02008R0440 — MT — 16.10.2019 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL˙-KUMMISSJONI (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142 31.5.2008, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 761/2009 tat-23 ta’ Lulju 2009 |
L 220 |
1 |
24.8.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1152/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2010 |
L 324 |
13 |
9.12.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 640/2012 tas-6 ta’ Lulju 2012 |
L 193 |
1 |
20.7.2012 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 260/2014 tal-24 ta’ Jannar 2014 |
L 81 |
1 |
19.3.2014 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 900/2014 tal-15 ta' Lulju 2014 |
L 247 |
1 |
21.8.2014 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/266 tas-7 ta' Diċembru 2015 |
L 54 |
1 |
1.3.2016 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/735 tal-14 ta' Frar 2017 |
L 112 |
1 |
28.4.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1390 tal-31 ta’ Lulju 2019 |
L 247 |
1 |
26.9.2019 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 440/2008
tat-30 ta' Mejju 2008
li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-metodi ta' ttestjar li għandhom jiġu applikati għall-finijiet tar-Regolament 1907/2006/KE huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid, meta dan ikun f'loku, il-metodi ta' ttestjar li fih dan ir-Regolament, bil-għan li tissostitwixxi, tnaqqas jew tirfina l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati.
Artikolu 3
Ir-referenzi kollha għall-Anness V għad-Direttiva 67/548/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2008.
ANNESS
Nota:
Qabel ma jintuża xi wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin biex tiġi ttestjata sustanza multikostitwenti (MCS), sustanza ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, proditt ta' reazzjoni kumplessa jew materjal bijoloġiku (UVCB), jew taħlita u fejn l-applikabbiltà tiegħu għall-ittestjar ta' MCS, UVCB jew taħlitiet ma tkunx indikata fil-medtodu tal-ittestjar rispettiv, għandu jiġi kkunsidrat jekk il-metodu huwiex xieraq għall-finijiet regolatorji maħsuba.
Jekk il-metodu ta' ttestjar jintuża għall-ittestjar ta' MCS, UVCB jew taħlita, għandha titqiegħed kemm jista' jkun disponibbli biżżejjed informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tagħha, eż. mill-identità kimika tal-kostitwenti tagħha, l-okkorrenza kwantitattiva tagħhom, u l-proprjetajiet rilevanti tal-kostitwenti tagħha.
PARTI A: METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PROPRJETAJIET FIŻIKO-KIMIĊI
WERREJ |
|
A.1. |
TEMPERATURA TA' TIDWIB/IFFRIŻAR |
A.2. |
TEMPERATURA TAT-TGĦOLIJA |
A.3 |
DENSITÀ RELATTIVA |
A.4. |
PRESSJONI TA’ FWAR |
A.5. |
TENSJONI TAS-SUPERFIĊJE |
A.6. |
SOLUBILITÀ FL-ILMA |
A.8. |
KOEFFIĊJENT TAL-QSIM |
A.9. |
IL-PUNT TA' fjammabilità |
A.10. |
FJAMMABILITÀ (SOLIDI) |
A.11. |
FJAMMABILITÀ (GASSIJIET) |
A.12. |
FJAMMABILITÀ (KUNTATT MA' L-ILMA) |
A.13. |
PROPRJETAJIET PIROFORIĊI TA' SOLIDI U LIKWIDI |
A.14. |
PROPRJETAJIET ESPLOŻIVI |
A.15. |
TEMPERATURA TA' AWTO-FJAMMABILITÀ -(LIKWIDI U GASSIJIET) |
A.16. |
TEMPERATURA TA' AWTO-FJAMMABILITÀ RELATTIVA GĦAL SOLIDI |
A.17. |
PROPRJETAJIET OSSIDANTI (SOLIDI) |
A.18. |
IL-MEDJA TAL-PIŻ MOLEKULARI TAN-NUMRU U D-DISTRIBUZZJONI TAL-PIŻ MOLEKULARI TAL-POLIMERI |
A.19. |
KONTENUT TA' POLIMERI TA' PIŻ MOLEKULARI BAXX |
A.20. |
L-IMĠIBA TAS-SOLUZZJONI/TA' L-ESTRAZZJONI TA' POLIMERI FL-ILMA |
A.21. |
PROPRJETAJIET OSSIDIZZANTI (LIKWIDI) |
A.22. |
ID-DIJAMETRU MEDJU ĠEOMETRIKU TAL-FIBRI PEŻAT SKONT IT-TUL TAGĦHOM |
A.23. |
KOEFFIĊJENT TAL-PARTIZZJONI (1-Ottanol/Ilma): METODU TA’ TĦAWWID BIL-MOD |
A.24. |
KOEFFIĊJENT TA' PARTIZZJONI (N-OTTANOL/ILMA), METODU TA' KROMATOGRAFIJA LIKWIDA BI PRESTAZZJONI GĦOLJA (HPLC) |
A.25. |
KOSTANTI TA' DISSOĊJAZZJONI FL-ILMA (METODU TA' WINKLER — METODU SPETTROFOTOMETRIKU — METODU KONDUTTOMETRIKU) |
A.1. TEMPERATURA TA' TIDWIB/IFFRIŻAR
1. METODU
Il-maġġoranza tal-metodi mfissra huma bbażati fuq il-linja gwida ta' l-OECD Test (1). Il-prinċipji fundamentali huma mogħtija fir-referenzi (2) u (3).
1.1. DAĦLA
Il-metodi u l-apparati mfissra għandhom ikunu applikati għad-determinazzjoni tat-temperatura ta' tidwib ta' sustanzi, mingħajr ebda restrizzjoni fir-rigward tal-grad ta' purità tagħhom.
L-għażla tal-metodu hija dipendenti fuq in-natura tas-sustanza li se tiġi ttestjata. Bħala konsegwenza l-fattur ta' limitazzjoni jkun skond, jekk is-sustanza tistax tiġi mfarrka malajr jew le, b'diffikultà, jew xejn affattu.
Għal xi sustanzi, id-determinazzjoni tat-temperatura ta' l-iffriżar jew solidifikazzjoni hija aktar xierqa u l-istandards għal dawn id-determinazzjonijiet ġew inklużi wkoll f'dan il-metodu.
Fejn, minħabba il-proprjetajiet partikulari tas-sustanza, ebda wieħed mill-parametri t'hawn fuq ma jista' jkun mkejjel b'mod konvenjenti, punt ta' tferriegħ jista' jkun xieraq.
1.2. TIFSIRIET U UNITAJIET
It-temperatura tat-tidwib hija mfissra bħala t-temperatura li fiha t-transizzjoni f’fażi minn stat solidu għal dak likwidu ssir fi pressjoni atmosferika u din it-temperatura tikkorrispondi idealment mat-temperatura ta' l-iffriżar.
Peress li t-transizzjoni f’fażi ta' bosta sustanzi titwettaq fuq skala ta' temperatura, ta' spiss hija mfissra bħala l-iskala tat-tidwib.
Konverżjoni ta' unitajiet (K għal oC)
t = T - 273,15
t |
: |
Temperatura Celsius, grad Celsius ( oC) |
T |
: |
temperatura termodinamika, kelvin (K) |
1.3. SUSTANZI TA' REFERENZA
Sustanzi ta' referenza mhumiex meħtieġa li jintużaw fil-każijiet kollha meta tkun qed tiġi investigata sustanza ġdida. Huma għandhom iservu primarjament biex jiċċekkjaw ir-rendiment tal-metodu minn żmien għal żmien u sabiex jippermettu tqabbil ma' riżultati minn metodi oħra.
Xi sustanzi ta' kalibrazzjoni huma mniżżla fir-referenzi (4).
1.4. PRINĊIPJU TAL-METODU TA' TTESTJAR
It-temperatura (l-iskala tat-temperatura) tat-transizzjoni f’fażi mill-istat solidu għal dak likwidu jew mill-istat likwidu għal dak solidu hija determinata. Fil-prattika waqt it-tisħin/tkessiħ ta' kampjun tas-sustanza għall-ittestjar fi pressjoni atmosferika t-temperaturi ta' tidwib/iffriżar inizjali u l-istadju finali tat-tidwib/iffriżar jiġu determinati. Ħames tipi ta' metodi huma mfissra, jiġifieri metodu kapillari, metodi ta' uċuh ta'sħana, determinazzjonijiet ta' temperatura ta' ffriżar, metodi ta' analiżi termika, u determinazzjoni ta' punt ta' tferriegħ (kif żviluppat għaż-żjut tal-pitrolju).
F’ċerti każijiet, jista' jkun konvenjenti li titkejjel it-temperatura ta' l-iffriżar flok it-temperatura ta' tidwib.
1.4.1. Metodu kapillari
1.4.1.1. Apparati li jiffissaw it-temperatura tat- tidwib b'banju ta' likwidu
Ammont żgħir tas-sustanza mfarrka sewwa jitpoġġa f’tubu kapillari u jiġi ppakkjat sewwa. It-tubu jissaħħan, flimkien ma' termometru, u ż-żieda fit-temperatura tiġi aġġustata għal inqas minn madwar l K/min matul it-tidwib innifsu. It-temperaturi tat-tidwib inizjali u finali jiġu determinati.
1.4.1.2. Apparati li jiffissaw it-temperatura tat-tidwib bi blokka tal-metall
Kif imfisser taħt 1.4.1.1., ħlief li t-tubu kapillari u t-termometru jitpoġġew fi blokka msaħħna tal-metall, u jistgħu jkunu osservati minn ġo toqob fil-blokka.
1.4.1.3. Determinazzjoni permezz ta' fotoċellula
Il-kampjun fit-tubu kapillari huwa msaħħan awtomatikament f'ċilindru tal-metall. Raġġ ta' dawl huwa dirett minn ġos-sustanza, permezz ta' toqba fiċ-ċilindru, sa fotoċellula kalibrata b'mod preċiż. Il-proprjetajiet ottiċi ta' ħafna sustanzi jinbidlu minn opak għal trasparenti meta jkunu qed jiddewbu. L-intensità tad-dawl li tilħaq lill-fotoċellula tiżdied u tibgħat sinjal ta' waqfien lill-indikatur diġitali li jkun qed jaqra t-temperatura tat-termometru ta' reżistenza tal-platinu li jkun jinsab fil-kompartiment tat-tisħin. Dan il-metodu mhuwiex adattat għal xi sustanzi b'kuluri qawwija.
1.4.2. Uċuh ta' Sħana
1.4.2.1. Il-bank sħun Kofler
Il-bank sħun Kofler juża biċċtejn tal-metall ta' konduttività termika differenti, imsaħħna b'mod elettriku, bil-bank iddisinjat sabiex il-gradjent tat-temperatura huwa kwazi lineari matul it-tul tiegħu. It-temperatura tal-bank sħun tista' tinfirex minn 283 sa 573 K b'apparat speċjali li jaqra t-temperatura li jinkludi runner b'indiċi u marka ta' identifikazzjoni maħsubin għall-bank speċifiku. Bil-għan li tkun determinata temperatura tat-tidwib, is-sustanza titqiegħed, f’saff irqiq, direttament fuq il-wiċċ tal-bank sħun. Fi ftit sekondi tiżviluppa linja ta' separazzjoni netta bejn il-fażi fluwida u dik solida. It-temperatura fil-linja ta' separazzjoni tinqara bl-aġġustament ta' l-indiċi mal-bqija tal-linja.
1.4.2.2. Mikroskopju tat-tidwib
Bosta uċuh sħan tal-mikroskopju jintużaw għad-determinazzjoni tat-temperaturi tat-tidwib bi kwantitajiet żgħar ferm ta' materjal. F'ħafna minn dawn l-uċuh sħan it-temperatura titkejjel b'termokoppja sensittiva iżda xi drabi jintużaw termometri tal-merkurju. Apparat tipiku għad-determinazzjoni tal-punt tat-tidwib fi stadju sħun għandu kompartiment ta' sħana li fiha pjanċa metallika li fuqha jitqiegħed il-kampjun fuq slide. Iċ-ċentru tal-pjanċa metallika għandu toqba li tippermetti d-dħul tad-dawl mill-mera illuminanti tal-mikroskopju. Meta tkun qed tintuża, il-kompartiment tingħalaq bi pjanċa tal-ħġieġ biex teskludi l-arja miż-żona tal-kampjun.
It-tisħin tal-kampjun huwa regolat minn reostat. Għal kejl preċiż ħafna fuq sustanzi ottikament anisotropiċi, jista' jintuża dawl polarizzat.
1.4.2.3. Metodu tal-menisku
Dan il-metodu jintuża b'mod speċifiku għal poliamidi
It-temperatura li fiha l-ispostament tal-menisku taż-żejt tas-silikone, maqbud bejn il-wiċċ sħun u għatu tal-ħġieġ sostnut mill-kampjun tal-poliamide li jkun qed jigi ttestjat.
1.4.3. Metodu biex tkun determinata t-temperatura ta' l-iffriżar
Il-kampjun jitpoġġa f’tubu tat-testijiet speċjali u jitpoġġa f’apparat għad-determinazzjoni tat-temperatura ta' l-iffriżar. Il-kampjun jiġi mħawwad b'ġentilezza u kontinwament matul it-tkessiħ u t-temperatura tiġi mkejla f’intervalli adattati. Hekk kif it-temperatura tibqa' kostanti għal qari din it-temperatura (korretta għall-iżball tat-termometru) tiġi reġistrata bħala t-temperatura ta' l-iffriżar.
Għandu jkun evitat is-supercooling billi jinżamm l-ekwilibriju bejn il-fażijiet solidi u likwidi.
1.4.4. Analiżi termika
1.4.4.1 Analiżi termika differenzjali (ATD)
Din it-teknika tirreġistra d-differenza fit-temperaturi bejn is-sustanza u l-materjal ta' referenza bħala funzjoni tat-temperatura, waqt li s-sustanza u l-materjal ta' referenza huma suġġetti għall-istess programm ta' temperatura kontrollata. Meta l-kampjun jgħaddi minn transizzjoni li tinvolvi bidla ta' entalpija, dik il-bidla hija indikata b'devjazzjoni endotermika (tidwib) jew eżotermika (iffriżar) mil-linja tal-bażi tar-reġistru tat-temperatura.
1.4.4.2 Kalorimetrija differenzjali ta'l-iskennjar (KDS)
Din it-teknika tirreġistra d-differenza fl-enerġija introdotta f’sustanza u dik introdotta f'materjal ta' referenza, bħala funzjoni tat-temperatura, waqt li s-sustanza u l-materjal ta' referenza huma suġġetti għall-istess programm ta' temperatura kontrollata. Din l-enerġija hija l-enerġija meħtieġa biex tinżamm żero d-differenza tat-temperatura bejn is-sustanza u l-materjal ta' referenza. Meta l-kampjun jgħaddi minn transizzjoni li tinvolvi bidla ta' entalpija, dik il-bidla hija indikata b'devjazzjoni endotermika (tidwib) jew eżotermika (iffriżar) mil-linja ta' bażi tar-reġistru tal-fluss tas-sħana.
1.4.5. Punt ta' tferriegħ
Dan il-metodu kien żviluppat biex jintużaw maż-żjut tal-pitrolju u huwa adattat għal użu ma' sustanzi żejtnin b'temperaturi baxxi ta' l-iffriżar.
Wara tisħin preliminari, il-kampjun jitkessaħ b'rata speċifika u eżaminat f’intervalli ta' 3 K għall-karatteristiċi tat-tferriegħ. L-inqas temperatura li fiha jiġi osservat moviment tas-sustanza tiġi reġistrata bħala l-punt ta' tferrigħ.
1.5. KRITERJI TA' KWALITÀ
L-applikabilità u l-eżattezza tal-metodi differenti użati għad-determinazzjoni tat-temperatura tat-tidwib/skala tat-tidwib huma mniżżla fit-tabella li ġejja:
TABELLA: APPLIKABILITÀ TAL-METODI
A. Metodi kapillari
Metodu ta' kejl |
Sustanzi li jistgħu jitfarrku |
Sustanzi li ma jintaħnux malajr |
Skala ta' temperatura |
Kalkolu ta' l-eżattezza (1) |
Standards eżistenti |
Apparati li jiffissaw it-temperatura ta' tidwib b'banju ta' likwidu |
iva |
għal ftit biss |
273 sa 573 K |
± 0,3 K |
JIS K 0064 |
Apparati li jiffissaw it-temperatura ta' tidwib bi blokka tal-metall |
iva |
għal ftit biss |
293 sa >573 K |
± 0,5 K |
ISO 1218(E) |
Determinazzjoni permezz ta' fotoċellula |
iva |
Bosta b'apparati ta' tagħmir |
253 sa 573 K |
± 0,5 K |
|
(1)
Dipendenti fuq it-tip ta' strument u fuq il-grad ta' purità tas-sustanza |
B. Uċuh sħan u metodi ta' ffriżar
Metodu ta' kejl |
Sustanzi li jistgħu jitfarrku |
Sustanzi li ma jitfarrkux malajr |
Skala ta' temperatura |
Kalkolu ta' l-eżattezza (1) |
Standards eżistenti |
Il-bank sħun Kofler |
iva |
le |
283 sa >573 K |
± 1K |
ANSI/ASTM D 3451-76 |
Mikroskopju tat-tidwib |
iva |
għal ftit biss |
273 sa >573 K |
± 0,5 K |
DIN 53736 |
Metodu tal-menisku |
le |
Speċifikament għal poliamidi |
293 sa >573 K |
± 0,5 K |
ISO 1218(E) |
Temperatura ta' l-iffriżar |
iva |
iva |
223 sa 573 K |
± 0,5 K |
eż. BS 4695 |
(1)
Dipendenti fuq it-tip ta' strument u fuq il-grad ta' purità tas-sustanza. |
C. Analiżi termika
Metodu ta' kejl |
Sustanzi li jistgħu jitfarrku |
Sustanzi li ma jitfarrkux malajr |
Skala ta' temperatura |
Kalkolu ta' l-eżattezza (1) |
Standards eżistenti |
Analiżi termika differenzjali |
iva |
Iva |
173 sa 1 273 K |
sa 600 K ± 0,5 K sa 1 273 K ± 2,0 K |
ASTM E 537-76 |
Kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar |
iva |
iva |
173 sa 1 273 K |
sa 600 K ± 0,5 K sa 1 273 K ± 2,0 K |
ASTM E 537-76 |
(1)
Dipendenti fuq it-tip ta' strument u fuq il-grad ta' purità tas-sustanza. |
D. Punt ta' tferrigħ
Metodu ta' kejl |
Sustanzi li jistgħu jitfarrku |
Sustanzi li ma jitfarrkux malajr |
Skala ta' temperatura |
Kalkolu ta' l-eżattezza (1) |
Standards eżistenti |
Punt ta' tferrigħ |
għal żjut tal-pitrolju u sustanzi żejtnin |
għal żjut tal-pitrolju u sustanzi żejtnin |
223 sa 323 K |
± 0,3 K |
ASTM D 97-66 |
(1)
Dipendenti fuq it-tip ta' strument u fuq il-grad ta' purità tas-sustanza. |
1.6. DESKRIZZJONI TAL-METODI
Il-proċeduri għal kważi l-metodi ta' ttestjar kollha tfissru fi standards internazzjonali u nazzjonali (Ara Appendiċi 1)
1.6.1. Metodi permezz ta' tubu kapillari
Meta jkunu suġġetti għal żieda bil-mod tat-temperatura, sustanzi mfarrka f’mod fin is-soltu juru l-istadji ta' tidwib murija fil-figura 1.
Figura 1
Matul id-determinazzjoni tat-temperatura tat-tidwib, it-temperaturi jiġu reġistrati fil-bidu ta' l-istadju tat-tidwib u b'dak finali.
1.6.1.1. Tagħmir li jiffissa t-temperatura ta' tidwib b'apparat ta' banju ta' likwidu
Il-Figura 2 turi tip ta' apparat standardizzat tat-temperatura ta' tidwib magħmul mill-ħġieġ (JIS K 0064); l-ispeċifikazzjonijiet kollha huma b'millimetri.
Figura 2
Banju ta' likwidu:
Għandu jingħażel likwidu adattat. L-għażla tal-likwidu tiddependi fuq it-temperatura tat-tidwib li għandha tiġi determinata, eż. paraffin likwidu għal temperaturi tad-tidwib mhux ogħla minn 473 K, żejt tas-silikone għal temperaturi tat-tidwib mhux ogħla minn 573 K
Għal temperaturi tat-tidwib fuq il-523 K, tista' tintuża taħlita li tikkonsisti minn tliet partijiet aċidu sulfuriku u żewġ partijiet sulfat tal-potassju (fi proporzjon tal-piż). Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet xierqa jekk tintuża taħlita bħal din.
Termometru:
Għandhom jintużaw biss dawk it-termometri li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-istandards li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom:
ASTM E 1-71, DIN 12770, JIS K 8001.
Proċedura:
Is-sustanza niexfa titfarrak b'mod fin ħafna fi trab u titpoġġa f’tubu kapillari, magħluq f’tarf minnhom, bil-għan li l-livell tal-mili jkun approssimattivament 3 mm wara li jkun ippakkjat sewwa. Biex jinkiseb kampjun ippakkjat uniformi, it-tubu kapillari għandha jitwaqqa' minn għoli approssimattiv ta' 700 mm minn tubu tal-ħġieġ b'mod vertikali fuq watchg.
It-tubu kapillari mimli jitpoġġa fil-banju sabiex il-parti tan-nofs tal-bozza tal-merkurju tat-termometru tmiss it-tubu kapillari fil-parti fejn hemm il-kampjun. Is-soltu t-tubu kapillari jiġi introdott fl-apparat madwar 10 K taħt it-temperatura tat-tidwib.
Il-banju ta' likwidu jissaħħan sabiex it-temperatura ogħla sa approssimattivament 3 K/min. Il-likwidu għandu jitħawwad. F’madwar 10 K taħt it-temperatura tat-tidwib mistennija r-rata taż-żieda fit-temperatura tiġi aġġustata għal massimu ta' 1 K/min.
Kalkolu:
Il-kalkolu tat-temperatura tat-tidwib hija kif ġej:
T = TD + 0,00016 (TD -TE) n
fejn:
T |
= |
it-temperatura tat-tidwib korretta f’K |
TD |
= |
qari tat-temperatura mit-termometru D f’K |
TE |
= |
qari tat-temperatura mit-termometru E f’K |
n |
= |
numru ta' gradazzjonijiet tal-ħajta tal-merkurju fuq termometru D fil-parti li qiegħda fil-wiċċ ta' l-ilma |
1.6.1.2 Apparati li jiffissaw it-temperatura ta' tidwib bi blokka tal-metall
Apparat:
Dan jikkonsist fi:
Ara l-istandards imsemmija f’ 1.6.1.1. Jistgħu jintużaw ukoll apparati tal-kejl termoelettriċi b'eżattezza komparabbli.
Figura 3
1.6.1.3. Determinazzjoni permezz ta' fotoċellula
Apparat u proċedura:
L-apparat jikkonsisti f’ kompartiment tal-metall b'sistema awtomatizzata ta' tisħin. Tliet kapillari jimtlew skond il-1.6.1.1. u jitpoġġew fil-forn.
Huma disponibbli bosta żidiet lineari biex ikun kalibrat l-apparat u ż-żieda adattata fit-temperatura hija aġġustata bl-elettriku b'rata kostanti u lineari magħżula minn qabel. Reġistri juru t-temperatura attwali fil-forn u t-temperatura tas-sustanza fit-tubi kapillari.
1.6.2. Uċuh sħan
1.6.2.1. Il-bank sħun Kofler
Ara l-Appendiċi
1.6.2.2. Mikroskopju tat-tidwib
Ara l-Appendiċi
1.6.2.3. Metodu tal-menisku (poliamidi)
Ara l-Appendiċi
Ir-rata tat-tisħin mit-temperatura tat-tidwib għandha tkun inqas minn 1 K/min.
1.6.3. Metodi għad-determinazzjoni tat-temperatura ta' l-iffriżar
Ara l-Appendiċi
1.6.4. Analiżi termika
1.6.4.1. Analiżi termika differenzjali
Ara l-Appendiċi
1.6.4.2. Kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar
Ara l-Appendiċi
1.6.5. Determinazzjoni tal-punt tat-tferrigħ
Ara l-Appendiċi
2. DATA
Korrezzjoni tat-termometru hija neċessarja f’ xi każijiet.
3. RAPPURTAR
Ir-rapport tat-test għandu, jekk huwa possibli, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Il-medja talanqas żewġ kejlijiet li huma fl-iskala ta' l-eżattezza kalkulata (ara t-tabelli) hija reġistrata bħala t-temperatura tat-tidwib.
Jekk id-differenza bejn it-temperatura fil-bidu u fl-istadju finali tat-tidwib hija fil-limiti ta' l-eżattezza tal-metodu, it-temperatura fl-istadju finali tat-tidwib tittieħed bħala t-temperatura tat-tidwib; inkella ż-żewġ temperaturi għandhom ikunu rapportati.
Jekk is-sustanza tiddekomponi jew tissaffa bis-sublimazzjoni qabel ma tintlaħaq it-temperatura, it-temperatura li fiha jiġi osservat l-effett għandha tkun rapportata.
L-informazzjoni u r-rimarki kollha relevanti għall-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu rapportati, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-impuritajiet u l-istat fiżiku tas-sustanza.
4. REFERENZI
(1) OECD, Paris, 1981, Test Guideline 102, Decision of the Council C(81) 30 final.
(2) IUPAC, B. Le Neindre, B. Vodar, eds. Experimental thermodynamics, Butterworths, London 1975, vol. II, 803–834.
(3) R. Weissberger ed.: Technique of organic Chemistry, Physical Methods of Organic Chemistry, 3rd ed., Interscience Publ., New York, 1959, vol. I, Part I, Chapter VII.
(4) IUPAC, Physicochemical measurements: Catalogue of reference materials from national laboratories, Pure and applied chemistry, 1976, vol. 48, 505–515.
Appendiċi
Għal dettalji tekniċi addizzjonali, l-istandards li ġejjin jistgħu jkunu kkonsultati bħala eżempju.
1. Metodi kapillari
1.1. Apparati li jiffissaw it-temperatura ta' tidwib b'banju ta' likwidu
ASTM E 324-69 |
Standard test method for relative initial and final melting points and the melting range of organic chemicals |
BS 4634 |
Method for the determination of melting point and/or melting range |
DIN 53181 |
Bestimmung des Schmelzintervalles von Harzen nach Kapilarverfarehn |
JIS K 00-64 |
Testing methods for melting point of chemical products. |
1.2 Apparati li jiffissaw it-temperatura ta' tidwib bi blokka tal-metall
DIN 53736 |
Visuelle Bestimmung der Schmelztemperatur von teilkristallinen Kunststoffen |
ISO 1218 (E) |
Plastics- polyamides -determination of “melting point” |
2. Elementi Imsaħħnin
2.1. Il-bank sħun Kofler
ANSI/ASTM D 3451-76 |
Standard recommended practices for testing polymeric powder coatings |
2.2. Mikroskopju tat-tidwib
DIN 53736 |
Visuelle Bestimmung der Schmelztemperatur von teilkristallinen Kunststoffen. |
2.3. Metodu tal-menisku (poliamidi)
ISO 1218 (E) |
Plastics -poly ami des -determination of “melting point” |
ANSI/ASTM D 2133-66 |
Standard specification for acetal resin injection moulding and extrusion materials |
NF T 51-050 |
Resines de polyamides. Determination du “point de fusion” methode du menisque |
3. Metodi għad-determinazzjoni tat-temperatura ta' l-iffriżar
BS 4633 |
Method for the determination of crystallizing point |
BS 4695 |
Method for Determination of Melting Point of petroleum wax (Cooling Curve) |
DIN 51421 |
Bestimmung des Gefrierpunktes von Flugkraftstoffen, Ottokraftstoffen und Motorenbenzolen |
ISO 2207 |
Cires de petrole: determination de la temperature de figeage |
DIN 53175 |
Bestimmung des Erstarrungspunktes von Fettsiiuren |
NF T 60-114 |
Point de fusion des paraffines |
NF T 20-051 |
Methode de determination du point de cristallisation (point de Congelation |
ISO 1392 |
Method for the determination of the freezing point |
4. Analiżi termika
4.1. Analiżi termika differenzjali
ASTM E 537-76 |
Standard method for assessing the thermal stability of chemicals by methods of differential thermal analysis |
ASTM E 473-85 |
Standard definitions of terms relating to thermal analysis |
ASTM E 472-86 |
Standard practice for reporting thermoanalytical DATA |
DIN 51005 |
Thermische Analyse, Begriffe |
4.2. Kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar
ASTM E 537-76 |
Standard method for assessing the thermal stability of chemicals by methods of differential thermal analysis |
ASTM E 473-85 |
Standard definitions of terms relating to thermal analysis |
ASTM E 472-86 |
Standard practice for reporting thermoanalytical DATA |
DIN 51005 |
Thermische Analyse, Begriffe |
5. Determinazzjoni tal-punt tat-tferriegħ
NBN 52014 |
Echantillonnage et analyse des produits du petrole: Point de trouble et point d'ecoulement limite -Monsterneming en ontleding van aardolieproducten: Troebelingspunt en vloeipunt |
ASTM D 97-66 |
Standard test method for pour point of petroleum oils |
ISO 3016 |
Petroleum oils –Determination of pour point |
A.2. TEMPERATURA TAT-TGĦOLIJA
1. METODU
Il-maġġoranza tal-metodi mfissra huma bbażati fuq il-linjagwida tat-Test OECD (1). Il-prinċipji fundamentali huma mogħtija fir-referenzi (2) u (3).
1.1. DAĦLA
Il-metodi u l-apparati mfissra hawnhekk jistgħu jiġu applikati għal likwidu u għal sustanzi li jiddewbu bil-mod f’ temperatura baxxa, bil-kondizzjoni li dawn ma jkollhomx xi reazzjoni kimika taħt it-temperatura tat-tgħolija (eż.: awto-ossidazzjoni, traspożizzjoni, degradazzjoni, eċċ.). Il-metodi jistgħu jiġu applikati għal sustanzi likwidi puri u impuri.
Issir enfasi fuq il-metodi li jużaw osservazzjoni permezz ta' fotoċellula u analiżi termika, għaliex dawn il-metodi jippermettu d-determinazzjoni tat-temperaturi tat-tidwib kif ukoll dawk tat-tgħolija. Barra dan, il-kejlijiet jistgħu jsiru b'mod awtomatiku.
Il-“metodu dinamiku” għandu l-vantaġġ li jista' jiġi applikat ukoll għad-determinazzjoni tal-pressjoni tal-fwar u mhuwiex neċessarju li t-temperatura tat-tgħolija tkun korretta sal-pressjoni normali (101,325 kPa) għaliex il-pressjoni normali tista' tiġi aġġustata matul il-kejl minn manostat.
Rimarki:
L-influwenza ta' impuritajiet fuq id-determinazzjoni tat-temperatura tat-tgħolija tiddependi l-aktar fuq in-natura ta' l-impurità. Meta fil-kampjun ikun hemm impuritajiet volatili, li jistgħu jaffetwaw ir-riżultati, is-sustanza tista' tiġi ppurifikata.
1.2. TIFSIRIET U UNITAJIET
It-temperatura normali tat-tgħolija hija mfissra bħala t-temperatura li fiha l-pressjoni tal-fwar tal-likwidu hija 101,325 kPa.
Jekk it-temperatura tat-tgħolija ma titkejjilx fi pressjoni atmosferika normali, id-dependenza tat-temperatura fuq il-pressjoni tal-fwar tista' tiġi deskritta bl-ekwazzjoni Clausius-Clapeyron:
fejn:
P |
= |
il-pressjoni tal-fwar tas-sustanza f’ pascals |
ΔHv |
= |
is-sħana ta' evaporizzazzjoni tiegħu f’ J mol-1 |
R |
= |
il-kostanti universali molari tal-gass = 8,314 mol-1 K-1 |
T |
= |
it-temperatura termodinamika, f’ K |
It-temperatura tat-tgħolija hija murija skond il-pressjoni ta' l-ambjent matul il-kejl.
Bdil
Pressjoni (unitajiet: kPa)
100 kPa |
= |
1 bar = 0,1 MPa (“bar” għadha permessa iżda mhux rakkomandata) |
133 Pa |
= |
1 mm Hg = 1 Torr (l-unitajiet “mm Hg” u “Tor” mhumiex permessi). |
1 atm |
= |
atmosfera standard = 101 325 Pa (l-unità “atm” mhix permessa). |
Temperatura (unitajiet: K)
t = T - 273,15 K
t |
: |
temperatura Celsius, grad Celsius ( oC) |
T |
: |
temperatura termodinamika, kelvin (K) |
1.3. SUSTANZI TA' REFERENZA
M'hemmx bżonn li jintużaw sustanzi ta' referenza fil-każijietjiet kollha kull meta tkun qed tiġi investigata sustanza ġdida. Huma primarjament qegħdin biex ikun iċċekkjat ir-rendiment tal-metodu minn żmien għal żmien u sabiex jippermettu paragun ma' riżultati minn metodi oħra.
Xi sustanzi ta' kalibrazzjoni jinsabu fil-metodi elenkati fl-Appendiċi.
1.4. PRINĊIPJU TAL-METODU TA' L-ITTESTJAR
Ħames metodi għad-determinazzjoni tat-temperatura tat-tgħolija (skala tat-temperatura tat-tgħolija) huma bbażati fuq il-kejl tat-temperatura tat-tgħolija, tnejn oħra huma bbażati fuq analiżi termika.
1.4.1. Determinazzjoni bl-użu ta' l-ebulliometer
L-ebulliometers kienu żviluppati oriġinarjament għad-determinazzjoni tal-piż molekulari permezz taż-żieda fit-temperatura tat-tgħolija, iżda huma adattati wkoll għal kejl eżatt tat-temperatura tat-tgħolija. Apparat sempliċi ħafna huwa mfisser fl-ASTM D 1120-72 (ara l-Appendiċi). Il-likwidu jissaħħan f’ dan l-apparat taħt kondizzjonijiet ta' ekwilibriju fi pressjoni atmosferika sakemm jiftaħ jagħli.
1.4.2. Metodu dinamiku
Dan il-metodu jinvolvi il-kejl tat-temperatura tar-rikondensazzjoni tal-fwar permezz ta' termometru adattat fir-rifluss waqt it-tgħolija. B'dan il-metodu l-pressjoni tista' tiġi varjata.
1.4.3. Metodu ta' distillazzjoni għat-temperatura tat-tgħolija
Dan il-metodu jinvolvi d-distillazzjoni tal-likwidu u l-kejl tat-temperatura tar-rikondensazzjoni tal-fwar u d-determinazzjoni ta' l-ammont ta' l-iddistillat.
1.4.4. Metodu skond Siwoloboff
Kampjun jissaħħan f’ tubu għall-kampjun, li jkun mgħaddas f’ likwidu ġo banju sħun. Kapillari mgħaqqda, li fiha bużżieqa ta' l-arja fil-parti t'isfel, tiġi mgħaddsa fit-tubu bil-kampjun.
1.4.5. Determinazzjoni permezz ta' fotoċellula
Skond il-prinċipju Siwoloboff, kejl foto-elettriku awtomatiku jsir bit-tlugħ tal-bżieżaq.
1.4.6. Analiżi termika differenzjali
Din it-teknika tirreġistra d-differenza fit-temperaturi bejn is-sustanza u l-materjal ta' referenza bħala funzjoni tat-temperatura, waqt li s-sustanza u l-materjal ta' referenza huma suġġetti għall-istess programm kontrollat ta' temperatura. Meta l-kampjun jgħaddi minn transizzjoni li tinvolvi bidla ta' entalpija, dik il-bidla hija indikata b'devjazzjoni endotermika (tidwib) jew eżotermika (iffriżar) mil-linja ta' bażi tar-reġistru tat-temperatura.
1.4.7. Kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar
Din it-teknika tirreġistra d-differenza fl-enerġija introdotta f’ sustanza u dik introdotta f'materjal ta' referenza, bħala funzjoni tat-temperatura, waqt li s-sustanza u l-materjal ta' referenza huma suġġetti għall-istess programm kontrollat ta' temperatura. Din l-enerġija hija l-enerġija meħtieġa biex id-differenza tat-temperatura bejn is-sustanza u l-materjal ta' referenza tinżamm żero. Meta l-kampjun jgħaddi minn transizzjoni li tinvolvi bidla ta' entalpija, dik il-bidla hija indikata b'devjazzjoni endotermika (tgħolija) mil-linja ta' bażi tar-reġistru tal-fluss tas-sħana.
1.5. KRITERJI TA' KWALITÀ
L-applikabbiltà u l-eżattezza tal-metodi differenti użati għad-determinazzjoni tat-temperatura tat-tgħolija/ta' l-iskala tat-tgħolija huma mniżżla fit-tabella 1:
Tabella 1
Paragun tal-metodi
Metodu ta' kejl |
Kalkolu ta' l-eżattezza |
Standard eżistenti |
L-ebulliometer |
ASTM D 1120-72 (1) |
|
Il-metodu dinamiku |
± 0,5 K (sa 600 K) (2) |
|
Il-proċess ta' distillazzjoni (skala ta'tgħolija) |
± 0,5 K (sa 600 K) |
ISO/R 918, DIN 53171, BS 4591/71 |
Il-metodu skond Siwoloboff |
± 2 K (sa 600 K) (2) |
|
Osservazzjoni permezz ta' fotoċellula |
± 0,3 K (sa 373 K) (2) |
|
Il-kalorimetrija termika differenzjali |
± 0,5 K (sa 600 K) ± 2,0 K (sa 1 273 K) |
ASTM E 537-76 |
Il-kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar |
± 0,5 K (sa 600 K) ± 2,0 K (sa 1 273 K) |
ASTM E 537-76 |
(1)
Din l-eżattezza hija valida biss għall-apparat sempliċi kif eż. mfisser f‘ ASTM D 1120-72; tista’ tkun imtejba b’ apparati ebulliometer aktar sofistikati.
(2)
Validi biss għal sustanzi puri. L-użu f’ ċirkustanzi oħra għandu jkun ġustifikat. |
1.6. DESKRIZZJONI TAL-METODI
Kważi l-proċeduri għall-metodi ta' ttestjar kollhatfissru fi standards internazzjonali u nazzjonali (Ara l-Appendiċi).
1.6.1. L-ebulliometer
Ara l-Appendiċi.
1.6.2. Il-metodu dinamiku
Ara l-metodu ta' ttestjar A.4. għad-determinazzjoni tal-pressjoni tal-fwar.
It-temperatura tat-tgħolija osservata bi pressjoni applikata ta' 101,325 kPa hija reġistrata.
1.6.3. Il-proċess ta' distillazzjoni (skala tat-tgħolija)
Ara l-Appendiċi.
1.6.4. Il-metodu skond Siwoloboff
Il-kampjun jissaħħan f'apparat ta' temperatura tat-tidwib f'tubu għall-kampjun, b'dijametru ta' approssimattivament 5 mm (figura 1).
Il-figura 1 turi tip ta' apparat standardizzat ta' temperatura tat-tidwib u tat-tgħolija (JIS K 0064) (magħmul mill-ħġieġ, l-ispeċifikazzjonijiet kollha f’ millimetri).
Figura 1
Tubu kapillari (kapillari tat-tgħolija) li huwa magħluq madwar 1 cm ’il fuq mill-parti t’isfel tat-tubu jitpoġġa fit-tubu għall-kampjun. Is-sustanza tat-test tiżdied sa livell tali li l-parti mgħaqqda tal-kapillari tkun taħt il-wiċċ tal-likwidu. It-tubu għall-kampjun li fih il-kapillari tat-tgħolija huwa marbut mat-termometru permezz ta' lastiku jew huwa mwaħħal b'irfid mal-ġenb (ara figura 2).
Figura 2 Il-prinċipju skond Siwoloboff |
Figura 3 Il-prinċipju mmodifikat |
|
|
Il-banju ta' likwidu jintgħażel skond it-temperatura tat-tgħolija. F’ temperaturi ta' 573 K, jista' jintuża żejt tas-silikone. Il-paraffina likwida tista' tintuża biss sa 473 K. Għall-bidu t-tisħin tal-banju ta'likwidu għandu jkun aġġustat sa żieda fit-temperatura ta' 3 K/min. Il-banju ta' likwidu jrid jitħawwad. F’ madwar 10 K taħt it-temperatura tat-tgħolija mistennija, it-tisħin jitnaqqas sabiex ir-rata fiż-żieda tat-temperatura tkun anqas minn 1 K/min. Meta tkun se tintlaħaq it-temperatura tat-tgħolija, jibdew jitfaċċaw b'mod rapidu bżieżaq fil-kapillari li tkun qed tagħli.
It-temperatura tat-tgħolija hija dik it-temperatura li, fil-waqt ta' tkessiħ momentarju, is-serje ta' bżieżaq tieqaf u l-fluwidu f’ daqqa waħda jerġa' jibda tiegħla fil-kapillari. Il-qari korrispondenti tat-termometru huwa t-temperatura tat-tgħolija tas-sustanza.
Fil-prinċipju mmodifikat (figura 3) t-temperatura tat-tgħolija hija ddeterminata f’kapillari ta' temperatura tat-tidwib. Hija tiġġebbed sa punt fin ta' madwar 2 cm fit-tul (a) u ammont żgħir tal-kampjun jinġibed ’il fuq. Il-parti l-miftuħa tal-kapillari fin tingħalaq billi tiddewweb, b'mod li jkun hemm buieqa ta' l-arja fit-tarf. Waqt it-tisħin fl-apparat tat-temperatura tat-tidwib (b) l-bużżieqa ta' l-arja tespandi. It-temperatura tat-tgħolija tikkorrispondi mat-temperatura li fiha t-tapp tas-sustanza jilħaq il-livell tas-superfiċje tal-banju ta' likwidu (ċ).
1.6.5. Osservazzjoni permezz ta' fotoċellula
Il-kampjun jissaħħan f-tubu kapillari ġo blokka tal-metall imsaħħna.
Raġġ ta' dawl jiġi dirett, f’toqob adattati fil-blokka, minn ġo s-sustanza għal fuq fotoċellula kkalibrata b'mod preċiż.
Waqt iż-żieda fit-temperatura tal-kampjun, bżieżaq ta' l-arja singoli jitfaċċaw mill-kapillari li tkun qed tagħli. Meta tintlaħaq it-temperatura tat-tgħolija n-numru ta' bżieżaq jiżdied ħafna. Dan jikkawża bidla fl-intensità tad-dawl, irreġistrata minn fotoċellula, u jagħti sinjal ta' waqfien lill-indikatur li jkun qed jaqra t-temperatura tat-termometru tal-platinu ta' reżistenza li jkun fil-blokka.
Dan il-metodu huwa speċjalment utli għaliex jippermetti determinazzjonijiet taħt it-temperatura ambjentali sa 253,15 K (-20 oC) mingħajr ebda bidliet fl-apparat. Kemm jitpoġġa l-istrument f'banju li jkessaħ.
1.6.6. Analiżi termika
1.6.6.1. Analiżi termika differenzjali
Ara l-Appendiċi.
1.6.6.2. Kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar
Ara l-Appendiċi.
2. DATA
B'devjazzjonijiet żgħar mill-pressjoni normali (max. ± 5 kPa) it-temperaturi tat-tgħolija huma normalizzati sa Tn permezz ta' l-ekwazzjoni numru-valur minn Sidney Young li ġejja:
Tn = T + (fT x Δp)
fejn:
Δp |
= |
(101,325 – p) [nnota s-sinjal] |
P |
= |
il-kejl tal-pressjoni f’kPa |
fT |
= |
ir-rata ta' bidla fit-temperatura tat-tgħolija bi pressjoni f’K/kPa |
T |
= |
it-temperatura tat-tgħolija mkejla f’K |
Tn |
= |
it-temperatura tat-tgħolija korretta sal-pressjoni normali f’K |
Għal ħafna sustanzi l-fatturi tal-korrezzjoni tat-temperatura, fT, u l-ekwazzjonijiet għall-approssimazzjoni tagħhom huma inklużi fl-istandards internazzjonali u nazzjonali msemmija hawn fuq.
Eż, il-metodu tad-DIN 53171 isemmi l-korrezzjonijiet mhux bilfors eżatti li ġejjin għal solventi inklużi fiż-żebgħa:
Tabella 2
Temperatura – il-fatturi ta' korrezzjonijiet ft
Temperatura T (K) |
Fattur ta' korrezzjoni fT (K/kPa) |
323,15 |
0,26 |
348,15 |
0,28 |
373,15 |
0,31 |
398,15 |
0,33 |
423,15 |
0,35 |
448,15 |
0,37 |
473,15 |
0,39 |
498,15 |
0,41 |
523,15 |
0,4 |
548,15 |
0,45 |
573,15 |
0,47 |
3. RAPPURTAR
Ir-rapport tat-test għandu, jekk possibbli, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Il-medja ta' mill-inqas żewġ temperaturi li huma fl-iskala tal-kalkolu ta' l-eżattezza (ara t-Tabella 1) hija rrapurtata bħala t-temperatura tat-tgħolija.
It-temperaturi tat-tgħolija mkejla u l-medji tagħhom għandhom ikunu ddikjarati u l-pressjoni (jiet) li fihom saru l-kejlijiet għandhom ikunu rrapurtati f’kPa. Il-pressjoni għandha tkun preferibbilment qrib il-pressjoni atmosferika normali.
L-informazzjoni kollha u r-rimarki relevanti għall-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu rrapurtati, b'mod speċjali rigward l-impuritajiet u l-istat fiżiku tas-sustanza.
4. REFERENZI
(1) OECD, Paris, 1981, Test Guideline 103, Decision of the Council C (81) 30 final.
(2) IUPAC, B. Le Neindre, B. Vodar, editions. Experimental thermodynamics, Butterworths, London 1975, volume II.
(3) R. Weissberger edition: Technique of organic chemistry, Physical methods of organic chemistry, Third Edition, Interscience Publications, New York, 1959, volume I, Part I, Chapter VIII.
Appendiċi
Għal dettalji tekniċi addizzjonali, l-istandards li ġejjin jistgħu jkunu kkonsultati bħala eżempju.
1. L-ebulliometer
1.1 Apparati li jiffissaw it-temperatura ta' tidwib b'banju ta' likwidu
ASTM D 1120-72 |
Standard test method for boiling point of engine anti-freezes |
2. Il-proċess ta' distillazzjoni (l-iskala tat-tgħolija)
ISO 918:1989: |
Test Method for Distillation (Distillation Yield and Distillation Range) |
BS 4349/68 |
Method for determination of distillation of petroleum products |
BS 4591/71 |
Method for the determination of distillation characteristics |
DIN 53171 |
Losungsmittel fur Anstrichstoffe, Bestimmung des Siedeverlaufes |
NF T 20-608 |
Distillation:determination du rendement et de l'intervalle de distillation |
3. L-analiżi termika differenzjali u l-kalorimetrija differenzjali ta' l-iskennjar
ASTM E 537-76 |
Standard method for assessing the thermal stability of chemicals by methods of differential thermal analysis |
ASTM E 473-85 |
Standard definitions of terms relating to thermal analysis |
ASTM E 472-86 |
Standard practice for reporting thermoanalytical data |
DIN 51005 |
Thermische Analyse, Begriffe |
A.3. DENSITÀ RELATTIVA
1. METODU
Il-maġġoranza tal-metodi mfissra huma bbażati fuq il-linja gwida tat-Test OECD (1). Il-prinċipji fundamentali huma mogħtija fir-referenzi (2) u (3).
1.1. DAĦLA
Il-metodi għad-determinazzjoni tad-densità relattiva mfissra hawn huma applikabbli għal sustanzi solidi u likwidi, mingħajr restrizzjoni fir-rigward tal-grad ta' purità tagħhom. Id-diversi metodi li għandhom jintużaw huma mniżżla fit-tabella 1.
1.2. TIFSIRIET U UNITAJIET
Id-densità relattiva D20 4 ta' solidi jew likwidi hija l-proporzjoni bejn il-piż ta' volum tas-sustanza li trid tiġi eżaminata, iddeterminata f’temperatura ta' 20 oC, u l-piż ta' l-istess volum ta' ilma, iddeterminata f’temperatura ta' 4 oC. Id-densità relattiva ma għandhiex dimensjoni.
Id-densità, P, ta' sustanza hija l-kwozjent tal-piż, m, u l-volum tagħha, v.
Id-densità, P, tingħata f’unitajiet SI, f’kg/m3.
1.3. SUSTANZI TA' REFERENZA (1) (3)
M'hemmx bżonn li jintużaw sustanzi ta' referenza kull meta tkun qed tiġi investigata sustanza ġdida. Huma primarjament qegħdin biex ikun iċċekkjat ir-rendiment tal-metodu minn żmien għal żmien u sabiex jippermettu paragun ma' riżultati minn metodi oħra.
1.4. TQABBIL TAL-METODI
Jintużaw erba' klassijiet ta' metodi
1.4.1. Il-metodi taż-żamma fil-wiċċ
1.4.1.1. Idrometru (għal sustanzi likwidi)
Jistgħu jinkisbu determinazzjonijiet tad-densità rapidi u eżatti biżżejjed permezz ta' idrometri li jżommu fil-wiċċ, li jippermettu li d-densità ta' likwidu titqies mill-fond ta' l-immersjoni bil-qari ta' skala bi gradazzjoni.
1.4.1.2. Miżien idrostatiku (għal sustanzi likwidi u solidi)
Id-differenza bejn il-piż tal-kampjun għat-test imkejjel fl-ajru u f'likwidu adattat (eż. l-ilma) tista' tintuża biex tiddetermina d-densità tiegħu.
Għal solidi, id-densità mkejla hija kkunsidrata valida biss għal kampjun partikolari li jkun qed jiġi eżaminat. Għad-determinazzjoni tad-densità tal-likwidi, oġġett ta' volum magħruf, v, jintiżen l-ewwel fl-arja u imbagħad fil-likwidu.
1.4.1.3. Il-metodu ta' l-oġġett mgħaddas (għal sustanzi likwidi) (4)
F’dan il-metodu, id-densità ta' likwidu hija ddeterminata mid-differenza bejn ir-riżultati ta' kejl tal-likwidu qabel u wara l-immersjoni ta' oġġett ta' volum magħruf fil-likwidu tat-test.
1.4.2. Metodi piknometriċi
Għal solidi jew likwidi, jistgħu jintużaw piknometri ta' diversi forom u ta' volumi magħrufa. Id-densità hija kkalkulata mid-differenza fil-piż bejn il-piknometru mimli u vojt u l-volum magħruf tiegħu.
1.4.3. Piknometru għal paragun fl-arja (għal solidi)
Id-densità ta' solidu fi kwalunkwe forma tista' titkejjel f’temperatura ambjentali b'piknometru għal paragun bil-gass. Il-volum tas-sustanza jitkejjel fl-arja jew f’gass inert f’ċilindru ta' volum varjabbli ikkalibrat. Għal kalkolu tad-densità jittieħed kejl wieħed tal-piż wara li jsir il-kejl tal-volum.
1.4.4. Densitometru li joxxilla (5) (6) (7)
Id-densità ta' likwidu tista' titkejjel f’densitometru li joxxilla. Oxxillatur mekkaniku mibni fil-forma ta' tubu-U jiġi vvibrat bil-frekwenza ta' reżonanza ta' l-oxxilatur li tiddependi fuq il-piż tiegħu. L-introduzzjoni ta' kampjun tbiddel il-frekwenza ta' reżonanza ta' l-oxxillatur. L-apparat għandu jiġi kkalibrat b'żewġ sustanzi likwidi ta' densitajiet magħrufa. Dawn is-sustanzi għandhom ikunu preferibbilment magħżula b'tali mod li d-densitajiet tagħhom ikopru l-iskala kollha li se titkejjel.
1.5. KRITERJI TA' KWALITÀ
L-applikabilità tal-metodi differenti użati għad-determinazzjoni tad-densità relattiva hija mniżżla fit-tabella.
1.6. DESKRIZZJONI TAL-METODI
L-istandards mogħtija bħala eżempji, li għandhom ikunu kkonsultati għal dettalji tekniċi addizzjonali, huma mehmuża fl-Appendiċi.
Il-testijiet għandhom isiru f’temperatura ta' 20 oC, u għandhom isiru għall-inqas żewġ kejlijiet.
2. DATA
Ara l-istandards.
3. RAPPURTAR
Ir-rapport tat-test għandu, jekk huwa possibli, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Id-densità relattiva,
, għandha tkun irrappurtata kif imfisser f’1.2, flimkien ma' l-istat fiżiku tas-sustanza mkejla.
L-informazzjoni u r-rimarki kollha relevanti għall-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu rrapportati, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-impuritajiet u l-istat fiżiku tas-sustanza.
Tabella
Applikabilità tal-metodi
Metodu ta' kejl |
Densità |
Viskożità dinamika massima possibbli |
Standards eżistenti |
|
solidu |
likwidu |
|||
1.4.1.1. Idrometru |
|
iva |
5 Pa s |
ISO 387, ISO 649-2, NF T 20-050 |
1.4.1.2. Miżien Idrostatiku |
|
|
|
|
(a) solidsi |
iva |
|
|
ISO 1183 (A) |
(b) likwidi |
|
iva |
5 Pa s |
ISO 90 u 758 |
1.4.1.3. Il-metodu ta' l-oġġett mgħaddas |
|
iva |
20 Pa s |
DIN 53217 |
1.4.2. Piknometru |
|
|
|
ISO 3507 |
(a) solidi |
iva |
|
|
ISO 1183(B), NF T 20-053 |
(b) likwidi |
|
iva |
500 Pa s |
ISO 758 |
1.4.3 Piknometru għal paragun fl-arja |
iva |
|
|
DIN 55590 Teil 3, DIN53243 |
1.4.4. Densitometru li joxxilla |
|
iva |
5 Pa s |
|
M4. REFERENZI
(1) OECD, Paris, 1981, Test Guideline 109, Decision of the Council C(81) 30 final.
(2) R. Weissberger ed., Technique of Organic Chemistry, Physical Methods of Organic Chemistry, 3rd ed., Chapter IV, Interscience Publ., New York, 1959, vol. I, Part 1.
(3) IUPAC, Recommended reference materials for realization of physico-chemical properties, Pure and applied chemistry, 1976, vol. 48, 508.
(4) Wagenbreth, H., Die Tauchkugel zur Bestimmung der Dichte von Flüssigkeiten, Technisches Messen tm, 1979, vol.ll, 427–430.
(5) Leopold, H., Die digitale Messung von Flüssigkeiten, Elektronik, 1970, vol. 19, 297–302.
(6) Baumgarten, D., Füllmengenkontrolle bei vorgepackten Erzeugnissen -Verfahren zur Dichtebestimmung bei flüssigen Produkten und ihre praktische Anwendung, Die Pharmazeutische Industrie, 1975, vol. 37, 717–726.
(7) Riemann, J., Der Einsatz der digital en Dichtemessung im Brauereilaboratorium, Brauwissenschaft, 1976, vol. 9, 253–255.
Appendiċi
Għal dettalji tekniċi addizzjonali, l-istandards li ġejjin jistgħu jkunu kkonsultati bħala eżempju.
1. Il-metodi taż-żamma fil-wiċċ
1.1 Idrometru
DIN 12790, ISO 387 |
Hydrometer; general instructions |
DIN 12791 |
Part I: Density hydrometers; construction, adjustment and use Part II: Density hydrometers; standardized sizes, designation Part III: Use and test |
ISO 649-2 |
Laboratory glassware: Density hydrometers for general purpose |
NF T 20-050 |
Chemical products for industrial use – Determination of density of liquids – Areometric method |
DIN 12793 |
Laboratory glassware: range find hydrometers |
1.2 Miżien idrostatiku
Għal sustanzi solidi
ISO 1183 |
Method A: Methods for determining the density and relative density of plastics excluding cellular plastics |
NF T 20-049 |
Chemical products for industrial use – Determination of the density of solids other than powders and cellular products – Hydrostatic balance method |
ASTM-D-792 |
Specific gravity and density of plastics by displacement |
DIN 53479 |
Testing of plastics and elastomers; determination of density |
Għal sustanzi likwidi
ISO 901 |
ISO 758 |
DIN 51757 |
Testing of mineral oils and related materials; determination of density |
ASTM D 941-55, ASTM D 1296-67 and ASTM D 1481-62 |
|
ASTM D 1298 |
Density, specific gravity or API gravity of crude petroleum and liquid petroleum products by hydrometer method |
BS 4714 |
Density, specific gravity or API gravity of crude petroleum and liquid petroleum products by hydrometer method |
1.3 Metodu tat-tagħdis ta' l-oġġett
DIN 53217 |
Testing of paints, varnishes and similar coating materials; determination of density; immersed body method |
2. Metodi piknometriċi
2.1. Għal sustanzi likwidi
ISO 3507 |
Pycnometers |
ISO 758 |
Liquid chemical products; determination of density at 20 oC |
DIN 12797 |
Gay-Lussac pycnometer (for non-volatile liquids which are not too viscous) |
DIN 12798 |
Lipkin pycnometer (for liquids with a kinematic viscosity of less than l00. 10-6 m2 s-1 at 15 oC) |
DIN 12800 |
Sprengel pycnometer (for liquids as DIN 12798) |
DIN 12801 |
Reischauer pycnometer (for liquids with a kinematic viscosity of less than l00. 10-6 m2 s-1 at 20 oC, applicable in particular also to hydrocarbons and aqueous solutions as well as to liquids with higher vapour pressure, approximately 1 bar at 90 oC) |
DIN 12806 |
Hubbard pycnometer (for viscous liquids of all types which do not have too high a vapour pressure, in particular also for paints, varnishes and bitumen) |
DIN 12807 |
Bingham pycnometer (for liquids, as in DIN 12801) |
DIN 12808 |
Jaulmes pycnometer (in particular for ethanol – water mixture) |
DIN 12809 |
Pycnometer with ground-in thermometer and capillary side tube (for liquids which are not too viscous) |
DIN 53217 |
Testing of paints, varnishes and similar products; determination of density by pycnometer |
DIN 51757 |
Point 7: Testing of mineral oils and related materials; determination of density |
ASTM D 297 |
Section 15: Rubber products – chemical analysis |
ASTM D 2111 |
Method C: Halogenated organic compounds |
BS 4699 |
Method for determination of specific gravity and density of petroleum products (graduated bicapillary pycnometer method) |
BS 5903 |
Method for determination of relative density and density of petroleum products by the capillary- stoppered pycnometer method |
NF T 20-053 |
Chemical products for industrial use – Determination of density of solids in powder and liquids – Pyknometric method |
2.2. Għal sustanzi solidi
ISO 1183 |
Method B: Methods for determining the density and relative density of plastics excluding cellular plastics |
NF T 20-053 |
Chemical products for industrial use -Determination of density of solids in powder and liquids -Pyknometric method |
DIN 19683 |
Determination of the density of soils |
3. Piknometru għat-tqabbil ma' l-arja
DIN 55990 |
Part 3: Prüfung von Anstrichstoffen und ähnlichen Beschichrungsstoffen; Pulverlack; Bestimmung der Dichte |
DIN 53243 |
Anstrichstoffe; Chlorhaltige Polymere; Prüfung |
A.4. PRESSJONI TA’ FWAR
1. METODU
Dan il-metodu huwa ekwivalenti għall-OECD TG 104 (2004).
1.1. INTORDUZZJONI
Din il-verżjoni riveduta ta’ metodu A 4 (1) tinkludi metodu addizzjonali, Metodu ta' effużjoni: termogravimetrija iżotermali, maħsuba għal sustanzi kimiċi bi pressjonijiet baxxi ħafna (sa 10–10 Pa). Fid-dawl ta’ bżonnijiet għal proċeduri, speċjalment relati mal-kisba ta’ pressjoni ta’ fwar għal sustanzi bi pressjoni baxxa ta’ fwar, proċeduri oħra ta’ dan il-metodu huma vvalutati mill-ġdid b’konnessjoni ma’ sensiliet oħra ta’ applikabilità.
Fl-ekwilibriju termodinamiku l-pressjoni ta’ fwar ta’ sustanza pura hija l-funzjoni ta’ temperatura biss. Il-prinċipji fundamentali huma deskritti x’imkien ieħor (2)(3).
L-ebda proċedura ta’ kejl waħidha hija applikabbli għas-sensiela sħiħa ta’ pressjonijiet ta’ fwar minn inqas minn 10–10 għal 105 Pa. Tmien metodi biex titkejjel il-pressjoni ta’ fwar huma inklużi f’dan il-metodu li jista' jiġi applikat f’sensiliet differenti ta’ pressjoni ta’ fwar. Il-metodi varji huma paragunati rigward l-applikazzjoni u s-sensiela ta' kejl f' Tabella 1. Il-metodi jistgħu jiġu applikati biss għal komposti li ma jinħallux fil-kundizzjonijiet tat-test. F’każijiet fejn il-metodi esperimentali ma jistgħux jiġu applikati minħabba raġunijiet tekniċi, il-pressjoni ta’ fwar tista’ tiġi stmata, u metodu ta’ stima rrikmandat huwa spjegat fl-Appendiċi.
1.2. DEFINIZZJONIJIET U UNITAJIET
Il-pressjoni ta' fwar ta' sustanza hija definita bħala l-pressjoni ta' saturazzjoni fuq sustanza solida jew likwida.
L-unità SI ta’ pressjoni, li hija l-pascal (Pa), għandha tiġi użata. Unità oħrajn li ġew użati storikament se jingħataw hawn taħt, flimkien mal-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom:
1 Torr |
= |
1 mm Hg |
= |
1,333 × 102 Pa |
1 atmosphere |
= |
1,013 × 105 Pa |
|
|
1 bar |
= |
105 Pa |
|
|
L-unità SI ta’ temperatura hija l-kelvin (K). Il-konverżjoni ta’ gradi Celsius għal kelvin hija skont il-formula:
T = t + 273,15
fejn, T hija l-Kelvin jew temperatura termodinamika u t hija t-temperatura Celsius
Tabella 1
Metodu ta’ kejl |
Sustanzi |
Ripetibbiltà stmata |
Riproduċibbilità stmata |
Sensiela rakkomandata |
|
Solid |
Liquid |
||||
Metodu dinamiku |
Jinħall malajr |
Iva |
sa 25 % 1 sa 5 % |
sa 25 % 1 sa 5 % |
103 Pa sa 2*103 Pa 2*103 Pa sa 105 Pa |
Metodu statiku |
Iva |
Iva |
5 sa 10 % |
5 sa 10 % |
10 Pa sa 105 Pa 10–2 Pa sa 105 Pa (1) |
Metodu iżoteniskopju |
Iva |
Iva |
5 sa 10 % |
5 sa 10 % |
102 Pa sa 105 Pa |
Metodu ta' effużjoni: bilanċ ta' pressjoni ta' fwar |
Iva |
Iva |
5 sa 20 % |
sa 50 % |
10–3 sa 1 Pa |
Metodu ta' effużjoni: Ċellula Knudsen |
Iva |
Iva |
10 sa 30 % |
— |
10–10 sa 1 P |
Metodu ta' effużjoni: termogravimetrija iżotermali |
Iva |
Iva |
5 sa 30 % |
sa 50 % |
10–10 sa 1 Pa |
Metodu ta’ saturazzjoni ta’ gass |
Iva |
Iva |
10 sa 30 % |
sa 50 % |
10–10 sa 103 Pa |
Metodu ta’ dawwâr jdur fuqu nnifsu |
Iva |
Iva |
10 sa 20 % |
— |
10–4 sa 0.5 Pa |
(1)
Meta tu¿a capacitance manometer |
1.3. PRINĊIPJU TAT-TEST
Ġeneralment, il-pressjoni ta’ fwar hija determinata f’temperaturi varji. F'sensiela ta’ temperatura limitata, il-logaritmu tal-pressjoni ta’ fwar ta’ sustanza pura hija funzjoni lineari tal-invers tat-temperatura termodinamika skont l-ekwazzjoni Clapeyron-Clausius simplifikata.
fejn:
p |
= |
huwa l-pressjoni ta’ fwar f’pascals |
ΔHv |
= |
is-sħana ta’ vaporizzazzjoni f’J mol–1 |
R |
= |
il-kostanti universali ta’ gass, 8,314 J mol–1 K–1 |
T |
= |
it-temperatura f’K |
1.4. SUSTANZI TA' REFERENZA
Sustanzi ta’ referenza ma għandhomx għalfejn jiġu użati. Huma utli primarjament biex jiġi ċċekjat ir-rendiment ta’ metodu minn żmien għall-ieħor u kif ukoll biex jippermetti paragun bejn riżultati ta’ metodi differenti.
1.5. DESKRIZZJONI TAL-METODU
1.5.1. Metodu dinamiku (Metodu ta’ Cottrell)
1.5.1.1. Prinċipju
Il-pressjoni ta’ fwar hija determinata billi titkejjel it-temperatura ta’ togħlija tas-sustanzi f’pressjonijiet varji speċifikati bejn wieħed u ieħor 103 u 105 Pa. Dan il-metodu huwa wkoll irrikmandat għad-determinazzjoni tat-temperatura ta’ togħlija. Għal dak l-għan huwa utli sa 600K. It-temperaturi ta’ togħlija ta’ likwidi huma ċirka 0,1 °C ogħla f’fond ta’ 3 sa 4 ċm milli fil-wiċċ minħabba pressjoni idrostatika tal-kolonna ta’ likwidu. Fil-metodu Cottrell (4) it-termometru huwa mqiegħed fil-fwar fuq il-wiċċ tal-likwidu u l-likwidu jagħli jiġi mġiegħel jippompja lilu nnifsu kontinwament fuq il-bozza tat-termometru. Saff irqiq ta’ likwidu li hu f’ekwilibrju mal-fwar fi pressjoni atmosferika jgħatti l-bozza. It-termometru għalhekk jaqra l-punt ta’ togħlija veru, mingħajr żbalji kkaġunati minn pressjoni ta’ sħana eċċessiva u pressjoni idrostatika. Il-pompa li oriġinarjament kienet użata minn Cottrell hija murija fil-figura 1. Tubu A jkun fih il-likwidu jagħli. Fil ta’ platinu B issiġillat fil-qiegħ jgħin togħlija uniformi. It-tubu tal-ġenb C jagħti għal kondensatur, u l-għant D jipprevjeni l-kondensat kiesaħ milli jilħaq it-termometru E. Meta l-likwidu f’A jkun jagħli, bżieżaq u likwidu maqbuda mil-lenbut jiġu mferra’ miż-żewġ idejn tal-pompa F fuq il-bozza tat-termometru.
Figura 1 |
Figura 2 |
Pompa ta’ Cottrell (4)
A: Akkopjament termiku
B: Volum ta’ buffer ta’ vojt
C: Arloġġ ta’ pressjoni
D: Vojt
E: Punt ta’ kejl
F: Element li jsaħħan ca. 150 W
1.5.1.2. Apparat
Apparat magħmul b’reqqa kbira, li juża l-prinċipju Cottrell, huwa muri fil-figura 2. Jikkonsisti f'tubu b'sezzjoni ta' togħlija fil-parti l-iktar baxxa, apparat li jkessaħ fil-parti tan-nofs, u ftuħ u xifer fil-parti iktar ’il fuq. Il-pompa Cottrell hija mqiegħda fis-sezzjoni ta’ togħlija li hija msaħħna permezz ta’ cartridge elettriku. It-temperatura hija mkejla b’akkopjament termiku mgħotti b'materjal li jifred, jew termometru ta' reżistenza li jidħol minn max-xifer ta' fuq. Il-ftuħ huwa mwaħħal mas-sistema ta’ regolazzjoni ta’ pressjoni. Dan tal-aħħar jikkonsisti f’pompa ta’ vojt, volum ta’ buffer, manostat biex jerħi n-nitroġenu jidħol sabiex tiġi regolata l-pressjoni u manometru.
1.5.1.3. Proċedura
Is-sustanza hija mqiegħda fis-sezzjoni ta’ togħlija. Jistgħu jinħolqu problemi rigward solidi li mhumiex trab iżda dawn jistgħu xi kultant jissolvew billi jissaħħan il-materjal ta’ kesħa li jgħatti. L-apparat huwa issiġillat fix-xifer u jitneħħa l-gass mis-sustanza. Sustanzi li jipproduċu ragħwa ma jistgħux jiġu mkejla b’dan il-metodu.
L-iktar pressjoni baxxa mixtieqa hija mbagħad issettjata u s-sistema ta’ sħana hija mixgħula. Fl-istess ħin, is-sensur tat-temperatura huwa mwaħħal ma’ reġistratur.
Ekwilibriju jintlaħaq meta temperatura kostanti ta’ togħlija hija rreġistrata waqt pressjoni kostanti. Irid ikun hemm attenzjoni partikolari biex jiġu evitati skossi waqt it-togħlija. Barra minn hekk, kondensazzjoni sħiħa trid isseħħ fuq l-element li jkessaħ. Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-pressjoni ta’ fwar ta’ solidi li jinħallu b’mod baxx, għandha tingħata attenzjoni biex il-kondensatur ma’ jitħalliex jeħel.
Wara li jiġi rreġistrat dan il-punt ta’ ekwilibrju, pressjoni ogħla tiġi ssettjata. Il-proċess ikompli b’dan il-mod sakemm tintlaħaq 105 Pa (ċirka 5 sa 10 punti ta’ kejl b’kollox). Bħala kontroll, punti ta’ ekwilibriju għandhom jiġu ripetuti bi pressjonijiet inqas.
1.5.2. Metodu statiku
1.5.2.1. Prinċipju
Fil-metodu statiku (5), il-pressjoni ta’ fwar f’ekwilibriju termodinamiku hija determinata f’temperatura speċifika. Dan il-metodu huwa xieraq għal sustanzi u likwidi u solidi multikomponenti fis-sensiela minn 10–1 sa 105 u, jekk ikun hemm attenzjoni, anki fis-sensiela 1 sa 10 Pa.
1.5.2.2. Apparat
It-tagħmir jikkonsisti f’banju b’temperatura kostanti (preċiżjoni ta’ ± 0,2 K), kontenitur għall-kampjun imwaħħal ma' fil ta' vojt, manometru u sistema li tirregola l-pressjoni. Il-kamra tal-kampjun (figura 3a) hija mwaħħla mal-fil ta’ vojt permezz ta’ valvola u manometru differenzjali (Tubu U li fih likwidu xieraq tal-manometru) li jservi bħala indikatur ta’ zero. Merkurju, silikoni u ftalati huma tajbin għal użu fil-manometru differenzjali, iżda dan jiddependi fuq is-sensiela ta’ pressjoni u l-mġiba kimika tas-sustanza tat-test. Madankollu, minħabba beżgħat ta’ natura ambjentali, l-użu ta' merkurju għandu jiġi evitat, jekk possibbli. Is-sustanza tat-test ma għandiex tinħall notevolment ġol-likwidu tat-tubu U, jew tagħmel reazzjoni miegħu. Arloġġ ta’ pressjoni jista’ jintuża minflok tubu U (figura 3b). Għall-manometru, jista’ jintuża l-merkurju fis-sensiela minn pressjoni normali ’l isfel sa 102 Pa, waqt li likwidi u ftalati ta’ silikon huma tajbin għal użu taħt 102 Pa ’l isfel sa 10 Pa. Hemm arloġġi ta’ pressjoni oħrajn li jistgħu jintużaw taħt 102 Pa u manometri ta’ kapaċità ta’ membrana li tissaħħan jistgħu anki jiġu użati taħt 10–1 Pa. It-temperatura hija mkejla fuq il-ħajt ta' barra tal-kontenitur li jkun fih il-kampjun jew fil-kontenitur innifsu.
1.5.2.3. Proċedura
Billi tuża l-apparat kif deskritt fil-figura 3a, imla t-tubu U bil-likwidu magħżul, li minnu jrid jitneħħa l-gass f’temperatura għolja qabel ma jittieħdu l-valuri. Is-sustanza tat-test titqiegħed fit-tagħmir u minnha jitneħħa l-gass f’temperatura mnaqqsa. F'każ ta' kampjun b’komponent multiplu, it-temperatura trid tkun baxxa biżżejjed biex tiżgura li l-kompożizzjoni tal-materjal ma tinbidilx. L-ekwilibriju jista’ jintlaħaq iktar malajr billi tħawwad il-kampjun. Il-kampjun jista’ jiġi mkessaħ b’nitroġenu likwidu jew silġ niexef, iżda għandha tingħata attenzjoni sabiex tiġi evitata l-kondensazzjoni tal-arja jew tal-likwidu tal-pompa. Bil-valvola fuq il-kontenitur kampjun miftuħa, għandha tiġi applikata aspirazzjoni għal ftit minuti sabiex titneħħa l-arja. Jekk ikun neċessarju, l-operazzjoni ta’ tneħħija ta’ gass tiġi ripetuta għal diversi drabi.
Figura 3a |
Figura 3b |
Meta l-kampjun jiġi msaħħan bil-valvola magħluqa, il-pressjoni tal-fwar tiżdied. Dan jibdel l-ekwilibriju tal-likwidu fit-tubu U. Sabiex jagħmel tajjeb għal dan, nitroġenu jew arja jiddaħħal/tiddaħħal fit-tagħmir sakemm l-indikatur ta’ pressjoni differenzjali jerġa’ jiġi żero. Il-pressjoni meħtieġa għal dan tista’ tinqara mill-manometru jew minn għodda ta’ preċiżjoni ikbar. Din il-pressjoni taqbel mal-pressjoni ta’ fwar tas-sustanza fit-temperatura tal-kejl. Billi tuża l-apparat deskritt fil-figura 3 b, il-pressjoni ta’ fwar tinqara direttament.
Il-pressjoni ta’ fwar hija determinata f’intervalli ta’ temperaturi konvenjentement żgħar (ċirka 5 sa 10 punti ta’ kejl b’kollox) sal-massimu tat-temperatura mixtieqa.
Indikazzjonijiet f’temperatura baxxa għandhom jiġu ripetuti bħala kontroll. Jekk il-valuri miġjuba mill-indikazzjonijiet ripetuti ma jaqblux mal-kurva li tindika temperatura għola, dan jista' jkun minħabba waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
il-kampjun għad fih l-arja (eż fil-każ ta’ materjali viskużi ħafna) jew sustanzi b’togħlija baxxa li joħorġu waqt li jkun qed jiġi msaħħan;
is-sustanza tkun suġġetta għal reazzjoni kimika fis-sensiela ta’ temperaturi mistħarrġa (eż dekompożizzjoni, polimerizzazzjoni).
1.5.3. Metodu ta’ Iżoteniskopju
1.5.3.1. Prinċipju
L-iżoteniskopju (6) hu bbażat fuq il-prinċipju tal-metodu statiku. Il-metodu jinvolvi li tpoġġi kampjun f’bozza miżmuma f’temperatura kostanti u mwaħħla ma’ manometru u pompa ta’ vojt. Impuritajiet iktar volatili mis-sustanza huma mneħħija billi jitneħħa l-gass fi pressjoni imnaqqsa. Il-pressjoni ta’ fwar tal-kampjun f’temperaturi magħżula hija bilanċjata bi pressjoni magħrufa ta’ gass li ma jagħmilx reazzjoni. L-iżoteniskopju kien żviluppat biex ikejjel il-pressjoni ta' fwar ta' ċerti idrokarboni likwidi iżda hija adegwata għall-investigazzjoni ta' solidi wkoll. Il-metodu ma huwiex ġeneralment xieraq għal sistemi b’iktar minn komponent wieħed. Ir-riżultati huma suġġetti biss għal żbalji żgħar f’każ ta’ kampjuni ta’ impuritajiet mhux volatili. Is-sensiela rrikmandata hija 102 sa 105 Pa.
1.5.3.2. Apparat
Eżempju ta’ tagħmir ta’ kejl huwa muri fil-figura 4. Deskrizzjoni sħiħa tinsab f’ASTM D 2879-86 (6).
1.5.3.3. Proċedura
Fil-każ ta’ likwidi, is-sustanza nnifisha sservi bħala l-likwidu fil-manometru differenzjali. Kwantità tal-likwidu, biżżejjed biex timla l-bozza u l-iqsar sieq tal-manometru, hija mqiegħda fuq l-iżoteniskopju. L-iżoteniskopju huwa mwaħħal ma’ sistema ta’ vojt u mbattal, imbagħad mimli bin-nitroġenu. It-tbattil u t-tisfija tas-sistema huma ripetuti darbtjen biex jitneħħa l-ossiġnu li jifdal. L-iżoteniskopju mimli huwa mqiegħed f’pożizzjoni orizzontali sabiex il-kampjun jinxtered u jifforma saff irqieq fil-bozza tal-kampjun u manometru. Il-pressjoni tas-sistema titnaqqas għal 133 Pa u l-kampjun huwa msaħħan bil-mod sakemm jagħli (tneħħija ta’ gassijiet maħlula). L-iżoteniskpju huwa mbagħad imqiegħed b’ċertu mod li l-kampjun jirritorna lejn il-bozza u jimla s-sieq il-qasira tal-manometru. Il-pressjoni tinżamm 133 Pa. Il-qarnuna maħruġa ’l barra tal-bozza tal-kampjun hija msaħħna bi fjamma żgħira sakemm il-fwar tal-kampjun li joħroġ jespandi biżżejjed b’mod li jħarrek parti mill-kampjun mill-parti l-iktar ’l fuq tal-bozza u id tal-manometru u jqiegħda fil-manometru, waqt li joħloq spazzju mimli bil-fwar u ħieles minn nitroġenu. L-iżoteniskopju huwa mbagħad imqiegħed f’banju b’temperatura kostanti, u l-pressjoni tan-nitroġenu hija aġġustata sakemm tiġi daqs dik tal-kampjun. Fl-ekwilibriju, il-pressjoni tan-nitroġenu tiġi daqs dik tal-fwar tas-sustanza.
Figura 4