16.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 11/14


MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U FORMAZZJONI

SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/03/08

Formazzjoni

(2008/C 11/06)

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar 'il fuq jinkludu:

itejbu d-dimensjoni Ewropeja ta' l-attivitajiet ta' taħriġ awdjoviżiva permezz ta' appoġġ għall-ħolqien ta' network u għall-mobilità ta' professjonisti Ewropej li qed jitħarrġu.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq.

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropeja,

il-pajjiżi ta'l-EFTA, u għall-Iżvizzera,

u Il-Kroazja, soġġett għall-adozzjoni ta' modalitajiet ġodda ta' kooperazzjoni minn dak l-Istat fi ħdan il-qafas tal-Programm MEDIA.

3.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 1 600 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija m'għandha qatt taqbeż il-50 %/75 % tat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tingħata taħt forma ta' sussidju.

It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 12-il xahar.

4.   Perjodu ta' żmien

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard minn: 14 ta' Marzu 2008

5.   Aktar tagħrif

It-test komplet tal-linji gwida flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq il-website

http://ec.europa.eu/media.

It-talbiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.