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet ġenerali

Ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jaqilgħu r-rati b'mod mingħajr riskju fil-prattika;

(b) ir-rati jiġu ddeterminati b'mod affidabbli abbażi tal-istrumenti finanzjarji kkumerċjati f'suq finanzjarju kbir, likwidu u trasparenti.

Ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax rilevanti mingħajr riskji jiġu kkalkulati b'mod separat għal kull munita u maturità, abbażi tal-informazzjoni u d-dejta rilevanti kollha għal dik il-munita u dik il-maturità. Dawn jiġu ddeterminati b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien.



Subtaqsima 2

Struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju

Artikolu 44

L-istrumenti finanzjarji rilevanti biex jiġu dderivati r-rati bażiċi tal-imgħax mingħajr riskju

1.  Għal kull munita u maturità, ir-rati tal-interess bażiċi ħelsin mir-riskji jiġu dderivati abbażi tar-rati swap tar-rati tal-imgħax bażiċi għar-rati tal-imgħax ta' dik il-munita, aġġustati biex jikkunsidraw ir-riskju ta' kreditu.

2.  Għal kull munita, għall-maturitajiet fejn ir-rati swap tar-rati tal-interess ma jkunux disponibbli minn swieq finanzjarji profondi, likwidi u trasparenti, ir-rati tal-bonds tal-gvern maħruġin f'dik il-munita, aġġustati biex jikkunsidraw ir-riskju ta' kreditu tal-bonds tal-gvern, jintużaw biex jiġu dderivati r-rati bażiċi tal-imgħax mingħajr riskji, diment li t-tali rati tal-bonds tal-gvern ikunu disponibbli minn swieq finanzjarji kbar, likwidi u trasparenti.

Artikolu 45

Aġġustament għar-rati swap għar-riskju ta' kreditu

L-aġġustament għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 44(1) jiġi ddeterminat b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien. L-aġġustament jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-differenza bejn ir-rati li jkopru r-riskju ta' kreditu rifless fir-rata varjabbli tal-iswaps tar-rati tal-imgħax u r-rati swap indiċizzati mil-lum għall-għada tal-istess maturità, meta ż-żewġ rati jkunu disponibbli minn swieq finanzjarji kbar, likwidi u trasparenti. Il-kalkolu tal-aġġustament ikun imsejjes fuq 50 % tal-medja ta' dik id-differenza tul perjodu ta' żmien ta' sena. L-aġġustament ma jkun inqas minn 10 punti bażi u mhux ogħla minn 35 punt bażi.

Artikolu 46

Estrapolazzjoni

1.  Il-prinċipji applikati fl-estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskji jkunu l-istess għall-muniti kollha. Dan japplika wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-itwal maturitajiet li għalihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jiġu osservati f'suq kbir, likwidu u trasparenti u l-mekkaniżmu biex jiżgura konverġenza bla xkiel lejn ir-rata forward finali.

2.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-Artikolu 77d tad-Direttiva 2009/138/KE, tiġi applikata l-estrapolazzjoni għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju inklużi fl-aġġustament tal-volatilità msemmi f'dak l-Artikolu.

3.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-estrapolazzjoni tkun imsejsa fuq ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju bla aġġustament ta' korrispondenza. L-aġġustament ta' korrispondenza msemmi f'dak l-Artikolu jiġi applikat għar-rati tal-imgħax estrapolati mingħajr riskju.

Artikolu 47

Ir-rata forward finali

1.  Għal kull munita, ir-rata forward finali msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 46 tkun stabbli tul iż-żmien u tinbidel biss bħala riżultat ta' tibdil fl-aspettattivi fit-tul. Il-metodoloġija biex tiġi dderivata r-rata forward finali tkun speċifikata biċ-ċar biex ikun żgurat li jsiru kalkoli tax-xenarji mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Din tiġi ddeterminata b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien.

2.  Għal kull munita, ir-rata forward finali tqis l-aspettattivi tar-rata tal-imgħax reali fit-tul u tal-inflazzjoni mistennija, diment li dawk l-aspettattivi jkunu jistgħu jiġu ddeterminati għal dik il-munita b'mod affidabbli. Ir-rata forward finali ma tinkludix primjum b'terminu li jirrifletti r-riskji addizzjonali tal-investimenti miżmumin fit-tul.

Artikolu 48

L-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskji tal-valuti marbutin mal-euro

1.  Għal valuti marbutin mal-euro, l-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskji għall-euro, aġġustata għar-riskju tal-valuta, tista' tintuża biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni espressi f'dik il-munita, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-irbit jiżgura li r-rata tal-kambju bejn il-munita u l-euro tibqa' f'firxa mhux usa' minn 20 % tal-ogħla limitu tal-firxa;

(b) is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona tal-euro u ż-żona ta' dik il-munita jkunu simili biżżejjed biex jiżguraw li r-rati tal-imgħax għall-euro u dik il-munita jiżviluppaw b'mod simili;

(c) l-arranġament ta' rbit jiżgura li l-bidliet relattivi fir-rata tal-kambju tul perjodu ta' sena ma jaqbżux il-firxa msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fil-każ ta' eventi tas-suq estremi, li tikkorispondi għal-livell ta' fiduċja stabbilit fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d) tinżamm konformità ma' wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) parteċipazzjoni ta' dik il-munita fil-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rata tal-Kambju (ERM II);

(ii) l-eżistenza ta' deċiżjoni mill-Kunsill li tirrikonoxxi l-arranġamenti ta' rbit bejn dik il-munita u l-euro

(iii) it-twaqqif tal-arranġament ta' rbit skont il-liġi tal-pajjiż li tistabbilixxi l-munita ta' dak il-pajjiż.

Għall-finijiet tal-punt (c), jiġu kkunsidrati r-riżorsi finanzjarji tal-partijiet li jiggarantixxu l-irbit.

2.  L-aġġustament għar-riskju tal-munita jkun negattiv u jikkorispondi għall-kost tal-iħħeġġjar kontra r-riskju li l-valur fil-munita marbuta ta' investiment espress f'euro jonqos bħala riżultat ta' bidliet fil-livell tar-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita marbuta. L-aġġustament ikun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha.



Subtaqsima 3

Aġġustament għall-volatilità

Artikolu 49

Portafolli ta' referenza

1.  Il-portafolli ta' referenza msemmijin fil-paragrafi (2) u (4) tal-Artikolu 77d tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu ddeterminati b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien. Il-metodi applikati fid-determinazzjoni tal-portafolli ta' referenza ikunu l-istess għall-valuti u l-pajjiżi kollha.

2.  Għal kull munita u kull pajjiż, l-assi tal-portafoll ta' referenza jiġu stmati skont l-Artikolu 10(1) u jiġu nnegozjati fi swieq li, ħlief f'perjodi ta' likwidità taħt stress, jikkonformaw mal-Artikolu 40(3). L-istrumenti finanzjarji nnegozjati fi swieq li ma jikkonformawx mal-Artikolu 40(3) temporanjament jistgħu jiġu inklużi biss fil-portafoll meta dak is-suq ikun mistenni li se jerġa' jkun konformi mal-kriterji fi żmien perjodu raġonevoli.

3.  Għal kull munita u kull pajjiż, il-portafoll ta' referenza tal-assi jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) għal kull valuta, l-assi jirrappreżentaw investimenti li jsiru mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dik il-munita biex tiġi koperta l-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni espressi f'dik il-valuta; għal kull pajjiż, l-assi jkunu rappreżentattivi tal-investimenti li jsiru mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dak il-pajjiż biex tiġi koperta l-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mibjugħin fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż u espressi fil-munita ta' dak il-pajjiż;

(b) fejn ikun disponibbli, il-portafoll ikun ibbażat fuq l-indiċijiet rilevanti li jkunu disponibbli faċilment għall-pubbliku u hemm kriterji ppubblikati għal meta u kif ikunu se jinbidlu l-kostitwenti ta' dawk l-indiċijiet;

(c) il-portafoll tal-assi jinkludi l-assi kollha li ġejjin:

 bonds, titolizzazzjonijiet u self, inkluż self ipotekarju

 ekwità

 proprjetà

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-investimenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti oħrajn aggregati bħala fondi jitqiesu bħala investimenti fl-assi sottostanti.

Artikolu 50

Formula għall-kalkolu tal-firxa sottostanti għall-aġġustament tal-volatilità

Għal kull munita u kull pajjiż, il-firxa msemmija fl-Artikolu 77d(2) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun ekwivalenti għal dan li ġej:

image

fejn:

(a)  wgov tirrappreżenta l-proporzjon tal-valur tal-bonds tal-gvern inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż u l-valur tal-assi kollha inklużi f'dak il-portafoll ta' referenza;

(b)  Sgov tirrappreżenta l-firxa medja tal-munita fuq il-bonds tal-gvern inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż

(c)  wcorp tirrappreżenta l-proporzjoni tal-valur tal-bonds barra mill-bonds tal-gvern, is-self u t-titolizzazzjonijiet inklużi fil-portafoll tal-assi ta' referenza għal dik il-munita jew dak il-pajjiż u l-valur tal-assi kollha inklużi f'dak il-portafoll ta' referenza;

(d)  Scorp tirrappreżenta l-firxa medja tal-munita fuq bonds li mhumiex bonds tal-gvern, self u titolizzazzjoni inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bonds tal-gvern” tfisser skoperturi għall-gvernijiet u l-banek ċentrali.

Artikolu 51

Firxa kkoreġuta skont ir-riskju

Il-porzjon tal-firxa medja tal-munita skont ir-riskju li hija attribwibbli għal valutazzjoni realistika ta' telf mistenni, riskju ta' kreditu mhux mistenni jew kwalunkwe riskju ieħor msemmi fl-Artikolu 77d(3) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c (2) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament.



Subtaqsima 4

Aġġustament ta' korrispondenza

Artikolu 52

Stress tar-riskju tal-mortalità

1.  L-istress tar-riskju tal-mortalità msemmi fl-Artikolu 77b(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun l-iktar wieħed avvers miż-żewġ xenarji li ġejjin f'termini tal-impatt tiegħu fuq il-fondi proprji bażiċi:

(a) żieda permanenti istantanja ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima;

(b) żieda istantanja ta' 0,15-il punt perċentwali fir-rati ta' mortalità (mogħtija bħala perċentwali) li jintużaw fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi biex jirriflettu l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iż-żieda fir-rati ta' mortalità tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom iż-żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin:

(a) poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b) meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.  Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 53

Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 77c(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw biss l-assi assenjati li l-flussi tal-flus mistennija tagħhom huma meħtieġa jirreplikaw il-flussi tal-flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, eskluż kwalunkwe assi li jmur lil hinn minn dan. Il-“fluss tal-flus mistenni” ta' assi tfisser il-flus tal-flus tal-assi aġġustat sabiex tkun tista' tinħareġ il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-assi li tikkorrispondi għall-element tal-firxa fundamentali stipulata fl-Artikolu 77c(2)(a)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE jew, meta ma tkun tista' tinħareġ ebda firxa tal-kreditu affidabbli mill-istatistiki prestabbiliti, il-porzjon tal-medja fid-durata tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stabbilita fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) ta' dik id-Direttiva.

2.  It-tnaqqis tal-firxa fundamentali, imsemmija fl-Artikolu 77c(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, mir-riżultat tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 77c(1)(a) ta' dik id-Direttiva, jinkludi biss il-porzjon tal-firxa fundamentali li ma tkunx diġà ġiet riflessa fl-aġġustament għall-flussi tal-flus tal-portafoll assenjat ta' assi, kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 54

Kalkolu tal-firxa fundamentali

1.  Il-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c paragrafu (2) tiġi kkalkulata b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jibqa' konsistenti maż-żmien, fuq il-bażi tal-indiċijiet rilevanti, meta jkunu disponibbli. Il-metodi biex tinħareġ firxa fundamentali ta' bond ikunu l-istess għal kull munita u kull pajjiż u jistgħu jkunu differenti għal bonds tal-gvern u għal bonds oħrajn.

2.  Il-kalkolu tal-firxa tal-kreditu msemmi fl-Artikolu 77c(2)(a)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li f'każ ta' inadempjenza jista' jiġi rkuprat 30 % tal-valur tas-suq.

3.  Il-medja fid-durata msemmija fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun imsejsa fuq id-dejta relatata mal-aħħar 30 sena. Meta jkun hemm parti mid-dejta li mhijiex disponibbli, din jittiħdilha postha minn dejta msawra. Id-dejta msawra għandha tkun imsejsa fuq id-dejta disponibbli u affidabbli relatata mal-aħħar 30 sena. Dejta li ma tkunx affidabbli tinbidel ma' dejta msawra billi tintuża dik il-metodoloġija. Id-dejta msawra tkun imsejsa fuq suppożizzjonijiet prudenti.

4.  It-telf imsemmi fl-Artikolu 77c(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun jikkorrispondi għat-telf ippeżat skont il-probabbiltà li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ġġarrab meta l-assi jiġi deklassifikat għal skala tal-kwalità kreditizja inqas u jiġi sostitwit eżatt wara. Il-kalkolu tat-telf mistenni jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-assi li jeħodlu postu jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) l-assi sostitut għandu l-istess mudell tal-fluss tal-flus bħall-assi sostitwit qabel id-deklassifikazzjoni;

(b) l-assi sostitut jappartjeni għall-istess klassi ta' assi bħall-assi sostitwit;

(c) l-assi sostitut jinsab fl-istess skala tal-kwalità kreditizja bħall-assi sostitwit qabel id-deklassifikazzjoni jew f'waħda ogħla.



TAQSIMA 5

Linji operatorji

Artikolu 55

Linji operatorji

1.  Il-linji operatorji msemmijin fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2009/138/KE ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  L-assenjament ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal linja operatorja jirrifletti l-għamla tar-riskji marbutin mal-obbligu. Il-forma legali tal-obbligu mhux bilfors trid tkun tiddetermina tal-għamla tar-riskju.

3.  Diment li l-bażi teknika tkun konsistenti mal-għamla tar-riskji marbutin mal-obbligu, l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa mfittxija fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja jiġu assenjati fil-linji operatorji għall-assigurazzjoni tal-ħajja u l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa mfittxija fuq bażi teknika simili għal dik ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu assenjati għal-linji operatorji għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

4.  Meta l-obbligi ta' assigurazzjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE ma jkunux jistgħu jiġu assenjati b'mod ċar għal-linji operatorji stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-għamla tagħhom, dawn jiddaħħlu fil-linja operatorja 32 kif stipulat f'dak l-Anness.

5.  Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkopri riskji f'assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu diżaggregati fil-partijiet tal-ħajja u mhux tal-ħajja tagħhom.

6.  Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkopri riskji fuq il-linji operatorji kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu diżaggregati fil-linji operatorji xierqa.

7.  Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinkludi obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tas-saħħa u obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni oħrajn, fejn possibbli dawk l-obbligi jiġu diżaggregati.



TAQSIMA 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet

Artikolu 56

Proporzjonalità

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi biex jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi li huma proporzjonati għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji involuti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom.

2.  Meta jevalwaw jekk metodu ta' kalkolu tal-provvedimenti tekniċi huwiex proporzjonat, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jwettqu valutazzjoni li tinkludi:

(a) valutazzjoni tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji involuti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom;

(b) evalwazzjoni f'termini kwalitattivi jew kwantitattivi tal-iżball introdott fir-riżultati tal-metodu minħabba xi devjazzjoni bejn dawn li ġejjin:

(i) is-suppożizzjonijiet involuti fil-metodu b'rabta mar-riskji;

(ii) ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmijin fil-punt (a).

3.  Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tinkludi r-riskji kollha li jaffettwaw l-ammont, it-tempestività jew il-valur tal-ħruġ u d-dħul ta' flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom. Għall-fini tal-kalkolu tal-marġni ta' riskju, il-valutazzjoni tinkludi r-riskji kollha msemmijin fl-Artikolu 38(1)(i) tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni sottostanti. Il-valutazzjoni tkun limitata għar-riskji li huma rilevanti għal dik il-parti tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi li għaliha huwa applikat il-metodu.

4.  Metodu jitqies sproporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji jekk l-iżball imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tal-provvedimenti tekniċi jew il-komponenti tagħhom li jistgħu jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent maħsub fuq l-informazzjoni marbuta mal-valur tal-provvedimenti tekniċi, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma jkunx hemm disponibbli metodu ieħor bi żball inqas u l-metodu ma jkollux probabbiltà li jirriżulta f'sottovalutazzjoni tal-ammont ta' provvedimenti tekniċi;

(b) il-metodu ma jkunx iwassal għal ammont ta' provvedimenti tekniċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkun ogħla mill-ammont li jirriżulta li kieku jintuża metodu proporzjonat u l-metodu ikun ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju inerenti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li huwa applikat.

Artikolu 57

Kalkolu ssimplifikat tar-rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali qabel jaġġustaw dawk l-ammonti biex jieħdu f'kunsiderazzjoni t-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti bħala d-differenza bejn l-istimi li ġejjin:

(a) l-aħjar stima kkalkulata gross kif imsemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) l-aħjar stima, wara li jiġu kkunsidrati l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali u mingħajr aġġustament għat-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti (l-aħjar stima netta mhux aġġustata) ikkalkulati skont il-paragrafu 2.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi biex jiksbu l-aħjar stima netta mhux aġġustata mill-aħjar stima gross mingħajr projezzjoni espliċita tal-flussi tal-flus involuti fl-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw l-aħjar stima netta mhux aġġustata fuq il-bażi ta' gruppi ta' riskji omoġenji. Kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' riskji omoġenji jkopri mhux aktar minn kuntratt tar-riassigurazzjoni jew veikolu bi skop speċjali wieħed sakemm dawk il-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew il-veikoli bi skop speċjali ma jipprovdux trasferiment tar-riskji omoġenji.

Artikolu 58

Kalkolu ssimpifikat tal-marġni ta' riskju

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi ssimplifikati meta jikkalkulaw il-marġni ta' riskju, inkluż wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin:

(a) metodi li jużaw stimi tal-ammonti denotati mit-termini SCR(t) imsemmijin fl-Artikolu 37(1);

(b) metodi li jistmaw is-somma skontata tal-ammonti denotati mit-termini SCR(t) kif imsemmi fl-Artikolu 37(1) mingħajr ma jikkalkulaw kull wieħed minn dawk l-ammonti għalih.

Artikolu 59

Kalkoli tal-marġni ta' riskju matul is-sena finanzjarja

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jiksbu l-marġni ta' riskju għall-kalkoli li jridu jsiru b'mod trimestrali mir-riżultat ta' kalkolu preċedenti tal-marġni ta' riskju mingħajr kalkolu espliċitu tal-formula msemmija fl-Artikolu 37(1).

Artikolu 60

Kalkolu ssimpifikat tal-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni b'mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'arranġament li bih l-impriża tal-assigurazzjoni għandha d-dritt jew l-obbligu li taġġusta l-primjums tal-ġejjieni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni biex jirriflettu l-bidliet materjali fil-livell mistenni ta' pretensjonijiet u spejjeż (mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum) billi jużaw projezzjonijiet tal-flussi tal-flus li jassumu li l-bidliet fil-livell ta' pretensjonijiet u spejjeż iseħħu fl-istess ħin mal-aġġustamenti tal-primjum u li jirriżultaw fi fluss tal-flus nett żero, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum jikkumpensa lill-impriża tal-assigurazzjoni bis-sħiħ u fil-ħin għal kull żieda fil-livell ta' pretensjonijiet u spejjeż;

(b) il-kalkolu ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni tal-aħjar stima;

(c) il-kalkolu ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni tar-riskju inerenti f'dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni.

Artikolu 61

Kalkolu ssimplifikat tal-aġġustament tal-inadempjenza ta' kontroparti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-aġġustament għat-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti, kif imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE, għal kontroparti speċifika u grupp ta' riskji omoġenji li jiġi stabbilit kif ġej:

image

fejn:

(a)  PD tirrappreżenta l-probabilità tal-inadempjenza ta' dik il-kontroparti fit-12-il xahar ta' wara;

(b)  Durmod tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni ma' dik il-kontroparti b'rabta mal-grupp ta' riskji omoġenji;

(c)  BErec tirrappreżenta l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni ma' dik il-kontroparti b'rabta ma' dak il-grupp ta' riskji omoġenji.



KAPITOLU IV

FONDI PROPRJI



TAQSIMA 1

Determinazzjoni tal-fondi proprji



Subtaqsima 1

Approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari

Artikolu 62

Valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.  L-awtoritajiet superviżorji jieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 90 (4) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a) l-effettività u l-infurzabbiltà legali tat-termini tal-impenn fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha;

(b) it-termini kuntrattwali tal-arranġament li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni daħlet fih, jew se tidħol fih, mal-kontropartijiet biex tipprovdi fondi;

(c) fejn rilevanti, il-memorandum u l-Artikoli ta' assoċjazzjoni jew l-istatuti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(d) jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandhiex fis-seħħ proċessi biex tgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji dwar kwalunkwe bidla fil-ġejjieni, li jista' jkollha l-effett ta' tnaqqis tal-assorbiment tat-telf tal-entrata ta' fondi proprji anċillari, f'xi waħda milli ġejjin:

(i) l-istruttura jew it-termini kuntrattwali tal-arranġament;

(ii) l-istatus tal-kontropartijiet ikkonċernati;

(iii) potenzjal ta' rkupru tal-entrata ta' fondi proprji anċillari.

2.  L-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw ukoll jekk hemmx konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-medda ta' ċirkustanzi li fihom tista' tiġi prelevata l-entrata biex tassorbi t-telf.

3.  Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tfittex l-approvazzjoni ta' metodu li bih issib l-ammont ta' kull entrata ta' fondi proprji anċillari, l-awtoritajiet superviżorji jqisu jekk il-proċess tal-impriża sabiex tivvalida l-metodu b'mod regolari huwiex xieraq biex jiżgura li r-riżultati tal-metodu jirriflettu l-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-entrata fuq bażi kontinwa.

4.  Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 3, l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 63, 64 u 65.

Artikolu 63

Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Status tal-kontropartijiet

1.  L-awtoritajiet superviżorji jieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ħila tal-kontropartijiet sabiex iħallsu msemmija fl-Artikolu 90(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a) ir-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet;

(b) ir-riskju li tirriżulta inadempjenza għaliex il-kontropartijiet jittardjaw fit-twettiq tal-impenji tagħhom skont l-entrata ta' fondi proprji anċillari.

2.  Fir-rigward tal-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw ir-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet billi jistħarrġu l-probabilità tal-inadempjenza tal-kontropartijiet u t-telf fil-każ ta' inadempjenza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) l-affidabbiltà kreditizja tal-kontropartijiet, diment li din tirrifletti kif xieraq il-ħila tal-kontropartijiet sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(b) jekk hemmx xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli sabiex il-kontropartijiet iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(c) jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(d) jekk il-forma ġuridika tal-kontropartijiet tippreġudikax it-twettiq mill-kontropartijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(e) jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal skoperturi oħrajn li jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(f) jekk, fir-rigward tal-impenn tagħhom fl-entrata ta' fondi proprji anċillari, it-termini kuntrattwali tal-arranġement skont kwalunkwe liġi applikabbli huma tali li l-kontropartijiet għandhom drittijiet sabiex ipaċu l-ammonti li huma dovuti kontra kwalunkwe ammont dovut lilhom mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

3.  Fir-rigward tal-paragrafu 1(b), l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw il-pożizzjoni tal-likwidità tal-kontropartijiet, filwaqt li jqisu dan kollu li ġej:

(a) jekk hemmx xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli għall-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(b) jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jistgħu jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(c) jekk il-forma ġuridika tal-kontropartijiet hijiex ta' ħsara sabiex il-kontropartijiet iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari.

4.  L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha li ġejjin f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-rieda tal-kontropartijiet li jħallsu msemmija fl-Artikolu 90(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a) il-medda ta' ċirkustanzi li fihom tista' tiġi eżerċitata l-entrata ta' fondi proprji anċillari sabiex tassorbi t-telf;

(b) jekk jeżistux inċentivi jew diżinċentivi li jistgħu jaffettwaw ir-rieda tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(c) jekk it-tranżazzjonijiet imgħoddija bejn il-kontropartijiet u l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż it-twettiq fl-imgħoddi mill-partijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrati ta' fondi proprji anċillari, jagħtux indikazzjoni dwar ir-rieda tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji attwali tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari.

5.  Meta jivvalutaw il-ħila u r-rieda tal-kontropartijiet sabiex iħallsu, l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw kwalunkwe fattur ieħor rilevanti għall-istatus tal-kontropartijiet inkluż, fejn rilevanti, il-mudell kummerċjali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

6.  Meta entrata ta' fondi proprji anċillari tkun tikkonċerna grupp ta' kontropartijiet, l-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jivvalutaw l-istatus tal-grupp ta' kontropartijiet daqslikieku kien kontroparti waħda diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-kontropartijiet mhumiex materjali f'livell individwali;

(b) il-kontropartijiet inklużi f'dak il-grupp huma omoġenji biżżejjed;

(c) il-valutazzjoni ta' grupp ta' kontropartijiet ma tissopravvalutax il-ħila u r-rieda ta' ħlas tal-kontropartijiet inklużi f'dak il-grupp.

7.  Kontroparti titqies materjali meta l-istatus ta' dik il-kontroparti unika aktarx li jħalli effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-ħila u r-rieda ta' ħlas tal-grupp ta' kontropartijiet.

Artikolu 64

Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Potenzjal ta' rkupru tal-fondi

L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta' rkupru tal-fondi msemmija fl-Artikolu 90(4)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a) jekk il-potenzjal ta' rkupru tal-fondi jiżdiedx minħabba d-disponibbiltà ta' kollateral jew arranġament analogu li jkun konformi mal-Artikoli 209 sa 214;

(b) jekk hemm xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli għall-potenzjal ta' rkupru tal-fondi;

(c) jekk il-potenzjal ta' rkupru tal-fondi huwiex soġġett għal rekwiżiti legali jew regolatorji;

(d) il-ħila tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tieħu azzjoni biex tinfurza t-twettiq mill-kontropartijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari.

Artikolu 65

Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Informazzjoni fuq ir-riżultat ta' sejħiet fil-passat

L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riżultat ta' sejħiet fil-passat msemmija fl-Artikolu 90(4)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a) jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' sejħiet fil-passat mill-istess kontropartijiet jew oħrajn simili fl-istess ċirkustanzi jew oħrajn simili;

(b) jekk dak it-tagħrif huwiex rilevanti u affidabbli fir-rigward tar-riżultat mistenni ta' sejħiet futuri.

Artikolu 66

Speċifikazzjoni tal-ammont marbut ma' ammont mingħajr limitu ta' fondi proprji anċillari

1.  L-awtoritajiet superviżorji ma japprovawx ammont mingħajr limitu ta' fondi proprji anċillari.

2.  Meta l-awtoritajiet superviżorji japprovaw ammont ta' fondi proprji anċillari, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji tispeċifika jekk l-ammont li kien ġie approvat huwiex l-ammont li għalih applikat l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew jekk huwiex ammont inqas.

Artikolu 67

Speċifikazzjoni tal-ammont u t-tempestività relatati mal-approvazzjoni ta' metodu

Meta l-awtoritajiet superviżorji japprovaw metodu biex jistabbilixxu l-ammont ta' kull entrata ta' fondi proprji anċillari, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji tistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:

(a) l-ammont inizjali tal-entrata ta' fondi proprji anċillari li ġie kkalkulat billi ntuża dak il-metodu dakinhar li tingħata l-approvazzjoni;

(b) il-frekwenza minima tal-kalkolu mill-ġdid tal-ammont tal-entrata ta' fondi proprji anċillari billi jintuża dak il-metodu meta jsir iktar minn darba fis-sena, u r-raġunijiet għaliex daqshekk spiss;

(c) il-perjodu ta' żmien li għalih jiġi approvat il-kalkolu tal-entrata ta' fondi proprji anċillari billi jintuża dak il-metodu.



Subtaqsima 2

Trattament tal-parteċipazzjonijiet tal-fondi proprji

Artikolu 68

Trattament tal-parteċipazzjonijiet fid-determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi

1.  Għall-fini ta' determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-fondi proprji bażiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE jitnaqqsu bil-valur sħiħ tal-parteċipazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, f'istituzzjoni finanzjarja u tal-kreditu, li jaqbeż l-10 % tal-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69.

2.  Għall-fini ta' determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-fondi proprji bażiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE jitnaqqsu bis-sehem tal-valur tal-parteċipazzjonijiet kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu, minbarra parteċipazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, li jaqbeż l-10 % tal-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69.

▼M1

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx inaqqsu il-parteċipazzjonijiet strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 171 li huma inklużi fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp abbażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE jew abbażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE.

▼B

4.  It-tnaqqisijiet stipulati fil-paragrafu 2 jiġu applikati fuq bażi prorata għall-parteċipazzjonijiet kollha msemmijin f'dak il-paragrafu.

5.  It-tnaqqisijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 isiru mill-grad korrispondenti li fih il-parteċipazzjoni żiedet il-fondi proprji tal-impriża relatata kif ġej:

(a) parteċipazzjonijiet ta' entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69;

(b) parteċipazzjonijiet ta' strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati inklużi fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69;

(c) parteċipazzjonijiet ta' strumenti tal-Grad 2 ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati tal-fondi proprji bażiċi inklużi fl-Artikolu 72.



TAQSIMA 2

Klassifikazzjoni ta' fondi proprji

Artikolu 69

Grad 1 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala l-Grad 1, meta dawk l-entrati juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 71:

(a) is-sehem eċċessiv tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 75 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:

(i) kapital azzjonarju ordinarju mħallas u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(ii) fondi inizjali mħallsin, kontribuzzjonijiet tal-membri jew l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ekwivalenti għal impriżi mutwi jew tat-tip mutwu;

(iii) kontijiet ta' membri mutwi subordinati mħallsin;

(iv) fondi żejda li mhumiex ikkunsidrati bħala obbligazzjonijiet ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'konformità mal-Artikolu 91(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(v) ishma privileġġati mħallsin u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(vi) riżerva ta' rikonċiljazzjoni;

(b) obbligazzjonijiet subordinati mħallsin ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 70

Riżerva ta' Rikonċiljazzjoni

1.  Ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni msemmija fil-punt (a)(vi) tal-Artikolu 69 hija daqs l-eċċess totali ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet imnaqqas b'dawn kollha li ġejjin:

(a) bl-ammont ta' ishma proprji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni;

(b) b'dividendi, distribuzzjonijiet u imposti prevedibbli;

(c) bl-entrati ta' fondi proprji bażiċi inklużi fil-punti (a)(i) sa (v) tal-Artikolu 69, l-Artikolu 72(a) u l-Artikolu 76(a);

(d) bl-entrati ta' fondi proprji bażiċi mhux inklużi fil-punti (a)(i) sa (v) tal-Artikolu 69, punt (a) tal-Artikolu 72 u l-punt tal-Artikolu 76, li ġew approvati mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 79;

(e) bl-entrati ta' fondi proprji ristretti li jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i) jaqbżu r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fil-każ ta' portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza u fondi ring-fenced stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 81(1);

(ii) li huma esklużi b'konformità mal-Artikolu 81(2);

(f) l-ammont ta' parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE mnaqqas b'konformità mal-Artikolu 68, diment li dan ma jkunx diġà ġie inkluż fil-punti (a) sa (e).

2.  L-eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi l-ammont li jikkorrispondi għall-profitt mistenni inkluż fil-primjums tal-ġejjieni stipulati fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 260.

3.  Is-sejbien ta' jekk, u kemm, ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni turi l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 71 ma jsarrafx f'valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma inklużi fil-kalkolu tal-eċċess tal-attiv fuq il-passiv jew l-entrati sottostanti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriżi.

Artikolu 71

Grad 1 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

1.  Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 69 ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi:

(i) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i) u (ii) tal-Artikolu 69, tikklassifika wara l-pretensjonijiet kollha l-oħrajn fil-każ ta' proċeduri ta' stralċ rigward l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(ii) fil-każ ta' entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tikklassifika fl-istess livell jew f'livell ogħla mill-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, iżda wara entrati elenkati fl-Artikoli 72 u 76 li juru l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 73 u 77 rispettivament u wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-polza u l-kredituri mhux subordinati;

(b) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi;

(c) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija disponibbli minnufih biex tassorbi t-telf;

(d) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tassorbi telf tal-inqas ladarba jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u ma xxekkilx ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(e) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ ta' entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, għandha wieħed mill-mekkaniżmi ta' assorbiment tat-telf ta' kapital li ġejjin li jridu jitnedew bl-event xkattatur speċifikat fil-paragrafu 8:

(i) l-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huwa mniżżel fil-valur kif stipulat fil-paragrafu 5;

(ii) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi awtomatikament tinbidel f'entrata ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punt (a)(i) jew (ii) tal-Artikolu 69 kif stipulat fil-paragrafu 6;

(iii) mekkaniżmu ta' assorbiment tat-telf prinċipali li jikseb riżultat ekwivalenti għal dak tal-mekkaniżmi ta' assorbiment tat-telf prinċipali stipulati fil-punti (i) jew (ii);

(f) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, l-entrata mhijiex datata jew, meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha maturità fissa, hija tal-istess maturità bħall-impriża;

(ii) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, l-entrata mhijiex datata; l-ewwel opportunità kuntrattwali għall-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma sseħħx qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ;

(g) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi msemmija fil-punti (a) (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69 tista' tippermetti biss li jsiru l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata bejn ħames u 10 snin wara d-data tal-ħruġ meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża jinqabeż b'marġni xieraq filwaqt li tittieħed f'kunsiderazzjoni l-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża inkluż il-pjan ta' ġestjoni tal-kapital tal-impriża fit-terminu medju;

(h) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel;

(i) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, ma tinkludi ebda inċentiv għall-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata li jżid il-probabbiltà li impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni se tħallas lura jew tifdi dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi meta jkollha l-possibbiltà li tagħmel hekk;

(j) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tipprovdi għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunux se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(k) minkejja l-punt (j), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss li jsiru l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(ii) l-entrata hija skambjata ma' jew ikkonvertita f'entrata oħra ta' fondi proprji tal-Grad 1 li tal-inqas hija tal-istess kwalità;

(iii) tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija.

(l) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69(1), l-arranġamenti legali jew kuntrattwali li jirregolaw l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali jippermettu li jsir it-tħassir tad-distribuzzjonijiet fir-rigward ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(ii) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69 it-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregola l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jipprovdi għat-tħassir tad-distribuzzjonijiet marbutin ma' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(m) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss sabiex issir distribuzzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew id-distribuzzjoni fuq entrata ta' fondi proprji bażiċi tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għat-tħassir tad-distribuzzjonijiet;

(ii) id-distribuzzjoni ma tkomplix iddgħajjef il-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iii) tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara li ssir id-distribuzzjoni.

(n) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tipprovdi lill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni bi flessibbiltà assoluta fuq id-distribuzzjonijiet fuq l-entrata ta' fondi proprji bażiċi;

(o) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li meta tiġi kkunsidrata mal-entrata ta' fondi proprji bażiċi, tista' twassal sabiex dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tikkonformax mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji tal-Grad 1 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi li tal-inqas hija tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3.  Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, flessibbiltà sħiħa fuq id-distribuzzjonijiet hija pprovduta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ma hemm ebda trattament ta' distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni ta' ħlasijiet ta' distribuzzjoni u t-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregola l-entrata ta' fondi proprji ma jipprovdux drittijiet preferenzjali għall-ħlas tad-distribuzzjonijiet;

(b) id-distribuzzjonijiet jitħallsu minn entrati distribwibbli;

(c) il-livell ta' distribuzzjonijiet ma jinstabx fuq il-bażi tal-ammont li għalih inxtrat l-entrata ta' fondi proprji fil-ħruġ u ma hemm ebda limitu massimu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta' distribuzzjoni;

(d) minkejja l-punt (c), fil-każ ta' strumenti maħruġin minn impriżi mutwi u tat-tip mutwu, jistgħu jiġu stabbiliti livell massimu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta' distribuzzjoni, diment li l-livell massimu jew restrizzjoni oħra ma tkunx event marbut mad-distribuzzjonijiet li jsiru, jew li ma jsirux, fuq entrati oħrajn ta' fondi proprji;

(e) ma hemm ebda obbligu li impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tagħmel distribuzzjonijiet;

(f) in-nuqqas ta' pagament ta' distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta' inadempjenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(g) it-tħassir ta' distribuzzjonijiet ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

4.  Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(iii) u (a)(v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, flessibbiltà sħiħa fuq id-distribuzzjonijiet hija pprovduta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-distribuzzjonijiet jitħallsu minn entrati distribwibbli;

(b) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom diskrezzjoni sħiħa l-ħin kollu biex iħassru distribuzzjonijiet marbutin mal-entrata ta' fondi proprji għal perjodu illimitat u mhux fuq bażi kumulattiva u l-impriżi jsitgħu jużaw il-pagamenti mħassrin mingħajr restrizzjoni biex tissodisfa l-obbligi tagħha malli jkunu dovuti;

(c) ma hemm ebda obbligu li d-distribuzzjoni tiġi sostitwita ma' pagament f'xi forma oħra;

(d) ma hemm ebda obbligu li jsiru distribuzzjonijiet fil-każ ta' distribuzzjoni li ssir fuq entrata oħra ta' fondi proprji;

(e) in-nuqqas ta' pagament ta' distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta' inadempjenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f) it-tħassir ta' distribuzzjonijiet ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(e)(i), l-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi jitniżżel fil-valur b'tali mod li jitnaqqsu dawn kollha li ġejjin:

(a) il-pretensjoni tad-detentur ta' dik l-entrata fil-każ ta' proċedimenti ta' stralċ;

(b) l-ammont li huwa meħtieġ jitħallas mal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(c) id-distribuzzjonijiet imħallsa fuq dik l-entrata.

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(e)(ii), il-provvedimenti li jirregolaw il-konverżjoni f'entrati ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punti (a) (i) jew (ii) tal-Artikolu 69 jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a) ir-rata ta' konverżjoni u limitu fuq l-ammont awtorizzat ta' konverżjoni;

(b) medda li fiha l-istrumenti se jikkonvertu fl-entrata ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punti (a)(i) jew (ii) tal-Artikolu 69.

7.  L-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi jassorbi t-telf fl-event skattatur. L-assorbiment tat-telf li jirriżulta mit-tħassir tad-distribuzzjonijiet jew it-tnaqqis fihom ma jitqiesx li huwa biżżejjed biex jitqies li huwa mekkaniżmu ta' assorbiment tat-telf ta' kapital skont il-paragrafu (1)(e).

8.  L-event skattatur imsemmi fil-paragrafu (1)(e)ijkun nuqqas serju ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jiġi kkunsidrat importanti meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ammont ta' entrati ta' fondi proprji eliġibbli biex ikun kopert ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza huwa 75 % jew inqas tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(b) l-ammont ta' entrati ta' fondi proprji eliġibbli biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali Minimu huwa daqs ir-Rekwiżit Kapitali Minimu jew inqas;

(c) il-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma terġax tiġi stabbilita fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ewwel darba meta nstab in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazjoni jistgħu jispeċifikaw, fil-provvedimenti li jirregolaw l-istrument event skattatur wieħed jew iktar minbarra l-każijiet msemmijin fil-punti (a) sa (c).

9.  Għall-finijiet tal-punti (d), (j) u (l) tal-paragrafu 1, ir-referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Artikolu 72

Fondi proprji Bażiċi tal-Grad 2 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala Grad 2 meta l-entrati li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 73:

(a) is-sehem eċċessiv ta' assi fuq obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 75 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:

(i) il-kapital azzjonarju ordinarju u l-kont relatat tal-primjum tal-azzjonijiet;

(ii) il-fondi inizjali, il-kontribuzzjonijiet tal-membri jew l-entrata ekwivalenti ta' fondi proprji bażiċi għal impriżi mutwi u tat-tip mutwu;

(iii) il-kontijiet ta' membri mutwi subordinati;

(iv) ishma preferenzjali u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(b) obbligazzjonijiet subordinati vvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 73

Fondi proprji bażiċi tal-Grad 2 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

1.   ►M1  Il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 72 għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti minn (a) sa (i) jew dawk stabbiliti fil-punt (j): ◄

(a) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tikklassifika wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-poloz u kredituri mhux subordinati;

(b) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi;

(c) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi mhijiex datata jew għandha maturità oriġinali ta' tal-inqas 10 snin; l-ewwel opportunità kuntrattwali għall-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma sseħħx qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ;

(d) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel;

(e) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tinkludi inċentivi limitati biex titħallas lura jew tinfeda dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, diment li dawn ma jseħħux qabel 10 snin mid-data ta' ħruġ;

(f) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tipprovdi għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunx se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(g) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 72, l-arranġamenti legali jew kuntrattwali li jirregolaw l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali jippermettu sabiex jiġu differiti d-distribuzzjonijiet marbutin ma' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(ii) fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (iii) u (iv) u l-punt (b) tal-Artikolu 72, it-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregolaw l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jipprovdu sabiex id-distribuzzjonijiet fir-rigward ta' dik l-entrata jiġu differeriti meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(h) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss sabiex issir distribuzzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew id-distribuzzjoni fuq entrata ta' fondi proprji bażiċi tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għad-differiment tad-distribuzzjoni;

(ii) il-ħlas ma jdgħajjifx il-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iii) tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara li ssir id-distribuzzjoni.

(i) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li meta tiġi kkunsidrata mal-entrata ta' fondi proprji bażiċi, tista' twassal sabiex dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma jikkonformax mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

(j) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi turi l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 71 li huma rilevanti għall-entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(iii), (v) u (b) tal-Artikolu 69, iżda taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 82(3).

Minkejja l-punt (f), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti li titħallas lura jew tinfeda dik l-entrata biss meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(ii) l-entrata hija skambjata għal jew hija kkonvertita f'entrata oħra ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 jew Grad 2 li tal-inqas hija tal-istess kwalità;

(iii) tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħrajn tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 2 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi tal-inqas tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3.  Għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-paragrafu 1, ir-referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

4.  Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-impriżi jikkunsidraw inċentivi għat-tifdija fil-forma ta' żieda fir-rata tal-imgħax assoċjata ma' opzjoni eżerċitabbli kif limitata meta ż-żieda ssir fil-forma ta' żieda ta' darba fir-rata tal-kupun u tirriżulta f'żieda fir-rata inizjali li mhijiex ikbar mill-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a) 100 punt bażi, meta titnaqqas il-firxa tal-iswap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda;

(b) 50 % tal-firxa tal-kreditu inizjali, meta titnaqqas il-firxa ta' swap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda.

Artikolu 74

Fondi proprji anċillari tal-Grad 2 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 96 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-entrati ta' fondi proprji anċillari li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala Grad 2, meta l-entrati li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 75:

(a) kapital azzjonarju ordinarju eżerċitabbli fuq talba ma jkunx imħallas u ma jkunx mitlub;

(b) fondi inizjali mhux imħallsin u mhux mitlubin, kontribuzzjonijiet tal-membri jew l entrata ta' fondi proprji bażiċi ekwivalenti għal impriżi mutwi u tat-tip mutwu, eżerċitabbli fuq talba;

(c) ishma preferenzjali eżerċitabbli fuq talba ma jkunux imħallsin u ma jkunux mitlubin;

(d) impenn li jorbot legalment għas-sottoskrizzjoni u l-ħlas għal obbligazzjonijiet subordinati fuq talba;

(e) ittri ta' kreditu u garanziji li jinżammu f'kont fiduċjarju għall-benefiċċju ta' kredituri tal-assigurazzjoni minn trustee indipendenti u pprovduti minn istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(f) ittri ta' kreditu u garanziji diment li l-entrati jistgħu jiġu eżerċitati fuq talba u huma ħielsa minn gravami;

(g) kwalunkwe pretensjoni fil-ġejjieni li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu ta' sidien ta' bastimenti b'kontribuzzjonijiet varjabbli li jassiguraw biss riskji elenkati fil-klassijiet numru sitta, 12 u 17 fil-Parti A tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/138/KE jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien it-12-il xahar ta' wara;

(h) kwalunkwe pretensjoni fil-ġejjieni li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien it-12-il xahar ta' wara, diment li sejħa tista' ssir fuq talba u hija ħielsa minn gravami;

(i) impenji oħrajn li jorbtu legalment riċevuti mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, diment li l-entrata tista' tiġi eżerċitata fuq talba u tkun ħielsa minn gravami.

Artikolu 75

Fondi proprji anċillari tal-Grad 2 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

Sabiex jiġu kklassifikati bħala tal-Grad 2, l-entrati ta' fondi proprji anċillari elenkati fl-Artikolu 74 juru l-karatteristiċi ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi kklassifikata fil-Grad 1 skont l-Artikoli 69 u 71 ladarba dik l-entrata tkun ġiet mitluba u tħallset.

Artikolu 76

Fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala tal-Grad 3 meta l-entrati kollha li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 77:

(a) is-sehem eċċessiv ta' assi fuq obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mat-Taqsima 1 u 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:

(i) il-kontijiet ta' membri mutwi subordinati;

(ii) ishma preferenzjali u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(iii) ammont daqs il-valur tal-assi netti ta' taxxa differita;

(b) obbligazzjonijiet subordinati vvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 77

Fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

1.  Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 76 ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tikklassifika wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-poloz u kredituri mhux subordinati;

(b) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi;

(c) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, mhijiex datata jew għandha maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin, meta d-data ta' maturità tkun l-ewwel opportunità kuntrattwali biex titħallas lura jew tinfeda l-entrata ta' fondi proprji bażiċi;

(d) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel;

(e) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tista' tinkludi inċentivi limitati għall-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi;

(f) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tipprovdi għas-sospensjoni ta' ħlas lura jew tifdija meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunux se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(g) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tipprovdi għad-differiment tad-distribuzzjonijiet meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jew id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali Minimu u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(h) l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li tista' xxekkel il-karatteristiċi li l-entrata huwa meħtieġ ikollha skont dan l-Artikolu.

Minkejja l-punt (f), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata biss meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(ii) l-entrata hija skambjata ma' jew ikkonvertita f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1, Grad 2 jew entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 li tal-inqas hija tal-istess kwalità;

(iii) tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1, Grad 2 jew entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi li tal-inqas hija tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3.  Għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 1, referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

4.  Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-impriżi jikkunsidraw inċentivi għat-tifdija fil-forma ta' żieda fir-rata tal-imgħax assoċjata ma' opzjoni eżerċitabbli kif limitata meta ż-żieda ssir fil-forma ta' żieda ta' darba fir-rata tal-kupun u tirriżulta f'żieda fir-rata inizjali li mhijiex ikbar mill-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a) 100 punt bażi, meta titnaqqas il-firxa tal-iswap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda;

(b) 50 % tal-firxa tal-kreditu inizjali, meta titnaqqas il-firxa ta' swap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda.

Artikolu 78

Fondi proprji anċillari tal-Grad 3 — Lista tal-entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji anċillari li ġew approvati mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, u li ma jurux il-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 75 jiġu kklassifikati bħala fondi proprji anċillari tal-Grad 3.

Artikolu 79

Approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta entrata ta' fondi proprji ma tkunx inkluża fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stabbilita fl-Artikoli 69, 72, 74, 76 u 78 l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jqisu biss dik l-entrata bħala fond proprju, meta l-awtorità superviżorja tkun tat approvazzjoni tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrata.

2.  Fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-awtorità superviżorja tivvaluta kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin meta tapprova l-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji mhux inklużi fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stabbilita fl-Artikoli 69, 72, 74, 76 u 78:

(a) meta l-impriża tkun qed tapplika għal approvazzjoni għall-klassifikazzjoni fil-Grad 1, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(b) meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji bażiċi fil-Grad 2, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(c) meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji anċillari fil-Grad 2, jekk l-entrata ta' fondi proprji anċillari tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(d) meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji bażiċi fil-Grad 3, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(e) l-infurzabbiltà legali tat-termini kuntrattwali tal-entrata ta' fondi proprji fil-ġuriżdizzjonijiet kollha rilevanti;

(f) jekk l-entrata ta' fondi proprji tħallsitx bis-sħiħ.

3.  Entrati ta' fondi proprji bażiċi mhux inklużi fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stipulata fl-Artikoli 69, 72 u 76 jiġu kklassifikati bħala fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 meta jitħallsu bis-sħiħ.

4.  L-inklużjoni ta' entrati ta' fondi proprji approvati mill-awtorità superviżorja skont dan l-Artikolu tkun soġġetta għal limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 82.



TAQSIMA 3

Eliġibbiltà tal-fondi proprji



Subtaqsima 1

Fondi ring-fenced

Artikolu 80

Fondi ring-fenced li jeħtieġu aġġustamenti

1.  Tnaqqis tar-riżerva ta' rikonċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 70(1)(e) ikun meħtieġ meta l-entrati ta' fondi proprji f'fond ring-fenced għandhom kapaċità mnaqqsa sabiex jassorbu bis-sħiħ it-telf fuq il-bażi ta' negozju attiv minħabba n-nuqqas ta' trasferibbiltà tagħhom fl-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minħabba waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a) l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fuq sehem definit tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(b) l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fir-rigward ta' ċerti detenturi jew benefiċjarji ta' polza;

(c) l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf li jirriżulta minn riskji jew obbligazzjonijiet partikolari.

2.  L-entrati ta' fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 1 (minn hawn 'il quddiem imsejħin 'entrati ta' fondi proprji ristretti'), ma jinkludux il-valur tat-trasferimenti futuri li jistgħu jiġu attribwiti lill-azzjonisti.

Artikolu 81

Aġġustament għall-fondi ring-fenced u portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' rikonċiljazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jnaqqsu l-insolvenza msemmija fl- Artikolu 70 billi jqabblu l-ammonti li ġejjin:

(a) l-entrati ta' fondi proprji ristretti fil-fond ring-fenced jew il-portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza;

(b) ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza għall-fond ring-fenced jew il-portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza.

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi tuża l-formula standard, ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza jiġi kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 217.

Meta l-impriża tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi tuża mudell intern, ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza għandu jiġi kkalkulat billi jintuża l-mudell intern, daqslikieku l-impriża kellha biss dak in-negozju inkluż fil-fond ring-fenced jew portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta l-assi, l-obbligazzjonijiet u r-riskju f'fond ring-fenced ma jkunux materjali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jnaqqsu r-riżerva ta' rikonċiljazzjoni bl-ammont totali ta' entrati ta' fondi proprji ristretti.



Subtaqsima 2

Limiti kwantitattivi

Artikolu 82

Eliġibbiltà u limiti applikabbli għall-Gradi 1, 2 u 3

1.  F'dak li għandu x'jaqsam mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 3 ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi kollha li ġejjin:

(a) l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 1 ikun tal-inqas nofs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(b) l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 3 ikun inqas minn 15 % tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(c) is-somma tal-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 u l-Grad 3 ma taqbiżx il-50 % tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

2.  F'dak li għandu x'jaqsam ma' konformità mar-Rekwiżiti Kapitali Minimi, l-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a) l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 1 ikun tal-inqas 80 % tar-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(b) l-ammonti eliġibbli tal-Grad 2 ma jaqbżux l-20 % tar-Rekwiżit Kapitali Minimu;

3.  Fil-limitu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-punt (a) tal-paragrafu 2, is-somma tal-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin tifforma inqas minn 20 % tal-ammont totali tal-entrati tal-Grad 1:

(a) entrati msemmijin fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 69;

(b) entrati msemmijin fil-punt (a)(v) tal-Artikolu 69;

(c) entrati msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 69;

(d) entrati li huma inklużi fil-fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 skont l-arranġament tranżitorju stipulat fl-Artikolu 308b(9) tad-Direttiva 2009/138/KE.



KAPITOLU V

FORMULA STANDARD TAR-REKWIŻIT KAPITALI TAS-SOLVENZA



TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali



Subtaqsima 1

Kalkoli bbażati fuq ix-xenarji

Artikolu 83

1.  Meta l-kalkolu ta' modulu jew submodulu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, is-suppożizzjonijiet kollha li ġejjin isiru f'dak il-kalkolu:

(a) ix-xenarju ma jibdilx l-ammont tal-marġni ta' riskju inkluż fil-provvedimenti tekniċi;

(b) ix-xenarju ma jibdilx il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita;

(c) ix-xenarju ma jibdilx il-valur ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri inklużi fil-provvedimenti tekniċi;

(d) ma tittieħed ebda azzjoni ta' ġestjoni mill-impriża matul ix-xenarju.

2.  Il-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi li jirriżultaw wara s-sejbien tal-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jibdilx il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali tal-ġejjieni, u jieħu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin:

(a) mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-paragrafu 1, azzjonijiet ta' ġestjoni futuri wara x-xenarju, diment li jikkonformaw mal-Artikolu 23;

(b) kwalunkwe impatt avvers materjali tax-xenarju jew l-azzjonijiet ta' ġestjoni msemmijin fil-punt (a) fuq il-probabbiltà li d-detenturi ta' poloz se jeżerċitaw opzjonijiet kuntrattwali.

3.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi ssimplifikati biex jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi li jirriżultaw wara d-determinazzjoni tal-impatt ta' xenarju kif stipulat fil-paragrafu 1, diment li l-metodu ssimplifikat ma jwassalx għal dikjarazzjoni skorretta tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tista' tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent tal-informazzjoni relatata mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm il-kalkolu ssimplifikat ma jwassalx għal Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jaqbeż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta mill-kalkolu skont il-formula standard.

4.  Il-kalkolu ta' assi u obbligazzjonijiet li jirriżulta wara s-sejbien tal-impatt ta' xenarju kif stipulat fil-paragrafu 1 jieħu f'kunsiderazzjoni l-impatt tax-xenarju fuq il-valur ta' kwalunkwe strument rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskji fil-pussess tal-impriża li jikkonforma mal-Artikoli 209 sa 215.

5.  Meta x-xenarju jkun se jirriżulta f'żieda fil-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kalkolu tal-modulu jew is-submodulu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li x-xenarju ma għandu ebda impatt fuq il-fondi proprji bażiċi.



Subtaqsima 2

Approċċ ta' trasparenza

Artikolu 84

1.  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kull wieħed mill-assi sottostanti ta' impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti oħrajn aggregati bħala fondi (approċċ ta' trasparenza).

2.  L-approċċ ta' trasparenza msemmi fil-paragrafu 1 japplika għal dawn li ġejjin ukoll:

(a) skoperturi indiretti għar-riskju tas-suq minbarra impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti aggregati bħala fondi;

(b) skoperturi indiretti għas-sottoskrizzjoni tar-riskju;

(c) skoperturi indiretti għar-riskju tal-kontroparti.

3.  Meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx jista' jiġi applikat għal impriżi ta' investiment kollettiv jew aggregati bħala fondi, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-allokazzjoni tal-assi sottostanti fil-mira tal-impriża jew il-fond ta' investiment kollettiv, diment li t-tali allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża fil-livell ta' granularità meħtieġ sabiex jiġu kkalkulati s-submoduli u x-xenarji kollha rilevanti tal-formula standard, u l-assi sottostanti jkunu maniġġjati strettament skont din l-allokazzjoni fil-mira. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, jistgħu jintużaw raggruppamenti ta' dejta, diment li jkunu applikati b'mod prudenti, u li ma japplikawx għal iktar minn 20 % tal-valur totali tal-assi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

4.  Il-paragrafu 2 ma japplikax għal investimenti f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE.



Subtaqsima 3

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali

Artikolu 85

Il-kundizzjonijiet għal kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jkunu li ma hemm ebda differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dawn u skoperturi għall-gvern ċentrali, minħabba s-saħħa speċifika tal-gvernijiet reġjonali li jiġbru dħul, u jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi, li l-effett tagħhom huwa li jonqos ir-riskju ta' inadempjenza.



Subtaqsima 4

Riskju ta' bażi materjali

Artikolu 86

Minkejja l-Artikolu 210(2), meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskju tas-sottoskrizzjoni billi jużaw kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li huma soġġetti għal riskju ta' bażi materjali minn diskrepanza fil-muniti bejn ir-riskju tas-sottoskrizzjoni u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, diment li t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tikkonforma mal-Artikolu 209, l-Artikolu 210(1), (3) u (4) u l-Artikolu 211, u l-kalkolu jitwettaq kif ġej:

(a) ir-riskju ta' bażi li jirriżulta minn diskrepanza fil-muniti bejn ir-riskju ta' sottoskrizzjoni u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jiġi kkunsidrat fil-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju tar-riskju ta' sottoskrizzjoni rilevanti tal-formula standard fl-iktar livell granulari billi mar-rekwiżit kapitali kkalkulat skont il-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju rilevanti tiżdied 25 % tad-differenza bejn dawn li ġejjin:

(i) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għall-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju ta' riskju tas-sottoskrizzjoni rilevanti li jirriżulta minn okkorrenza simultanja tax-xenarju definit fl-Artikolu 188;

(ii) ir-rekwiżit kapitali għall-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju ta' riskju tas-sottoskrizzjoni rilevanti.

(b) meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkopri iktar minn modulu, submodulu jew xenarju wieħed, il-kalkolu msemmi fil-punt (a) isir għal kull wieħed minn dawk il-moduli, submoduli u xenarji. Ir-rekwiżit kapitali li jirriżulta minn dawk il-kalkoli ma jaqbiżx il-25 % tal-kapaċità tal-kuntratt tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonat jew il-veikolu bi skop speċjali.



Subtaqsima 5

Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza

Artikolu 87

Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza jinkludi modulu tar-riskju għal riskju ta' assi intanġibbli.u jirriżulta minn dan li ġej:

image

fejn:

(a) is-somma, Corri,j , SCRi u SCRj hija kif stipulat fil-punt (1) tal-Anness IV għad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)  SCRintangibles tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' assi intanġibbli msemmi fl-Artikolu 203.



Subtaqsima 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet

Artikolu 88

Proporzjonalità

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 109, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu jekk il-kalkolu ssimpifikat huwiex proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji billi jwettqu valutazzjoni li tinkludi dawn kollha li ġejjin:

(a) valutazzjoni tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji tal-impriża li jaqgħu taħt il-modulu jew submodulu rilevanti;

(b) evalwazzjoni f'termini kwalitattivi jew kwantitattivi, kif xieraq, tal-iżball imdaħħal fir-riżultati tal-kalkolu ssimplifikat minħabba xi devjazzjoni bejn dawn li ġejjin:

(i) is-suppożizzjonijiet li jsawru l-kalkolu ssimplifikat b'rabta mar-riskju;

(ii) ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmijin fil-punt (a).

2.  Kalkolu ssimplifikat ma jiġix ikkunsidrat proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji meta l-iżball imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tista' tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent tat-tagħrif marbut mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm il-kalkolu ssimplifikat ma jwassalx għal Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jaqbeż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta mill-kalkolu standard.

Artikolu 89

Dispożizzjonijiet ġenerali għas-simplifikazzjonijiet għal kumpaniji ristretti

L-impriżi tal-assigurazzjoni ristretti u l-impriżi tar-riassigurazzjoni ristretti kif definiti fil-punti (2) u (5) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE jistgħu jużaw il-kalkoli ssimplifikati stabbiliti fl-Artikoli 90, 103, 105 u 106 ta' dan ir-Regolament meta tinżamm konformità mal-Artikolu 88 ta' dan ir-Regolament u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni captive jew l-impriża tar-riassigurazzjoni captive, il-persuni u l-benefiċjarji assigurati kollha huma entitajiet ġuridiċi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni ristretta hija parti minnu;

(b) fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive, il-persuni u l-benefiċjarji assigurati kollha tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma l-bażi tal-obbligi tar-riassigurazzjoni huma entitajiet ġuridiċi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni captive hija parti minnu;

(c) l-obbligi tal-assigurazzjoni u l-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma l-bażi tal-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni captive mhumiex marbutin ma' xi assigurazzjoni obbligatorja ta' responsabbiltà ta' parti terza.

Artikolu 90

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni captive

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive u r-riassigurazzjoni captive jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja kif ġej:

image

,

meta s tkopri s-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja ta' segment partikolari s stabbilit fl-Anness II jinstabu kif ġej:

image

fejn:

(a)  V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-segment s ikkalkulat skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 116;

(b)  V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment ikkalkulat skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 116.

Artikolu 91

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità tal-ħajja kif ġej:

image

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)  CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i) is-somma ta':

 l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

 il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta' mewta f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii) l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)  q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(c)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet pagabbli mal-mewt inklużi fl-aħjar stima;

(d)  ik tirrappreżenta r-rata spot annwalizzata għall-maturità k tal-istruttura tat-terminu rilevanti mingħajr riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43.

Artikolu 92

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' lonġevità tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tal-ħajja kkalkulat kif ġej:

image

fejn, fir-rigward tal-poloz imsemmijin fl-Artikolu 138(2):

(a)  q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(b)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet lil benefiċjarji inklużi fl-aħjar stima;

(c)  BElong tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' lonġevità.

Artikolu 93

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' diżabilità-morbidità fil-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità tal-ħajja kif ġej:



SCRdisability-morbidity =

right accolade 0,35 · CAR 1 · d 1 + 0,25 · 1,1 (n – 3)/2 · (n – 1) · CAR 2 · d 2 + 0,2 · 1,1 (n –1)/2 · t · n · BEdis

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)  CAR1 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i) is-somma ta':

 l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt jew diżabilità tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

 il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas fil-ġejjieni fil-każ ta mewta jew diżabilità f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii) l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)  CAR2 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju kif iddefinit fil-punt (a) wara 12-il xahar;

(c)  d1 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(d)  d2 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità fit-12-il xahar ta' wara t-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(e)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ħlasijiet fuq id-diżabilità-morbidità inklużi fl-aħjar stima;

(f)  t tirrappreżenta r-rati ta' terminazzjoni mistennija matul it-12-il xahar ta' wara;

(g)  BEdis tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' diżabilità-morbidità.

Artikolu 94

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja kif ġej:

image

fejn:

(a)  EI tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrbin fis-servizzj ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa matul l-aħħar sena;

(b)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fis-snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi;

(c)  i tirrappreżenta r-rata ta' inflazzjoni medja ponderata fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, fejn il-piż huwa bbażat fuq il-valur preżenti tal-ispejjeż inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima għas-servizzj ta' obbligi tal-ħajja eżistenti.

Artikolu 95

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal bidliet permanenti fir-rati ta' skadenza

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza kif ġej:

image

fejn:

(a)  lup tirrappreżenta l-ogħla mir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment u s-67 %;

(b)  nup tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)  Sup tirrappreżenta s-somma tad-differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment.

2.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza kif ġej:

image

fejn:

(a)  ldown tirrappreżenta l-ogħla minn fost ir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment u l-40 %;

(b)  ndown tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)  Sdown tirrappreżenta s-somma tad-differenza negattiva tal-valur ta' ċediment.

3.  Id-differenza -tal-valur ta' ċediment ta' polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija d-differenza bejn dawn li ġejjin:

(a) l-ammont li jrid jitħallas bħalissa mill-impriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur itemm il-polza, nett wara kwalunkwe ammont rekuperabbli minn detenturi ta' polza jew intermedjarji;

(b) l-ammont ta' provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju.

Artikolu 96

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi l-poloz kollha b'kapital f'riskju pożittiv;

(b)  CARi tirrappreżenta l-kapital f'riskju tal-polza i, jiġifieri l-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i) is-somma ta':

 l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

 il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta' mewta f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii) l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.

Artikolu 97

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa kif ġej:

image

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)  CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, jiġifieri s-somma, fir-rigward ta' kull kuntratt, tal-ogħla miż-żero, u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i) is-somma ta':

 l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

 il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta' mewta f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii) l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)  q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(c)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet pagabbli mal-mewt inklużi fl-aħjar stima;

(d)  ik tirrappreżenta r-rata spot annwalizzata għall-maturità k tal-istruttura tat-terminu rilevanti mingħajr riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43.

Artikolu 98

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa kif ġej:

image

fejn, fir-rigward tal-poloz imsemmijin fl-Artikolu 138(2):

(a)  q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(b)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet lil benefiċjarji inklużi fl-aħjar stima;

(c)  BElong tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' lonġevità.

Artikolu 99

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità kif ġej:

image

fejn:

(a)  MP tirrappreżenta l-ammont ta' ħlasijiet mediċi matul l-aħħar sena fuq obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal spejjeż mediċi tul l-aħħar sena;

(b)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi;

(c)  i tirrappreżenta r-rata medja tal-inflazzjoni fuq il-ħlasijiet mediċi inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, fejn il-piż huwa bbażat fuq il-valur preżenti tal-ħlasijiet mediċi inkluż fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi.

Artikolu 100

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' protezzjoni tad-dħul f'diżabilità-morbidità

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' protezzjoni tad-dħul f'diżabilità-morbidità kif ġej:



SCRincome-protection-disability-morbidity =

right accolade 0,35 · CAR 1 · d 1 + 0,25 · 1,1 (n – 3)/2 · (n – 1) · CAR 2 · d 2 + 0,2 · 1,1 (n –1)/2 · t · n · BEdis

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)  CAR1 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i) is-somma ta':

 l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt jew diżabilità tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

 il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta mewt jew diżabilità f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii) l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)  CAR 2 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju kif iddefinit fil-punt (a) wara 12-il xahar;

(c)  d 1 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(d)  d 2 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità fit-12-il xahar ta' wara t-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(e)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ħlasijiet fuq id-diżabilità-morbidità inklużi fl-aħjar stima;

(f)  t tirrappreżenta r-rati ta' terminazzjoni mistennija matul it-12-il xahar ta' wara;

(g)  BEdis tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' diżabilità-morbidità.

Artikolu 101

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa kif ġej:

image

fejn:

(1)  EI tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrbin fis-servizz tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa matul l-aħħar sena;

(2)  n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi;

(3)  i tirrappreżenta r-rata ta' inflazzjoni medja ponderata inkluża fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, ppeżata skont il-valur preżenti tal-ispejjeż imġarrbin fil-kalkolu tal-aħjar stima għas-servizz ta' obbligi eżistenti tas-saħħa.

Artikolu 102

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' skadenza tas-saħħa SLT

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza msemmijin fl-Artikolu 159(1)(a) kif ġej:

image

fejn:

(a)  lup tirrappreżenta l-ogħla mir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment u t-83 %;

(b)  nup tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)  Sup tirrappreżenta s-somma tad-differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment.

2.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza msemmijin f'159(1)(b) kif ġej:

image

fejn:

(a)  ldown tirrappreżenta r-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment;

(b)  ndown tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)  Sdown tirrappreżenta s-somma tad-differenza negattiva tal-valur ta' ċediment.

3.  Id-d-differenza tal-valur ta' ċediment ta' polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafi (1) u (2) hija d-differenza bejn dawn li ġejjin:

(a) l-ammont li jrid jitħallas bħalissa mill-impriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur itemm il-polza, nett wara kwalunkwe ammont rekuperabbli minn detenturi ta' polza jew intermedjarji;

(b) l-ammont ta' provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju.

Artikolu 103

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax msemmi fl-Artikolu 165 kif ġej:

(a) is-somma, għal kull valuta, ta' rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) is-somma, għal kull valuta, ta' rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jiġi kkalkulat hekk:

image

fejn:

(a) l-ewwel somma tkopri l-intervalli kollha ta' maturità i stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(b)  MVALi tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE ta' assi meta mnaqqsa l-obbligazzjonijiet minbarra l-provvedimenti tekniċi għall-intervall ta' maturità i;

(c)  duri tirrappreżenta d-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(d)  ratei tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(e)  stress(i,up) tirrappreżenta l-istress relattiv 'il fuq tar-rata tal-imgħax għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(f) it-tieni somma tkopri l-linji operatorji kollha stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(g)  BElob tirrappreżenta l-aħjar stima għal-linja operatorja lob;

(h)  durlob tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-aħjar stima fil-linja operatorja lob;

(i)  ratelob tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata mmodifikata fil-linja operatorja lob;

(j)  stress(lob,up) tirrappreżenta l-istress relattiv 'il fuq tar-rata tal-imgħax għad-durata mmodifikata durlob .

3.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) l-ewwel somma tkopri l-intervalli kollha ta' maturità i stipulati fil-paragrafu 4;

(b)  MVALi tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE ta' assi meta mnaqqsa l-obbligazzjonijiet minbarra l-provvedimenti tekniċi għall-intervall ta' maturità i;

(c)  duri tirrappreżenta d-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(d)  ratei tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(e)  stress(i,down) tirrappreżenta l-istress relattiv 'l isfel tar-rata tal-imgħax għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(f) it-tieni somma tkopri l-linji operatorji kollha stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(g)  BElob tirrappreżenta l-aħjar stima għal-linja operatorja lob;

(h)  durlob tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-aħjar stima fil-linja operatorja lob;

(i)  ratelob tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata mmodifikata fil-linja operatorja lob;

(j)  stress(lob, down) tirrappreżenta l-istress 'l isfel relattiv tar-rata tal-imgħax għad-durata mmodifikata dur(lob) .

4.  L-intervalli ta' maturità i u d-durata ssimplifikata duri imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2 u fil-punt (a) u (c) tal-paragrafu 3 ikunu kif ġej:

(a) sal-maturità ta' sena, id-durata ssimplifikata tkun ta' 0,5 ta' sena;

(b) bejn maturitajiet ta' sena u tliet snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' sentejn;

(c) bejn maturitajiet ta' tlieta u ħames snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' erba' snin;

(d) bejn maturitajiet ta' ħames u 10 snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' seba' snin;

(e) minn maturità ta' 10 snin u iktar, id-durata ssimplifikata tkun ta' 12-il sena.

Artikolu 104

Kalkolu ssimplifikat għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa imsemmijin fl-Artikolu 176 ta' dan ir-Regolament kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCRbonds tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self;

(b)  MVbonds tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-assi soġġetti għal rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' firxa fuq bonds u self;

(c)  %MVi bonds tirrappreżenta s-sehem tal-portafoll tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, meta ECAI nominata tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni valutazzjoni tal-kreditu għal dawk l-assi;

(d)  %MVnorating bonds tirrappreżenta s-sehem tal-portafoll tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self li għalihom ma tqiegħdet għad-dispożizzjoni ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata;

(e)  duri u durnorating jirrappreżentaw id-durata mmodifikata denominata fis-snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds u self meta ma tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata;

(f)  stressi tirrappreżenta funzjoni tal-iskala tal-kwalità kreditizja i u tad-durata mmodifikata denominata fi snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, kif stipulat fil-paragrafu 2;

(g)  ΔLiabul tirrappreżenta ż-żieda fil-provvedimenti tekniċi meta mnaqqas il-marġni ta' riskju għal poloz meta d-detenturi tal-poloz iġarrbu r-riskju ta' investiment b'opzjonijiet u garanziji inkorporati li jirriżultaw minn tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds ta':
image .

2.  imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, għal kull skala tal-kwalità kreditizja i, għandu jiġi kkalkulat hekk: duri bi ,
image fejn duri hija d-durata mmodifikata denominata fi snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, u bi hija ddeterminata skont it-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità kreditizja i

0

1

2

3

4

5

6

bi

0,9 %

1,1 %

1,4 %

2,5 %

4,5 %

7,5 %

7,5 %

3.  durnorating imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u duri imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux inqas minn sena.

Artikolu 105

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive

Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jsejsu l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa imsemmi fl-Artikolu 176 fuq is-suppożizzjoni li l-assi kollha huma assenjati fl-iskala 3 tal-kwalità kreditizja.

Artikolu 106

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive

Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jużaw is-simplifikazzjonijiet kollha minn dawk li ġejjin għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-konċentrazzjoni:

(1) arranġamenti tal-ippuljar ta' assi intragrupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jiġu eżentati mill-bażi ta' kalkolu msemmija fl-Artikolu 184(2) jekk ikun hemm termini kuntrattwali infurzabbli bil-liġi li jiżguraw li l-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive se jitpaċu bl-iskoperturi intragrupp li għandha kontra entitajiet oħra tal-grupp.

(2) il-livell limitu tal-iskopertura eċċessiva rilevanti msemmi fl-Artikolu 184(1)(c) ikun ta' 15 % għall-iskoperturi b'isem wieħed li ġejjin:

(a) skoperturi għal istituzzjonijiet tal-kreditu li ma jappartjenux fl-istess grupp u li ġew assenjati fl-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu;

(b) skoperturi għal entitajiet tal-grupp li jieħu ħsieb il-flus tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive li ġew assenjati fl-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu.

Artikolu 107

Kalkolu ssimplifikat tal-effett li jimmitiga r-riskji għal titolizzazzjoni jew arraġamenti ta' riassigurazzjoni

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett li jimmitiga r-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni ta' titolizzazzjoni jew arranġament tar-riassigurazzjoni i msemmi fl-Artikolu 196 kif ġej:

image

fejn

(a)  RMre,all tirrappreżenta l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tat-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni għall-kontropartijiet kollha kkalkulat skont il-paragrafu 2,

(b)  Recoverablesi tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mit-titolizzazzjoni jew l-arranġament ta' riassigurazzjoni u d-debituri korrispondenti għall-kontroparti i u Recoverablesall tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mit-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni u d-debituri korrispondenti għall-kontropartijiet kollha.

2.  L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tat-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti ta' riassigurazzjoni għall-kontropartijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 1 huwa d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jekk ma jeżisti ebda wieħed mit-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni;

(b) ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 108

Kalkolu ssimplifikat tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji għal arranġamenti tar-riassigurazzjoni proporzjonali

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni j ta' arranġament tar-riassigurazzjoni proporzjonali għall-kontroparti i msemmi fl-Artikolu 196 kif ġej:

image

fejn

(a)  BE tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi gross mill-ammonti rekuperabbli,

(b)  Recoverablesi tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mill-arranġament tar-riassigurazzjoni proporzjonali u d-debituri korrispondenti għall-kontroparti i,

(c)  Recoverablesall tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabli mill-arranġamenti tar-riassigurazzjoni proporzjonali u d-debituri korrispondenti għall-kontropartijiet kollha

(d)  SCRj tirrappreżenta r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni j tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 109

Kalkoli ssimplifikati għall-arranġamenti tal-ippuljar

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw il-kalkoli ssimplifikati li ġejjin għall-finijiet tal-Artikoli 193, 194 u 195:

(a) L-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 194(1)(d) tista' tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn BEU tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-arranġament tal-ippuljar mill-impriża fl-arranġament tal-ippuljar, netta minn kwalunkwe ammont riassigurat ma' kontropartijiet li mhumiex fl-arranġament tal-ippuljar.

(b) L-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 195(c) tista' tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn BECEP tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-kontroparti esterna mill-pula, fir-rigward tar-riskju ċedut lill-pula mill-impriża.

(c) L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji msemmi fl-Artikolu 195(d) jista' jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(i)  BECE tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-kontroparti esterna mill-arranġament tal-ippuljar sħiħ;

(ii)  ΔRMCEP tirrappreżenta l-kontribut tal-kontropartijiet esterni kollha għall-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji tal-arranġament tal-pula fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża;

(d) Il-membri tal-pula kontroparti u l-kontropartijiet esterni għall-pula jistgħu jinġabru fi grupp skont il-valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, diment li jkun hemm raggruppamenti separati għall-iskoperturi tal-pula tat-tip A, it-tip B u t-tip C.

Artikolu 110

Kalkolu ssimplifikat — raggruppament ta' skoperturi b'isem wieħed

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw it-telf fil-każ ta' inadempjenza stipulat fl-Artikolu 192 għal grupp ta' skoperturi b'isem wieħed. F'dak il-każ, il-grupp ta' skoperturi b'isem wieħed jiġi assenjat l-ogħla probabilità tal-inadempjenza assenjata lil skoperturi b'isem wieħed inklużi fil-grupp b'konformità mal-Artikolu 199.

Artikolu 111

Kalkolu ssimplifikat tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq ta' derivattiv, titolizzazzjoni u arranġament tar-riassigurazzjoni msemmijin fl-Artikolu 196 bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) is-somma tar-rekwiżit kapitali ipotetiku għas-submoduli tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni affettwata mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskji, bħallikieku l-arranġament tar-riassigurazzjoni, titolizzazzjoni jew derivattiv ma kinux jeżistu;

(b) is-somma tar-rekwiżiti kapitali għas-submoduli tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni affettwata mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju.

Artikolu 112

Kalkolu ssimplifikat tal-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-effett ekonomiku tal-kollateral

1.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, u meta r-rekwiżit tal-kontroparti u r-rekwiżit tal-parti terza msemmija fl-Artikolu 197(1) it-tnejn li huma jkunu ssodisfati, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu, għall-għanijiet tal-Artikolu 197, jikkalkulaw il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), bħala 85 % tal-valur tal-assi miżmuma bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 214 ta' dan ir-Regolament, u meta r-rekwiżit tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 197(1) ikun issodisfat u r-rekwiżit tal-parti terza msemmi fl-Artikolu 197(1) ma jkunx issodisfat, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu, għall-finijiet tal-Artikolu 197, jikkalkulaw il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), bħala 75 % tal-valur tal-assi miżmuma bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.



Subtaqsima 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni

Artikolu 113

Għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja, ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja u r-riskju tas-sottoskrizzjoni tas-saħħa, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:.

(a) il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tas-saħħa;

(b) il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa

(c) il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tas-saħħa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa;



TAQSIMA 2

Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja

Artikolu 114

Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja

1.  Il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja jikkonsisti fis-submoduli li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja msemmi fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c) il-modulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)  CorrNL(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għas-submoduli i u j;

(c)  SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.  Il-parametru ta' korrelazzjoni CorrNL(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 jirrappreżenta l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:



j

i

Primjum u riżerva mhux tal-ħajja

Katastrofi mhux tal-ħajja

Skadenza mhux tal-ħajja

Primjum u riżerva mhux tal-ħajja

1

0,25

0

Katastrofi mhux tal-ħajja

0,25

1

0

Skadenza mhux tal-ħajja

0

0

1

Artikolu 115

Submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  σnl tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja misjub b'konformità mal-Artikolu 117;

(b)  Vnl tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja misjub b'konformità mal-Artikolu 116.

Artikolu 116

Daqs tal-volum għal riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja

1.  Id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja ikun daqs is-somma tad-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva tas-segmenti stabbiliti fl-Anness II.

2.  Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s;

(b)  V(res,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riserva tas-segment s;

(c)  DIVs tirrappreżenta l-fattur ta' diversifikazzjoni ġeografika tas-segment s.

3.  Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  Ps tirrappreżenta stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara;

(b)  P(last,s) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar;

(c)  FP(existing,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s wara t-12-il xahar ta' wara għall-kuntratti eżistenti;

(d)  FP(future,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s għall-kuntratti li d-data ta' rikonoxximent inizjali tagħhom taħbat fit-12-il xahar ta' wara iżda esklużi l-primjums li jridu jiġu ggwadanjati matul it-12-il xahar wara d-data ta' rikonoxximent inizjali.

4.  Bħala alternattiva għall-kalkolu stipulat fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s skont il-formuli li ġejjin:

image

diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ddeċieda li l-primjums iggwadanjati tiegħu fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara mhumiex se jaqbżu Ps ;

(b) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni stabbilixxiet mekkaniżmi effettivi ta' kontroll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti fuq primjums iggwadanjati msemmijin fil-punt (a);

(c) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għarrfet lill-awtorità superviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u r-raġunijiet għaliha.

Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, it-termini Ps , FP(existing,s) u FP(future,s) ikunu rappreżentati skont il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3.

5.  Għall-finijiet tal-kalkoli stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-primjums ikunu netti, wara tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. Il-primjums li ġejjin għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni ma jitnaqqsux:

(a) primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3);

(b) primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213.

6.  Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment partikolari għandu jiġi kkalkulat bħala l-aħjar stima tal-provvedimenti għal pretensjonijiet pendenti għas-segment, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, diment li l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali jikkonformaw mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. Id-daqs tal-volum ma jkunx ammont negattiv.

7.  Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, il-fattur prestabbilit għad-diversifikazzjoni ġeografika ta' segment partikolari jkun ta' 1 jew ikkalkulat skont l-Anness III.

Artikolu 117

Devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja

1.  Id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  Vnl tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja;

(b) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (s,t) tas-segmenti stabbiliti fl-Anness II;

(c)  CorrS(s,t) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja għas-segment s u s-segment t stabbiliti fl-Anness IV;

(d)  σs u σt jirrappreżentaw devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' primjum u tar-riżerva mhux tal-ħajja tas-segmenti s u t rispettivament;

(e)  Vs u Vt jirrappreżentaw daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva tas-segmenti s u t, imsemmijin fl-Artikolu 116, rispettivament.

2.  Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja ta' segment partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja tas-segment s stabbilit skont il-paragrafu 3;

(b)  σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva mhux tal-ħajja tas-segment s kif speċifikat fl-Anness II;

(c)  V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 116;

(d)  V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 116.

3.  Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja ta' segment partikolari tkun daqs il-multipikazzjoni tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross mhux tal-ħajja tas-segment stipulat fl-Anness II u l-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali. Għas-segmenti 1, 4 u 5 stipulati fl-Anness II il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 80 %. Għas-segmenti kollha l-oħrajn stabbiliti fl-Anness, il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 100 %.

Artikolu 118

Submodulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja

1.  Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja msemmi f'114(1)(c) jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi istantanji li ġejjin:

(a) it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom il-waqfien jirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju;

(b) meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.  L-eventi imsemmijin fil-paragrafu 1 japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kollha kkonċernati. Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

3.  Sabiex jinstab it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-impriża għandha ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li l-iktar li jaffetta ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża fuq il-bażi ta' kull polza.

Artikolu 119

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja

1.  Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja għandu jikkonsisti fis-submoduli kollha li ġejjin:

(a) is-submodulu għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni tal-proprjetà mhux proporzjonali;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmula mill-bniedem;

(c) the man-made catastrophe risk sub-module;

(d) is-submodulu għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja.

2.  The capital requirement for the non-life catastrophe underwriting risk module shall be equal to the following:

image

fejn:

(a)  SCRnatCAT tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali;

(b)  SCRnpproperty tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali;

(c)  SCRmmCAT tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi magħmul mill-bniedem;

(d)  SCRCATother tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja.

Artikolu 120

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi naturali

1.  Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi naturali jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' rwiefen;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' terremot;

(c) is-submodulu tar-riskju ta' għargħar;

(d) is-submodulu tar-riskju ta' silġ;

(e) is-submodulu tar-riskju ta' sussistenza.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet possibbli kollha tas-submoduli i stipulati fil-paragrafu 1;

(b)  SCRi tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għas-submodulu i.

Artikolu 121

Submodulu tar-riskju ta' rwiefen

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness V;

(b)  CorrWS(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness V;

(c)  SCR(windstorm,r) u SCR(windstorm,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r u s rispettivament;

(d)  SCR(windstorm,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjuni oħrajn u mhux dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r jkun l-ikbar wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r skont ix-xenarju A kif stipulat fil-paragrafu 3;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r skont ix-xenarju B kif stipulat fil-paragrafu 4.

3.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a) telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammont rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa ta' 80 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r;

(b) telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, hija ta' 40 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r.

4.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a) telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammont rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa ta' 100 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r;

(b) telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, hija ta' 20 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r.

5.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, it-telf speċifikat minħabba rwiefen f'reġjun partikolari r jkun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  Q(windstorm,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' rwiefen għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness V;

(b) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX;

(c)  Corr(windstorm,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXII;

(d)  WSI(windstorm,r,i) u WSI(windstorm,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

6.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness XI, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' rwiefen f'żona ta' rwiefen partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  W(windstorm,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' rwiefen fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)  SI(windstorm,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' rwiefen fiż-żona ta' rwiefen i tar-reġjun r.

7.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness XI, is-somma assigurata għar-riskju ta' rwiefen f'żona ta' rwiefen partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru riskju ta' rwiefen u fejn ir-riskju jkun jinsab f'żona tar-riskju i tar-reġjun r;

(b)  SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn rwiefen u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

8.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjuni li mhumiex fost dawk stipulati fl-Anness XIII ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa fir-rigward ta' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri kwalunkwe wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' rwiefen u meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b) obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn rwiefen u meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

9.  L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  DIVwindstorm hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 8 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fil-punt (8) tal-Anness III;

(b)  Pwindstorm hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-paragrafu 8 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 122

Submodulu tar-riskju ta' terremot

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VI;

(b)  CorrEQ(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' terremot għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VI;

(c)  SCR(earthquake,r) u SCR(earthquake,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' terremot fir-reġjun r u s rispettivament;

(d)  SCR(earthquake,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjun partikolari r ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  Q(earthquake,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' terremot għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VI;

(b) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX;

(c)  Corr(earthquake,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXIII;

(d)  WSI(earthquake,r,i) u WSI(earthquake,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' terremot fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

3.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VI u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' terremot f'żona ta' terremot partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  W(earthquake,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' terermot fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)  SI(earthquake,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' terremot fiż-żona ta' terremot i tar-reġjun r.

4.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VI u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' terremot f'żona ta' terremot partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru riskju ta' terremot u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(b)  SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn terremot u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

5.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' terremot, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b) obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn terremot, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

6.  L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 5 jkun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  DIVearthquake hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fl-Anness III;

(b)  Pearthquake hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiggwadanjaw għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 123

Submodulu tar-riskju ta' għargħar

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VII;

(b)  CorrFL(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' għargħar għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VII;

(c)  SCR(flood,r) u SCR(flood,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r u s rispettivament;

(d)  SCR(flood,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r ikun l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r skont ix-xenarju A kif stipulat fil-paragrafu 3;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r skont ix-xenarju B kif stipulat fil-paragrafu 4.

3.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a) telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 65 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r;

(b) telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 45 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r.

4.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B għandu jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a) telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r;

(b) telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 10 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r.

5.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, it-telf speċifikat minħabba għargħar f'reġjun partikolari r ikun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  Q(flood,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' silġ għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VII;

(b) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX;

(c)  Corr(flood,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' għargħar fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXISCR (flood,r);

(d)  WSI(flood,r,i) u WSI(flood,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' għargħar fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

6.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' għargħar f'żona partikolari ta' għargħar i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  W(flood,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' għargħar fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)  SI(flood,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' għargħar f'żona ta' għargħar i tar-reġjun r.

7.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma assigurata għal żona ta' għargħar partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(b)  SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn għargħar u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

(c)  SI(motor,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 5 u 17 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

8.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII, ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri kwalunkwe wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin:

(a) obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b) obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn għargħar, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(c) obbligi tal-linji operatorji 5 jew 17 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju ma jknx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

9.  L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  DIVgħargħar hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fil-punt (8) tal-Anness III;

(b)  Pflood hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiggwadanjaw għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 124

Submodulu tar-riskju ta' silġ

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VIII;

(b)  CorrHL(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' silġ għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VIII;

(c)  SCR(hail,r) u SCR(hail,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' borra fir-reġjuni r u s rispettivament;

(d)  SCR(hail,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r ikun l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ fir-reġjun r skont ix-xenarju A;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' borra fir-reġjun r skont ix-xenarju B.

3.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza tal-eventi li ġejja:

(a) telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 70 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r;

(b) telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 50 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r.

4.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza tal-eventi li ġejja:

(a) telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r;

(b) telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 20 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r.

5.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, it-telf speċifikat minħabba silġ f'reġjun partikolari r ikun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  Q(hail,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' silġ għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VIII;

(b) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX;

(c)  Corr(hail,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' silġ fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXV;

(d)  WSI(hail,r,i) u WSI(silġ,r,j) jirrappreżentaw is-somom ippeżati assigurati għar-riskju ta' borra fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

6.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' silġ f'żona ta' silġ partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  W(hail,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' silġ fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)  SI(hail,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' silġ fiż-żona ta' silġ i tar-reġjun r.

7.  Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII u ż-żoni kollha ta' silġ, is-somma assigurata għar-riskju ta' silġ f'żona ta' silġ partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' silġ, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(b)  SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art mir-riskju ta' silġ, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(c)  SI(motor,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 5 u 17 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

8.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' borra f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII, ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri wieħed jew iktar mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin:

(a) obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b) obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minħabba silġ, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(c) obbligi tal-linji operatorji 5 jew 17 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

9.  L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  DIVhail hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda bbażata fuq il-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 u ristretta għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fl-Anness III;

(b)  Phail hija stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 matul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 125

Submodulu tar-riskju ta' sussistenza

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sussistenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) ta' Frnza stipulat fl-Anness IX;

(b)  Corr(subsidence,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sussistenza fiż-żoni ta' riskju i u j stipulati fl-Anness XXVI;

(c)  WSI(subsidence,i) u WSI(subsidence,j) tirrappreżenta s-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' sussistenza fiż-żoni ta' riskju i u j ta' Franza stipulati fl-Anness IX.

2.  Għaż-żoni kollha ta' sussistenza, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' sussistenza f'żona ta' riskju partikolari i ta' Franza stipulata fl-Anness IX tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  W(subsidence,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' sussistenza fiż-żona ta' riskju i stipulata fl-Anness X;

(b)  SI(subsidence,i) tirrappreżenta s-somma assigurata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' sussistenza ta' bini residenzjali fiż-żona ta' sussistenza i.

Artikolu 126

Interpretazzjoni tax-xenarji ta' katastrofi

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 121(3) u (4), l-Artikolu 123(3) u (4) u l-Artikolu 124(3) u (4), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsejsu l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) iż-żewġ eventi konsekuttivi msemmijin f'dawk l-Artikoli huma indipendenti;

(b) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jidħlux f'tekniki ġodda tal-assigurazzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskji bejn iż-żewġ eventi.

2.  Minkejja l-punt (d) tal-Artikolu 83(1), meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni attwali jippermettu r-ristabbilimenti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieħdu f'kunsiderazzjoni azzjonijiet maniġerjali tal-ġejjieni marbutin mar-ristabbilimenti bejn l-ewwel u t-tieni event. Is-suppożizzjonijiet fuq azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu realistiċi, oġġettivi u verifikabbli.

Artikolu 127

Submodulu għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tar-riassigurazzjoni li jkopri l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 stipulat fl-Anness I.

2.  L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  DIVnpproperty hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda bbażata fuq il-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni iggwadanjat fil-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I, minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linja operatorja 9 u 21 kif stipulat fl-Anness I;

(b)  Pproperty hija stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja matul it-12-il xahar ta' wara għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 kif stipulat fl-Anness I; għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 128

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmulin mill-bniedem

1.  Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmula mill-bniedem jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi;

(b) is-submodulu tar-riskju marittimu;

(c) is-submodulu tar-riskju tal-avjazzjoni;

(d) is-submodulu tar-riskju ta' nirien;

(e) is-submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà;

(f) is-submodulu tar-riskju ta' kreditu u garanzija.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi magħmulin mill-bniedem jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi s-submoduli kollha stipulati fil-paragrafu 1;

(b)  SCRi tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għas-submodulu i.

Artikolu 129

Submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs l-ammont f'euro li ġej:

image

fejn:

(a)  Na huwa n-numru ta' vetturi assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 4 u 16 kif stipulat fl-Anness I b'limitu tal-polza preżunt ogħla minn EUR 24 000 000 ;

(b)  Nb huwa n-numru ta' vetturi assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 4 u 16 kif stipulat fl-Anness I b'limitu tal-polza preżunt ta' EUR 24 000 000 jew inqas.

In-numru ta' vetturi koperti mill-obbligi tar-riassigurazzjoni proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun ippeżat mis-sehem relattiv tal-obbligi tal-impriża fir-rigward tas-somma assigurata tal-vetturi.

2.  Il-limitu tal-polza preżunt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun il-limitu ġenerali tal-polza tal-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' vettura jew, meta ma jkun speċifikat ebda limitu ġenerali bħal dan fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-polza, is-somma tal-limiti għall-ħsara fuq il-proprjetà u korriment personali. Meta l-limitu tal-polza jkun speċifikat bħala massimu għal kull vittma, il-limitu tal-polza preżunt ikun imsejjes fuq is-suppożizzjoni ta' għaxar vittmi.

Artikolu 130

Submodulu tar-riskju marittimu

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju marittimu jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCRtanker hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kolliżjoni ta' tanker;

(b)  SCRplatform hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' splużjoni ta' pjattaforma.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kolliżjoni ta' tanker ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) il-massimu huwa marbut mat-tankers taż-żejt u tal-gass kollha assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-kolliżjoni ta' tanker fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I;

(b)  SI(hull,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-buq marittimu fir-rigward ta' tanker t;

(c)  SI(liab,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-obbligazzjoni marittima fir-rigward ta' tanker t;

(d)  SI(pollution,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tat-tniġġis biż-żejt fir-rigward tat-tanker t.

3.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' splużjoni ta' pjattaforma jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) il-massimu huwa marbut mal-pjattaformi kollha taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta li huma assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward ta' splużjoni tal-pjattaforma fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I;

(b)  SIp hija s-somma akkumulata assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li ġejjin fir-rigward tal-pjattaforma p:

(i) obbligi biex jikkumpensaw għall-ħsara fuq proprjetà;

(ii) obbligi biex jikkumpensaw għall-ispejjeż għat-tneħħija ta' relitt;

(iii) obbligi biex jikkumpensaw għat-telf ta' dħul mill-produzzjoni;

(iv) obbligi biex jikkumpensaw għall-ispejjeż għas-siġillar tal-bir jew sabiex il-bir isir sigur;

(v) obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' responsabbiltà.

Artikolu 131

Submodulu tar-riskju tal-avjazzjoni

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-avjazzjoni jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) il-massimu huwa relatat mal-inġenji tal-ajru kollha assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I;

(b)  SIa hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-buq tal-avjazzjoni u l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tar-responsabbiltà tal-avjazzjoni fir-rigward ta' inġenju tal-ajru a.

Artikolu 132

Submodulu tar-riskju ta' nirien

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' nirien ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs is-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' nirien.

2.  L-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' nirien ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija s-sett ta' binjiet bl-ikbar somma assigurata li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I, fir-rigward ta' kull bini li jkopru ħsara minħabba nirien jew splużjoni, anki dawk konsegwenza ta' attakki terroristiċi.

(b) il-binjiet kollha jinsabu kompletament jew f'parti minnhom f'medda ta' 200 metru.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, is-sett ta' binjiet jista' jkun kopert minn kuntratt wieħed jew iktar tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 133

Submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà jkun ugwali għal:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli ta' gruppi ta' riskju ta' responsabbiltà (i,j) kif stipulat fl-Anness XI;

(b)  Corr(liability,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' responsabbiltà tal-gruppi ta' riskju ta' responsabbiltà i u j kif stipulat fl-Anness XI;

(c)  SCR(liability,i) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà tal-grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i.

2.  Għall-gruppi kollha ta' riskju ta' responsabbiltà stipulati fl-Anness XI, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà partikolari i jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  f(liability,i) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju għall-grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i kif stipulat fl-Anness XI;

(b)  P(liability,i) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ggwadanjat matul it-12-il xahar ta' wara b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fi grupp tar-riskju ta' responsabbiltà i; għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

3.  Il-kalkolu tat-telf f'fondi proprji bażiċi msemmi fil-paragrafu 2 ikun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-telf ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i huwa kkaġunat minn ni pretensjonijiet u t-telf ikkaġunat minn dawn il-pretensjonijiet huwa rappreżentattiv għan-negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i u jammonta għat-telf ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i;

(b) in-numru ta' pretensjonijiet ni huwa daqs l-inqas numru sħiħ li jaqbeż l-ammont li ġej:

image

fejn:

(i)  f(liability,i) u P(liability,i) huma definiti fil-paragrafu 2;

(ii)  Lim(i,1) tirrappreżenta l-ikbar limitu ta' responsabbiltà ta' indennizz ipprovdut mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i;

(c) meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tipprovdi kopertura mingħajr limitu fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i, in-numru ta' pretensjonijiet ni ikun wieħed.

Artikolu 134

Submodulu tar-riskju ta' kreditu u garanzija

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kreditu u garanzija jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCRdefault hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kreditu kbira;

(b)  SCRrecession hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riċessjoni.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kreditu kbira jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn inadempjenza f'daqqa tal-ikbar żewġ skoperturi marbutin mal-obbligi inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-telf fil-każ ta' inadempjenza, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, ta' kull skopertura huwa 10 % tas-somma assigurata fir-rigward tal-iskopertura.

3.  L-ikbar żewġ skoperturi tal-assigurazzjoni ta' kreditu msemmijin fil-paragrafu 2 ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta' tqabbil tat-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-iskoperturi tal-assigurazzjoni ta' kreditu, jiġifieri t-telf fil-każ ta' inadempjenza wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.

4.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riċessjoni jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni iggwadanjat matul it-12-il xahar ta' wara fil-linji operatorji 9 u 21.

Artikolu 135

Submodulu għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja

Ir-rekwiżit kapitali għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, li huwa daqs l-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  P1, P2, P3, P4 u P5 jirrappreżentaw stimi tal-primjum gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni, li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija mistennija tikseb matul it-12-il xahar ta' wara fir-rigward tal-gruppi tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni 1 sa 5 stipulati fl-Anness XII;

(b)  c 1, c 2, c 3, c 4 u c 5 jirrappreżentaw il-fatturi ta' riskju għall-gruppi tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni 1 sa 5 stipulati fl-Anness XII.



TAQSIMA 3

Riskju tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja

Artikolu 136

Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni

1.  Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja jikkonsisti mis-submoduli li ġejjin kollha:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' mortalità msemmi fil-punt (a) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' lonġevità msemmi fil-punt (b) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c) is-submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità msemmi fil-punt (c) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d) is-submodulu tar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja msemmi fil-punt (d) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e) is-submodulu tar-riskju ta' reviżjoni msemmi fil-punt (e) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(f) is-submodulu tar-riskju ta' skadenza msemmi fil-punt (f) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(g) is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tal-ħajja msemmi fil-punt (g) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)  CorrNL(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja għas-submoduli i u j;

(c)  SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.  Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni Corri,j imsemmija fil-punt 3 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:



j

i

Mortalità

Lonġevità

Diżabilità

Spejjeż tal-ħajja

Reviżjoni

Skadenza

Katastrofi tal-ħajja

Mortalità

1

– 0,25

0,25

0,25

0

0

0,25

Lonġevità

– 0,25

1

0

0,25

0,25

0,25

0

Diżabilità

0,25

0

1

0,5

0

0

0,25

Spejjeż tal-ħajja

0,25

0,25

0,5

1

0,5

0,5

0,25

Reviżjoni

0

0,25

0

0,5

1

0

0

Skadenza

0

0,25

0

0,5

0

1

0,25

Katastrofi tal-ħajja

0,25

0

0,25

0,25

0

0,25

1

Artikolu 137

Submodulu tar-riskju tal-mortalità

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità msemmija fl-Artikolu 105(3)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi

2.  Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-indennizz ta' poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju jista' jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b) meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.  Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 138

Submodulu tar-riskju ta' lonġevità

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità msemmija fl-Artikolu 105(3)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 20 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.  It-tnaqqis fir-rati ta' mortalità msemmi fil-paragrafu 1 japplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-identifikazzjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju tista' tkun imsejsa fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b) meta l-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità jista' jkun imsejjes ukoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok poloz waħedhom, diment li dan irendi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.  Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità japplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u jitwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 139

Submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità msemmi fl-Artikolu 105(3)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita tal-bidliet permanenti f'daqqa li ġejjin:

(a) żieda ta' 35 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' diżabilità u morbidità fit-12-il xahar ta' wara;

(b) żieda ta' 25 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' diżabilità u morbidità għax-xhur kollha wara t-12-il xahar ta' wara;

(c) tnaqqis ta' 20 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi fir-rigward tat-12-il xahar ta' wara u għas-snin kollha ta' wara.

Artikolu 140

Submodulu tar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 105(3)(d) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita ta' bidliet permanenti f'daqqa li ġejjin:

(a) żieda ta' 10 % fl-ammont ta' spejjeż meqjusa fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(b) żieda ta' punt perċentwali fir-rata ta' inflazzjoni tal-ispejjeż (mogħtija bħala perċentwal) użata għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi.

Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japplikaw dawk il-bidliet għall-ispejjeż tagħhom stess u, fejn rilevanti, għall-ispejjeż tal-impriżi ċedenti.

Artikolu 141

Submodulu tar-riskju ta' reviżjoni

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' reviżjoni msemmi fl-Artikolu 105(3)(e) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 3 % fl-ammont ta' benefiċċji tal-annwalità biss fuq obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-annwalità meta l-benefiċċji pagabbli skont il-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti jistgħu jiżdiedu minħabba bidliet fl-ambjent legali jew fl-istat tas-saħħa tal-persuna assigurata.

Artikolu 142

Submodulu tar-riskju ta' skadenza

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) the capital requirement for the risk of a permanent increase in lapse rates;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza;

(c) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta'eżerċizzju tal-opzjoni tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafi 4 u 5. Minkejja dan, ir-rati miżjudin ta' eżerċizzju tal-opzjoni ma jaqbżux il-100 % u ż-żieda fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni japplikaw biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju tal-opzjoni jirriżulta f'żieda tal-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.

3.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafu 4 u 5. Minkejja dan, it-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni ma jaqbiżx l-20 punt perċentwali u t-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni japplika biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju tal-opzjoni jirriżulta fi tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.

4.  L-opzjonijiet rilevanti għall-fini tal-paragrafi 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:

(a) id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jtemm, iċedi, inaqqas, jillimita jew jissospendi bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-assigurazzjoni jkopru jew jippermettu li tiskadi l-polza tal-assigurazzjoni;

(b) id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jistabbilixxi, iġedded, iżid, jestendi jew ikompli bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-bidla fir-rata ta' eżerċizzju tal-opzjoni msemmija fi-paragrafi 2 u 3 tiġi applikata għar-rata li tirrifletti l-opzjoni rilevanti mhijiex eżerċitata.

5.  Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-opzjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:

(a) id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi ta' poloz tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(b) id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi tal-polza tal-kuntratti tar-assigurazzjoni li fuqhom huma msejsin il-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(c) meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, id-dritt tad-detenturi ta' poloz potenzjali li ma jikkonkludux dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

6.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi f'daqqa li ġejjin:

(a) it-terminazzjoni ta' 70 % tal-poloz tal-assigurazzjoni barra mill-ambitu tal-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(b)(iii) u (iv) tad-Direttiva 2009/138/KE, li għalihom it-terminazzjoni twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju u meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) id-detentur ta' polza ma jkunx persuna fiżika u t-terminazzjoni tal-polza ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni mill-benefiċjarji tal-fond tal-pensjonijiet;

(ii) id-detentur ta' polza jkun persuna fiżika li taġixxi għall-benefiċċju tal-benefiċjarji tal-polza, ħlief meta jkun hemm relazzjoni famijari bejn dik il-persuna fiżika u l-benefiċjarji, jew meta l-polza tkun effettwata għall-finijiet ta' wirt jew ippjanar ta' beni privati u n-numru ta' benefiċjarji skont il-polza ma jaqbiżx l-20;

(b) it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punt (a) li għalihom it-terminazzjoni tirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju;

(c) meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

L-eventi imsemmijin fl-ewwel subparagrafu japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kkonċernati kollha. Fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

Għall-finijiet ta' determinazzjoni tat-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-eventi imsemmijin fil-punti (a) u (b), l-impriża ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li taffettwa bl-iktar mod negattiv il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi fuq bażi ta' kull polza.

7.  Meta l-ikbar rekwiżiti kapitali msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament mhumiex ibbażati fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li għalihom ir-riżultati tax-xenarju sottostanti fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 143

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi tal-ħajja

1.  Ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 105(3)(g) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda f'daqqa ta' 0,15-il punt perċentwali fir-rati ta' mortalità (mogħtija bħala perċentwali) li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara.

2.  Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità li jintużaw biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi. L-indennizz ta' poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju jista' jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b) meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.  Fir-rigward tal-poloz tar-riassigurazzjoni, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità japplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u jitwettaq biss skont il-paragrafu 2.



TAQSIMA 4

Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa

Artikolu 144

Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa

1.  Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa SLT;

(c) is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)  CorrH(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa għas-submoduli i u j;

(c)  SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.  Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni CorrH(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 jirrappreżenta l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:



j

i

Sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT

Sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT

Katastrofi tas-saħħa

Sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT

1

0,5

0,25

Sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT

0,5

1

0,25

Katastrofi tas-saħħa

0,25

0,25

1

4.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa inklużi fil-linji operatorji 1, 2, 3, 13, 14, 15 u 25 kif stipulat fl-Anness I;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT għall-obbligu tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa inklużi fil-linji operatorji 29, 33 u 35 kif stipulat fl-Anness I;

(c) is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa.

Artikolu 145

Submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT

1.  Is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT jikkonsisti fis-submoduli li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCR(NSLTh,pr) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT;

(b)  SCR(NSLTh,lapse) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT.

Artikolu 146

Submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  σNSLTh tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT misjub b'konformità mal-Artikolu 148;

(b)  VNSLTh tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT misjub b'konformità mal-Artikolu 147.

Artikolu 147

Daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT

1.  Id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT ikun daqs is-somma tad-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-segmenti stipulati fl-Anness XIV.

2.  Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s;

(b)  V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s;

(c)  DIVs tirrappreżenta l-fattur ta' diversifikazzjoni ġeografika tas-segment s.

3.  Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  Ps tirrappreżenta stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara;

(b)  P(last,s) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar;

(c)  FP(existing,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s wara t-12-il xahar ta' wara għall-kuntratti eżistenti;

(d)  FP(future,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s għall-kuntratti li d-data ta' rikonoxximent inizjali tagħhom taħbat fit-12-il xahar ta' wara iżda esklużi l-primjums li jridu jiġu ggwadanjati matul it-12-il xahar wara d-data ta' rikonoxximent inizjali.

4.  Bħala alternattiva għall-kalkolu stipulat fil-paragrafu 3 għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s skont il-formula li ġejja:

image

diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ddeċieda li l-primjums iggwadanjati tiegħu fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara mhumiex se jaqbżu Ps ;

(b) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni stabbilixxiet mekkaniżmi effettivi ta' kontroll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti fuq primjums iggwadanjati msemmijin fil-punt (a);

(c) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għarrfet lill-awtorità superviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u r-raġunijiet għaliha.

Għall-finijiet ta' dan il-paragarfu, it-termini Ps , FP(existing,s) u FP(future,s) ikunu rappreżentati skont il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3.

5.  Għall-finijiet tal-kalkoli stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-primjums ikunu netti, wara tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. Il-primjums li ġejjin għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni ma jitnaqqsux:

(a) primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3);

(b) primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213.

6.  Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment partikolari jkun daqs l-aħjar stima għall-provvediment għal pretensjonijiet pendenti għas-segment, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, diment li l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew il-veikoli bi skop speċjali jikkonformaw mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. Id-daqs tal-volum ma jkunx ammont negattiv.

7.  Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, il-fattur predefinit għad-diversifikazzjoni ġeografika jkun jew ugwali għal wieħed jew ikkalkulat skont l-Anness III.

Artikolu 148

Devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT

1.  Id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  VNSLTh tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT;

(b) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (s,t) tas-segmenti stipulati fl-Anness XIV;

(c)  CorrHS(s,t) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għal segment s u segment t stipulati fl-Anness XV;

(d)  σs u σt jirrappreżentaw devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT tas-segmenti s u t rispettivament;

(e)  Vs u Vt jirrappreżentaw daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-segmenti s u t, imsemmijin fl-Anness XIV, rispettivament.

2.  Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT ta' segment partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' segment s misjuba skont il-paragrafu 3;

(b)  σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT ta' segment s kif stipulat fl-Anness XIV;

(c)  V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 147;

(d)  V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 147.

3.  Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' segment partikolari tkun daqs il-multiplikazzjoni tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV u l-fattur ta' aġġustament għal riassigurazzjoni mhux proporzjonali. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 100 %.

Artikolu 149

Sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa għas-sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa ('HRES') jiġu identifikati, ġestiti u organizzati b'mod separat mill-attivitajiet l-oħrajn tal-impriżi tal-assigurazzjoni, bla ebda possibbiltà ta' trasferiment għall-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li mhumiex soġġetti għall-HRES.

2.  Id-devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT tas-segments 1, 2 u 3 fl-Anness XIV għal negozju li huwa soġġett għal HRES jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin;

(a) id-devjazzjonijiet standard jiġu determinati b'mod separat għal kull segment minn 1,2 u 3 fl-Anness XIV, u separatement mill-primjum u r-rskju ta' riżerva;

(b) għal kull wieħed mis-segmenti stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum hija l-inqas waħda mill-ammonti li ġejjin:

(i) id-devjazzjoni standard għar-riskju tal-primjum tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV;

(ii) l-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:

A. terz tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV;

B. stima tad-devjazzjoni standard rappreżentattiva ta' proporzjon ikkombinat ta' impriża tal-assigurazzjoni, li jkun il-proporzjon tal-ammonti annwali li ġejjin:

 is-somma tal-ħlasijiet, inklużi l-ispejjeż relatati, u l-provvedimenti tekniċi stabbiliti għall-pretensjonijiet imġarrbin matul is-sena għan-negozju soġġett għall-HRES, inkluża kwalunkwe bidla minħabba l-HRES;

 il-primjum iggwadanjat tas-sena għan-negozju soġġett għall-HRES;

(c) għal kull wieħed mis-segmenti stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva hija l-inqas waħda mill-ammonti li ġejjin:

(i) id-devjazzjoni standard għar-riskju tal-primjum tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV;

(ii) l-ogħla mill-ammonti li ġejjin;

A. terz tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV:

B. stima tad-devjazzjoni standard rappreżentattiva tal-proporzjon mifrux tal-impriża tal-assigurazzjoni, li jkun il-proporzjon tal-ammonti annwali li ġejjin:

 is-somma tal-provvediment bl-aħjar stima fi tmiem is-sena għal pretensjonijiet li kienu pendenti fil-bidu tas-sena u kwalunkwe pretensjoni u ħlas ta' spejjeż li jsiru matul is-sena għal pretensjonijiet li kienu pendenti fil-bidu tas-sena: iż-żewġ ammonti jinkludu kwalunkwe emenda dovuta għall-HRES;

 il-provvediment bl-aħjar stima fil-bidu tas-sena għal pretensjonijiet pendenti tan-negozju soġġett għall-HRES, inkluż kwalunkwe emenda minħabba l-HRES;

(d) is-sejbien tad-devjazzjoni standard hija msejsa fuq tekniki attwarji u statistiċi adegwati, applikabbli u rilevanti;

(e) is-sejbien tad-devjazzjoni standard hija msejsa fuq dejta sħiħa, preċiża u xierqa li hija direttament rilevanti għan-negozju soġġett għall-HRES u tirrifletti l-grad medju ta' diversifikazzjoni fil-livell tal-impriżi tal-assigurazzjoni;

(f) is-sejbien tad-devjazzjoni standard huwa bbażat fuq tagħrif attwali u kredibbli u suppożizzjonijiet realistiċi;

(g) is-sejbien tad-devjazzjoni standard iqis ukoll kwalunkwe riskju li ma jkunx immitigat mill-HRES, b'mod partikolari r-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE u riskji li mhumiex riflessi fis-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa u li jistgħu jaffettwaw numru kbir ta' impriżi tal-assigurazzjoni soġġetti għall-HRES fl-istess ħin;

(h) il-metodoloġija għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard u l-kalkolu tad-devjazzjoni standard hija disponibbli b'mod pubbliku.

3.  Meta l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE jsib devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT għal negozju soġġett għal HRES li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw din id-devjazzjoni standard minflok id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV ta' dan ir-Regolament għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) ta' dan ir-Regolament.

Meta parti biss minn negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni f'segment s tkun soġġetta għall-HRES, l-impriża għandha tuża devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment fil-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) li hija kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għas-segment s tar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT stipulat fl-Anness XIV;

(b)  V(prem,s,nHRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tan-negozju fis-segment s li mhuwiex soġġett għall-HRES;

(c)  σ(prem,s,HRES) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment s għal negozju soġġett għall-HRES ikkalkulata skont il-paragrafu 2;

(d)  V(prem,s,HRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' negozju fis-segment s li huwa soġġett għall-HRES.

V(prem,s,HRES) u V(prem,s,nHRES) ikunu kkalkolati bl-istess mod bħal miżura tal-volum tar-riskju tal-primjum tas-saħħa għal NSLT tas-segment s imsemmi fl-Artikolu 147, iżda V(prem,s,HRES) jikkunsidra biss l-obbligi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni soġġet għal HRES u V(prem,s,nHRES) jikkunsidra biss l-obbligi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni li mhumiex soġġetti għal HRES.

4.  Meta l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE jistipula devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT għal negozju soġġett għal HRES li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw din id-devjazzjoni standard minflok id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV ta' dan ir-Regolament għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) ta' dan ir-Regolament.

Meta parti biss minn negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni f'segment s tkun soġġetta għall-HRES, l-impriża għandha tuża devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment fil-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) li hija kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għas-segment s tar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT kif stipulat fl-Anness XIV;

(b)  V(res,s,nHRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT tan-negozju fis-segment s li mhuwiex soġġett għall-HRES;

(c)  σ(res,s,HRES) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT tas-segment s għan-negozju soġġett għall-HRES ikkalkulata skont il-paragrafu 2;

(d)  V(res,s,HRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT tan-negozju fis-segment s li huwa soġġett għall-HRES.

V(res,s,HRES) u V(res,s,nHRES) ikunu kkalkolati bl-istess mod bħal miżura tal-volum tar-riskju tar-riserva tas-saħħa għal NSLT tas-segment s imsemmi fl-Artikolu 147, iżda V(res,s,HRES) jikkunsidra biss l-obbligi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni soġġet għal HRES u V(res,s,nHRES) jikkunsidra biss l-obbligi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni li mhumiex soġġetti għal HRES.

5.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu post id-devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għan-negozju soġġett għal HRES b'parametri speċifiċi għall-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'konformità mal-Artikolu 104(7) tad-Direttiva 2009/138/KE. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jordnaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni sabiex jibdlu dawk id-devjazzjonijiet standard ma' parametri speċifiċi għall-impriża b'konformità mal-Artikolu 110 ta' dik id-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 150

Submodulu tar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 145(1)(b) ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita tal-eventi f'daqqa li ġejjin:

(a) it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom il-waqfien jirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju;

(b) meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.  L-eventi imsemmijin fil-paragrafu 1 japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kollha kkonċernati. Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

3.  Sabiex jinstab it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-impriża għandha ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li l-iktar li jaffetta ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża fuq il-bażi ta' kull polza.

Artikolu 151

Submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT

1.  Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT ikun jikkonsisti fis-submoduli kollha li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju tal-mortalità tas-saħħa;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa;

(c) is-submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità tas-saħħa;

(d) is-submodulu tar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa;

(e) is-submodulu tar-riskju ta' reviżjoni tas-saħħa;

(f) is-submodulu tar-riskju ta' skadenza tas-saħħa SLT.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tirrapreżenta t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)  CorrSLTH(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT għas-submoduli i u j;

(c)  SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.  Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni CorrSLTH(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 ikun daqs l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:



j

i

Mortalità tas-saħħa

Lonġevità tas-saħħa

Diżabilità-morbidità tas-saħħa

Spejjeż tas-saħħa

Reviżjoni tas-saħħa

Skadenza tas-saħħa SLT

Mortalità tas-saħħa

1

– 0,25

0,25

0,25

0

0

Lonġevità tas-saħħa

– 0,25

1

0

0,25

0,25

0,25

Diżabilità-morbidità tas-saħħa

0,25

0

1

0,5

0

0

Spejjeż tas-saħħa

0,25

0,25

0,5

1

0,5

0,5

Reviżjoni tas-saħħa

0

0,25

0

0,5

1

0

Skadenza tas-saħħa SLT

0

0,25

0

0,5

0

1

Artikolu 152

Submodulu tar-riskju tal-mortalità tas-saħħa

1.  Ir-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.  Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-identifikazzjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju tista' tkun imsejsa fuq dawn li ġejjin:

(a) poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b) meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.  Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 153

Submodulu tar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 20 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.  It-tnaqqis fir-rati ta' mortalità msemmi fil-paragrafu 1 japplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-identifikazzjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju tista' tkun imsejsa fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b) meta l-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok poloz waħedhom, diment li dan irendi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.  Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u titwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 154

Submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità tas-saħħa

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità tas-saħħa jkun daqs is-somma li ġejja:

(a) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-ispejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità għall-protezzjoni tad-dħul.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:

(a) ix-xenarji li jsawru l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-ispejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità biss għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi meta n-negozju sottostanti jsir fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(b) ix-xenarji li jsawru l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità għall-protezzjoni tad-dħul biss għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul meta n-negozju sottostanti jsir fuq bażi teknika simili bħal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

Artikolu 155

Rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità jkun daqs l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali għaż-żieda fil-pagamenti mediċi;

(b) ir-rekwiżit kapitali għat-tnaqqis fil-pagamenti mediċi.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għaż-żieda fil-pagamenti mediċi jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita li ġejja ta' bidliet permanenti f'daqqa:

(a) żieda ta' 5 % fl-ammont ta' pagamenti mediċi meqjusa fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(b) żieda ta' punt perċentwali fir-rata ta' inflazzjoni tal-pagamenti mediċi (mogħtija bħala perċentwal) użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

3.  Ir-rekwiżit kapitali għat-tnaqqis fil-pagamenti mediċi jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita li ġejja ta' bidliet permanenti f'daqqa:

(a) tnaqqis ta' 5 % fl-ammont ta' pagamenti mediċi meqjusa fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(b) tnaqqis ta' punt perċentwali mir-rata tal-inflazzjoni tal-pagamenti mediċi (mogħtija bħala perċentwal) użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

Artikolu 156

Rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità għal protezzjoni tad-dħul

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità għal protezzjoni tad-dħul ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita li ġejja ta' bidliet permanenti f'daqqa:

(a) żieda ta' 35 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi biex jiġu riflessi d-diżabilità u l-morbidità fit-12-il xahar ta' wara;

(b) żieda ta' 25 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi biex jiġu riflessi d-diżabilità u l-morbidità fis-snin ta' wara t-12-il xahar ta' wara;

(c) meta r-rati ta' diżabilità u morbidità użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkunu inqas minn 50 %, tnaqqis ta' 20 % f'dawk ir-rati

(d) meta r-rati ta' persistenza ta' diżabilità u morbidità użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkunu ta' 50 % jew inqas, żieda ta' 20 % f'dawk ir-rati;

Artikolu 157

Submodulu tar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita li ġejja ta' bidliet permanenti f'daqqa:

(a) żieda ta' 10 % fl-ammont ta' spejjeż meqjusa fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(b) żieda ta' punt perċenwali fir-rata ta' inflazzjoni tal-ispejjeż (mogħtija bħala perċentwal) użata għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japplikaw dawk il-bidliet għall-ispejjeż tagħhom stess u, fejn rilevanti, għall-ispejjeż tal-impriżi ċedenti.

Artikolu 158

Submodulu tar-riskju ta' reviżjoni tas-saħħa

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' reviżjoni tas-saħħa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 4 % fl-ammont ta' benefiċċji tal-annwalità, iżda biss fuq obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-annwalità meta l-benefiċċji pagabbli skont il-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti jistgħu jiżdiedu minħabba bidliet fl-inflazzjoni, l-ambjent legali jew l-istat tas-saħħa tal-persuna assigurata.

Artikolu 159

Submodulu tar-riskju ta' skadenza tas-saħħa SLT

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tas-saħħa SLT imsemmi fl-Artikolu 151(1)(f) ikun daqs l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza tas-saħħa SLT;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza tas-saħħa SLT;

(c) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa tas-saħħa SLT.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza tas-saħħa SLT ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafi 4 u 5. Minkejja dan, ir-rati ikbar ta' eżerċizzju tal-opzjonijiet ma jaqbżux il-100 % u ż-żieda fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjonijiet tapplika biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.

3.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza tas-saħħa SLT ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta' eżerċizzju ta' opzjonijiet tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafi 4 u 5. Minkejja dan, it-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjonijiet ma jaqbiżx l-20 punt perċentwali u t-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjonijiet japplika biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju jirriżulta fi tnaqqis tal-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.

4.  L-opzjonijiet rilevanti għall-fini tal-paragrafi 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:

(a) id-drittijiet legali jew kuntrattwali tad-detentur tal-polza li jtemm, iċedi, inaqqas, jillimita jew jissospendi b'mod parzjali jew sħiħ il-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jħalli l-polza tal-assigurazzjoni tiskadi;

(b) id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jistabbilixxi, iġedded, iżid, jestendi jew ikompli bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-bidla fir-rata ta' eżerċizzju tal-opzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 tiġi applikata għar-rata li tirrifletti li l-opzjoni rilevanti mhijiex eżerċitata.

5.  Fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-opzjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:

(a) id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi ta' poloz tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(b) id-drittijiet stipulati fil-paragrafu 4 tad-detenturi tal-poloz tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni li jsawru l-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(c) meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, id-dritt tad-detenturi tal-polza potenzjali li ma jikkonkludux dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

6.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa tas-saħħa SLT ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi f'daqqa li ġejjin:

(a) it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom il-waqfien jirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju;

(b) meta l-kuntratt tar-riassigurazzjoni jkopri kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % tan-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni futuri użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

L-eventi imsemmijin fl-ewwel subparagrafu japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kkonċernati kollha. Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

Sabiex jiġi ddeterminat it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-event imsemmi fil-punt (a), l-impriża ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li l-iktar li jaffettwa ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi fuq bażi ta' kull polza.

7.  Meta l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ikbar wieħed minn fost ir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament ma jkunux imsejsin fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li għalih ix-xenarju sottostanti jirriżulta fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 160

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa

1.  Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCRma tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali tas-submodulu tar-riskju ta' aċċident tal-massa;

(b)  SCRac tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali tas-submodulu tar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti;

(c)  SCRp tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali tas-submodulu tar-riskju ta' pandemija.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:

(a) is-submodulu tar-riskju ta' aċċident tal-massa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema;

(b) is-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni ta' aċċidenti għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema u għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' protezzjoni tad-dħul tal-grupp;

(c) is-submodulu tar-riskju ta' pandemija għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema.

Artikolu 161

Submodulu tar-riskju ta' aċċident tal-massa

1.  Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju ta' aċċident tal-massa jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi l-pajjiżi kollha stipulati fl-Anness XVI;

(b)  SCR(ma,s) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' aċċident tal-massa ta' pajjiż s.

2.  Għall-pajjiżi kollha stipulati fl-Anness XVI, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' aċċident tal-massa ta' pajjiż partikolari s ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  rs tirrappreżenta l-proporzjon ta' persuni affettwati mill-aċċident tal-massa f'pajjiż s kif stipulat fl-Anness XVI;

(b) is-somma tinkludi t-tipi ta' eventi e stipulati fl-Anness XVI;

(c)  xe tirrappreżenta l-proporzjon ta' persuni li se jirċievu benefiċċji tat-tip ta' eventi e bħala riżultat tal-aċċident kif stipulat fl-Anness XVI;

(d)  E(e,s) tirrappreżenta l-valur sħiħ tal-benefiċċji pagabbli mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għat-tip ta' eventi e fil-pajjiż s.

3.  Għat-tipi ta' eventi kollha stipulati fl-Anness XVI u l-pajjiżi kollha stipulati fl-Anness XVI, is-somma assigurata ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal tip ta' event partikolari e f'pajjiż partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi l-persuni assigurati kollha i tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li huma assigurati kontra kull tip ta' event e u huma abitanti tal-pajjiż s;

(b)  SI(e,i) tirrappreżenta l-valur tal-benefiċċji li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni trid tħallas għall-persuna assigurata i f'każ ta' tip ta' event e.

Il-valur tal-benefiċċji jkun is-somma assigurata jew meta l-kuntratt jipprovdi għal ħlasijiet ta' benefiċċji rikorrenti, l-aħjar stima tal-ħlasijiet ta' event tat-tip e. Fejn il-benefiċċji ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jiddependu fuq in-natura u l-ambitu ta' kwalunkwe ħsara li tirriżulta minn event e, il-kalkolu tal-valur tal-benefiċċji jkun imsejjes fuq l-ogħla benefiċċji li jistgħu jinkisbu skont il-kuntratt li huma konsistenti ma' dan l-event. Għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' spejjeż mediċi, il-valur tal-benefiċċji jkun imsejjes fuq stima tal-ammonti medji mħallsin fil-każ ta' event e, filwaqt li jiġi supponut li l-persuna assigurata hija diżabbli għad-durata speċifikata u jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-garanziji speċifiċi inklużi fl-obbligi.

4.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw il-valur tal-benefiċċji pagabbli lill-persuna assigurata msemmija fil-paragrafu 3 fuq il-bażi ta' grupp ta' riskji omoġenji, diment li r-raggruppament tal-poloz ikun konformi mal-Artikolu 35.

Artikolu 162

Submodulu tar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti

1.  Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi l-pajjiżi kollha c;

(b)  SCR(ac,c) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti ta' pajjiż c.

2.  Għall-pajjiżi kollha r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti ta' pajjiż c jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  Cc tirrappreżenta l-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' aċċidenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'pajjiż c;

(b) is-somma tinkludi t-tipi ta' eventi e stipulati fl-Anness XVI;

(c)  xe tirrappreżenta l-proporzjon ta' persuni li se jirċievu benefiċċji tat-tip ta' event e bħala riżultat tal-aċċident kif stipulat fl-Anness XVI;

(d)  CE(e,c) tirrappreżenta l-valur medju tal-benefiċċji li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jridu jħallsu għat-tip ta' event e għall-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' aċċidenti f'pajjiż c.

3.  Għall-pajjiżi kollha, l-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' aċċident ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni f'pajjiż c tkun daqs l-ikbar numru ta' persuni li għalihom huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema jew obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' protezzjoni tad-dħul ta' grupp fir-rigward ta' kull waħda mill-persuni;

(b) l-obbligi marbutin ma' kull waħda mill-persuni jkopru tal-inqas wieħed mill-eventi stipulati fl-Anness XVI;

(c) il-persuni qed jaħdmu fl-istess bini li jinsab fil-pajjiż c.

4.  Għat-tipi ta' eventi u l-pajjiżi kollha, is-somma medja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għat-tip ta' event e għall-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' aċċidenti f'pajjiż c tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  Ne tirrappreżenta n-numru ta' persuni assigurati tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li huma assigurati kontra tip ta' event e u li jappartjenu għall-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' aċċidenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni f'pajjiż c;

(b) is-somma tinkludi l-persuni assigurati kollha msemmijin fil-punt (a);

(c)  SI(e,i) tirrappreżenta l-valur tal-benefiċċji li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni trid tħallas għall-persuna assigurata i f'każ ta' tip ta' event e.

Il-valur tal-benefiċċji msemmi fil-punt (c) ikun is-somma assigurata jew meta l-kuntratt jipprovdi għal ħlasijiet ta' benefiċċji rikorrenti, l-aħjar stima tal-ħlasijiet ta' event tat-tip e. Fejn il-benefiċċji ta' polza tal-assigurazzjoni jiddependu fuq in-natura u l-ambitu tal-ħsara li tirriżulta minn event e, il-kalkolu tal-valur tal-benefiċċji jkun imsejjes fuq l-ogħla benefiċċji li jistgħu jinkisbu skont il-polza li huma konsistenti ma' dan l-event. Għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' spejjeż mediċi, il-valur tal-benefiċċji jkun imsejjes fuq stima tal-ammonti medji mħallsin fil-każ ta' event e, filwaqt li jiġi supponut li l-persuna assigurata hija diżabbli għad-durata speċifikata u jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-garanzijispeċifiċi inklużi fl-obbligi.

5.  Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw il-valur tal-benefiċċji li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jridu jħallsu għall-persuna assigurata msemmija fil-paragrafu 4 fuq il-bażi ta' gruppi ta' riskji omoġenji, diment li r-raggruppament ta' poloz jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 35.

Artikolu 163

Submodulu tar-riskju ta' pandemija

1.  Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju ta' pandemija jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  E tirrappreżenta l-iskopertura ta' pandemija għal protezzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(b) is-somma tinkludi l-pajjiżi kollha c;

(c)  Nc tirrappreżenta n-numru ta' persuni assigurati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) il-persuni assigurati huma abitanti ta' pajjiż c,

(ii) il-persuni assigurati huma koperti minn obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' spejjeż mediċi minbarra obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema, li jkopru spejjeż mediċi li jirriżultaw minn mard li jittieħed;

(d)  Mc tirrappreżenta l-ammont medju mistenni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jridu jħallsu għal kull persuna assigurata ta' pajjiż c fil-każ ta' pandemija.

2.  L-iskopertura ta' pandemija għal protezzjoni tad-dħul ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi l-persuni assigurati kollha i koperti mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal protezzjoni tad-dħul minbarra obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema;

(b)  Ei tirrappreżenta l-valur tal-benefiċċji li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni trid tħallas għall-persuna assigurata i fil-każ ta' diżabilità permanenti tax-xogħol ikkaġunata minn marda li tittieħed. Il-valur tal-benefiċċji jkun is-somma assigurata jew meta l-kuntratt jipprovdi għal ħlasijiet ta' benefiċċji rikorrenti, l-aħjar stima tal-ħlasijiet ta' benefiċċji filwaqt li jiġi supponut li l-persuna assigurata hija diżabbli b'mod permanenti u mhijiex se tirkupra.

3.  Għall-pajjiżi kollha, l-ammont medju mistenni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jridu jħallsu għal kull persuna assigurata ta' pajjiż partikolari c fil-każ ta' pandemija jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tinkludi t-tipi ta' użu tal-kura tas-saħħa h stipulati fl-Anness XVI;

(b)  Hh tirrappreżenta l-proporzjon ta' persuni assigurati b'sintomi kliniċi li jużaw il-kura tas-saħħa h kif stipulat fl-Anness XVI;

(c)  CH(h,c) tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jridu jħallsu għal persuna assigurata f'pajjiż c b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' spejjeż mediċi, minbarra obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema, għal użu tal-kura tas-saħħa h fil-każ ta' pandemija.



TAQSIMA 5

Modulu tar-riskju tas-suq



Subtaqsima 1

Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni

Artikolu 164

1.  Il-modulu tar-riskju tas-suq jikkonsisti mis-sub-moduli kollha li ġejjin:

(a) is-submodulu tar-riskju tar-rata tal-imgħax li hemm referenza għalih fil-punt (a) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) is-submodulu tar-riskju tal-ekwità li hemm referenza għalih fil-punt (b) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c) is-submodulu tar-riskju tal-proprjetà li hemm referenza għalih fil-punt (c) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d) is-submodulu tar-riskju mifrux li hemm referenza għalih fil-punt (d) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e) is-submodulu tar-riskju tal-munita li hemm referenza għalih fil-punt (e) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(f) is-submodulu tar-riskju tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq li hemm referenza għalih fil-punt (f) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tas-suq imsemmi fl-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli i,j tas-submoduli tal-modulu tar-riskju tas-suq;

(b)  Corr(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju tas-suq għas-submoduli i u j;

(c) SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submoduli i u j rispettivament.

3.  Il-parametru ta' korrelazzjoni Corr(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 ikun daqs l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:



j

i

Rata tal-imgħax

Ekwità

Proprjetà

Firxa

Konċentrazzjoni

Valuta

Rata tal-imgħax

1

A

A

A

0

0,25

Ekwità

A

1

0,75

0,75

0

0,25

Proprjetà

A

0,75

1

0,5

0

0,25

Firxa

A

0,75

0,5

1

0

0,25

Konċentrazzjoni

0

0

0

0

1

0

Valuta

0,25

0,25

0,25

0,25

0

1

Il-parametru A jkun żero meta r-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax stipulat fl-Artikolu 165 huwa r-rekwiżit kapitali msemmi fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-parametru A jkun 0,5.

▼M1



Subsezzjoni 1a

Investimenti infrastrutturali kwalifikanti

Artikolu 164a

Investimenti infrastrutturali kwalifikanti

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, investiment infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità għall-proġett infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) l-entità għall-proġetti infrastrutturali tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha taħt stress kontinwu li huwa rilevanti għar-riskju tal-proġett;

(b) il-flussi tal-flus li entità għall-proġett infrastrutturali tiġġenera għall-fornituri tas-self u għall-investituri azzjonarji huma prevedibbli;

(c) l-assi ta' infrastruttura u l-entità għall-proġett infrastrutturali huma rregolati minn qafas kuntrattwali li jagħti lill-fornituri tas-self u lill-investituri azzjonarji grad għoli ta' protezzjoni li jinkludu dawn li ġejjin:

(a) meta r-rikavati tal-entità għall-proġetti infrastrutturali ma jkunux iffinanzjati permezz ta' pagamenti minn għadd kbir ta' utenti, il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jipproteġu b'mod effettiv lill-fornituri tas-self u lill-investituri azzjonarji kontra telf li jirriżulta meta l-parti, li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti mill-entità għall-proġett infrastrutturali, ittemm il-proġett;

(b) l-entità għall-proġett infrastrutturali jkollha biżżejjed fondi ta' riżerva jew arranġamenti finanzjarji oħra sabiex tkopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital ta' ħidma tal-proġett;

Meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, dan il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:

(i) il-fornituri tas-self ikollhom is-sigurtà sa fejn tippermetti l-liġi applikabbli għall-assi u l-kuntratti kollha meħtieġa sabiex jitħaddem il-proġett;

(ii) l-ekwità hija mirhuna lill-fornituri tas-self b'tali mod li huma jkunu jistgħu jieħdu kontroll tal-entità għall-proġett infrastrutturali qabel l-inadempjenza;

(iii) l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara l-pagamenti obbligatorji għall-proġett għal skopijiet li mhumiex l-obbligi għall-ħlas tad-dejn huwa ristrett;

(iv) restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-entità għall-proġett infrastrutturali biex twettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għall-fornituri tas-self, inkluż li d-dejn il-ġdid ma jkunx jista' jinħareġ mingħajr il-kunsens tal-fornituri tas-self eżistenti;

(d) meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' turi lis-sorveljanti li hija kapaċi żżomm l-investiment sal-maturità tiegħu;

(e) meta l-investimenti jkunu f'bonds li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valuttazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, l-istrument tal-investiment jkollu prijorità fuq kull pretensjoni oħra għajr il-pretensjonijiet statutorji u l-pretensjonijiet minn kontropartijiet tad-derivattivi;

(f) meta l-investimenti jkunu f'ekwitajiet jew f'bonds jew f'self li għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata ma tkunx disponibbli, jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(i) l-assi ta' infrastruttura u l-entità għall-proġett infrastrutturali jkunu fiż-ŻEE jew fl-OECD;

(ii) meta l-entità għall-proġett infrastrutturali tkun fil-fażi tal-kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn investitur azzjonarju, jew meta jkun hemm aktar minn investitur azzjonarju wieħed, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-grupp kollu tal-investituri azzjonarji;

 l-investituri azzjonarji għandhom storja ta' suċċess marbuta mal-iskrutinju ta' proġetti infrastrutturali u mal-għarfien espert rilevanti;

 l-investituri azzjonarji għandhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-entità għall-proġett infrastrutturali b'riżultat tal-inadempjenza tagħha;

 l-investituri azzjonarji huma inċentivati biex jipproteġu l-interessi tal-investituri;

(iii) l-entità għall-proġett infrastrutturali tistabbilixxi salvagwardji biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma;

(iv) meta r-riskji operatorji fejn huma materjali, jkunu ġestiti kif suppost;

(v) l-entità għall-proġett infrastrutturali tuża teknoloġija u disinn ittestjati;

(vi) l-istruttura kapitali tal-entità għall-proġett infrastrutturali tippermettilha li tirrispetta l-obbligi tad-dejn tagħha;

(vii) ir-riskju ta' rifinanzjament għall-entità għall-proġett infrastrutturali huwa baxx;

(viii) l-entità għall-proġett infrastrutturali tuża d-derivattivi għal skopijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), il-flussi ta' flus iġġenerati għal fornituri tas-self u l-investituri azzjonarji ma għandhomx jitqiesu prevedibbli, dment li r-rikavati kollha, ħlief xi parti irrelevanti minnhom, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jintlaħaq wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

(i) ir-rikavati jkunu abbażi ta' disponibilità;

(ii) ir-rikavati jkunu suġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;

(iii) ir-rikavati jkunu suġġett għal kuntratt take-or-pay;

(iv) il-livell ta' produzzjoni jew tal-użu u l-prezz għandu b'mod indipendenti jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

 ikun irregolat;

 ikun iffissat b'kuntratt;

 huwa suffiċjentement prevedibbli minħaba d-domanda baxxa tar-riskju;

(b) meta r-rikavati tal-entità għall-proġett infrastrutturali ma jkunux iffinanzjati mill-pagamenti ta' għadd kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti mill-entità għall-proġetti infrastrutturali tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i) entità elenkata fl-Artikolu 180(2) ta' dan ir-Regolament;

(ii) awtorità lokali jew gvern reġjonali li jkunu elenkati fir-Regolament adottat skont l-Artikolu 109a(2)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(iii) entità bi klassifikazzjoni ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta' mill-inqas tlieta (3);

(iv) entità li hija sostitwibbli mingħajr bidla sinifikanti fil-livell u fit-twaqqit tar-rikavat.

▼B



Subtaqsima 2

Submodulu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

Artikolu 165

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-ikbar waħda minn dawn li ġejjin:

(a) is-somma, fuq il-valuti kollha, tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fl-Artikolu 166 ta' dan ir-Regolament;

(b) is-somma, fuq il-muniti kollha, tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fl-Artikolu 167 ta' dan ir-Regolament.

2.  Meta l-ikbar wieħed minn fost ir-rekwiżiti kapitali li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u l-ikbar wieħed fost ir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ma jkunux imsejsin fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandu jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 li għalih ix-xenarju sottostanti jirriżulta fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 206(2).

Artikolu 166

Żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn żieda f'daqqa fir-rati tal-imgħax bażiċi mingħajr riskju għal dik il-munita f'maturitajiet differenti skont it-tabella li ġejja:



Maturità

(fi snin)

Żieda

1

70 %

2

70 %

3

64 %

4

59 %

5

55 %

6

52 %

7

49 %

8

47 %

9

44 %

10

42 %

11

39 %

12

37 %

13

35 %

14

34 %

15

33 %

16

31 %

17

30 %

18

29 %

19

27 %

20

26 %

90

20 %

Għal maturitajiet mhux speċifikati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valur taż-żieda jkun interpolat b'mod lineari. Għal maturitajiet ta' iqsar minn sena, iż-żieda tkun ta' 70 %. Għal maturitajiet itwal minn 90 sena, iż-żieda tkun ta' 20 %.

2.  Fi kwalunkwe każ, iż-żieda tar-rati tal-imgħax bażiċi mingħajr riskju bi kwalunkwe maturità tkun tal-inqas ta' punt perċentwali.

3.  L-impatt taż-żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax bażiċi mingħajr riskju fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE fl-istitutzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitqies biss fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet li mhumiex imnaqqsin mill-fondi proprji skont l-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament. Il-parti mnaqqsa mill-fondi proprji tiġi kkunsidrata biss sa fejn it-tali impatt iżid il-fondi proprji bażiċi.

Artikolu 167

Tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari għandu jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa fir-rati tal-imgħax bażiku mingħajr riskju għal dik il-munita b'maturitajiet differenti skont it-tabella li ġejja:



Maturità

(fi snin)

Tnaqqis

1

75 %

2

65 %

3

56 %

4

50 %

5

46 %

6

42 %

7

39 %

8

36 %

9

33 %

10

31 %

11

30 %

12

29 %

13

28 %

14

28 %

15

27 %

16

28 %

17

28 %

18

28 %

19

29 %

20

29 %

90

20 %

Għal maturitajiet mhux speċifikati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valur tat-tnaqqis għandu jkun interpolat b'mod lineari. Għal maturitajiet ta' inqas minn sena, it-tnaqqis għandu jkun ta' 75 %. Għal maturitajiet itwal minn 90 sena, it-tnaqqis ikun ta' 20 %.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, għar-rati tal-imgħax bażiċi negattivi mingħajr riskju, it-tnaqqis ikun ta' żero.

3.  L-impatt fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu tat-tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax bażiċi mingħajr riskju jitqies biss fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet li mhumiex imnaqqsin mill-fondi proprji skont l-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament. Il-parti mnaqqsa mill-fondi proprji tiġi kkunsidrata biss sa fejn it-tali impatt iżid il-fondi proprji bażiċi.



Subtaqsima 3

Submodulu tar-riskju ta' ekwità

Artikolu 168

Dispożizzjonijiet ġenerali

▼M1

1.  Is-submodulu tar-riskju tal-ekwità msemmi fil-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE għandu jinkludi submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 1 u submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 2 u modulu tas-sottoriskju għall-ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti.

2.  L-ekwitajiet tat-tip 1 jinkludu l-ekwitajiet elenkati fis-swieq irregolati fil-pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), jew li huma negozjati f'faċilitajiet ta' negozjar multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE, li l-uffiċċju rreġistrat jew l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun fl-Istati Membri tal-UE.

3.  L-ekwitajiet tat-tip 2 jinvolvu ekwitajiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, komoditajiet u investimenti alternattivi oħrajn. Jinkludu wkoll l-assi kollha minbarra dawk koperti fis-submodulu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, is-submodulu tar-riskju ta' proprjetà jew is-submodulu tar-riskju ta' firxa, inklużi l-assi u l-esponimenti indiretti msemmijin fl-Artikolu 84(1) u (2) meta approċċ ta' trasparenza mhuwiex possibbli u l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tagħmilx użu mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 84(3).

▼M1

3 a.  L-ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti għandhom jinkludu investimenti ta' ekwità f'entitajiet għall-proġetti infrastrutturali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a.

▼M1

4.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' ekwità jiġi kkalkulat kif ġej:

image

meta:

(a) L-ekwitajiet tat-tip 1 tal-RKS (SCRtype1equities) jiddenotaw ir-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 1;

(b) L-ekwitajiet tat-tip 2 tal-RKS (SCRtype2equities) jiddenotaw ir-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 2;

(c) L-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw tal-RKS (SCRquinf) jiddenotaw ir-rekwiżit ta' kapital għall-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw.

▼B

5.  L-impatt tat-tnaqqisijiet f'daqqa stipulat fl-Artikoli 169 u 170 fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu għandu jiġi kkunsidrat biss fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet li mhumiex imnaqqsin minn fondi proprji skont l-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament.

6.  L-ekwitajiet li ġejjin, fi kwalunkwe każ, jitqiesu tat-tip 1:

▼M1

(a) l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(b) l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

▼B

(c) fir-rigward tal-fondi magħluqa ta' investiment alternattivi u mingħajr lieva finanzjarja li huma stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk mhumiex stabbiliti fl-Unjoni, li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni skont l-Artikoli 35 jew 40 tad-Direttiva 2011/61/UE:

▼M1

(i) l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw miżmumin f'tali fondi meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-esponimenti kollha fil-fond ta' investiment alternattiv;

▼B

(ii) unitajiet jew ishma tat-tali fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-iskoperturi kollha fil-fond ta' investiment alternattiv;

▼M1

(d) l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw miżmumin f' impriżi ta' investiment kollettiv li huma awtorizzati bħala fondi Ewropej ta' investiment ta' terminu twil skont ir-Regolament (UE) 2015/760 meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv.

▼B

Artikolu 169

Submodulu tar-riskju ta' ekwità standard

1.  Ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet tat-tip 1 imsemmi fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqisijiet instantanji li ġejjin:

(a) tnaqqis instantanju ugwali għal 22 % fil-valur tal-investimenti tal-ekwità tat-tip 1 f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(b) tnaqqis istantanju tnaqqis instantanju ugwali għas-somma ta' 39 % u l-aġġustament simmetriku (SA) kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 1 minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a).

2.  Ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet tat-tip 2 imsemmi fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqisijiet instantanji li ġejjin:

(a) tnaqqis istantanju jiġifieri 22 % fil-valur tal-investimenti tal-ekwità tat-tip 2 f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(b) tnaqqis istantanju jiġifieri daqs is-somma ta' 49 % u l-aġġustament simmetriku (SA) kif imsemmi fl-Artikolu 172, fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 2, minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a).

▼M1

3.  Ir-rekwiżit kapitali għall-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw imsemmijin fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqis f'daqqa li ġej:

(a) tnaqqis f'daqqa ta' 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(b) tnaqqis istantanju ugwali għall-ammont ta' 30 % u ta' 77 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a).

▼B

Artikolu 170

Submodulu tar-riskju ta' ekwità msejjes fuq id-durata

1.  Meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun irċiviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għall-ekwitajiet tat-tip 1 ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqisijiet instantanji li ġejjin:

▼M1

(a) tnaqqis f'daqqa ta' 22 % fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 1 li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

▼B

(b) tnaqqis istantanju tnaqqis instantanju ugwali għal 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwità tat-tip 1 f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(c) tnaqqis instantanju ugwali għat-total ta' 39 % mal-aġġustament simmetriku (SA) kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 1, minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

2.  Meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet tat-tip 2 ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta':

▼M1

(a) ta' 22 % fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 2 li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

▼B

(b) 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwità tat-tip 2 f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(c) l-għadd ta' 49 % mal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 2, minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

▼M1

3.  Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta':

(a) 22 % fil-valur tal-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(c) tas-somma ta' 30 % u ta' 77 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet tal-infrastrutura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

▼B

Artikolu 171

Investimenti strateġiċi ta' ekwità

▼M1

Għall-finijiet tal-Artikolu 169(1)(a) u (2)(a) u (3)(a) u tal-Artikolu 170(1)(b), (2)(b) u (3)(b), l-investimenti ta' ekwità ta' għamla strateġika jfissru investimenti ta' ekwità li għalihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti turi dan li ġej:

▼B

(a) li l-valur tal-investiment ta' ekwità aktarx li jkun materjalment inqas volatili għat-12-il xahar ta' wara meta mqabbel mal-valur ta' ekwitajiet oħrajn tul l-istess perjodu bħala riżultat kemm tal-għamla tal-investiment kif ukoll tal-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fl-impriża relatata;

(b) li l-għamla tal-investiment hija strateġika, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, inklużi:

(i) l-eżistenza ta' strateġija deċiżiva ċara biex tkompli tinżamm il-parteċipazzjoni għal perjodu twil;

(ii) il-konsistenza tal-istrateġija msemmija fil-punt (a) mal-politiki ewlenin li jiggwidaw jew jillimitaw l-azzjonijiet tal-impriża;

(iii) il-ħila tal-impriża parteċipanti li żżomm il-parteċipazzjoni fl-impriża relatata;

(iv) l-eżistenza ta' rabta dejjiema;

(v) meta l-kumpanija tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni parteċipanti tkun parti minn grupp, il-konsistenza tat-tali strateġija mal-politiki ewlenin li jiggwidaw jew jillimitaw l-azzjonijiet tal-grupp.

Artikolu 172

Aġġustament simmetriku tal-allokazzjoni ta' kapital ta' ekwità

1.  L-indiċi tal-ekwità msemmi fl-Artikolu 106(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) l-indiċi tal-ekwità jkejjel il-prezz tas-suq ta' portafoll diversifikat ta' ekwitajiet li jirrappreżenta l-għamla tal-ekwitajiet tipikament miżmumin mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(b) il-livell tal-indiċi tal-ekwità huwa disponibbli għall-pubbliku;

(c) il-frekwenza tal-livelli ppubblikati tal-indiċi tal-ekwità hija biżżejjed biex ikunu jistgħu jinstabu l-livell attwali tal-indiċi u l-valur medju tiegħu tul l-aħħar 36 xahar.

2.  Soġġett għall-paragrafu 4, l-aġġustament simmetriku jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) CI tirrappreżenta l-livell attwali tal-indiċi tal-ekwità;

(b) AI tirrappreżenta l-medja ponderata tal-livelli ta' kuljum tal-indiċi tal-ekwità tul l-aħħar 36 xahar.

3.  Sabiex tiġi kkalkulata l-medja ponderata tal-livelli ta' kuljum tal-indiċi tal-ekwità, il-ponderazzjonijiet għal-livelli ta' kuljum kollha jkunu ndaqs. Il-jiem matul l-aħħar 36 xahar li fihom ma nstabx l-indiċi ma jkunux inklużi fil-medja.

4.  L-aġġustament simmetriku ma jkunx inqas minn – 10 % jew iktar minn 10 %.

▼M1

Artikolu 173

Kriterji għall-użu ta' miżura tranżitorja għar-riskju ta' ekwità standard

1.  Il-miżura ta' tranżizzjoni għar-riskju ta' ekwità standard stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE tapplika biss għal ekwitajiet li nxtraw fl-1 ta' Jannar 2016 u li mhumiex suġġetti għar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-durata skont l-Artikolu 304 ta' dik id-Direttiva.

2.  Meta l-ekwitajiet jinżammu f'impriża tal-investiment kollettiv jew f'investimenti oħra aggregati bħala fondi, meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli, il-miżura ta' tranżizzjoni stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE għandha tapplika għal proporzjon tal-ekwitajiet miżmumin fl-impriża ta' investiment kollettiv jew fl-investimenti aggregati bħala fondi skont l-allokazzjoni fil-mira tal-assi sottostanti fl-1 ta' Jannar 2016, dejjem jekk l-allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża. Il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom tiġi applikata l-miżura tranżitorja għandhom jitnaqqsu ta' kull sena b'mod proporzjonat għall-proporzjon tal-fatturat tal-assi tal-impriża ta' investiment kollettiv jew għall-investimenti aggregati bħala fondi. Meta l-allokazzjoni fil-mira tal-investimenti tal-ekwità ta' impriża tal-investiment kollettiv jew tal-investimenti aggregati bħala fondi tiżdied, il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom hija applikata l-miżura tranżitorja ma jiżdiedx.

▼B



Subtaqsima 4

Submodulu tar-riskju ta' proprjetà

Artikolu 174

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' proprjetà msemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta' 25 % fil-valur tal-proprjetà immobbli.



Subtaqsima 5

Submodulu tar-riskju tal-firxa

Artikolu 175

Kamp ta' applikazzjoni tas-submodulu tar-riskju ta' firxa

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa msemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn

(a)  SCRbonds tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self;

(b)  SCRsecuritisation tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

(c)  SCRcd tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq derivati ta' kreditu.

Artikolu 176

Riskju tal-firxa fuq bonds u self

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self SCRbonds ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis relattiv f'daqqa ta' stressi fil-valur ta' kull bond jew self i minbarra self ipotekarju li jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 191, inklużi depożiti l-bank minbarra flus il-bank imsemmijin fl-Artikolu 189(2)(b).

2.  Il-fattur tar-riskju stressi jiddependi fuq id-durata modifikata tal-bond jew self i denominata fi snin (duri ). duri ma tkun qatt inqas minn 1. Għal bonds jew self b'rati tal-imgħax varjabbli, duri tkun daqs id-durata mmodifikata ta' bond jew self b'rata tal-imgħax fissa bl-istess maturità u b'pagamenti tal-kupun daqs ir-rata forward tal-imgħax.

▼M1

3.  Bonds jew self li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata mmodifikata duri tal-bond jew tas-self i skont it-tabella li ġejja.



Skala tal-kwalità tal-kreditu

0

1

2

3

4

5 u 6

Durata

(dur i)

stressi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

sa 5 snin

bi · duri

0,9 %

1,1 %

1,4 %

2,5 %

4,5 %

7,5 %

Iktar minn 5 snin u sa 10 snin

ai + bi · (duri – 5)

4,5 %

0,5 %

5,5 %

0,6 %

7,0 %

0,7 %

12,5 %

1,5 %

22,5 %

2,5 %

37,5 %

4,2 %

Iktar minn 10 snin u sa 15-il sena

ai + bi · (duri – 10)

7,0 %

0,5 %

8,5 %

0,5 %

10,5 %

0,5 %

20,0 %

1,0 %

35,0 %

1,8 %

58,5 %

0,5 %

Iktar minn 15-il sena u sa 20 sena

ai + bi · (duri – 15)

9,5 %

0,5 %

11 %

0,5 %

13,0 %

0,5 %

25,0 %

1,0 %

44,0 %

0,5 %

61,0 %

0,5 %

Iktar minn 20 sena

min[ai + bi · (duri – 20);1]

12,0 %

0,5 %

13,5 %

0,5 %

15,5 %

0,5 %

30,0 %

0,5 %

46,6 %

0,5 %

63,5 %

0,5 %

4.  Bonds u self li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u li għaliha, id-debituri ma tawx kollateral li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 214, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont id-durata duri tal-bond jew tas-self i skont it-tabella li ġejja:



Durata (dur i)

stressi

sa 5 snin

3 % · duri

Iktar minn 5 snin u sa 10 snin

15 % + 1,7 % · (duri – 5)

Iktar minn 10 snin u sa 20 sena

23,5 % + 1,2 % · (duri – 10)

Iktar minn 20 sena

min(35,5 % + 0,5 % · (duri – 20); 1)

▼B

5.  Bonds u self li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u li għalihom, id-debituri jkunu taw garanzija, meta l-kollateral ta' dawk il-bonds u self jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 214, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont dan li ġej:

(a) meta l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral ikun ogħla mill-valur tal-bond jew self i jew daqsu, stressi jkun daqs nofs il-fattur ta' riskju li jinstab skont il-paragrafu 4;

(b) meta l-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ikun inqas mill-valur tal-bond jew self i, u meta l-fattur ta' riskju misjub skont il-paragrafu 4 jirriżulta f'valur tal-bond jew self i li jkun inqas mill-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral, stressi jkun daqs il-medja ta' dawn li ġejjin:

(i) il-fattur ta' riskju stipulat skont il-paragrafu 4,

(ii) id-differenza bejn il-valur tal-bond jew is-self i u l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral, maqsum bil-valur tal-bond jew is-self i;

(c) meta l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral ikun inqas mill-valur tal-bond jew is-self i, u meta l-fattur ta' riskju stipulat skont il-paragrafu 4 jirriżulta f'valur tal-bond jew self i li jkun ogħla mill-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral jew daqsu, stressi jinstab skont il-paragrafu 4.

Il-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral ikun aġġustat skont l-Artikoli 112, 197 u 198.

6.  L-impatt tat-tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-parteċipazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jiġi kkunsidrat biss fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet li mhumiex imnaqqsin mill-fondi proprji skont l-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 177

Riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni: dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Ir-rekwiżit kapitali SCRsecuritisation għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkun is-somma ta' rekwiżit kapitali għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 1, rekwiżit kapitali għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 2 u rekwiżit kapitali għall-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.

2.  Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 1 jinkludu pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) il-pożizzjoni ġiet assenjata għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja jew aħjar;

(b) it-titolizzazzjoni hija elenkata f'suq regolat ta' pajjiż li huwa membru taż-ŻEE jew l-OECD, jew jiġi ammess għan-negozjar f'post tan-negozjar organizzat li jipprovdi għal suq attiva u mdaqqas għal bejgħ dirett li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

(i) evidenza storika tal-wisgħa u l-fond tas-suq kif muri mill-firxiet baxxi bejn it-talba u l-offerta, volum għoli ta' nnegozjar u għadd kbir ta' parteċipanti tas-suq;

(ii) il-preżenza ta' infrastruttura soda tas-suq;

(c) il-pożizzjoni hija fl-aktar segment jew segmenti ta' titolizzazzjoni superjuri u għandha dejjem l-ogħla livell ta' superjorità matul il-ħajja kontinwa tat-tranżazzjoni. għal dawn il-finijiet, segment jitqies l-aktar superjuri meta wara l-għoti ta' avviż ta' infurzar u, fejn applikabbli, avviż ta' aċċelerazzjoni, is-segment ma jkunx subordinat għal segmenti o ħrajn tal-istess tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni jew skema fir-rigward tar-riċevuta ta' pagamenti prinċipali u tal-imgħax, mingħajr ma jitqiesu l-ammonti dovuti taħt kuntratti derivati minn rati tal-imgħax jew muniti, tariffi jew pagamenti oħrajn simili;

(d) l-iskoperturi sottostanti nxtraw mill-entità b'għan speċjali ta' titolizzazzjoni (SSPE) fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(66) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod infurzabbli kontra kwalunkwe parti terza u mhumiex affordabbli għall-bejjiegħ (oriġinatur, sponsor jew mutwatarju oriġinali) u l-kredituri tiegħu lanqas f'każ ta' insolvenza tal-bejjiegħ;

(e) it-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti għall-SSPE ma jistgħux jiġu suġġetti għal xi dispożizzjoni ta' rkupru severa f'ġurisdizzjoni fejn il-bejjiegħ (oriġinatur, sponser jew mutwanti oriġinali) ikun inkorporat; dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat, għal dispożizzjonijiet li bihom il-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti jista' jiġi invalidat mil-likwidatur tal-bejjiegħ (oriġinatur, sponsor jew mutwatarju oriġinali) fuq il-bażi unika li ġie konkluż f'ċertu perjodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ jew dispożizzjonijiet li bihom l-SSPE tista' tipprevjeni t-tali invalidazzjoni biss jekk kapaċi turi li ma kinitx taf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-waqt tal-bejgħ;

(f) l-iskoperturi sottostanti għandhom l-amministrazzjoni tagħhom irregolata bi ftehim dwar servizzi li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz biex jiżguraw, bħala minimu, li inadempjenza jew insolvenza tas-serviser ma tirriżultax fi tmiem is-servizz;

(g) id-dokumentazzjoni li tirregola t-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet dwar kontinwità biex jiżguraw, bħala minimu, is-sostituzzjoni tal-kontropartijiet derivattivi u tal-fornituri ta' likwidità malli jsiru inadempjenti jew insolventi, fejn applikabbli;

(h) il-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni hija garantita minn pula ta' skoperturi sottostanti omoġenji, li kollha jappartjenu għal waħda biss mill-kategoriji li ġejjin, jew minn pula ta' skoperturi sottostanti omoġenji li tgħaqqad is-self residenzjali msemmi fil-punti (i) u (ii):

(i) self residenzjali garantit b'ipoteka tal-ewwel grad mogħtija lil individwi għall-akkwist tar-residenza prinċipali tagħhom, dejjem jekk waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

 is-self fil-pula jilħaq bħala medja r-rekwiżit tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

 il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru minn fejn oriġina s-self tipprevedi limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu fuq l-ammont li obbligant jista' jissellef f'self residenzjali, u dan l-Istat Membru jkun innotifika din il-liġi lill-Kummissjoni u lill-EIOPA. Il-limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu jkun iċkkalkulat fuq l-introjtu gross annwali tal-obbligant, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tat-taxxa u l-impenji l-oħra tal-obbligant, kif ukoll ir-riskju rigward il-bidliet fir-rati tal-imgħax matul il-perjodu tas-self. Għal kull self residenzjali fil-pula, il-perċentwal tal-introjtu gross tal-obbligant li jista' jintuża għas-servizz tas-self, inklużi l-imgħax, il-kapital u l-pagamenti ta' tariffi, ma jkunx jaqbeż il-45 %.

(ii) self residenzjali garantit b'mod sħiħ imsemmi fl-Artikolu 129(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li s-self jissodisfa r-rekwiżiti ta' kollateralizzazzjoni stabbiliti f'dan il-paragrafu u fuq medja jissodisfa r-rekwiżit tal-proporzjon bejn is-self u l-valur stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) self kummerċjali, lokazzjonijiet u faċilitajiet ta' kreditu għal impriżi biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet kummerċjali apparti mill-akkwist jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli kummerċjali, diment li tal-inqas 80 % tal-mutwatarji fil-pula f'termini ta' bilanċ tal-portafoll ikunu impriżi żgħar u medji fi żmien il-ħruġ tat-titolizzazzjoni, u l-ebda wieħed mill-mutwatarji ma jkun isttiuzzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) self u lokazzjonijiet għal karozzi għall-finanzjament ta' vetturi bil-mutur jew il-karrijiet tagħhom kif definiti fil-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti kif imsemmi fid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), muturi jew triċikli kif definiti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jew vetturi bil-katina kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2007/46/KE. Tali self jew lokazzjonijiet jistgħu jinkludu assigurazzjoni anċillari u prodotti tas-servizz jew partijiet addizzjonali tal-veikolu, u fil-każ ta' lokazzjonijiet, il-valur residwu tal-vetturi mikrija. Is-self u l-lokazzjonijiet kollha fil-pula jkunu assigurati bi ħlas jew titolu tal-ogħla grad fuq il-vettura jew garanzija xierqa favur l-SSPE, bħal provvediment ta' ritensjoni tat-titlu;

(v) self u faċilitajiet ta' kreditu għal individwi għal skopijiet personali, tal-familja jew ta' konsum domestiku;

(i) il-pożizzjoni mhiex rititolizzazzjoni jew titolizzazzjoni sintetika kif imsemmi fl- Artikolu 242(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j) l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux l-istrumenti finanzjarji trasferibbli jew id-derivattivi, ħlief l-istrumenti finanzjarji maħruġa mill-SSPE stess jew minn partijiet oħrajn fi ħdan l-istruttura ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi użati sabiex jipprovdu ħeġġ kontra r-riskju tal-valuta u r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(k) fil-waqt tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni jew meta jkunu inkorporati fil-pula ta' skoperturi sottostanti fi kwalunkwe waqt wara l-ħruġ, l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi lil debituri indeboliti fil-kreditu (jew fejn applikabbli, garanti indeboliti fil-kreditu), meta debitur indebolit fil-kreditu (jew garanti indebolit fil-kreditu) jkun mutwatarju (jew garanti) li:

(i) iddikjara falliment, qabel mal-kredituri tiegħu fuq tħassir jew riskedar tad-dejn jew li l-kredituri tiegħu ngħataw dritt ta' infurzar jew danni materjali minn qorti minħabba pagament li ma sarx fi żmien tliet snin qabel id-data tal-bidu;

(ii) huwa fuq reġistru uffiċjali ta' persuni b'imgħoddi kreditizju avvers;

(iii) għandu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew għandu punteġġ tal-kreditu li jindika riskju notevoli li mhumiex se jsiru pagamenti maqbulin b'kuntratt meta mqabbel mad-debitur medju għal dan it-tip ta' self fil-ġuriżdizzjoni rilevanti.

(l) fil-waqt tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni jew meta jkun inkorporat fil-pula ta' skoperturi sottostanti fi kwalunkwe waqt wara l-ħruġ, l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi inadempjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(m) ir-ripagament tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni mhiex strutturata biex tiddependu, b'mod prevalenti, fuq il-bejgħ ta' assi li jassiguraw l-iskoperturi sottostanti; madankollu, dan ma jwaqqafx tali skoperturi milli jkunu sussegwentement im ġeddin jew iffinanzjati mill-ġdid.

(n) meta t-titolizzazzjoni tkun ġiet stabbilita mingħajr perjodu ċirkolanti jew il-perjodu ċirkolanti jkun intemm u meta jkun ingħata avviż ta' infurzar jew ta' tħaffif, ir-rikavati ta' prinċipal mill-iskoperturi sottostanti jingħaddu lid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni permezz ta' amortizzazzjoni sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u l-ebda ammont sostanzjali ta' flus kontanti ma jinqabad fl-SSPE f'kull data ta' pagament;

(o) meta t-titolizzazzjoni tkun ġiet stabbilita b'perjodu ċirkolanti, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tipprovdi għal eventi xierqa ta' ammortizzazzjoni bikrija, li għandhom jinkludu bħala minimu dawn kollha li ġejjin:

(i) degradazzjoni fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(ii) nuqqas milli jiġu ġġenerati skoperturi sottostanti ġodda suffiċjenti ta' mill-inqas kwalità tal-kreditu simili;

(iii) l-okkorrenza ta' event relatat ma' insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-serviser;

(p) meta tinħareġ it-titolizzazzjoni, il-mutwatarji (jew, fejn applikabbli, il-garanti) jkunu għamlu mill-inqas pagament wieħed, ħlief meta t-titolizzazzjoni hija sostnuta mill-faċilitajiet ta' kreditu msemmija fil-punt (h)(v) ta' dan il-paragrafu;

(q) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali msemmi fil-punt (h)(i) jew (ii), il-pula ta' self ma tinkludix xi self li tqiegħed fis-suq u ġie sottoskritt bil-kundizzjoni li l-applikant għas-self jew, meta applikabbli l-intermedjarji, ġew mgħarrfin li t-tagħrif ipprovdut ma setax jiġi vverifikat mill-mutwanti;

(r) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet meta l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali msemmi fil-punt (h)(i) jew (ii), il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4, 5(a), u 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) jew rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni;

(s) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet meta l-iskoperturi sottostanti jkunu self u lokazzjonijiet fuq il-karozzi jew self għall-konsumaturi u faċilitajiet ta' kreditu imsemmija fil-punt (h)(v) ta' dan il-paragrafu, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) jew rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni;

(t) meta l-emittent, l-oriġinatur jew l-isponsor tat-titolizzazzjoni jkun stabbilit fl-Unjoni, jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jiżvela informazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 8b tar-Regolament (UE) Nru 1060/2009, fuq il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, l-istruttura tat-tranżazzjoni, il-flussi tal-flus u kwalunkwe kollateral li jsostni l-iskoperturi kif ukoll kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex l-investituri jwettqu testijiet tal-istress komprensivi u informati sew; meta l-emittent, l-oriġinatur u l-isponsors ikunu stabbiliti barra l-Unjoni, dejta komprensiva fil-livell tas-self b'konformità mal-istandards ġeneralment aċċettati mill-parteċipanti fis-suq titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' investituri u regolaturi potenzjali u eżistenti mal-ħruġ fuq bażi regolari.

3.  Pożizzjonijiet ta' titolizzazjoni tat-tip 2 jinkludu l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 1.

4.  Minkejja l-paragrafu 2, titolizzazzjonijiet li nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jikkwalifikaw bħala tat-tip 1 jekk jissodisfaw biss ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (c), (d), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 2. F'każ fejn l-iskoperturi sottostanti huma self residenzjali msemmi fil-punt (h)(i) tal-paragrafu 2, l-ebda waħda miż-żewġ kundizzjonijiet fuq il-proporzjonijiet tas-selfa mal-valur u s-selfa mal-introjtu stipulata f'dak il-punt japplikaw għal dawk it-titolizzazzjonijiet.

5.  Minkejja l-paragrafu 2, pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi sottostanti huma self residenzjali msemmija fil-punt (h)(i) tal-paragrafu 2 li ma jissodisfawx ir-rekwiżit medju tas-self mal-valur u lanqas ir-rekwiżit tas-self mal-introjru stipulat f'dak il-punt, tikkwalifika bħala pożizzjoni ta' titolizzazzjoni tat-Tip 1 sal-31 ta' Diċembru 2025, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) it-titolizzazzjoni ngħatat wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(b) l-iskoperturi sottostanti jinkludu self residenzjali li ngħataw lil obbliganti qabel l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tipprovdi għal limitu ta' self skont l-introjtu.

(c) l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux self residenzjali li ngħata lil obbliganti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li ma jikkonformax mar-rekwiżit tas-self skont l-introjtu kif imsemmi fil-punt (h)(i) tal-paragrafu 2.

Artikolu 178

Riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni: kalkolu tar-rekwiżit kapitali

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 1 ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis relattiv f'daqqa ta' stressi fil-valur ta' kull pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i tat-Tip 1: Il-fattur tar-riskju stressi ikun ugwali għal dan li ġej

image

fejn:

(a)  duri tirrappreżenta d-durata mmodifikata ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i denominata fi snin;

(b)  bi tiġi assenjata skont l-iskala tal-kwalità kreditizja ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i skont it-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

bi

2,1 %

3 %

3 %

3 %

2.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjoni ta' titolizzazzjoni tat-tip 2 ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis relattiv f'daqqa ta' stressi fil-valur ta' kull pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i tat-Tip 2: Il-fattur tar-riskju stressi ikun ugwali għal dan li ġej

image

fejn:

(a)  duri tirrappreżenta d-durata mmodifikata ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i denominata fi snin;

(b)  bi tiġi assenjata skont l-iskala tal-kwalità kreditizja ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i skont it-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

bi

12,5 %

13,4 %

16,6 %

19,7 %

82 %

100 %

100 %

3.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis relattiv instantanju ta' stressi fil-valur ta' kull pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni i: Il-fattur tar-riskju stressi ikun ugwali għal dan li ġej

image

fejn:

(a)  duri tirrappreżenta d-durata mmodifikata ta' pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni i denominata fi snin;

(b)  bi tiġi assenjata skont l-iskala tal-kwalità kreditizja ta' pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni i skont it-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

bi

33 %

40 %

51 %

91 %

100 %

100 %

100 %

4.  Id-durata mmodifikata duri imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma tkunx inqas minn sena.

5.  Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma hemmx disponibbli għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ta' 100 %.

Artikolu 179

Riskju tal-firxa fuq derivati ta' kreditu

1.   ►M1  Ir-rekwiżit kapitali dkRKS għar-riskju tal-firxa fuq derivati ta' kreditu minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikun daqs l-ogħla wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin: ◄

▼M1

(a) it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn żieda f'daqqa f'termini assoluti tal-firxiet tal-kreditu tal-istrumenti li jsawru d-derivati ta' kreditu;

▼B

(b) it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqis relattiv f'daqqa tal-firxiet tal-kreditu tal-istrumenti li jsawru d-derivati ta' kreditu b'75 %.

Għall-finijiet tal-punt (a), iż-żieda f'daqqa tal-firxiet tal-kreditu tal-istrumenti li jsawru d-derivati ta' kreditu li għalihom hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tiġi kkalkulata skont it-tabella li ġejja.



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

Żieda f'daqqa fil-firxa (f'punti perċentwali)

1,3

1,5

2,6

4,5

8,4

16,20

16,20

2.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, iż-żieda f'daqqa fil-firxa tal-kreditu tal-istrumenti li jsawru d-derivati ta' kreditu li ma hemmx disponibbli għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun ta' ħames punti perċentwali.

3.  Id-derivati ta' kreditu li huma parti mill-politika ta' mitigazzjoni tar-riskji tal-impriża ma jkunux soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju ta' firxiet, diment li l-impriża jkollha jew l-istrumenti li jsawru d-derivati ta' kreditu jew skopertura oħra li fir-rigward tagħha r-riskju ta' bażi bejn dik l-iskopertura u l-istrumenti li jsawru d-derivat ta' kreditu ma huwa materjali fl-ebda ċirkustanza.

4.  Meta l-ikbar mir-rekwiżiti kapitali li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu (1), u l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ma jkunux imsejsin fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq derivati ta' kreditu jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-paragrafu 1 li għalih ix-xenarju sottostanti jirriżulta fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat skont l-Artikolu 206(2).

Artikolu 180

Skoperturi speċifiċi

1.  Skoperturi fil-forma ta bonds imsemmijin fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE (bonds koperti) li ġew assenjati fl-iskala tal-kwalità kreditizja żero jew wieħed jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont it-tabella li ġejja.



Skala tal-kwalità kreditizja

Durata (duri )

0

1

sa 5 snin

0,7 %. duri

0,9 %. duri

Iktar minn 5 snin

image

image

2.  Skoperturi fil-forma ta' bonds u self għal dawn li ġejjin jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ta' 0 %:

(a) il-Bank Ċentrali Ewropew;

(b) il-gvern ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita lokali ta' dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali;

(c) banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Skoperturi fil-forma ta' bonds u self li huma ggarantiti b'mod sħiħ, irrevokabbli u mingħajr kundizzjonijiet minn waħda mill-kontropartijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d), meta l-garanzija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 215, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ta' 0 % ukoll.

3.  Skoperturi fil-forma ta' bonds u self għall-banek ċentrali u l-banek ċentrali minbarra dawk imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2, denominati u ffinanzjati fil-munita lokali ta' dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali, u li għalihom hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata tal-iskopertura skont it-tabella li ġejja.



Skala tal-kwalità kreditizja

0 u 1

2

3

4

5 u 6

Durata

(duri )

stress i

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

sa 5 snin

image

0,0 %

1,1 %

1,4 %

2,5 %

4,5 %

Iktar minn 5 u sa 10 sena

image

0,0 %

0,0 %

5,5 %

0,6 %

7,0 %

0,7 %

12,5 %

1,5 %

22,5 %

2,5 %

Iktar minn 10 u sa 15 sena

image

0,0 %

0,0 %

8,4 %

0,5 %

10,5 %

0,5 %

20,0 %

1,0 %

35,0 %

1,8 %

Iktar minn 15 u sa 20 sena

image

0,0 %

0,0 %

10,9 %

0,5 %

13,0 %

0,5 %

25,0 %

1,0 %

44,0 %

0,5 %

Iktar minn 20 sena

image

0,0 %

0,0 %

13,4 %

0,5 %

15,5 %

0,5 %

30,0 %

0,5 %

46,5 %

0,5 %

4.  Skoperturi fil-forma ta' bonds u self għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li għaliha ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u meta din l-impriża tissodisfa r-Rekwiżit Kapitali Minimu tagħha, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi mit-tabella fl-Artikolu 176(3) skont il-proporzjon ta' solvenza tal-impriża, billi jintuża l-immappjar li ġej bejn il-proporzjonijiet ta' solvenza u l-iskali tal-kwalità kreditizja:



Proporzjon ta' solvenza

196 %

175 %

122 %

95 %

75 %

75 %

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun jaqa' bejn il-proporzjonijiet ta' solvenza stipulati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valur ta' stressi jiġi interpolat b'mod lineari mill-eqreb valuri ta' stressi li jikkorrispondu għall-eqreb proporzjonijiet ta' solvenza stipulati fit-tabella ta' hawn fuq. Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun inqas minn 75 %, stressi jkun daqs il-fattur li jikkorrispondi għall-iskali tal-kwalità kreditizja 5 u 6. Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun ogħla minn 196 %, stressi jkun l-istess bħall-fattur li jikkorrispondi għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “proporzjon ta' solvenza” tirrappreżenta l-proporzjon tal-ammont eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, billi jintużaw l-aħħar valuri disponibbli.

5.  Skoperturi fil-forma ta' bonds u self għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ma jissodisfawx ir-Rekwiżit Kapitali Minimu tagħha jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont it-tabella li ġejja:



Durata (duri )

fattur tar-riskju stressi

sa 5 snin

7,5 %. duri

Iktar minn 5 u sa 10 sena

37,50 % + 4,20 %.(duri – 5)

Iktar minn 10 u sa 15 sena

58,50 % + 0,50 %.(duri – 10)

Iktar minn 15 u sa 20 sena

61 % + 0,50 %.(duri – 15)

Iktar minn 20 sena

image

6.  Il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu japplikaw biss mill-ewwel data ta' divulgazzjoni pubblika, mill-impriża korrispondenti għall-iskopertura, tar-rapport fuq il-qagħda finanzjarja u tas-solvenza tagħha msemmija fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/138/KE. Qabel dik id-data, jekk tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għall-iskoperturi, jkun japplika l-Artikolu 176 ta' dan ir-Regolament, inkella l-iskoperturi jiġu assenjati l-istess fattur ta' riskju bħal dawk li jirriżultaw wara li jiġi applikat il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għall-iskoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li l-proporzjon ta' solvenza tagħha jkun ta' 100 %.

7.  Skoperturi fil-forma ta' bonds u self għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li għaliha ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, li tinsab f'pajjiż li r-reġim tas-solvenza tiegħu jitqies ekwivalenti għal dak stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE b'konformità mal-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE, u li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' solvenza ta' dak il-pajjiż terz, għandhom jiġu assenjati l-istess fattur ta' riskju bħal dawk li jirriżultaw wara li jiġi applikat il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni bi proporzjon ta' solvenza ta' 100 %.

8.  Skoperturi fil-forma ta' bonds u self għal istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-punti (1) u (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' solvenza stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, jiġu assenjati l-istess fattur ta' riskju bħal dawk li jirriżultaw meta jiġi applikat il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni bi proporzjon ta' solvenza ta' 100 %.

9.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq derivati ta' kreditu meta l-istrument finanzjarju sottostanti jkun bond jew selfa għal xi skopertura elenkata fil-paragrafu 2 għandu jkun żero.

10.  Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 1 li huma garantiti b'mod inkundizzjonali u irrevokabbli u bis-sħiħ mill-Fond Ewropew tal-Investiment jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, meta l-garanzija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 215, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ta' 0 %.

▼M1

11.  Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12 għandhom jiġu assenjati il-fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata tal-esponiment skont it-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità tal-kreditu

0

1

2

3

Durata

(dur i)

stressi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

sa 5 snin

bi · duri

0,64 %

0,78 %

1,0 %

1,67 %

Iktar minn 5 snin u sa 10 snin

ai + bi · (duri – 5)

3,2 %

0,36 %

3,9 %

0,43 %

5,0 %

0,5 %

8,35 %

1,0 %

Iktar minn 10 snin u sa 15-il sena

ai + bi · (duri – 10)

5,0 %

0,36 %

6,05 %

0,36 %

7,5 %

0,36 %

13,35 %

0,67 %

Iktar minn 15-il sena u sa 20 sena

ai + bi · (duri – 15)

6,8 %

0,36 %

7,85 %

0,36 %

9,3 %

0,36 %

16,7 %

0,67 %

Iktar minn 20 sena

min[ai + bi · (duri – 20);1]

8,6 %

0,36 %

9,65 %

0,36 %

11,1 %

0,36 %

20,05 %

0,36 %

12.  Il-kriterji għall-esponimenti li jiġu assenjati fattur ta' riskju skont il-paragrafu 11 ikunu li:

(a) l-esponiment ikollu x'jaqsam ma' investiment infrastrutturali kwalifikanti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a;

(b) l-esponiment ma huwiex assi li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 ikun assenjat għal portafoll tal-aġġustament korrispondenti skont l-Artikolu 77b(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

 ikun ġie assenjat skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 2.

(c) valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għall-esponiment;

(d) l-esponiment ikun ġie assenjat skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 3.

13.  Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12(a) u (b), li iżda ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12(c), għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja u durata tal-esponiment konformi mat-tabella li tidher fil-paragrafu 11.

▼B

Artikolu 181

Applikazzjoni tax-xenarji ta' riskju tal-firxa għal portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza

Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, jistgħu jwettqu x-xenarju fuq il-bażi tal-kalkolu għar-riskju tal-firxa kif ġej:

(a) l-assi fil-portafoll assenjat jkun soġġett għat-tnaqqis f'daqqa fil-valur għar-riskju tal-firxa stipulat fl-Artikoli 176, 178 u 180 ta' dan ir-Regolament;

(b) il-provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati mill-ġdid sabiex jitqies l-impatt fuq l-ammont tal-aġġustament ta' korrispondenza tat-tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-portafoll assenjat ta' assi. B'mod partikolari, il-firxa fundamentali tiżdied, b'ammont assolut li huwa kkalkulat bħala l-multiplikazzjoni ta' dawn li ġejjin:

(i) iż-żieda assoluta fil-firxiet li, multiplikata bid-durata mmodifikata tal-assi rilevanti, tirriżulta fil-fattur ta' riskju rilevanti stressi , imsemmi fl-Artikoli 176, 178 u 180 ta' dan ir-Regolament;

(ii) fattur ta' tnaqqis, skont il-kwalità kreditizja kif stipulat fit-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

Fattur ta' tnaqqis

45 %

50 %

60 %

75 %

100 %

100 %

100 %

▼M1

Għall-assi fil-portofoll assenjat li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, u għal assi ta' infrastruttura kwalifikanti li jkunu ġew assenjati skala tal-kwalità kreditizja 3, il-fattur ta' tnaqqis għandu jkun ta' 100 %.

▼B



Subtaqsima 6

Submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq

Artikolu 182

Skopertura b'isem wieħed

1.  Ir-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' skopertura b'isem wieħed. Għal dan l-għan, skoperturi għal impriżi li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv jiġu ttrattati bħala skopertura b'isem wieħed. B'mod simili, proprjetajiet immobbli li jinsabu fl-istess bini għandhom jitqiesu bħala proprjetà immobbli waħda.

2.  L-iskopertura f'inadempjenza għal kontroparti tkun is-somma tal-iskoperturi għal din il-kontroparti.

3.  L-iskoperturi f'inadempjenza għal skopertura b'isem wieħed ikunu s-somma tal-iskoperturi f'inadempjenza għall-kontropartijiet kollha li jappartjenu għall-iskopertura b'isem wieħed.

4.   ►M3  L-iskala tal-kwalità kreditizja medja ponderata fuq skopertura b'isem wieħed tkun daqs il-medja mqarrba 'l fuq tal-iskali tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi kollha għall-kontropartijiet kollha li jappartjenu għall-iskopertura b'isem wieħed, ponderata skont il-valur ta' kull skopertura. ◄

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 4, skoperturi li għalihom hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, jiġu assenjati skala tal-kwalità kreditizja skont il-Kapitolu 1 Taqsima2 ta' dan it-Titlu. L-iskoperturi li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata jiġu assenjati fl-iskala 5 tal-kwalità kreditizja.

Artikolu 183

Kalkolu tar-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq

1.  Ir-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri l-iskoperturi b'isem wieħed i kollha;

(b)  Conci tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq fuq skopertura b'isem wieħed i.

2.  Għal kull skopertura b'isem wieħed i, ir-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq Conci jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-assi li jikkorrispondi għall-iskopertura b'isem wieħed i ugwali għal li ġej:

image

fejn:

(a)  XSi hija l-iskopertura eċċessiva msemmija fl-Artikolu 184;

(b)  gi hija l-fattur ta' riskju għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq imsemmi fl-Artikoli 186 u 187;

Artikolu 184

Skopertura eċċessiva

1.  L-iskopertura eċċessiva fuq skopertura b'isem wieħed i tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a)  Ei tirrappreżenta l-iskopertura f'inadempjenza għal skopertura b'isem wieħed i li hija inkluża fil-bażi tal-kalkolu tas-submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq;

(b)  Assets tirrappreżenta l-bażi tal-kalkolu tas-submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq;

(c)  CTi tirrappreżenta l-livell limitu tal-iskopertura eċċessiva relattiva msemmi fl-Artikolu 185.

2.  Il-bażi tal-kalkolu tas-submodulu tal-konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq Assets tkun daqs il-valur tal-assi kollha miżmumin minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, esklużi li ġejjin:

(a) assi miżmumin fir-rigward ta' kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju ta' investiment jiġġarrab bis-sħiħ mid-detenturi tal-poloz;

(b) skoperturi għal kontroparti li tappartjeni fl-istess grupp bħall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) il-kontroparti hija impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jew impriża ta' servizzi anċillari;

(ii) il-kontroparti hija kkonsolidata bis-sħiħ skont l-Artikolu 335(1)(a);

(iii) il-kontroparti hija soġġetta għall-istess evalwazzjoni tar-riskju, proċeduri ta' kejl u kontroll bħall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iv) il-kontroparti hija stabbilita fl-Unjoni;

(v) ma hemm ebda xkiel legali jew prattiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji jew ir-ripagament ta' obbligazzjonijiet mill-kontroparti lill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(c) il-valur tal-parteċipazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu li jitnaqqas mill-fondi proprji skont l-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament;

(d) skoperturi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti;

(e) assi tat-taxxa differiti;

(f) assi intanġibbli.

3.  L-iskopertura f'inadempjenza fuq skopertura b'isem wieħed i titnaqqas bl-ammont tal-iskopertura f'inadempjenza għall-kontropartijiet li jappartjenu għal dik l-iskopertura b'isem wieħed u li għaliha l-fattur ta' riskju għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq msemmi fl-Artikoli 168 u187 huwa 0 %.

Artikolu 185

Livell limitu tal-iskopertura eċċessiva relattiva

Kull skopertura b'isem wieħed i tiġi assenjata, skont it-tabella li ġejja, livell limitu tal-iskopertura eċċessiva relattiva skont l-iskala tal-kwalità kreditizja medja ponderata tal-iskopertura b'isem wieħed i, ikkalkulat skont l-Artikolu 182(4).



Skala medja ponderata tal-kwalità kreditizja ta' skopertura b'isem wieħed i

0

1

2

3

4

5

6

Eċċess relattiv tal-limitu minimu tal-iskopertura CTi

3 %

3 %

3 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

Artikolu 186

Fattur ta' riskju għall-konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq

1.  Kull skopertura b'isem wieħed i tiġi assenjata, skont it-tabella li ġejja, fattur ta' riskju gi għall-konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq skont l-iskala tal-kwalità kreditizja medja ponderata tal-iskopertura b'isem wieħed i, ikkalkulat skont l-Artikolu 182(4).



Skala medja ponderata tal-kwalità kreditizja ta' skopertura b'isem wieħed i

0

1

2

3

4

5

6

Fattur ta' riskju gi

12 %

12 %

21 %

27 %

73 %

73 %

73 %

2.  Skopertura b'isem wieħed għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li għaliha ma jkunx hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u meta l-impriża tissodisfa r-Rekwiżit Kapitali Minimu tagħha, tiġi assenjata fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq skont il-proporzjon ta' solvenza tal-impriża b'konformità mat-tabella li ġejja:



Proporzjon ta' solvenza

95 %

100 %

122 %

175 %

196 %

Fattur ta' riskju gi

73 %

64,5 %

27 %

21 %

12 %

Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun jaqa' bejn il-proporzjonijiet ta' solvenza stipulati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valur ta' gi jiġi interpolat b'mod lineari mill-eqreb valuri ta' gi li jikkorrispondu għall-eqreb proporzjonijiet ta' solvenza stipulati fit-tabella ta' hawn fuq. Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun inqas minn 95 %, il-fattur ta' riskju gi jkun ta' 73 %. Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun ikbar minn 196 %, il-fattur ta' riskju gi jkun ta' 12 %.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “proporzjon ta' solvenza” tirrappreżenta l-proporzjon tal-ammont eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, billi jintużaw l-aħħar valuri disponibbli.

3.  Skoperturi b'isem wieħed għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ma jissodisfawx ir-Rekwiżit Kapitali Minimu tagħhom, jiġu assenjati fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq ta' 73 %.

Il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu japplikaw biss mill-ewwel data ta' divulgazzjoni pubblika, mill-impriża korrispondenti għall-iskopertura, tar-rapport fuq il-qagħda finanzjarja u tas-solvenza tagħha msemmija fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/138/KE. Qabel dik id-data, jekk tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI għall-iskopertura b'isem wieħed, ikun japplika l-paragrafu 1, inkella l-iskoperturi jiġu assenjati fattur ta' riskju gi ta' 64,5 %.

4.  Skoperturi b'isem wieħed għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, li tinsab f'pajjiż li r-reġim tas-solvenza tagħha jitqies ekwivalenti skont l-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE, u li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' solvenza ekwivalenti għal dawk tal-pajjiż terzi, jiġu assenjati fattur ta' riskju gi ta' 64,5 %.

5.  Skoperturi b'isem wieħed għal istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-punti (1) u (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' solvenza stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, li ma hemmx disponibbli għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, jiġu assenjati fattur ta' riskju gi ta' 64,5 %.

6.  Skoperturi b'isem wieħed minbarra dawk identifikati fil-paragrafi 1 sa 5 jiġu assenjati fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq ta' 73 %.

Artikolu 187

Skoperturi speċifiċi

1.  Skoperturi fil-forma ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE (bonds koperti) jiġu assenjati livell limitu ta' skopertura eċċessiva relattiva CTi ta' 15 %, diment li l-iskoperturi korrispondenti fil-forma ta' bonds koperti jkunu ġew assenjati skala ta' żero jew wieħed tal-kwalità kreditizja. Skoperturi fil-forma ta' bonds koperti jitqiesu bħala skoperturi b'isem wieħed, indipendentement minn skoperturi oħrajn għall-istess kontroparti bħall-emittent tal-bonds koperti, li jikkostitwixxu skopertura differenti b'isem wieħed.

2.  Skoperturi għal proprjetà immobbli waħda jiġu assenjati livell limitu ta' skopertura eċċessiva relattiva CTi ta' 10 % u fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq ta' 12 %.

3.  Skoperturi għal dawn li ġejjin jiġu assenjati fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq ta' 0 %:

(a) il-Bank Ċentrali Ewropew;

(b) il-gvern ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjata fil-munita domestika ta' dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali;

(c) banek ta' żvilupp multilaterali msemmijin fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Skoperturi li huma ggarantiti bis-sħiħ, mingħajr kundizzjonijiet u b'mod irrevokabbli minn waħda mill-kontropartijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d), meta l-garanzija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 215, jiġu assenjati fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq ta' 0 %.

4.  Skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali minbarra dawk imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 3, denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali, jiġu assenjati fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq skont l-iskali medji ponderati tal-kwalità kreditizja tagħhom, skont it-tabella li ġejja.



Skala medja ponderata tal-kwalità kreditizja ta' skopertura b'isem wieħed i

0

1

2

3

4

5

6

Fattur ta' riskju gi

0 %

0 %

12 %

21 %

27 %

73 %

73 %

5.  Skoperturi fil-forma ta' depożiti l-bank jiġu assenjati fattur ta' riskju gi għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq ta' 0 %, diment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-valur sħiħ tal-iskopertura huwa kopert minn skema ta' garanzija tal-gvern fl-Unjoni;

(b) il-garanzija tkopri l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mingħajr ebda restrizzjoni;

(c) ma hemm ebda għadd doppju tat-tali garanzija fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.



Subtaqsima 7

Submodulu tar-riskju tal-valuta

Artikolu 188

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita msemmi fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs is-somma tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-munita għal kull munita barranija. Investimenti f'ekwitajiet tat-tip 1 imsemmijin fl-Artikolu 168(2) u ekwitajiet tat-tip 2 imsemmijin fl-Artikolu 168(3) li huma elenkati f'boroż li joperaw b'muniti differenti jiġu supponuti bħala sensittivi għall-munita tal-elenkar ewlieni tagħhom. Ekwitajiet tat-tip 2 imsemmijin fl-Artikolu 168(3) li mhumiex elenkati jiġu supponuti bħala sensittivi għall-munita tal-pajjiż fejn l-emittent għandu l-operazzjonijiet ewlenin tiegħu. Proprjetà immobbli tiġi supponuta bħala sensittiva għall-munita tal-pajjiż fejn tinsab.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, muniti barranin ikunu muniti minbarra l-munita użata għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ('il-munita lokali').

2.  Għal kull munita barranija, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita jkun daqs l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tisħiħ tal-valur tal-munita barranija kontra l-munita lokali;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis tal-valur tal-munita barranija kontra l-munita lokali.

3.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tisħiħ fil-valur ta' munita barranija kontra l-munita lokali jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn żieda f'daqqa ta' 25 % fil-valur tal-munita barranija kontra l-munita lokali.

4.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fil-valur ta' munita barranija kontra l-munita lokali jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta' 25 % fil-valur tal-munita barranija kontra l-munita lokali.

5.  Għal valuti ffissati mal-euro, il-fattur ta' 25 % imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi aġġustat skont l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat skont il-punt (d) tal-Artikolu 109a(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, diment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) l-arranġament ta' ffissar jiżgura li l-bidliet relattivi fir-rata tal-kambju fuq perjodu ta' sena ma jaqbżux l-aġġustamenti relattivi għall-fattur ta' 25 %, f'każ ta' eventi estremi fis-suq, li jikkorrispondu għal-livell ta' fiduċja stipulat fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) tinżamm konformità ma' wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) il-munita tipparteċipa fil-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rati tal-Kambju (ERM II);

(ii) teżisti deċiżjoni mill-Kunsill li tirrikonoxxi arranġamenti ta' ffissar bejn din il-munita u l-euro;

(iii) l-arranġament ta' ffissar huwa stipulat mil-liġi tal-pajjiż li jistabbilixxi l-munita tal-pajjiż.

Għall-finijiet tal-punt (a), jiġu kkunsidrati r-riżorsi finanzjarji tal-partijiet li jiggarantixxu l-iffissar.

6.  L-impatt ta' tisħiħ jew tnaqqis fil-valur ta' munita barranija kontra l-munita lokali fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu, jiġi kkunsidrat biss fuq il-valur tal-parteċipazzjonijiet li ma jitnaqqsux minn fondi proprji skont l-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament. Is-sehem imnaqqas mill-fondi proprji jiġi kkunsidrat biss sa fejn it-tali impatt iżid il-fondi proprji bażiċi.

7.  Fejn l-ikbar fost ir-rekwiżiti kapitali li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-ikbar wieħed fost dawk ir-rekwiżiti kapitali u l-ikbar wieħed fost ir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ma jkunux imsejsin fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita fuq munita partikolari għandu jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2 li għalih ix-xenarju sottostanti jirriżulta fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 206(2).



TAQSIMA 6

Modulu tar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 189

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCRdef,1 tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 1 kif stipulat fil-paragrafu 2.

(b)  SCRdef,2 tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 2 kif stipulat fil-paragrafu 3.

2.  Skoperturi tat-tip 1 ikunu jikkonsistu fi skoperturi marbutin ma' dawn li ġejjin:

(a) Kuntratti ta' mitigazzjoni tar-riskji inklużi arranġamenti tar-riassigurazzjoni, veikoli bi skop speċjali, derivati u titolizzazzjonijiet tal-assigurazzjoni;

(b) Flus il-bank kif definiti fl-Artikolu 6, inċiż F tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 15 );

(c) Depożiti ma' impriżi ċedenti, li fihom in-numru ta' skoperturi b'isem wieħed ma jaqbiżx il-15;

(d) Impenji riċevuti minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġew prelevati iżda li ma tħallsux, li fihom in-numru ta' skoperturi b'isem wieħed ma jaqbiżx il-15, inklużi ishma preferenzjali u kapital azzjonarju ordinarji prelevati iżda mhux imħallsin, impenji li jorbtu legalment prelevati iżda mhux imħallsin għas-sottoskrizzjoni u l-ħlas għal obbligazzjonijiet subordinati, fondi inizjali prelevati iżda mhux imħallsin, kontribuzzjonijiet tal-membri jew l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ekwivalenti għal impriżi mutwi u tat-tip mutwu, garanziji prelevati iżda mhux imħallsin, ittri ta' kreditu prelevati iżda mhux imħallsin, pretensjonijiet prelevati iżda mhux imħallsin li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplementari;

(e) Impenji li jorbtu legalment li l-impriża pprovdiet jew fasslet u li jistgħu joħolqu obbligi ta' ħlas skont l-affidabbiltà kreditizja jew l-inadempjenza għal kontroparti inklużi garanziji, ittri ta' kreditu, ittri ta' konfort li l-impriża pprovdiet.

3.  Skoperturi tat-tip 2 jikkonsistu fl-iskoperturi ta' kreditu kollha li mhumiex koperti fis-submodulu ta' riskju tal-firxa u li mhumiex skoperturi tat-tip 1, inklużi dawn li ġejjin:

(a) Riċevibbli mingħand intermedjarji;

(b) Debituri ta' detenturi ta' polza;

(c) self ipotekarju li jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 191(2) sa (13);

(d) Depożiti ma' impriżi ċedenti, meta n-numru ta' skoperturi b'isem wieħed jaqbeż il-15;

(e) Impenji riċevuti minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġew prelevati iżda mhumiex imħallsin kif imsemmi fil-paragrafu 2(d), meta n-numru ta' skoperturi b'isem wieħed jaqbeż il-15.

4.  Bid-diskrezzjoni tagħhom, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jqisu l-iskoperturi kollha msemmijin fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 3 bħala skoperturi tat-tip 1, indipendentement min-numru ta' skoperturi b'isem wieħed.

5.  Meta tkun ġiet ipprovduta ittra ta' kreditu, garanzija jew teknika ekwivalenti ta' mitigazzjoni tar-riskju sabiex tiġi ggarantita skopertura u din it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 209 sa 215, f'dak il-każ il-fornitur tal-ittra ta' kreditu, garanzija jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ekwivalenti jista' jitqies bħala l-kontroparti fuq l-iskopertura ggarantita għall-finijiet ta' valutazzjoni tan-numru ta' skoperturi b'isem wieħed.

6.  Ir-riskji ta' kreditu li ġejjin ma jkunux koperti fil-modulu tar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti:

(a) ir-riskju ta' kreditu ttrasferit minn derivat ta' kreditu;

(b) ir-riskju ta' kreditu mal-ħruġ tad-dejn minn veikoli bi skop speċjali, kemm jekk kif definit fl-Artikolu 13(26) tad-Direttiva 2009/138/KE jew le;

(c) ir-riskju ta' sottoskrizzjoni ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tal-kreditu u l-garanzija kif imsemmi fil-linji operatorji 9, 21 u 28 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament

(d) ir-riskju ta' kreditu fuq self ipotekarju li ma jissodisfax ir-rekwżiti fl-Artikolu 191(2) sa (9).

7.  Garanziji ta' investiment fuq kuntratti tal-assigurazzjoni pprovduti lil detenturi ta' polza minn parti terza u li għalihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun responsabbli jekk il-parti terza ssir inadempjenti għandhom jitqiesu bħala derivati fil-modulu tar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti.

Artikolu 190

Skoperturi b'isem wieħed

1.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskoperturi b'isem wieħed. Għal dak l-għan, skoperturi għal impriżi li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv jitqiesu bħala skopertura b'isem wieħed.

2.  L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tista' tikkunsidra skoperturi li jappartjenu għal membri differenti tal-istess arranġament tal-pula legali jew kuntrattwali bħal skoperturi b'isem wieħed differenti meta l-probabilità tal-inadempjenza tal-iskopertura b'isem wieħed tiġi kkalkulata b'konformità mal-Artikolu 199 u t-telf fil-każ ta' inadempjenza jiġi kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 193 jekk hija skopertura tal-pula tat-tip A, b'konformità mal-Artikolu 194 jekk hija skopertura tal-pula tat-tip B u b'konformità mal-Artikolu 195 jekk hija skopertura tal-pula tat-tip C. Inkella, skoperturi għall-impriżi li jappartjenu għall-istess arranġament tal-ippuljar jitqiesu bħala skopertura b'isem wieħed.

Artikolu 191

Self ipotekarju

1.  Self fil-livell tal-konsum iggarantit minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali (self ipotekarju) jitqies bħala skoperturi tat-tip 2 skont ir-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti fil-paragrafi 2 sa 13.

2.  L-iskopertura tkun jew għal persuna jew persuni fiżiċi jew għal impriża ta' daqs medju jew żgħira.

3.  L-iskopertura tkun waħda minn numru importanti ta' skoperturi b'karatteristiċi simili b'tali mod li r-riskji assoċjati mat-tali self jitnaqqsu b'mod sostanzjali.

4.  L-ammont sħiħ dovut lill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u, fejn rilevanti, lill-impriżi relatati kollha skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, inkluża kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-kontroparti jew parti terza relatata oħra, ma jaqbiżx, sa fejn taf l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, il-EUR 1 miljun. L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tieħu passi raġonevoli biex tikseb dan l-għarfien.

5.  Il-proprjetà residenzjali hija jew sejra tkun okkupata jew tinkera mis-sid.

6.  Il-valur tal-proprjetà ma jiddependix b'mod materjali fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju.

7.  Ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix b'mod materjali fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà sottostanti, iżda fuq il-ħila sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn min sorsi oħrajn, u bħala konsegwenza, ir-ripagament tal-faċilità ma jiddependix b'mod materjali fuq xi fluss tal-flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi ta' kollateral. Għal dawk is-sorsi l-oħrajn, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ssib il-proporzjon massimu tas-self għad-dħul bħala parti mill-politika ta' self tagħha u tikseb evidenza xierqa tad-dħul rilevanti meta tagħti s-self.

8.  Ir-rekwiżiti fuq iċ-ċertezza legali li ġejjin kollha jiġu ssodisfati:

(a) ipoteka jew imposta hija infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fil-ħin tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu u tiġi ppreżentata kif xieraq fil-ħin;

(b) ġew issodisfati r-rekwiżiti legali kollha sabiex jiġi stabbilit ir-rahan;

(c) il-ftehim ta' protezzjoni u l-proċess legali li jsostnih jippermettu lill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni sabiex tirrealizza l-valur tal-protezzjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

9.  Ir-rekwiżiti li ġejjin kollha fuq il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà u fuq il-valutazzjoni tal-proprjetà jiġu ssodisfati:

(a) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tissorvelja l-valur tal-proprjetà fuq bażi spissa u tal-inqas darba kull tliet snin. L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni twettaq monitoraġġ iktar spiss meta s-suq ikun soġġett għal bidliet importanti fil-kundizzjonijiet;

(b) il-valutazzjoni tal-proprjetà hija riveduta meta t-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jindika li l-valur tal-proprjetà seta' naqas b'mod materjali b'rabta mal-prezzijiet ġenerali fis-suq u li r-rieżami huwa estern u indipendenti u mwettaq minn valutatur li għandu l-kwalifiki, il-ħila u l-esperjenza meħtieġa biex jeżegwixxi valutazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess ta' deċiżjonijiet fuq il-kreditu.

10.  Għall-finijiet tal-paragrafu 9, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi statistiċi biex jissorveljaw il-valur tal-proprjetà u jidentifikaw proprjetà li teħtieġ rivalutazzjoni.

11.  L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiddokumentaw biċ-ċar it-tipi ta' proprjetà residenzajli li jaċċettaw bħala kollateral u l-politiki ta' self tagħhom f'dan ir-rigward. L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni teħtieġ li l-valutatur indipendenti tal-valur tas-suq tal-proprjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 198(2), jiddokumenta dak il-valur tas-suq b'mod trasparenti u ċar.

12.  L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha fis-seħħ proċeduri biex tara li l-proprjetà meħuda bħala protezzjoni tal-kreditu hija assigurata b'mod adegwat kontra r-riskju ta' ħsara.

13.  L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tirrapporta d-dejta li ġejja kollha fuq telf li jirriżulta minn self ipotekarju lill-awtorità superviżorja:

(a) telf li jirriżulta minn self li ġie kklassifikat bħala skoperturi tat-tip 2 skont l-Artikolu 189(3) fi kwalunkwe sena;

(b) telf ġenerali fi kwalunkwe sena.

14.  Darba fis-sena, l-awtoritajiet superviżorji jippubblikaw fuq bażi aggregata d-dejta speċifikata fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 13, flimkien ma' dejta storika, meta din tkun disponibbli. Fuq it-talba ta' awtorità superviżorja oħra fi Stat Membru, l-EBA jew l-EIPOA, l-awtorità superviżorja tipprovdi lil dik l-awtorità superviżorja, l-EBA jew l-EIOPA tagħrif iktar dettaljat fuq il-kundizzjoni tas-swieq tal-proprjetà immobbli residenzjali fl-Istat Membru.

Artikolu 192

Telf fil-każ ta' inadempjenza

1.  It-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq skopertura b'isem wieħed jkun daqs is-somma tat-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq kull waħda mill-iskoperturi għall-kontropartijiet li jappartjenu għall-iskopertura b'isem wieħed. It-telf fil-każ ta' inadempjenza jkun nett wara l-obbligazzjonijiet lejn kontropartijiet li jappartjenu għall-iskopertura b'isem wieħed diment li dawk ir-responsabbiltajiet u l-iskoperturi jitpaċu fil-każ ta' inadempjenza tal-kontropartijiet u diment li tinżamm konformità mal-Artikoli 209 u 210 b'rabta ma' dak id-dritt ta' tpaċija. Ma titħalla ssir ebda tpaċija jekk l-obbligazzjonijiet huma mistennija li jiġu ssodisfati qabel ma tiġi approvata l-iskopertura ta' kreditu.

2.  It-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq ftehim ta' riassigurazzjoni jew titolizzazzjoni tal-assigurazzjoni jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  Recoverables tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mill-arranġament tar-riassigurazzjoni jew it-titolizzazzjoni tal-assigurazzjoni u d-debituri korrispondenti;

(b)  RMre tirrappreżenta l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-arranġament jew it-titolizzazzjoni tar-riassugurazzjoni;

(c)  Collateral tirrappreżenta l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral b'rabta mal-arranġament jew it-titolizzazzjoni tar-riassigurazzjoni;

(d)  F tirrappreżenta fattur li jqis l-effett ekonomiku tal-arranġament ta' kollateral b'rabta mal-arranġament jew it-titolizzazzjoni tar-riassigurazzjoni f'każ ta' xi event ta' kreditu marbut mal-kontroparti.

Meta l-arranġament tar-riassigurazzjoni jkun ma' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz u 60 % jew iktar tal-assi ta' dik il-kontroparti jkunu soġġetti għal arranġamenti kollaterali, it-telf fil-każ ta' inadempjenza jiġi kkalkulat kif ġej:

▼M1

image

▼B

fejn:

F' tirrappreżenta fattur li jqis l-effett ekonomiku tal-arranġament ta' kollateral b'rabta mal-arranġament jew it-titolizzazzjoni tar-riassigurazzjoni f'każ ta' xi event ta' kreditu marbut mal-kontroparti.

3.  It-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq derivat jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn

(a)  Derivative tirrappreżenta l-valur tad-derivat b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)  RMfin tirrappreżenta l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-riskju tas-suq tad-derivat;

(c)  Collateral tirrappreżenta l-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral fir-rigward tad-derivat;

(d)  F' tirrappreżenta fattur li jqis l-effett ekonomiku tal-arranġament ta' kollateral b'rabta mad-derivat f'każ ta' event ta' kreditu marbut mal-kontroparti.

4.  It-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq self ipotekarju jiġi kkalkulat kif ġej

image

fejn:

(a)  Loan tirrappreżenta l-valur tas-self ipotekarju b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)  Mortgage tirrappreżenta l-valur aġġustat għar-riskju tal-ipoteka.

5.  It-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq impenn li jorbot legalment kif imsemmi fl-Artikolu 189(2)(e) ta' dan ir-Regolament ikun daqs id-differenza bejn il-valur nominali tiegħu u l-valur tiegħu b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

6.  It-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq flus il-bank kif definit fl-Artikolu 6, inċiż F tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE, ta' depożitu ma' impriża ċedenti, ta' entrata elenkata fl-Artikolu 189(2)(d) jew Artikolu 189(3)(e) ta' dan ir-Regolament, jew ta' riċevibbli minn intermedjarju jew debitur ta' detenturi ta' polza, kif ukoll kwalunkwe skopertura oħra mhux elenkati xi mkien ieħor f'dan l-Artikolu jkun daqs il-valur tiegħu b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 193

Telf fil-każ ta' inadempjenza għal skoperturi tal-pula tat-tip A

1.  Għal skoperturi tal-pula tat-tip A li l-impriża tqis bħala skoperturi separati b'isem wieħed skont l-Artikolu 190(2), meta kull membru jkun responsabbli biss tas-sehem rispettiv tiegħu mill-obbligu kopert mill-arranġament tal-ippuljar, it-telf fil-każ ta' inadempjenza jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 192.

Għal skoperturi tal-pula tat-tip A li l-impriża tqis bħala skoperturi b'isem wieħed separati skont l-Artikolu 190(2), meta kull membru jkun responsabbli sal-ammont sħiħ tal-obbligu kopert mill-arranġament tal-ippuljar, it-telf fil-każ ta' inadempjenza kkalkulat skont l-Artikolu 192 jiġi mmultiplikat bil-fattur ta' kondiviżjoni tar-riskju, ikkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) 
image ;

(b)  i tirrappreżenta l-membri kollah tal-pula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/138/KE u j tirrappreżenta l-membri kollha tal-pula esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;

(c) 
image ;

(d)  Pj tirrappreżenta s-sehem tar-riskju totali tal-arranġament tal-pula li daħal fih membru tal-pula j;

(e) għal membri tal-pula li għalihom hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata,SRi u SRj jiġu assenjati skont it-tabella li ġejja:



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

SRi

196 %

196 %

175 %

122 %

95 %

75 %

75 %

(f) għal membri tal-pula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u li ma hemmx disponibbli għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, SRi u SRj ikunu l-aħjar proporzjon ta' solvenza disponibbli;

(g) għal membri tal-pula li jinsabu f'pajjiż terz u li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata:

(i)  SRi u SRj ikunu 100 % meta l-membru tal-pula jkun jinsab f'pajjiż b'reġim tas-solvenza meqjus ekwivalenti skont l-Artikolu 172 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(ii)  SRi u SRj ikunu 75 % meta l-membru tal-pula jkun jinsab f'pajjiż b'reġim tas-solvenza li mhuwiex meqjus ekwivalenti skont l-Artikolu 172 tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Meta l-impriża tkun qed iċċedi riskju għal arranġament tal-ippuljar mill-intermedjarju ta' impriża ċentrali, l-impriża ċentrali titqies li hija parti mill-arranġament tal-ippuljar u s-sehem tagħha tar-riskju jiġi kkalkulat kif xieraq.

Artikolu 194

Telf fil-każ ta' inadempjenza għal skoperturi tal-pula tat-tip B

1.  Għal skoperturi tal-pula tat-tip B li l-impriża tqis bħala skoperturi b'isem wieħed separati skont l-Artikolu 190(2), meta kull membru jkun responsabbli sal-ammont sħiħ tal-obbligu kopert mill-arranġament tal-pula, it-telf fil-każ ta' inadempjenza jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  PU tirrappreżenta s-sehem mir-riskju tal-impriża skont it-termini tal-arranġament tal-ippuljar;

(b)  PC tirrappreżenta s-sehem mir-riskju tal-membru ta' kontroparti skont it-termini tal-arranġament tal-ippuljar;

(c)  RRC hija kkalkulata hekk:

(i) 10 % jekk 60 % jew iktar mill-assi tal-membri tal-kontroparti huma soġġetti għal arranġamenti kollaterali;

(ii) inkella 50 %;

(d)  BEC tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligazzjoni ċeduta lill-membri ta' kontroparti mill-impriża, netta minn kwalunkwe ammont riassigurat ma' kontropartijiet esterni għall-arranġament tal-ippuljar;

(e) ΔRMC tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-membri tal-kontroparti għall-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-arranġament tal-ippuljar fuq ir-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-impriża;

(f)  Collateral tirrappreżenta l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral miżmum mill-membru ta' kontroparti fl-arranġament tal-ippuljar;

(g)  F tirrappreżenta l-fattur li jqis l-effett ekonomiku tal-kollateral miżmum mill-membru ta' kontroparti, ikkakulat b'konformità mal-Artikolu 197.

2.  Għal skoperturi tal-pula tat-tip B li l-impriża tqis bħala skoperturi b'isem wieħed separati skont l-Artikolu 190(2), meta l-membri jkunu responsabbli biss sas-sehem rispettiv tagħhom mill-obbligu kopert mill-arranġament tal-ippuljar, it-telf fil-każ ta' inadempjenza jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  PC tirrappreżenta s-sehem mir-riskju tal-membru ta' kontroparti skont it-termini tal-arranġament tal-ippuljar;

(b)  RRC hija kkalkulata hekk:

(i) 10 % jekk 60 % jew iktar mill-assi tal-membri tal-kontroparti huma soġġetti għal arranġamenti kollaterali;

(ii) inkella 50 %;

(c)  BEU tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligazzjoni ċeduta lill-arranġament tal-ippuljar mill-impriża fl-arranġament tal-ippuljar, netta minn kwalunkwe ammont riassigurat ma' kontropartijiet esterni għall-arranġament tal-ippuljar;

(d) ΔRMC tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-membri tal-kontroparti għall-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-arranġament tal-ippuljar fuq ir-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-impriża;

(e)  Collateral tirrappreżenta l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral miżmum mill-membru ta' kontroparti fl-arranġament tal-ippuljar;

(f)  F tirrappreżenta l-fattur li jqis l-effett ekonomiku tal-kollateral miżmum mill-membru ta' kontroparti, ikkakulat b'konformità mal-Artikolu 197.

Artikolu 195

Telf fil-każ ta' inadempjenza għal skoperturi tal-ippuljar tat-tip C

Għal skoperturi tal-ippuljar tat-tip C li l-impriża tqis bħala skoperturi b'isem wieħed separati skont l-Artikolu 190(2), it-telf fil-każ ta' inadempjenza jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  PU tirrappreżenta s-sehem mir-riskju tal-impriża skont it-termini tal-arranġament tal-ippuljar;

(b)  RRCE hija kkalkulata hekk:

(i) 10 % jekk 60 % jew iktar mill-assi tal-kontroparti esterna huma soġġetti għal arranġamenti kollaterali;

(ii) inkella 50 %;

(c)  BECE tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-kontroparti esterna mill-arranġament tal-ippuljar sħiħ;

(d) ΔRMCE tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-kontroparti esterna għall-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-arranġament tal-ippuljar fuq ir-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-impriża;

(e)  Collateral tirrappreżenta l-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral miżmum mill-membru ta' kontroparti fl-arranġament tal-ippuljar;

(f)  F tirrappreżenta l-fattur li jqis l-effett ekonomiku tal-kollateral miżmum mill-membru ta' kontroparti, ikkakulat b'konformità mal-Artikolu 197.

Artikolu 196

Effett ta' mitigazzjoni tar-riskju

L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-riskji ta' sottoskrizzjoni jew tas-suq ta' arranġament, titolizzazzjoni jew derivat tar-riassigurazzjoni jkun id-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju ta' sottoskrizzjoni jew tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li kien japplika li kieku ma kinux jeżistu l-arranġament, it-titolizzazzjoni jew id-derivat tar-riassigurazzjoni;

(b) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni jew tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 197

Valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral

1.  Il-valur aġġustat għar-riskju tal-kollateral ipprovdut permezz ta' titolu, kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), jkun daqs id-differenza bejn il-valur tal-assi miżmumin bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, u l-aġġustament għar-riskju tas-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, diment li jkunu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha (jew hija benefiċjarju ta' trust li fiha fiduċjarju għandu) id-dritt li tillikwida jew iżżomm, b'mod tempestiv, il-kollateral fil-każ ta' inadempjenza, insolvenza jew falliment jew event ta' kreditu ieħor marbut mal-kontroparti (ir-rekwiżit ta' kontroparti);

(b) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha (jew hija benefiċjarju ta' trust li fiha fiduċjarju għandu) id-dritt li tillikwida jew iżżomm, b'mod tempestiv, il-kollateral fil-każ ta' inadempjenza, insolvenza jew falliment jew event ta' kreditu ieħor marbut mal-kustodju jew parti terza oħra li qed iżżomm il-kollateral f'isem il-kontroparti (ir-rekwiżit ta' parti terza).

2.  Meta jkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontroparti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 214 ta' dan ir-Regolament u ma jkunx issodisfat ir-rekwiżit tal-parti terza, il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu, kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b) ta' dan ir-Regolament, ikun ta' 90 % tad-differenza bejn il-valur tal-assi miżmumin bħala kollateral b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-aġġustament għar-riskju tas-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

3.  Meta ma jkunx issodisfat ir-rekwiżit tal-kontroparti jew ma jkunux issodisfati r-rekwiżiti fl-Artikolu 214, il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu, kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), ikun żero.

4.  Il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral li tiġi ttrasferita s-sjieda sħiħa tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(a) ta' dan ir-Regolament, ikun daqs id-differenza bejn il-valur tal-assi miżmumin bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, u l-aġġustament għar-riskju tas-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikolu 214 ta' dan ir-Regolament.

5.  L-aġġustament għar-riskju tas-suq huwa d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li kien japplika li kieku l-assi miżmumin bħala kollateral ma kinux inklużi fil-kalkolu;

(b) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li kien japplika li kieku l-assi miżmumin bħala kollateral kienu inklużi fil-kalkolu.

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu 5, ir-riskju tal-munita tal-assi miżmumin bħala kollateral jiġi kkalkulat billi titqabbel il-munita tal-assi miżmumin bħala kollateral kontra l-munita tal-iskopertura korrispondenti.

7.  Meta fil-każ ta' insolvenza tal-kontroparti, is-sejbien tas-sehem proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-beni ta' insolvenza tal-kontroparti li jaqbżu l-kollateral ma jqisx li l-impriża tirċievi l-kollateral, kemm il-fatturi F kif ukoll F' imsemmijin fl-Artikolu 192(2) u (3) ikunu 100 %. Fil-każijiet kollha l-oħrajn, dawn il-fatturi ikunu 50 % u 90 % rispettivament.

Artikolu 198

Valur aġġustat għar-riskju ta' ipoteka

1.  Il-valur aġġustat għar-riskju ta' ipoteka jkun daqs id-differenza bejn il-valur tal-proprjetà residenzjali miżmuma bħala ipoteka, ivvalutata skont il-paragrafu 2, u l-aġġustament għar-riskju tas-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 3.

2.  Il-valur tal-proprjetà residenzjali miżmuma bħala ipoteka jkun il-valur tas-suq imnaqqas kif xieraq biex ikunu riflessi r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 191(9) u (10) ta' dan ir-Regolament u sabiex tingħata kunsiderazzjoni lil kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà. Il-valutazzjoni esterna u indipendenti tal-proprjetà tkun daqs il-valur tas-suq jew inqas ikkalkulat b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.  L-aġġustament għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1 ikun id-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkun japplika li kieku l-proprjetà residenzjali miżuma bħala ipoteka ma kinitx inkluża fil-kalkolu;

(b) ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkun japplika li kieku l-proprjetà residenzjali miżmuma bħala ipoteka kienet inkluża fil-kalkolu.

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, ir-riskju tal-munita tal-proprjetà residenzjali miżmuma bħala ipoteka għandu jiġi kkalkulat billi titqabbel il-munita tal-proprjetà residenzjali mal-munita tas-self korrispondenti.



Subtaqsima 2

Skoperturi tat-tip 1

Artikolu 199

Probabilità tal-inadempjenza

1.  Il-probabilità tal-inadempjenza fuq skopertura b'isem wieħed tkun daqs il-medja tal-probabilitajiet tal-inadempjenza fuq kull waħda mill-iskoperturi għall-kontropartijiet li jappartjenu għall-iskopertura b'isem wieħed, ponderata skont it-telf fil-każ ta' inadempjenza fir-rigward ta' dawk l-iskoperturi.

2.  Skopertura b'isem wieħed i li għaliha hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tiġi assenjata probabilità tal-inadempjenza PDi skont it-tabella li ġejja.



Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

Probabbiltà ta' inadempjenza PDi

0,002 %

0,01 %

0,05 %

0,24 %

1,20 %

4,2 %

4,2 %

3.  Skoperturi b'isem wieħed i għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li għaliha ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u meta din l-impriża tissodisfa r-Rekwiżit Kapitali Minimu tagħha, jiġu assenjati probabilità tal-inadempjenza PDi skont il-proporzjon ta' solvenza tal-impriża, skont it-tabella li ġejja:



Proporzjon ta' solvenza

196 %

175 %

150 %

125 %

122 %

100 %

95 %

75 %

Probabilità tal-inadempjenza

0,01 %

0,05 %

0,1 %

0,2 %

0,24 %

0,5 %

1,2 %

4,2 %

Meta l-proporzjon ta' solvenza jaqa' bejn il-proporzjoni ta' solvenza speċifikati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valur tal-probabilità tal-inadempjenza jiġi interpolat b'mod lineari mill-eqreb valuri ta' probabbiltajiet ta' inadempjenza li jikkorrispondu għall-eqreb proporzjoni ta' solvenza speċifikati fit-tabella ta' hawn fuq. Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun inqas minn 75 %, il-probabilità tal-inadempjenza tkun 4,2 %. Meta l-proporzjon ta' solvenza jkun ogħla minn 196 %, l-probabilità tal-inadempjenza tkun 0,01 %.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “proporzjon ta' solvenza” tirrappreżenta l-proporzjon tal-ammont eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, billi jintużaw l-aħħar valuri disponibbli.

4.  Skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ma tissodisfax ir-Rekwiżit Kapitali Minimu tagħha jiġu assenjati probabilità tal-inadempjenza ta' 4,2 %.

5.  Il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu japplikaw biss mill-ewwel data ta' divulgazzjoni pubblika, mill-impriża korrispondenti għall-iskopertura, tar-rapport fuq il-qagħda finanzjarja u tas-solvenza tagħha msemmija fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/138/KE. Qabel dik id-data, jekk valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għall-iskoperturi, japplika l-paragrafu 2. Inkella, l-iskoperturi jiġu assenjati l-istess fattur ta' riskju bħal dawk li jirriżultaw meta jiġi applikat il-paragrafu 3 għal skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni bi proporzjon ta' solvenza ta' 100 %.

6.  Skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li għaliha ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, li tinsab f'pajjiż b'reġim tas-solvenza meqjus ekwivalenti għal dak stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE b'konformità mal-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE, u li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' solvenza ta' dak il-pajjiż terz, jiġu assenjati probabilità tal-inadempjenza ta' 0,5 %.

7.  Skoperturi għal istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-punti (1) u (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' solvenza stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għaliha ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, jiġu assenjati probabilità tal-inadempjenza ta' 0,5 %.

8.  Skoperturi għal kontropartijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 180(2) jiġu assenjati probabilità tal-inadempjenza ta' 0 %.

9.  Il-probabilità tal-inadempjenza fuq skoperturi b'isem wieħed minbarra dawk identifikati fil-paragrafi 2 sa 8 tkun ta' 4,2 %.

10.  Meta jiġu pprovduti ittra ta' kreditu, garanzija jew arranġament ekwivalenti biex jiggarantixxu bis-sħiħ skopertura u dan l-arranġament jikkonforma mal-Artikoli 209 sa 215, il-fornitur ta' dawk l-ittra ta' kreditu, garanzija jew arranġament ekwivalenti jista' jitqies bħala kontroparti fuq l-iskopertura ggarantita għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-probabilità tal-inadempjenza ta' skopertura b'isem wieħed.

11.  Għall-finijiet tal-paragrafu 10, skoperturi ggarnatiti, b'mod sħiħ, irrevokabbli u mingħajr kundizzjonijiet minn kontropartijiet elenkati fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt a tal-Artikolu 109a(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jitqiesu bħala skoperturi għall-gvern ċentrali.

Artikolu 200

Skoperturi tat-tip 1

1.  Meta d-devjazzjoni standard tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1 tkun ta' 7 % jew inqas tat-telf totali fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskoperturi kollha tat-tip 1, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 1 jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn σ tirrappreżenta d-devjazzjoni standard tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1, kif iddefinit fil-paragrafu 4.

2.  Meta d-devjazzjoni standard tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1 tkun ogħla minn 7 % tat-telf totali fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskoperturi kollha tat-tip 1 u tkun 20 % jew inqas tat-telf totali fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskoperturi kollha tat-tip 1, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 1 jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn σ tirrappreżenta d-devjazzjoni standard tad-distribuzzjoni tat-telf tal-iskoperturi tat-tip 1.

3.  Meta d-devjazzjoni standard tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1 tkun ogħla minn 20 % tat-telf totali fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskoperturi kollha tat-tip 1, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 1 ikun daqs l-inadempjenza totali fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskoperturi kollha tat-tip 1.

4.  Id-devjazzjoni standard tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1 tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn V tirrappreżenta l-varjanza tad-distribuzzjoni tat-telf tal-iskoperturi tat-tip 1.

Artikolu 201

Varjanza tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1

1.  Il-varjanza tad-distribuzzjoni tat-telf ta' skoperturi tat-tip 1 kif imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 200 tkun daqs is-somma ta' Vinter u Vintra .

2.  Vinter tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (j,k) ta' probabilitajiet differenti ta' inadempjenza fuq skoperturi b'isem wieħed b'konformità mal-Artikolu 199;

(b)  TLGDj u TLGDk jirrappreżentaw is-somma ta' telf fil-każ ta' inadempjenza fuq skoperturi tat-tip 1 minn kontropartijiet bi probabilità tal-inadempjenza PD j u PDk rispettivament.

3.  Vintra . tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

(a) l-ewwel somma tkopri l-probabilitajiet differenti kollha ta' inadempjenza fuq skoperturi b'isem wieħed b'konformità mal-Artikolu 199;

(b) it-tieni somma tkopri l-iskoperturi kollha b'isem wieħed bi probabilità tal-inadempjenza ta' PDj ;

(c)  LGDi . tirrappreżenta t-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskopertura b'isem wieħed i.



Subtaqsima 3

Skoperturi tat-tip 2

Artikolu 202

Skoperturi tat-tip 2

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 2 ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-iskoperturi tat-tip 2 bl-ammont li ġej:

image

fejn:

(a)  LGDreceivables > 3months tirrappreżenta t-telf totali fil-każ ta' inadempjenza fuq ir-riċevibbli kollha minn intermedjarji li ilhom dovuti iktar minn tliet xhur

(b) is-somma tittieħed fuq l-iskoperturi kollha tat-tip 2 minbarra riċevibbli minn intermedjarji li ilhom dovuti iktar minn tliet xhur;

(c)  LGDi tirrappreżenta t-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq l-iskopertura tat-tip 2 i.



TAQSIMA 7

Modulu ta' assi intanġibbli

Artikolu 203

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' assi intanġibbli jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn Vintangibles tirrappreżenta l-ammont ta' assi intanġibbli kif rikonoxxuti u vvalutati skont il-punt 2 tal-Artikolu 12.



TAQSIMA 8

Riskju operazzjonali

Artikolu 204

1.  Ir-rekwiżit kapitali għall-modulu tar-riskju operazzjonali jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  BSCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza;

(b)  Op tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali bażiku għall-imposta għar-riskju operazzjonali;

(c)  Expul tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrba tul it-12-il xahar ta' qabel fir-rigward ta' kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom ir-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi ta' polza.

2.  Ir-rekwiżit kapitali bażiku għar-riskju operazzjonali jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  Oppremiums tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskji operazzjonali msejsin fuq primjums iggwadanjati;

(b)  Opprovisions tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskji operazzjonali msejsin fuq provvedimenti tekniċi.

3.  Ir-rekwiżit kapitali għal riskji operazzjonali msejsin fuq primjums iggwadanjati jiġi kkalkulat kif ġej:



Oppremiums =

right accolade 0,04 · (Earnlife Earnlife–ul ) + 0,03 · Earnnon–life + max(0;0,04 · (Earnlife – 1,2 · pEarnlife – (Earnlife–ul – 1,2 · pEarnlife–ul ))) + max(0;0,03 · (Earnnon–life – 1,2 · pEarnnon–life ))

fejn:

(a)  Earnlife tirrappreżenta l-primjums iggwadanjati tul l-aħħar 12-il xahar għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja, mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(b)  Earnlife-ul tirrappreżenta l-primjums iggwadanjati matul l-aħħar 12-il xahar għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi ta' polza mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(c)  Earnnon-life tirrappreżenta l-primjums iggwadanjati tul l-aħħar 12-il xahar għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja, mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(d)  pEarnlife tirrappreżenta l-primjums iggwadanjati tul it-12-il xahar ta' qabel l-aħħar 12-il xahar għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja, mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(e)  pEarnlife-ul tirrappreżenta l-primjums iggwadanjati tul it-12-il xahar ta' qabel l-aħħar 12-il xahar għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi ta' polza mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(f)  pEarnnon-life tirrappreżenta l-primjum iggwadanjat matul it-12-il xahar ta' qabel l-aħħar 12-il xahar għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja, mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-primjums iggwadanjati Jkunu gross, mingħajr ma jitnaqqsu l-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni.

4.  Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali msejjes fuq provvedimenti tekniċi jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  TPlife tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja;

(b)  TPlife-ul tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi għal obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jiġġarrab mid-detenturi ta' polza;

(c)  TPnon-life tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-provvedimenti tekniċi ma jinkludux il-marġni ta' riskju, u jiġu kkalkulati mingħajr it-tnaqqis tar-rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.



TAQSIMA 9

Adjustment for the loss-absorbing capacity of technical provisions and deferred taxes

Artikolu 205

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 103(c) tad-Direttiva 2009/138/KE għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u taxxi differiti jkun is-somma tal-entrati li ġejjin:

(a) l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi;

(b) l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ta' taxxi differiti.

Artikolu 206

Aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tal-kapaċità tal-provvedimenti tekniċi

1.  L-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  BSCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 103(a) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)  nBSCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza kif imemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)  FDB tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju b'rabta mal-benefiċċji diskrezzjonali futuri

2.  Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 1, Subtaqsima 1 sa 7 tal-Kapitolu V bil-modifiki li ġejjin kollha:

(a) meta l-kalkolu ta' modulu jew submodulu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, ix-xenarju jista' jibdel il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri inklużi fil-provvedimenti tekniċi;

(b) il-kalkoli bbażati fuq ix-xenarju tal-modulu ta' riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja, is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT, is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa, il-modulu tar-riskju tas-suq u l-modulu tar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti kif ukoll il-kalkolu msejjes fuq ix-xenarju stipulat fil-punti (c) u (d) iqis l-impatt tax-xenarju fuq benefiċċji diskrezzjonali futuri inklużi fil-provvedimenti tekniċi; dan isir fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet fuq azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni li jikkonformaw mal-Arikolu 23;

(c) minflok ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 1 imsemmi fl-Artikolu 189(1), il-kalkolu jkun imsejjes fuq ir-rekwiżit kapitali li huwa daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn telf f'daqqa, minħabba event ta' inadempjenza marbutin ma' skoperturi tat-tip 1, tal-ammont tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kontroparti fuq skoperturi tat-tip 1 imsemmi fl-Artikolu 189(1);

(d) meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw kalkolu ssimplifikat għal rekwiżit kapitali speċifiku kif stipulat fl-Artikoli 91, 92, 93, 94, 95(1), 95(2), 96, 101, 103(1)(a), 103(1)(b) jew 104 l-impriżi jsejsu l-kalkolu fuq ir-rekwiżit kapitali li huwa daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn telf f'daqqa tal-ammont tar-rekwiżit kapitali msemmi fl-Artikolu rilevanti u jassumu li t-telf f'daqqa huwa dovut għar-riskju kopert mir-rekwiżit kapitali msemmi f'dak l-Artikolu;

3.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jqisu kwalunkwe restrizzjoni legali, regolatorja jew kuntrattwali fid-distribuzzjoni ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri.

Artikolu 207

Aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ta' taxxi differiti

1.  L-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ta' taxxi differiti jkun daqs il-bidla fil-valur tat-taxxi differiti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li huwa daqs is-somma ta' dawn li ġejjin:

(a) ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 103(a) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi msemmi fl-Artikolu 206 ta' dan ir-Regolament;

(c) ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali msemmi fl-Artikolu 103(b) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-taxxi differiti jiġu vvalutati b'konformità mal-Artikolu 15. Meta t-telf imsemmi fil-paragrafu 1 jirriżulta fiż-żieda fl-assi tat-taxxa differita, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jużawx din iż-żieda għall-finijiet tal-aġġustament sakemm ma jkunux kapaċi juru li l-profitti fil-ġejjieni se jkunu disponibbli b'konformità mal-Artikolu 15(3), filwaqt li jitqies il-kobor tat-telf imsemmi fil-paragrafu 1 u l-impatt tiegħu fuq il-qagħda finanzjarja attwali u futura tal-impriża.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, tnaqqis fl-obbligazzjonijiet tat-taxxa differita jew żieda fl-assi tat-taxxa differita jirriżultaw f'aġġusament negattiv għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ta' taxxi differiti.

4.  Meta l-kalkolu tal-aġġustament skont il-paragrafu 1 jirriżulta f'bidla pożittiva tat-taxxi differiti, l-aġġustament ikun żero.

5.  Meta jkun hemm bżonn li jiġi allokat it-telf imsemmi fil-paragrafu 1 għall-kawżi tiegħu sabiex jiġi kkalkulat l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ta' taxxi differiti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jallokaw it-telf lir-riskju li huma koperti mir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza u r-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali. L-allokazzjoni tkun konsistenti mal-kontribuzzjoni tal-moduli u s-submoduli tal-formula standard għar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza. Meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tuża mudell intern parzjali li fih l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u taxxi differiti ma jkunx fl-ambitu tal-mudell, l-allokazzjoni tkun konsistenti mal-kontribuzzjoni tal-moduli u s-submoduli tal-formula standard li jaqgħu barra l-ambitu tal-mudell għar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza.



TAQSIMA 10

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju

Artikolu 208

Metodi u Suppożizzjonijiet

1.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskji ta' sottoskrizzjoni billi jużaw kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 209, 211 u 213, u meta dawn l-arranaġmenti jipprovdu għall-protezzjoni f'diversi kalkoli msejsin fuq xenarju stipulati fit-Titolu I, Kapitolu V, Taqsima 2, 3 u 4, l-effetti ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' dawn l-arranġamenti kuntrattwali jiġu allokati għall-istess kalkoli msejsin fuq xenarju b'tali mod li, mingħajr għadd doppju, ikopri l-effett ekonomiku tal-protezzjonijiet ipprovduti. B'mod partikolari, l-effett ekonomiku tal-protezzjonijiet ipprovduti jkun kopert meta jiġi biex jinstab it-telf f'fondi proprji bażiċi fil-kalkoli msejsin fuq xenarju.

2.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskji ta' sottoskrizzjoni billi jużaw riassigurazzjoni finita, kif iddefinit fl-Artikolu 210(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 209, 211 u 213 ta' dan ir-Regolament, dawn il-kuntratti jiġu rikonoxxuti fil-kalkoli msejsin fuq xenarji stipulati fit-Titolu I, Kapitolu V, Taqsima 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament biss sakemm ir-riskju ta' sottoskrizzjoni jiġi ttrasferit lill-kontroparti tal-kuntratt. Minkejja s-sentenza ta' qabel, riassigurazzjoni finita, jew arranġamenti simili, meta n-nuqqas ta' trasferiment ta' riskju effettiv ikun paragunabbli għal dak ta' riassigurazzjoni finita, ma tiġix ikkunsiderata għall-finijiet li jinstabu d-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva skont l-Artikoli 116 u 147 ta' dan ir-Regolament, jew għall-finijiet ta' kakolu ta' parametri speċifiċi għall-impriża skont it-Taqsima 13 ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 209

Kriterji Kwalitattivi

1.  Meta jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jqisu biss tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 101(5) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jkunu ssodisfati l-kriterji kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a) l-arranġamenti kuntrattwali u t-trasferiment ta' riskju huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha;

(b) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ħadet il-passi xierqa kollha biex tiżgura l-effettività tal-arranġament u biex tindirizza r-riskji marbutin ma' dak l-arranġament;

(c) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni kapaċi tissorvelja l-effettività tal-arranġament u r-riskji relatati fuq bażi kontinwa;

(d) fil-każ ta' inadempjenza, insolvenza jew falliment ta' kontroparti jew event tal-kreditu ieħor stipulat fid-dokument tat-tranżazzjoni għall-arranġament, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha pretensjoni diretta fuq dik il-kontroparti;

(e) ma hemm ebda għadd doppju tal-effetti ta' mitigazzjoni tar-riskju f'fondi proprji u fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

2.  Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li huma fis-seħħ għal tal-inqas it-12-il xahar li jmiss u li jissodisfaw il-kriterji kwalitattivi stipulati f'din it-Taqsima biss jittieħdu f'kunsiderazzjoni bis-sħiħ fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza. Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li huma fis-seħħ għal perjodu iqsar minn 12-il xahar u li jissodisfaw il-kriterji kwalitattivi stipulati f'din it-Taqsima jittieħdu f'kunsiderazzjoni fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza b'mod proporzjonat għat-tul ta' żmien involut għall-iqsar wieħed mit-terminu sħiħ tal-iskopertura għar-riskju jew il-perjodu li fih hija fis-seħħ it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju.

3.  Meta arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju se jkunu fis-seħħ għal perjodu iqsar mit-12-il xahar li jmiss u l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun beħsiebha tissostitwixxi dik it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju fil-ħin tal-iskadenza tiegħu ma' arranġament simili, it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tittieħed f'kunsiderazzjoni sħiħa fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza diment li jkunu ssodisfati l-kriterji kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha politika bil-miktub fuq is-sostituzzjoni ta' dik it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju;

(b) is-sostituzzjoni tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ma sseħħx iktar minn darba kull tliet xhur;

(c) is-sostituzzjoni tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju mhijiex kundizzjonali fuq xi event fil-ġejjieni, li jaqa' barra l-kontroll tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Meta s-sostituzzjoni tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkun kundizzjonali fuq xi event fil-ġejjieni, li jaqa' taħt il-kontroll tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, f'dak il-każ il-kundizzjonijiet jiġu ddokumentati biċ-ċar fil-politika miktuba msemmija fil-punt (a);

(d) is-sostituzzjoni tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkun realistika u msejsa fuq sostituzzjonijiet imwettqin fl-imgħoddi mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u konsistenti mal-prattika kummerċjali u l-istrateġija kummerċjali attwali tagħha;

(e) ir-riskju li t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ma tistax tiġi sostitwita minħabba assenza ta' likwidità fis-suq mhuwiex materjali;

(f) ir-riskju li l-ispiża ta' sostituzzjoni tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tiżdied matul it-12-il xahar ta' wara huwa rifless fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(g) is-sostituzzjoni tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ma tmurx kontra r-rekwiżiti li japplikaw għal azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni stipulati fl-Artikolu 23(5).

Artikolu 210

Trasferiment Effettiv tar-Riskju

1.  L-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jiżguraw li l-firxa tal-kopertura pprovduta mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju u t-trasferiment tar-riskju huwa ddefinit b'mod ċar u inkontrovertibbli.

2.  L-arranġament kuntrattwali ma jirriżultax f'riskju ta' bażi materjali jew il-ħolqien ta' riskji oħrajn, sakemm dan ma jkunx rifless fil-kalkolu tar-rekwiżit Kapitali ta' Solvenza.

3.  Riskju ta' bażi huwa materjali jekk iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent fil-mira ta' dik l-informazzjoni, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.

4.  Id-determinazzjoni li l-arranġamenti kuntrattwali u t-trasferiment ta' riskju huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha b'konformità mal-Artikolu 209(1)(a) tkun imsejsa fuq dawn li ġejjin:

(a) jekk l-arranġament kuntrattwali huwiex soġġett għal xi kundizzjoni li tista' xxekkel it-trasferiment effettiv tar-riskju, li t-twettiq tiegħu jaqa' barra l-kontroll dirett tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(b) jekk hemmx xi tranżazzjoni assoċjata li tista' xxekkel it-trasferiment effettiv tar-riskju.

Artikolu 211

Tekniki tal-Mitigazzjoni tar-Riskju permezz ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali

1.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskji ta' sottoskrizzjoni billi jużaw kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali, sabiex jkkunsdiraw it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza, għandhom ikunu sodisfatti l-kriterji kwalitattivi stipulati fl-Artikoli 209 u 210 u dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.

2.  Fil-każ tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, il-kontroparti tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(b) impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, li tinsab f'pajjiż b'reġim tas-solvenza meqjus ekwivalenti jew temporanjament ekwivalenti għal dak stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE b'konformità mal-Artikolu 172 ta' dik id-Direttiva u li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' solvenza ta' dak il-pajjiż terz; jew

(c) impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, li ma tinsabx f'pajjiż b'reġim tas-solvenza meqjus ekwivalenti jew temporanjament ekwivalenti għal dak stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE b'konformità mal-Artikolu 172 ta' dik id-Direttiva bi kwalità kreditizja li ġiet assenjata fl-iskala 3 tal-kwalità kreditizja jew aħjar skont it-Taqsima 1, Kapitolu II ta' dan it-Titolu;

3.  Meta kontroparti għal kuntratt tar-riassigurazzjoni tkun impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ma tibqax tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza wara li tkun daħlet fil-kuntratt tar-riassigurazzjoni, il-protezzjoni offruta mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-assigurazzjoni tista' tiġi rikonoxxuta b'mod parzjali, diment li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun tista' turi li l-kontroparti ssottomettiet pjan ta' rkupru realistiku lill-awtoritajiet superviżorji tagħha u li l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza se terġa' tiġi stabbilita fi żmien perjodu definit fil-pjan ta' rkupru msemmi fl-Artikolu 138 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dak l-għan, l-effett tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jitnaqqas bil-perċentwal li bih jinkiser ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

4.  Meta riskju jiġi ttrasferit lejn veikolu bi skop speċjali, ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 211(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jkunu ssodisfati sabiex it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tittieħed f'kunsiderazzjoni fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza; meta r-rekwiżiti għal veikolu bi skop speċjali li jrid jiġi ffinanzjat bis-sħiħ ma jibqgħux issodisfati bis-sħiħ wara li jkun daħal fis-seħħ l-arranġament, il-protezzjoni offruta mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-assigurazzjoni tista' tiġi rikonoxxuta b'mod parzjali, diment li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tista' turi li l-konformità mar-rekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ se terġa' tiġi stabbilita fi żmien tliet xhur; għal dan l-għan, l-effett tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jitnaqqas bil-perċentwal tal-iskopertura għar-riskju massima aggregata tal-veikolu bi skop speċjali, imsemmi fl-Artikolu 326 ta' dak ir-Regolament mhux koperta mill-assi tal-veikolu bi skop speċjali jew minn ammont ekwivalenti meta jkun japplika l-Artikolu 211(3) tad-Direttiva 2009/138/KE.

5.  Meta r-riskju jiġi ttrasferit f'veikolu bi skop speċjali msemmi fl-Artikolu 211(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tittieħed f'kunsiderazzjoni biss fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza meta l-liġi tal-Istat Membru tkun ekwivalenti għal dik stipulata fl-Artikolu 211(2) ta' dik id-Direttiva u li l-veikolu bi skop speċjali jikkonforma ma' dik il-liġi.

6.  Meta r-riskju jiġi ttrasferit lejn veikolu bi skop speċjali rregolat minn awtorità superviżorja ta' pajjiż terz, it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tittieħed f'kunsiderazzjoni biss fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza meta l-veikolu bi skop speċjali jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 211(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 212

Tekniki ta' Mitigazzjoni tar-Riskju Finanzjaru

1.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskju sabiex it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tittieħed f'kunsiderazzjoni fir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza, ħlief fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 211, inklużi trasferimenti permezz tax-xiri jew il-ħruġ ta' strumenti finanzjarji, jiġu ssodisfati l-kriterji kwalitattivi stipulati fil-paragrafi 2 sa 5, minbarra l-kriterji kwalitattivi stipulati fl-Artikoli 209 u 210.

2.  It-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkun konsistenti mal-politika miktuba tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fuq l-immaniġġjar tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.  L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun kapaċi tivvaluta assi, obbligazzjonijiet li huma soġġetti għat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju u, meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tinkludi l-użu ta' strumenti finanzjarji, l-istrumenti finanzjarji, b'mod affidabbli b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

4.  Meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tinkludi l-użu ta' strumenti finanzjarji, l-istrumenti finanzjarji jkollhom kwalità kreditizja li ġiet assenjata fl-iskala 3 jew aħjar tal-kwalità kreditizja skont it-Taqsima 2, Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

5.  Meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ma tkunx strument finanzjarju, il-kontropartijiet għat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jkollhom kwalità kreditizja assenjata fl-iskala 3 jew aħjar tal-kwalità kreditizja skont it-Taqsima 2, Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

Artikolu 213

Status tal-kontropartijiet

1.  F'każ li ma jkunux issodisfati l-kriterji kwalitattivi fl-Artikolu 211(1) u l-Artikolu 212(3) u (4), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw biss it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju meta jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza meta jkun issodisfat wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tissodisfa l-kriterji kwalitattivi stipulati fl-Artikoli 209, 210 u l-Artikolu 212(1) u (2) u jeżistu arranġamenti kollaterali li jissodisfaw il-kriterji pprovduti fl-Artikolu 214;

(b) it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju hija akkumpanjata minn teknika oħra tal-mitigazzjoni tar-riskju, meta t-teknika l-oħra flimkien mal-ewwel teknika tissodisfa l-kriterji kwalitattivi fl-Artikoli 209, 210, u l-Artikolu 212(1) u (2) u meta l-kontropartijiet għat-teknika l-oħra jissodisfaw il-kriterji pprovduti fl-Artikoli 211(1) u l-Artikolu 212(3) u (4).

2.  B'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta l-valur tal-kollateral ikun inqas mill-iskopertura totali tar-riskju, l-arranġament kollateral jittieħed f'kunsiderazzjoni biss sa fejn dak il-kollateral ikopri l-iskopertura għar-riskju.

Artikolu 214

Arranġamenti kollaterali

1.  Fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza, l-arranġamenti kollaterali jiġu rikonoxxuti biss meta, minbarra l-kriterji kwalitattivi fl-Artikoli 209 u 210, ikunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tittrasferixxi r-riskju jkollha d-dritt li tillikwida jew iżżomm, b'mod tempestiv, il-kollateral fil-każ ta' inadempjenza, insolvenza jew falliment jew event ta' kreditu ieħor tal-kontroparti;

(b) hemm biżżejjed ċertezza dwar il-protezzjoni miksuba mill-kollateral minħabba waħda minn dawn li ġejjin:

(i) huwa ta' kwalità kreditizja suffiċjenti, ta' likwidità suffiċjenti u huwa stabbli biżżejjed fil-valur;

(ii) huwa ggarantit minn kontroparti, mhux il-kontroparti msemmija fl-Artikolu 187(5) u 184(2), li ġiet assenjata fattur ta' riskju għar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' 0 %;

(c) ma hemm ebda korrelazzjoni pożittiva materjali bejn il-kwalità kreditizja tal-kontroparti u l-valur tal-kollateral;

(d) il-kollateral mhuwiex titoli maħruġin mill-kontroparti jew impriża relatata ta' dik il-kontroparti.

2.  Meta l-arranġament kollaterali jissodisfa d-definizzjoni fl-Artikolu 1(26)(b) u jinvolvi kollateral miżmum minn kustodju jew parti terza oħra, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tara li jkunu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) il-kustodju jew parti terza oħra rilevanti tissegrega l-assi miżmumin bħala kollateral mill-assi proprji tagħha;

(b) l-assi segregati jinżammu minn istituzzjoni li tilqa' depożiti bi kwalità kreditizja li ġiet assenjata fl-iskala 3 tal-kwalità kreditizja jew aħjar skont it-Taqsima 2, Kapitolu I ta' dan it-Titolu;

(c) l-assi segregati huma identifikabbli b'mod individwali u jistgħu jinbidlu jew jiġu sostitwiti biss bil-kunsens tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew persuna li taġixxi bħala fiduċjarju b'rabta mal-interess tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fit-tali assi;

(d) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha (jew hija benefiċjarju skont trust fejn il-fiduċjrju għandu) d-dritt li tillikwida jew iżżomm, b'mod tempestiv, l-assi segregati fil-każ ta' inadempjenza, insolvenza jew falliment jew event ta' kreditu ieħor relatat mal-kustodju jew parti terza oħra li jkollha l-kollateral f'isem il-kontroparti;

(e) l-assi segregati ma jintużawx biex titħallas, jew biex jipprovdu kollateral favur, xi persuna oħra li mhijiex l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew kif ordnat mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 215

Garanziji

Fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza, il-garanziji jiġu rikonoxxuti biss meta dan ikun stipulat b'mod espliċitu f'dan il-Kapitolu, u meta minbarra l-kriterji kwalitattivi fl-Artikoli 209 u 210, ikunu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin ukoll:

(a) il-protezzjoni ta' kreditu pprovduta mill-garanzija hija diretta;

(b) il-firxa tal-protezzjoni ta' kreditu hija ddefinita b'mod ċar u inkontrovertibbli;

(c) il-garanzija ma fiha ebda klawżola, li l-issodisfar tagħha jaqa' barra l-kontroll dirett tal-mutwanti, li:

(i) tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni sabiex jikkanċella l-protezzjoni b'mod unilaterali;

(ii) iżżid il-kost effettiv tal-protezzjoni minħabba deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskopertura protetta;

(iii) tista' tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat iħallas b'mod tempestiv f'każ li l-obbligant oriġinali jonqos milli jagħmel xi ħlas dovut;

(iv) tista' tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni ta' kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni;

(d) mal-inadempjenza, l-insolvenza jew il-falliment jew event ta' kreditu ieħor tal-kontroparti, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha d-dritt li b'mod tempestiv tfittex lill-garanti għal kwalunkwe ammont ta' flus dovut skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha hija pprovduta l-protezzjoni u l-ħlas mill-garanti ma jkunx soġġett għall-fatt li l-ewwel l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni trid tfittex lill-obbligant;

(e) il-garanzija hija obbligu ddokumentat b'mod espliċitu supponut mill-garanti;

(f) il-garanzija tkopri bis-sħiħ it-tipi kollha ta' ħlasijiet regolari li l-obbligant huwa mistenni jagħmel fir-rigward tal-pretensjoni.



TAQSIMA 11

Fondi ring-fenced

Artikolu 216

Kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fil-każ ta' fondi ring-fenced u portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.  Fil-każ ta' fondi ring-fenced determinati b'konformità mal-Artikolu 81(1) ta' dan ir-Regolament jew f'każ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu rċievew approvazzjoni sabiex japplikaw aġġustament ta' korrispondenza għall-istruttura tat-terminu tal-imgħax mingħajr riskju b'konformità mal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jagħmlu aġġustament fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi jsegwu l-metodu stipulat fl-Artikolu 217 ta' dan ir-Regolament.

2.  Madankollu, meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE għal fondi ring-fenced, ma taġġustax il-kalkolu b'konformità mal-Artikolu 217 ta' dan ir-Regolament, iżda ssejjes il-kalkolu tas-suppożizzjoni ta' diversifikazzjoni sħiħa bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-fondi ring-fenced u l-bqija tal-impriża.

Artikolu 217

Metodu għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għal fondi ring-fenced u portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal kull fond ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza, kif ukoll għall-parti li jifdal tal-impriża, bl-istess mod daqslikieku dawk il-fondi ring-fenced u l-portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-parti li jifdal tal-impriża kienu impriżi separati.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom bħala s-somma tar-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal kull wieħed mill-fondi ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza u għall-parti li jifdal tal-impriża.

3.  Meta l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għal modulu jew is-submodulu tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jiġi kkalkulat l-impatt tax-xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced u l-portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-parti li jifdal tal-impriża.

4.  Il-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced jew il-portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza jkunu dawk l-entrati ta' fondi proprji ristretti li jaqblu mad-definizzjoni ta' fondi proprji bażiċi stipulati fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE.

5.  Meta jkunu jeżistu arranġamenti ta' parteċipazzjoni tal-profitt fil-fond ring-fenced, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-approċċ li ġej meta jaġġustaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza:

(a) meta l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta f'żieda fil-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced, il-bidla stmata f'dawk il-fondi proprji bażiċi tiġi aġġustata sabiex tirrifletti l-eżistenza ta' arranġamenti ta' parteċipazzjoni tal-profitt fil-fond ring-fenced; f'dan il-każ, l-aġġustament għall-bidla fil-fondi proprji bażiċi tal-fond ring-fenced ikun l-ammont li bih il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu minħabba d-distribuzzjoni mistennija fil-ġejjieni lid-detenturi ta' polza jew il-benefiċjarji ta' dak il-fond ring-fenced;

(b) meta l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta fi tnaqqis fil-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced, il-bidla stmata f'dawk il-fondi proprji bażiċi għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza, kif imsemmi fl-Artikolu 206(2), tiġi aġġustata biex tirrifletti t-tnaqqis fil-benefiċċji diskrezzjonali futuri pagabbli lid-detenturi ta' poloz jew benefiċjarji ta' dak il-fond ring-fenced; l-aġġustament ma jaqbiżx l-ammont ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-fond ring-fenced.

6.  Minkejja l-paragrafu 1, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal kull fond ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza jiġi kkalkulat billi jintużaw il-kalkoli bbażati fuq xenarju li bihom il-fondi proprji bażiċi għall-impriża sħiħa jkunu affettwati ħażin l-iktar.

7.  Sabiex jinstab ix-xenarju li bih il-fondi proprji bażiċi huma affettwati ħażin l-iktar għall-impriża sħiħa, l-impriża l-ewwel tikkalkula s-somma tar-riżultati tal-impatti tax-xenarji fuq il-fondi proprji bażiċi fil-livell ta' kull fond ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza, skont il-paragrafi 3 u 5. It-totali fil-livell ta' kull fond ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza jiżdiedu ma' xulxin u mar-riżultati tal-impatt tax-xenarji fuq il-fondi proprji bażiċi fil-parti li jifdal tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

8.  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal kull fond ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza jinstab billi jiġu aggregati r-rekwiżiti kapitali għal kull submodulu u modulu tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza.

9.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jassumu li ma hemm ebda diversifikazzjoni tar-riskji bejn kull wieħed mill-fondi ring-fenced u kull portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-parti li jifdal tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.



TAQSIMA 12

Parametri speċifiċi għall-impriża

Artikolu 218

Subsett ta' parametri standard li jistgħu jiġu sostitwiti ma' parametri speċifiċi għall-impriża

1.  Is-subsett ta' parametri standard li jistgħu jiġu sostitwiti ma' parametri speċifiċi għall-impriża kif stipulat fl-Artikolu 104(7) tad-Direttiva 2009/138/KE jinkludi l-parametri li ġejjin:

(a) fis-submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja, għal kull segment stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament:

(i) id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 117(2)(a) ta' dan ir-Regolament;

(ii) id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross mhux tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 117(3) ta' dan ir-Regolament;

(iii) il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali msemmija fl-Artikolu 117(3) ta' dan ir-Regolament, diment li jkun hemm kuntratt rikonoxxibbli tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf għal dak is-segment kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(iv) id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżeva mhux tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 117(2)(b) ta' dan ir-Regolament;

(b) fis-submodulu tar-riskju ta' reviżjoni tal-ħajja, iż-żieda fl-ammont ta' benefiċċji tal-annwalità msemmi fl-Artikolu 141 ta' dan ir-Regolament, huwa stipulat li annwalitajiet li jaqgħu taħt dak is-submodulu mhumiex soġġetti għar-riskju ta' inflazzjoni materjali;

(c) fis-submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT, għal kull segment stipulat fl-Anness XIV ta' dan ir-Regolament:

(i) id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT imsemmija fl-Artikolu 148(2)(a) ta' dan ir-Regolament;

(ii) id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross tas-saħħa NSLT imsemmija fl-Artikolu 148(3) ta' dan ir-Regolament;

(iii) il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali msemmi fl-Artikolu 148(3) ta' dan ir-Regolament, diment li hemm kuntratt rikonoxxibbli ta' riassigurazzjoni tal-eċċess ta' telf għal dak is-segment kif stipulat fil-paragrafu 2;

(iv) id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT imsemmija fl-Artikolu 148(2)(b) ta' dan ir-Regolament;

(d) fis-submodulu tar-riskju ta' reviżjoni tas-saħħa, iż-żieda fl-ammont ta' benefiċċji tal-annwalità msemmija fl-Artikolu 158 ta' dan ir-Regolament, huwa stipulat li l-annwalitajiet li jaqgħu taħt dak is-submodulu mhumiex soġġetti għar-riskju ta' inflazzjoni materjali.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jissostitwixxux iż-żewġ il-parametri standard imsemmijin fil-punt (a)(ii) u (iii) tal-istess segment jew iż-żewġ parametri standard imsemmijin fil-punt (c)(ii) u (iii) tal-istess segment.

2.  Kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf għal segment jitqies rikonoxxibbli diment li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jipprovdi, sa fejn it-telf tal-impriża ċedenti marbut jew mal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni waħedhom jew mal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni kollha fl-istess polza matul perjodu ta' żmien speċifikat ikun ikbar minn ritensjoni speċifika, kumpens sħiħ għat-tali telf sa limitu speċifikat jew mingħajr limitu;

(b) ikopri l-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni kollha li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tista' ġġarrab fis-segment jew il-gruppi tar-riskji omoġenji fis-segment matul it-12-il xahar ta' wara;

(c) jippermetti għal numru suffiċjenti ta' ristabbilimenti sabiex jiġi żgurat li jkunu koperti l-pretensjonijiet kollha ta' eventi multipli mġarrbin matul it-12-il xahar ta' wara;

(d) jikkonforma mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf” ifisser ukoll arranġamenti b'veikoli bi skop speċjali li jipprovdu trasferiment tar-riskju ekwivalenti għal dak ta' kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf.

▼M1

3.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu kkonkludew bosta kuntratti tar-riassigurazzjoni għall-eċċess tat-telf u kull wieħed minn dawn jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) tal-paragrafu 2, u li flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-kombinament tagħhom jitqies bħala kuntratt rikonoxxibbli wieħed tar-riassigurazzjoni għall-eċċess tat-telf.

▼B

4.  Għall-finijiet tal-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1, ir-riskju ta' inflazzjoni jitqies li huwa materjali meta t-twarrib tiegħu fil-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' reviżjoni jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti ta' dak it-tagħrif, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 219

Kriterji tad-dejta

1.  Dejta użata għall-kalkolu ta' parametri speċifiċi għall-impriża titqies kompluta, preċiża u xierqa biss meta tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) id-dejta tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19(1), (2) u (3), u l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tikkonforma fir-rigward ta' dik id-dejta mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(4), fejn kwalunkwe referenza għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi tinftiehem bħala referenza għall-kalkolu tal-parametru speċifiku għall-impriża;

(b) id-dejta tista' tiġi inkorporata fil-metodi standardizzati;

(c) id-dejta ma tipprevjenix l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/13/KE;

(d) id-dejta tissodisfa kwalunkwe rekwiżit tad-dejta addizzjonali meħtieġ biex jintuża kull metodu standardizzat.

(e) id-dejta u l-proċess ta' produzzjoni tagħha huma ddokumentati sew, inklużi:

(i) il-ġbir tad-dejta u l-analiżi tal-kwalità tagħha, fejn id-dokumentazzjoni meħtieġa tinkludi direttorju tad-dejta, li jispeċifika s-sors tagħhom, il-karatteristiċi tagħhom u l-użu tagħhom għall-ġbir, ipproċessar u l-applikazzjoni tad-dejta;

(ii) l-għażla tas-suppożizzjonijiet użati fil-produzzjoni u l-aġġustament tad-dejta, inklużi aġġustamenti fir-rigward ta' pretensjonijiet tar-riassigurazzjoni u ta' katastrofi u dwar l-allokazzjoni ta' spejjeż; fejn id-dokumentazzjoni meħtieġa tinkludi direttorju tas-suppożizzjonijiet kollha rilevanti li l-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi huwa bbażat fuqhom u ġustifikazzjoni għall-għażla tal-kalkolu;

(iii) l-għażla u l-applikazzjoni ta' metodi attwarji u statistiċi għall-produzzjoni u l-aġġustament tad-dejta;

(iv) il-validazzjoni tad-dejta.

2.  Meta tintuża dejta esterna, din tissodisfa l-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a) il-proċess għall-ġbir tad-dejta huwa trasparenti, jista' jiġi awditjat u huwa magħruf mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tuża d-dejta biex tikkalkula parametri speċifiċi għall-impriżi fuq il-bażi tagħha;

(b) meta d-dejta tkun ġejja minn sorsi differenti, is-suppożizzjonijiet li saru fil-ġbir, l-ipproċessar u l-applikazzjoni tad-dejta jiżguraw li d-dejta hija paragunabbli;

(c) id-dejta tirriżulta mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li l-profil kummerċjali u tar-riskju tagħhom huwa simili għal dak tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li l-parametru speċifiku għall-obbligu tagħhom huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' dik id-dejta;

(d) impriżi li jużaw dejta esterna jistgħu jivverifikaw li hemm biżżejjed evidenza statistika li d-distribuzzjonijiet tal-probabilità li jsostnu d-dejta proprja tagħhom u d-dejta esterna sottostanti għandhom grad għoli ta' similarità, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' volatilità li jirriflettu;

(e) dejta esterna tinvolvi biss dejta minn impriżi bi profil tar-riskju simili u dan il-profil tar-riskju huwa simili għall-profil tar-riskju tal-impriża li tuża d-dejta, b'mod partikolari li d-dejta esterna tinvolvi dejta minn impriżi li l-għamla kummerċjali u l-profil tar-riskju tagħhom fir-rigward tad-dejta esterna u li għaliha hemm biżżejjed evidenza statistika li d-distribuzzjonijiet tal-probabilità li jsostnu d-dejta esterna se juru grad għoli ta' volatilità.

Artikolu 220

Metodi standardizzati għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi għall-impriża

1.  Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw parametri speċifiċi għall-impriża, għal kull parametru jużaw il-metodi standardizzati stipulati fl-Anness XVII kif ġej:

(a) il-metodu tar-riskju ta' primjum għal parametri speċifiċi għall-impriża li jieħdu post il-parametri standard imsemmijin fl-Artikolu 218(1)(a)(i), (a)(ii), (c)(i) u (c)(ii);

(b) il-metodu tar-riskju ta' riżerva 1 jew il-metodu tar-riskju ta' riżerva 2 għal parametri speċifiċi għall-impriża li jieħdu post il-parametri standard imsemmijin fl-Artikolu 218(1)(a)(iv), u (c)(iv);

(c) il-metodu tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali għal parametri speċifiċi għall-impriża li jieħdu post il-parametri standard imsemmijin fl-Artikolu 218(1)(a)(iii) u (c)(iii);

(d) il-metodu tar-riskju ta' reviżjoni għal parametri speċifiċi għall-impriża li jieħdu post il-parametri standard imsemmijin fl-Artikolu 218(1)(b) u (d).

2.  Meta l-impriża tkun kapaċi tuża iktar minn metodu standardizzat wieħed, jintuża l-metodu li jipprovdi l-iktar riżultat preċiż sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' kalibrar inklużi fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Madankollu, meta impriża ma tkunx tista' turi l-akkurtezza akbar tar-riżultati ta' metodu standardizzat minnhom fuq il-metodi standardizzati l-oħrajn biex tikkalkula parametru speċifiku għall-impriża, jintuża l-metodu li jipprovdi l-iktar riżultat konservattiv.



TAQSIMA 13

Proċedura biex jiġu aġġornati l-parametri ta' korrelazzjoni

Artikolu 221

1.  L-awtoritajiet superviżorji jiġbru d-dejta kwantitattiva speċifika għall-impriża li hija meħtieġa sabiex jinstabu d-dipendenzi bejn ir-riskji msemmijin fl-Artikolu 309(8) u jipprovduhom fuq bażi annwali lill-EIOPA sabiex jiġu aġġornati l-parametri ta' korrelazzjoni.

2.  L-EIOPA tista' tanalizza d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 bil-għan li tagħti opinjoni fuq l-aġġornament tal-parametri ta' korrelazzjoni.



KAPITOLU VI

REKWIŻIT KAPITALI TAS-SOLVENZA — MUDELLI INTERNI SĦAĦ U PARZJALI



TAQSIMA 1

Definizzjonijiet

Artikolu 222

Materjalità

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, bidliet jew żbalji fl-eżiti tal-mudell intern, inkluż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, jew fid-dejta użata fil-mudell intern jitqiesu materjali meta jkunu jistgħu jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti ta' dak it-tagħrif, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.



TAQSIMA 2

Test tal-użu

Artikolu 223

Użu tal-mudell intern

Fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jispjegaw l-użu differenti tal-mudell intern tagħhom u kif jiżguraw konsistenza bejn l-eżiti differenti meta l-mudell intern jintuża għal skopijiet differenti. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeċiedu li ma jużawx il-mudell intern għal sehem mis-sistema ta' governanza, b'mod partikolari fil-kopertura ta' kwalunkwe riskju materjali, jispjegaw dik id-deċiżjoni.

Artikolu 224

Tajjeb għan-negozju

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaraw li t-tfassil tal-mudell intern hija allinjata mal-attivitajiet tagħhom bil-mod li ġej:

(a) l-approċċi ta' mmudellar jirriflettu l-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fl-attivitajiet tal-impriża li jaqgħu fl-ambitu tal-mudell intern;

(b) l-eżiti tal-mudell intern u l-kontenut tar-rapportar intern u estern tal-impriża huma konsistenti;

(c) il-mudell intern kapaċi jipproduċi eżiti li huma granulari biżżejjed biex ikollhom rwol importanti fid-deċiżjonijiet rilevanti tal-immaniġġjar tal-impriża; tal-inqas, l-eżiti tal-mudell intern jagħmlu distinzjoni bejn linji operatorji, bejn kategoriji ta' riskju u bejn unitajiet ewlenin tan-negozju;

(d) il-politika għall-bidla tal-mudell intern tistipula li l-mudell intern irid jiġi aġġustat għal bidliet fl-ambitu jew l-għamla tal-attivitajiet tal-impriża.

Artikolu 225

Fehim tal-mudell intern

1.  Fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji, il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-persuni l-oħrajn li effettivament imexxu l-impriża jkunu kapaċi juru li għandhom fehim ġenerali tal-mudell intern li jinkludi għarfien fuq dawn kollha li ġejjin:

(a) l-istruttura tal-mudell intern u l-mod kif il-mudell jaqbel man-negozju u huwa integrat fis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(b) l-ambitu u l-finijiet tal-mudell intern u r-riskji li huma jew li mhumiex koperti mill-mudell intern;

(c) il-metodoloġija ġenerali applikata fil-kalkoli tal-mudell intern;

(d) il-limitazzjonijiet tal-mudell intern;

(e) l-effetti ta' diversifikazzjoni meħudin f'kunsiderazzjoni fil-mudell intern.

2.  Il-persuni li effettivament imexxu l-impriża jkunu kapaċi juru fehim dettaljat biżżejjed tal-partijiet tal-mudell intern użat fil-qasam li huma responsabbli għalih.

Artikolu 226

Appoġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-integrazzjoni mal-immaniġġjar tar-riskju

Mudell intern jitqies li jintuża b'mod komuni u li għandu rwol importanti fis-sistema ta' governanza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biss meta jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-mudell intern isostni l-proċessi rilevanti ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-impriża, inkluż it-twaqqif ta' strateġija tan-negozju;

(b) il-mudell intern u r-riżultati tiegħu huma mitħaddta u riveduti b'mod regolari fil-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(c) ir-riskji materjali kwantifikabbli kollha identifikati mis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju li jaqgħu fl-ambitu tal-mudell intern huma koperti mill-mudell intern;

(d) l-impriża tuża l-mudell intern biex tivvaluta l-impatt, fejn ikun materjali, fuq il-profil tar-riskju ta' deċiżjonijiet potenzjali tagħha, inkluż l-impatt fuq profitt jew telf mistenni u l-varjabbiltà tal-profitt u t-telf li jirriżultaw minn dawk id-deċiżjonijiet;

(e) l-eżiti tal-mudell intern, inkluż il-kejl tal-effetti tad-diversifikazzjoni, jittieħdu f'kunsiderazzjoni fit-tiswir ta' strateġiji tar-riskji, inkluż l-iżvilupp ta' limiti ta' tolleranza tar-riskju u strateġiji tal-mitigazzjoni tar-riskji;

(f) l-eżiti rilevanti tal-mudell intern huma koperti mill-proċeduri ta' rapportar interni tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju;

(g) il-kwantifikazzjonijiet tar-riskji u l-klassifikazzjoni tar-riskji prodotti mill-azzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskji skattaturi tal-mudell intern fejn rilevanti;

(h) l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija meħtieġa li tibdel il-mudell intern b'konformità mal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2009/138/KE malajr kemm jista' jkun meta r-riżultati tal-proċess ta' validazzjoni tal-mudell b'konformità mal-Artikolu 124 ta' dik id-Direttiva juru li l-mudell intern ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 101, 113, 120 sa 125 ta' dik id-Direttiva, biex tiġi żgurata l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti;

(i) il-politika għat-tibdil tal-mudell intern tistipula li l-mudell intern jinbidel, fejn rilevanti, biex jirrifletti bidliet fis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju.

Artikolu 227

Kalkolu ssimplifikat

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw kalkolu ssimplifikat tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jissodisfaw ir-rekwiżit ħalli jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza b'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 120 tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.  Sabiex jipproduċu kalkolu ssimplifikat tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fil-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħmlu biss parti mill-kalkoli li normalment ikunu meħtieġa biex jinstab ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Għall-parti li jifdal tal-kalkolu, jintużaw ir-riżultati mill-kalkolu ta' qabel tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

3.  Fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 diment li kapaċi juru li r-riżultati meħudin mill-kalkolu ta' qabel tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mhux se jkunu materjalment differenti mir-riżultati ta' kalkolu ġdid.

4.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jużawx kalkolu ssimplifikat tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza meta jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza b'konformità mal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2009/138/KE.



TAQSIMA 3

Standards tal-kwalità statistika

Artikolu 228

Previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità

1.  Il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità li hija l-bażi tal-mudell intern tassenja probabilitajiet għal bidliet jew fl-ammont tal-fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew f'ammonti monetarji oħrajn, bħal profitt u telf, diment li dawk l-ammonti monetarji jistgħu jintużaw biex jiġu ddeterminati l-bidliet fil-fondi proprji bażiċi. Is-sett eżawstiv ta' eventi reċiprokament esklussivi fil-ġejjieni, imsemmijin fl-Artikolu 13(38) tad-Direttiva 2009/138/KE, jinkludu numru suffiċjenti ta' eventi biex jirriflettu l-profil tar-riskju tal-impriża.

2.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità ta' mudell intern parzjali fl-ogħla livell ta' aggregazzjoni tal-komponenti tal-mudell intern parzjali. Jekk mudell intern parzjali jikkonsisti f'komponenti differenti li huma kkalkulati b'mod separat u mhumiex aggregati fil-mudell parzjali intern, il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità tiġi kkalkulata għal kull komponent.

Artikolu 229

Tekniki attwarji adegwati, applikabbli u rilevanti

Tekniki attwarji u statistiċi jitqiesu adegwati, applikabbli u rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 121(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) it-tekniki huma msejsin fuq tagħrif aġġornat u progress fix-xjenza attwarja u tittieħed f'kunsiderazzjoni prattika tas-suq aċċettata jitqiesu b'mod ġenerali fl-għażla tat-tekniki;

(b) l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha fehim dettaljat tat-teorija ekonomika u attwarja u s-suppożizzjonijiet li jsostnuha.

(c) l-eżiti tal-mudell intern jindikaw bidliet rilevanti fil-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(d) l-eżiti tal-mudell intern huma stabbli b'rabta mal-bidliet fid-dejta input li ma tikkorrispondix għal bidla rilevanti tal-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(e) il-mudell intern ikopri l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f) it-tekniki huma adattati għad-dejta użata għall-mudell intern;

(g) l-eżiti tal-mudell intern ma jinkludux żball fil-mudell jew żball fl-istima materjali; kull meta dan ikun possibbli, il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tiġi aġġustata biex jiġu kkunsidrati żbalji tal-mudell u fl-istima;

(h) il-kalkolu tal-eżiti tal-mudell intern jista' jiġi stabbilit b'mod trasparenti.

Artikolu 230

Tagħrif u suppożizzjonijiet użati għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità

1.  It-tagħrif jitqies kredibbli biss għall-finijiet tal-Artikolu 121(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jipprovdu evidenza tal-konsistenza u l-oġġettività ta' dak it-tagħrif, l-affidabbiltà tas-sors tat-tagħrif u t-trasparenza tal-metodu li bih dak it-tagħrif jiġi ġġenerat u pproċessat.

2.  Is-suppożizzjonijiet jitqiesu realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 121(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kapaċi jispjegaw u jiġġustifikaw kull waħda mis-suppożizzjonijiet, filwaqt li jqisu s-sinifikanza tas-suppożizzjoni, l-inċertezza involuta fis-suppożizzjoni u għaliex ma jintużawx is-suppożizzjonijiet alternattivi rilevanti;

(b) iċ-ċirkustanzi li fihom is-suppożizzjonijiet jitqiesu li mhumiex veri jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar;

(c) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu u jżommu aġġornata spjegazzjoni bil-miktub dwar il-metodoloġija użata għat-tfassil ta' dawk is-suppożizzjonijiet.

Artikolu 231

Dejta użata fil-mudell intern

1.  Id-dejta użata fil-mudell intern tiġi kkunsidrata biss għall-finijiet tal-Artikolu 121(3) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-dejta hija ħielsa minn żbalji materjali;

(b) dejta minn perjodi ta' żmien differenti użati għall-istess stima hija konsistenti;

(c) id-dejta hija rreġistrata b'mod tempestiv u b'mod konsistenti maż-żmien.

2.  Id-dejta użata fil-mudell intern titqies kompluta biss għall-finijiet tal-Artikolu 121(3) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-dejta tinkludi biżżejjed tagħrif storiku biex jiġu vvalutati l-karatteristiċi tar-riskju sottostanti, b'mod partikolari sabiex jiġu identifikati xejriet fir-riskji;

(b) dejta li tikkonforma mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu tkun disponibbli għall-parametri kollha rilevanti tal-mudell u ebda dejta rilevanti bħal din ma hija eskluża mill-użu fil-mudell intern mingħajr ġustifikazzjoni.

3.  Id-dejta użata fil-mudell intern titqies xierqa biss għall-finijiet tal-Artikolu 121(3) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-dejta hija konsistenti mal-iskopijiet li għandha tintuża għalihom;

(b) l-ammont u l-għamla tad-dejta jiżguraw li l-istimi li jsiru fil-mudell intern fuq il-bażi tad-dejta ma jinkludux żball materjali fl-istima;

(c) id-dejta hija konsistenti mas-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tat-tekniki attwarji u statistiċi li huma applikati għalihom fil-mudell intern;

(d) id-dejta tirrifletti r-riskji rilevanti li għalihom hija skoperta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(e) id-dejta tinġabar, tiġi pproċessata u applikata b'mod trasparenti u strutturat, fuq il-bażi ta' speċifikazzjoni ta' tal-inqas l-oqsma li ġejjin:

(i) id-definizzjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta, inklużi standards kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi għal settijiet ta' dejta differenti;

(ii) l-użu u t-tfassil ta' suppożizzjonijiet li jsiru fil-ġbir, l-ipproċessar u l-applikazzjoni ta' dejta;

(iii) il-proċess għat-twettiq ta' aġġornamenti tad-dejta, inkluża l-frekwenza tal-aġġornamenti regolari u ċ-ċirkustanzi li jniedu aġġornamenti addizzjonali.

Artikolu 232

Ħila ta' klassifikazzjoni tar-riskju

1.  Għall-finijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 121(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-mudell intern ikun kapaċi jikklassifika r-riskji materjali kollha koperti mill-mudell intern.

2.  Il-ħila li jikklassifika riskji tkun konsistenti mal-klassifikazzjoni tar-riskji użata fil-mudell intern u l-klassifikazzjoni tar-riskji użata fis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju.

3.  Riskji simili jiġu kklassifikati b'mod konsistenti fl-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u jiġu kklassifikati b'mod konsistenti maż-żmien.

4.  Il-klassifikazzjoni tar-riskji tkun konsistenti mal-allokazzjoni ta' kapital imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 120 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 233

Kopertura tar-riskji materjali kollha

1.  Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 121(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw tal-inqas darba kull tliet xhur jekk il-mudell intern ikoprix ir-riskji kwantifikabbli materjali kollha fl-ambitu tiegħu. Il-valutazzjoni tieħu f'kunsiderazzjoni sett xieraq ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi.

2.  L-indikaturi kwalitattivi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dawn li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni fil-valutazzjoni tas-solvenza u r-riskju proprji oħrajn li mhumiex dawk li huma koperti mill-mudell intern;

(b) l-eżistenza ta' proċess tal-immaniġġjar tar-riskju ddedikat għal riskji oħrajn li mhumiex dawk li huma koperti mill-mudell intern;

(c) l-eżistenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju ddedikati għal riskji oħrajn li mhumiex dawk li huma koperti mill-mudell intern.

3.  L-indikaturi kwantitattivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinkludu dawn li ġejjin:

(a) l-allokazzjoni ta' kapital b'konformità mal-Artikolu 120 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) l-ammont ta' profitti u telf li ma jistax jiġi spjegat mir-riskji koperti mill-mudell intern;

(c) ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u l-analiżi tax-xenarju u kwalunkwe għodda użata fil-proċess ta' validazzjoni tal-mudell.

Artikolu 234

Effetti ta' diversifikazzjoni

Is-sistema użata għall-kejl tal-effetti ta' diversifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 121(5) tad-Direttiva 2009/138/KE titqies adegwata biss meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) is-sistema użata għall-kejl tal-effetti ta' diversifikazzjoni tidentifika l-varjabbli ewlenin li jixprunaw id-dipendenzi;

(b) is-sistema użata għall-kejl tal-effetti ta' diversifikazzjoni tqis dawn kollha li ġejjin:

(i) kull dipendenza mhux lineari u nuqqas ta' diversifikazzjoni f'xenarji estremi;

(ii) kull restrizzjoni tad-diversifikazzjoni mnissla mill-eżistenza ta' fond ring-fenced jew portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza;

(iii) il-karatteristiċi tal-kejl tar-riskju użat fil-mudell intern;

(c) is-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tas-sistema użata għall-kejl tad-diversifikazzjoni tal-effetti huma ġġustifikati fuq bażi empirika.

Artikolu 235

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju

1.  Ir-riskji li huma riflessi kif xieraq fil-mudell intern, kif imsemmi fl-Artikolu 121(6) tad-Direttiva 2009/138/KE, ma jinkludux riskji li jfeġġu minn kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) fi kwalunkwe ġuriżdizzjoni rilevanti, l-arranġamenti kuntrattwali marbutin mat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju mhumiex legalment effettivi u infurzabbli jew ma jiżgurawx li t-trasferiment tar-riskju huwa ddefinit b'mod ċar u inkontrovertibbli;

(b) fil-każ ta' inadempjenza, insolvenza jew falliment tal-kontroparti jew event ta' kreditu ieħor stipulat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għall-arranġamenti marbutin mat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx pretensjoni diretta fuq il-kontroparti;

(c) l-arranġamenti legali li huma l-bażi tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ma fihomx referenza espliċita għal skopertura għar-riskju speċifika li tiddefinixxi biċ-ċar il-firxa tal-kopertura pprovduta mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju.

2.  Meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmijin fil-paragrafu 1(c) ma tkoprix l-iskopertura għar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-każijiet kollha, il-mudell intern ma jitqiesx li jirrifletti kif xieraq ir-riskju mnissel mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju b'konformità mal-Artikolu 121(6) tad-Direttiva 2009/138/KE sakemm ma jqisx l-effettività mnaqqsa tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju mnissla minn din id-devjazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju.

3.  Meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkun soġġetta għal kundizzjoni, li l-issodisfar tagħha jaqa' barra l-kontroll dirett tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u li tista' xxekkel it-trasferiment effettiv tar-riskju, il-mudell intern ma jitqiesx li jirrifletti kif xieraq ir-riskju li jfeġġ mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju b'konformità mal-Artikolu 121(6) tad-Direttiva 2009/138/KE sakemm ma jiħux f'kunsiderazzjoni l-effetti ta' dawk il-kundizzjonijiet u kwalunkwe effettività mnaqqsa ta' dik it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju.

Artikolu 236

Azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni

1.  Azzjonijiet tal-immaniġġjar fi-ġejjieni jitqiesu raġonevolment mistennija li se jitwettqu għall-finijiet tal-Artikolu 121(8) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) is-suppożizzjonijiet fuq l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni użati fil-kalkoli għall-mudell intern huma ddeterminati b'mod oġġettiv;

(b) l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni huma realistiċi u konsistenti mal-prattika kummerċjali u l-istrateġija tan-negozju attwali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż l-użu ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju u meta jkun hemm evidenza suffiċjenti li l-impriża se tibdel il-prattiki jew l-istrateġija tagħha, l-azzjonijiet supponuti tal-immaniġġjar huma konsistenti mal-prattiki jew l-istrateġija mibdulin;

(c) l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni huma konsistenti ma' xulxin;

(d) l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni ma jmorrux kontra kwalunkwe obbligi fir-rigward tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza jew fir-rigward tad-dispożizzjonijiet legali;

(e) l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni jqisu kwalunkwe informazzjoni jew komunikazzjoni pubblika mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet li tkun qed tistenna li tieħu jew li ma tiħux;

2.  Is-suppożizjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni jkunu realistiċi u jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) tqabbil tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni mal-azzjonijiet tal-immaniġġjar meħudin fl-imgħoddi mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(b) tqabbil tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni meħudin f'kunsiderazzjoni fil-kalkoli attwali u mgħoddjia tal-mudell intern;

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni rilevanti fir-rigward tal-punti (a) u (b).

3.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu pjan komprensiv tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni, approvat mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li tipprovdi għal dawn kollha li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni implimentati fil-mudell intern;

(b) l-identifikazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun qed tistenna b'mod raġonevoli li se twettaq l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni identifikati skont il-punt (a);

(c) l-identifikazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma tistax twettaq l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni identifikata skont il-punt (a), u deskrizzjoni ta' kif dawk iċ-ċirkustanzi huma riflessi fil-mudell intern;

(d) l-ordni li fiha jkunu se jitwettqu l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni u r-rekwiżiti ta' governanza applikabbli għal dawk l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni;

(e) deskrizzjoni ta' kwalunkwe ħidma kurrenti meħtieġa biex jiġi żgurat li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija f'pożizzjoni li twettaq l-azzjonjiiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni identifikata skont il-punt (a);

(f) deskrizzjoni ta' kif l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni ġew riflessi fil-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità;

(g) deskrizzjoni tal-proċeduri ta' rapportar interni applikabbli li tal-inqas għandhom jinkludu komunikazzjoni annwali lill-korp amminstrattiv, superviżorju jew maniġerjali, li jkopru azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni implimentati fil-mudell intern.

4.  Suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni jieħdu f'kunsiderazzjoni ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-azzjonijiet tal-immaniġġjar u kwalunkwe spiża kkaġunata minnhom.

Artikolu 237

Fehim tad-dejta u l-mudelli esterni

Partijiet mill-mudell intern miksubin minn parti terza jkunu soġġetti għall-istess testijiet u standards kollha bħall-partijiet żviluppati mill-impriża. Barra minn hekk, il-partijiet miksuba minn parti terza ma jitqiesux li huma adegwati sakemm l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma tkunx kapaċi turi li għandha fehim dettaljat ta' dawk il-partijiet, inklużi l-limitazzjonijiet tagħhom.

Id-dejta użata fil-mudell intern miksuba minn parti terza ma titqiesx li hija xierqa sakemm l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma tkunx kapaċi turi li għandha fehim dettaljat ta' dik id-dejta, inklużi l-limitazzjonijiet tagħha.



TAQSIMA 4

Standards tal-kalibrazzjoni

Artikolu 238

1.  L-għażla msemmija fl-Artikolu 122 tad-Direttiva 2009/138/KE li jintuża perjodu ta' żmien jew kejl tar-riskju differenti minn dak stipulat fl-Artikolu 101(3) ta' dik id-Direttiva tapplika kemm għall-mudell intern sħiħ kif ukoll għal kategoriji tar-riskju differenti jew unitajiet tan-negozju ewlenin f'dak il-mudell intern.

2.  Ir-rekwiżit ta' wiri tad-dispożizzjoni ta' protezzjoni għad-detenturi ta' polza msemmi fl-Artikolu 122(3) tad-Direttiva 2009/138/KE jinkludi evidenza li l-approssimazzjonijiet imsemmijin f'dak l-Artikolu ma jintroduċux żball materjali fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew ma jwasslux għal Rekwiżit Kapitali inqas tas-Solvenza minn dak li huwa kkalkulat skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 101(1) ta' dik id-Direttiva.

Meta l-approssimazzjonijiet ikunu msejsin fuq l-iskalar mill-ġdid tar-riskji mmudellati, l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 122(3) tad-Direttiva 2009/138/KE juru li l-iskalar mill-ġdid ma jxekkilx l-eżitu tal-approssimazzjonijiet.

Meta l-perjodu ta' żmien tal-kejl tar-riskju użat ikun differenti minn dak ipprovdut fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 122(3) ta' dik id-Direttiva Jqisu dawn kollha li ġejjin:

(a) jekk l-eventi humiex imqassmin indaqs maż-żmien u jekk le, kif dan huwa rifless fl-approssimazzjonijiet;

(b) jekk ir-riskji sinifikanti kollha fuq perjodu ta' sena humiex ġestiti kif suppost;

(c) meta l-perjodu ta' żmien użat ikun itwal minn dak ipprovdut fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, jekk l-impriża ħaditx f'kunsiderazzjoni xierqa l-pożizzjoni ta' solvenza matul dak il-perjodu ta' żmien;

(d) jekk il-perjodu ta' żmien użat huwiex xieraq filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni d-durata medja tal-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, in-negozju tal-impriża u, fejn rilevanti, l-inċertezzi marbutin mal-perjodi twal ta' żmien;

(e) kwalunkwe suppożizzjoni li ssir fl-approssimazzjonijiet dwar id-dipendenzi bejn ir-riskji tul perjodi konsekuttivi ta' żmien.

3.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni juru l-livell ta' protezzjoni meħtieġ mill-Artikolu 122(3) tad-Direttiva 2009/138/KE darba fis-sena u kull darba li jinbidel b'mod sinifikanti l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

4.  L-approssimazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 122(3) tad-Direttiva 2009/138/KE jitqiesu li huma parti mill-mudell intern.



TAQSIMA 5

Integrazzjoni tal-mudelli interni parzjali

Artikolu 239

1.  Sabiex jiġi integrat bis-sħiħ mudell intern parzjali fil-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw bħala teknika prestabbilita ta' integrazzjoni l-matriċi u l-formuli ta' korrelazzjoni tal-formula standard stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/138/KE u t-Titolu I, l-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament.

2.  Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni turi lill-awtoritajiet superviżorji li ma jkunx xieraq li tintuża t-teknika ta' integrazzjoni prestabbilita msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw l-iktar teknika ta' integrazzjoni xierqa stipulata fl-Anness XVIII. L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni juru kemm hija adegwata t-teknika ta' integrazzjoni proposta.

3.  Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkompli turi lill-awtoritajiet superviżorji li ma jkunx xieraq li tintuża xi waħda mit-tekniki ta' integrazzjoni stipulati fl-Anness XVIII għal kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tista' tuża teknika ta' integrazzjoni alternattiva. L-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni turi l-adegwatezza tat-teknika ta' integrazzjoni proposta.

4.  It-teknika ta' integrazzjoni alternattiva użata tirriżulta f'Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jikkonforma mal-prinċipji stipulati fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, subtaqsimajiet 1 u 3 tad-Direttiva 2009/138/KE u li jirrifletti b'mod iktar xieraq il-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

5.  Teknika ta' integrazzjoni ma tkunx xierqa meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta ma jikkonformax mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta ma jirriflettix kif xieraq il-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(c) it-tfassil tal-mudell intern parzjali hija konsistenti mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 101 u 102 tad-Direttiva 2009/138/KE iżda ma tippermettix l-integrazzjoni tiegħu fil-formula standard tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza.



TAQSIMA 6

Attribuzzjoni tal-profitt u t-telf

Artikolu 240

1.  Għall-fini tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf b'konformità mal-Artikolu 123 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jispeċifikaw dawn kollha li ġejjin:

(a) il-profitt u t-telf;

(b) l-unitajiet ewlenin tan-negozju tal-impriża;

(c) il-kategorizzazzjoni tar-riskji magħżulin fil-mudell intern;

(d) l-attribuzzjoni tal-profitt jew it-telf ġenerali għall-kategoriji ta' riskju u l-unitajiet ewlenin tan-negozju.

2.  L-ispeċifikazzjoni tal-profitt u t-telf tkun konsistenti maż-żieda u t-tnaqqis tal-ammont monetarju li huwa l-bażi tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità msemmija fl-Artikolu 228(1).

3.  Il-kategorizzazzjoni tar-riskju magħżulin fil-mudell intern tkun adegwata, granulari biżżejjed, għall-fini tal-immaniġġjar tar-riskju u t-teħid tad-deċiżjonijiet b'konformità mal-Artikolu 120 tad-Direttiva 2009/138/KE. Il-kategorizzazzjoni tar-riskju tagħmel distinzjoni bejn riskji koperti mill-mudell intern u riskji mhux koperti mill-mudell intern.

4.  L-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf issir b'mod oġġettiv u trasparenti u tkun konsistenti maż-żmien.



TAQSIMA 7

Standards ta' validazzjoni

Artikolu 241

Proċess ta' validazzjoni tal-mudell

1.  Il-proċess ta' validazzjoni tal-mudell japplika għall-partijiet kollha tal-mudell intern u jkopri r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikoli 101, l-Artikolu 112(5), l-Artikoli 120 sa 123 u l-Artikolu 125 tad-Direttiva 2009/138/KE. Fil-każ ta' mudell intern parzjali, il-proċess ta' validazzjoni għandu jkopri wkoll ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 113 ta' dik id-Direttiva.

2.  Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-proċess ta' validazzjoni tal-mudell mill-iżvilupp u t-tħaddim tal-mudell intern, il-persuni jew l-unità organizzattiva, meta jwettqu l-proċess ta' validazzjoni tal-mudell, ikunu ħielsa minn kull influwenza minn dawk responsabbli għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-mudell intern. Din il-valutazzjoni tkun skont il-paragrafu 4.

3.  Għall-fini tal-proċess ta' validazzjoni tal-mudell, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jispeċifikaw dawn kollha li ġejjin:

(a) il-proċessi u l-metodi użati biex jivvalidaw il-mudell intern u l-iskopijiet tagħhom;

(b) għal kull parti mill-mudell intern, il-frekwenza tal-validazzjonijiet regolari u ċ-ċirkustanzi li jiskattaw validazzjoni addizzjonali;

(c) il-persuni li huma responsabbli għal kull kompitu ta' validazzjoni;

(d) il-proċedura li tiġi segwita f'każ li l-proċess ta' validazzjoni tal-mudell isib problemi fl-affidabbiltà tal-mudell intern u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet biex jindirizzaw dawk l-intoppi;

4.  Bħala parti mill-proċess ta' validazzjoni tal-mudell, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-kwalità u l-indipendenza tal-validazzjoni. Fil-valutazzjoni tal-indipendenza, l-impriżi jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:

(a) fil-każ ta' proċess intern ta' validazzjoni, ir-responsabbiltajiet u l-istruttura tar-rapportar tal-persuni involuti fil-proċess,

(b) fil-każ ta' proċess estern ta' validazzjoni, l-istruttura ta' remunerazzjoni tal-persuni, inklużi fejn applikabbli l-impjegati tagħhom jew persuni oħrajn li jaġixxu f'isimhom, li huma involuti fil-proċess u kwalunkwe mandat ieħor ta' dawn il-persuni marbut mal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 242

Għodod ta' validazzjoni

1.  L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jittestjaw ir-riżultati u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell intern tal-inqas darba fis-sena kontra l-esperjenza u dejta xierqa oħra sa fejn id-dejta tkun raġonevolment disponibbli. Dawn it-testijiet jiġu applikati fil-livell tal-eżiti waħedhom kif ukoll fil-livell tar-riżultati aggregati. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jidentifikaw ir-raġuni għal kwalunkwe diverġenza sinifikanti bejn suppożizzjonijiet u dejta u bejn riżultati u dejta.

2.  Bħala parti mit-testijiet tar-riżultati tal-mudell intern meta mqabblin mal-esperjenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jqabblu r-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf imsemmija fl-Artikolu 123 tad-Direttiva 2009/138/KE mar-riskji mmudellati fil-mudell intern.

3.  Il-proċess statistiku għall-validazzjoni tal-mudell intern, imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 124 tad-Direttiva 2009/138/KE, ikun imsejjes fuq dawn kollha li ġejjin:

(a) tagħrif attwali, filwaqt li fejn ikun rilevanti u xieraq, żviluppi f'tekniki attwarji u l-prattika tas-suq aċċettata b'mod ġenerali;

(b) fehim dettaljat tat-teorija ekonomika u attwarja u s-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tal-metodi għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità tal-mudell intern.

4.  Meta, b'konformità mar-raba' paragrafu tal-Artikolu 124 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinnotaw li bidliet f'suppożizzjoni sottostanti importanti għandhom impatt sinifikanti fuq ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, ikunu kapaċi jispjegaw ir-raġunijiet għal din is-sensittività u kif is-sensittività hija meħuda f'kunsiderazzjoni fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom. Għall-finijiet tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 124 tad-Direttiva 2009/138/KE, is-suppożizzjonijiet ewlenin jinkludu suppożizzjonijiet fuq azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni.

5.  Il-proċess ta' validazzjoni tal-mudell jinkludi analiżi tal-istabbiltà tal-eżiti tal-mudell intern għal kalkoli differenti tal-mudell intern billi tintuża l-istess dejta tal-input.

6.  Bħala parti mill-wiri li r-rekwiżiti kapitali li jirriżultaw mill-mudell intern huma xierqa, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jqabblu l-kopertura u l-ambitu tal-mudell intern. Għal dan l-għan, il-proċess statistiku għall-validazzjoni tal-mudell intern jinkludi test tal-kawżi possibbli ta' eżiti ta' kriżi speċifiċi, li jidentifika l-iktar stressijiet probabbli li jkunu ta' theddida għall-vijabbiltà tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.



TAQSIMA 8

Standards tad-dokumentazzjoni

Artikolu 243

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Id-dokumentazzjoni dwar it-tfassil u d-dettalji operazzjonali tal-mudell intern kif meħtieġ mill-Artikolu 125 tad-Direttiva 2009/138/KE jkunu biżżejjed biex jiġi żgurat li kwalunkwe parti terza indipendenti b'għarfien fuq is-suġġett tkun tista' tifhem it-tfassil u d-dettalji operazzjonali tal-mudell intern u ssawwar ġudizzju sod dwar il-konformità tiegħu mal-Artikolu 101 u l-Artikoli 120 sa 124 tad-Direttiva.

2.  Fil-każ ta' mudell intern parzjali, id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkopri wkoll il-konformità mal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2009/138/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-ambitu limitat tal-mudell u t-teknika ta' integrazzjoni użata biex jiġi integrat il-mudell intern parzjali fil-formula standard.

3.  Id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tkun strutturata kif xiearq, dettaljata u kompluta u tinżamm aġġornata. L-eżiti tal-mudell intern ikunu kapaċi jiġu riprodotti billi tintuża d-dokumentazzjoni tal-mudell intern u l-inputs kollha fil-mudell intern.

Artikolu 244

Kontenut minimu tad-dokumentazzjoni

Id-dokumentazzjoni tal-mudell intern tinkludi t-tagħrif kollu li ġej:

(a) inventarju tad-dokumenti kollha li jagħmlu parti mid-dokumentazzjoni;

(b) il-politika għat-tibdil tal-mudell intern kif imsemmi fl-Artikolu 115 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c) deskrizzjoni tal-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-mudell intern, inklużi responsabbiltajiet assenjati lil membri tal-persunal tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(d) deskrizzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni użata fil-mudell intern, inkluż kwalunkwe pjan ta' kontinġenza marbut mat-teknoloġija tal-informazzjoni użata;

(e) is-suppożizzjonijiet rilevanti kollha li fuqhom huwa msejjes il-mudell intern u l-ġustifikazzjoni tagħhom b'konformità mal-Artikolu 230(2);

(f) l-ispjegazzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti suppożizzjonijiet imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 230(2) li jkopru dawn li ġejjin:

(i) l-inputs li fuqhom hija bbażata l-għażla tas-suppożizzjonijiet;

(ii) l-objettivi tal-għażla ta' suppożizzjonijiet u l-kriterji użati sabiex jiġi stabbilit kemm hija adegwata l-għażla;

(iii) kwalunkwe limitazzjoni fl-għażla ta' suppożizzjonijiet li jsiru;

(g) direttorju tad-dejta użata fil-mudell intern, li jispeċifika is-sors, il-karatteristiċi u l-użu tagħha;

(h) l-ispeċifikazzjoni għall-ġbir, l-ipproċessar u l-applikazzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 231(3)(e);

(i) meta d-dejta ma tintużax b'mod konsistenti maż-żmien fil-mudell intern, deskrizzjoni tal-użu inkonsistenti u l-ġustifikazzjoni tiegħu;

(j) l-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kopertura tar-riskji msemmija fl-Artikolu 233;

(k) deskrizzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju kkunsidrati fil-mudell intern kif imsemmi fl-Artikolu 235 u spjegazzjoni ta' kif ir-riskji li jirriżultaw mill-użu ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju huma riflessi f'dak il-mudell intern;

(l) deskrizzjoni tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni kkunsidrati fil-mudell intern kif imsemmi fl-Artikolu 236 u deskrizzjoni tad-devjazzjonijiet rilevanti msemmijin fl-Artikolu 236(2);

(m) l-ispeċifikazzjonijiet għall-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf imsemmija fl-Artikolu 240(1);

(n) l-ispeċifikazzjonijiet għall-proċess ta' validazzjoni tal-mudell imsemmi fl-Artikolu 241(3);

(o) ir-riżultati tal-validazzjoni fir-rigward tal-konformità mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(p) fir-rigward ta' mudelli u dejta esterni:

(i) ir-rwol ta' mudelli u dejta esterni fil-mudell intern;

(ii) ir-raġunijiet għaliex huma ppreferiti mudelli esterni iktar minn mudelli żviluppati b'mod intern u dejta esterna iktar minn dejta interna;

(iii) l-alternattivi għall-użu ta' mudelli u dejta esterni kkunsidrati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u spjegazzjoni tad-deċiżjoni favur mudell estern partikolari jew sett ta' dejta esterna.

Artikolu 245

Ċirkustanzi li fihom il-mudell intern ma jaħdimx b'mod effettiv

Meta jivvalutaw u jiddokumentaw ċirkustanzi li fihom il-mudell intern ma jaħdimx b'mod effettiv, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni iqisu dawn kollha li ġejjin:

(a) ir-riskji li mhumiex koperti mill-mudell intern;

(b) il-limitazzjonijiet fl-immudellar tar-riskju użat fil-mudell intern;

(c) l-għamla, il-grad u s-sorsi ta' inċertezza marbutin mar-riżultati tal-mudell intern inkluża s-sensittività tar-riżultati għas-suppożizzjonijiet ewlenin li huma l-bażi tal-mudell intern;

(d) in-nuqqasijiet fid-dejta użata fil-mudell intern u n-nuqqas ta' dejta għall-kalkolu tal-mudell intern;

(e) ir-riskji li jfeġġu mill-użu ta' mudelli esterni u dejta esterna fil-mudell intern;

(f) il-limitazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni użata fil-mudell intern;

(g) il-limitazzjonijiet tal-governanza tal-mudell intern.

Artikolu 246

Bidliet fil-mudell intern

Id-dokumentazzjoni tal-mudell intern tinkludi rekord tal-bidliet żgħar u kbar fil-mudell intern, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a) deskrizzjoni tal-ħsieb wara l-bidliet żgħar u kbar;

(b) deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet tal-bidliet il-kbar għat-tfassil u l-operazzjonijiet tal-mudell intern;

(c) meta bidla kbira jew taħlita ta' bidliet żgħar ikollha impatt materjali fuq l-eżiti tal-mudell intern, tqabbil kwantitattiv u kwalitattiv tal-eżiti ta' qabel u wara l-bidla marbut mal-istess data tal-valutazzjoni.



TAQSIMA 9

Mudelli u dejta esterni

Artikolu 247

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jissorveljaw kwalunkwe limitazzjoni potenzjali li tirriżulta mill-użu ta' mudelli esterni jew dejta esterna fil-mudell intern għall-issodisfar issoktat tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoliu 101 u l-Artikoli 120 sa 125 tad-Direttiva 2009/138/KE, u anki fl-Artikolu 113 ta' dik id-Direttiva għal mudelli interni parzjali.



KAPITOLU VII

REKWIŻIT KAPITALI MINIMU

Artikolu 248

Rekwiżit Kapitali Minimu

1.  Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  MCRcombined tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Minimu kombinat;

(b)  AMCR tirrappreżenta l-minimu assolut imsemmi fl-Artikolu 129(1)(d) tad-Direttiva 2009/138/KE u fl-Artikolu 253 ta' dan ir-Regolament.

2.  Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu kombinat jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  MCRlinear tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari, ikkalkulat skont l-Artikoli 249 sa 251;

(b)  SCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, ikkalkulat skont il-Kapitolu V jew skont il-Kapitolu VI fejn tkun ingħatat approvazzjoni għall-użu tal-mudell intern parzjali jew sħiħ.

Artikolu 249

Rekwiżit Kapitali Minimu Lineari

Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  MCR(linear,nl) tirrappreżenta l-komponent tal-formula lineari għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(b)  MCR(linear,l) tirrappreżenta l-komponent tal-formula lineari għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja.

Artikolu 250

Komponent tal-formula lineari għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja

1.  Il-komponent tal-formula lineari għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a) is-somma tkopri s-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIX;

(b)  TP(nl,s) tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja fis-segment s wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, b'minimu ta' żero;

(c)  Ps tirrappreżenta l-primjums kontabilizzati għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar, wara tnaqqis tal-primjums għal kuntratti tar-riassigurazzjoni, b'minimu ta' żero;

(d) il-fatturi αs u βs huma stipulati fl-Anness XIX.

2.  Il-provvedimenti tekniċi msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu (1) ma jinkludu l-ebda wieħed minn dawn l-ammonti:

(a) ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li ma jistgħux jitqiesu skont l-Artikolu 41(3) u (5);

(b) ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali, li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213 jew mal-Artikolu 235.

3.  Fil-kalkolu tal-primjums kontabilizzati wara t-tnaqqis tal-primjums għal kuntratti tar-riassigurazzjoni msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu (1), il-primjums li ġejjin għal kuntratt ta' riassigurazzjoni ma jiġux esklużi:

(a) primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3);

(b) primjums għal kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213 jew mal-Artikolu 235.

Artikolu 251

Komponent tal-formula lineari għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja

1.  Il-komponent tal-formula lineari għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  TP(life,1) tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskjufir-rigward ta' benefiċċji ggarantiti għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'parteċipazzjoni tal-profitt, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, b'minimu ta' żero, u provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju għall-obbligi tar-riassigurazzjoni meta l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja sottostanti jinkludu parteċipazzjoni tal-profitt, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, b'minimu ta' żero;

(b)  TP(life,2) tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju b'rabta ma' benefiċċji diskrezzjonali fil-ġejjieni għal obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'parteċipazzjoni tal-profitti, wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, b'minimu ta' żero;

(c)  TP(life,3) tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju għal obbligi tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni tal-ħajja marbuta mal-indiċi u mal-unità relatati ma' tali obbligi tal-assigurazzjoni, wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, b'minimu ta' żero;

(d)  TP(life,4) tirrappreżenta l-provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju għal obbligi l-oħra kollha tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni tal-ħajja, wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, b'minimu ta' żero;

(e)  CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, li huwa s-somma, b'rabta ma' kull kuntratt li jwassal għall-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ħajja, tal-kapital f'riskju tal-kuntratti, fejn il-kapital f'riskju ta' kuntratt tfisser l-ogħla miż-żero u d-differenza bejn iż-żewġ ammonti li ġejjin:

(i) is-somma ta' dawn kollha li ġejjin:

 l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt jew diżabilità tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

 il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta mewt jew diżabilità f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii) l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.

2.  Il-provvedimenti tekniċi msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu (1), ma jinkludu l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li ma jistgħux jiġu kkunsidrati skont l-Artikolu 41(3) u (5);

(b) ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209 sa 215 jew l-Artikolu 235.

Artikolu 252

Rekwiżit Kapitali Minimu: impriżi tal-assigurazzjoni komposti

1.  Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu nozzjonali tal-ħajja u r-Rekwiżit Kapitali Minimu nozzjonali mhux tal-ħajja msemmijin fl-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu kkalkulati skont il-paragrafi 2 sa 11 ta' dan l-Artikolu.

2.  Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu nozzjonali mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  NMCR(combined,nl) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Minimu kombinat nozzjonali mhux tal-ħajja;

(b)  AMCRnl tirrappreżenta l-minimu assolut preskritt fl-Artikolu 129 (1)(d)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE u fl-Artikolu 253 ta' dan ir-Regolament.

3.  Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu kombinat nozzjonali mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  NMCR(linear ,nl) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari nozzjonali għal attività tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(b)  NSCRnl tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għall-attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(c)  Addonnl tirrappreżenta l-parti tas-supplimentazzjonijiet kapitali, stabbiliti mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/138/KE, li ġiet allokata minn dik l-awtorità superviżorja għall-attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

4.  Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari nozzjonali għal attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  MCR(nl,nl) tirrappreżenta l-komponent tal-formula lineari għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja marbutin ma' attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(b)  MCR(l,nl) tirrappreżenta l-komponent tal-formula lineari għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja marbutin ma' attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja.

5.  MCR(nl,nl) u MCR(l,nl) jiġu kkalkulati bl-istess mod bħal MCR(linear,nl) u MCR(linear,l) imsemmijin fl-Artikoli 250 u 251 ta' dan ir-Regolament rispettivament, iżda l-provvedimenti tekniċi jew il-primjums kontabilizzati użati fil-kalkolu jkunu marbutin biss mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja fil-klassijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE.

6.  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(a)  SCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kkalkulat skont it-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsima 2 tad-Direttiva 2009/138/KE jew skont it-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsima 3 tad-Direttiva 2009/138/KE, li għall-finijiet ta' dan l-Artikolu jeskludi kwalunkwe supplimentazzjoni kapitali imposta b'konformità mal-Artikolu 37 ta' dik id-Direttiva;

(b)  NMCR(linear,nl) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari nozzjonali mhux tal-ħajja għal attività ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(c)  NMCR(linear,l) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari nozzjonali għal attività tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ħajja.