15.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/7


Informazzjoni fil-qosor ikkommunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

2011/C 81/05

Għajnuna Nru: SA.32180-11XF

Stat membru: Franza

Awtorità li qed tagħti l-għajnuna: Il-Ministeru tal-agrikoltura, tal-ikel, tas-sajd, tal-affarijiet rurali u tal-ippjanar u l-aġenziji tal-ilma kkonċernati

Isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna ad hoc: Għajnuna mħallsa lill-organizzaturi tal-proġetti magħżulin abbażi ta’ sejħa għall-proġetti bil-għan li jinbdew ħidmiet ta’ tgħammir mill-ġdid tal-ilmijiet bis-sallur (fl-istadji meta jkun għadu ferħ) fl-unitajiet differenti tal-ġestjoni tas-sallur u bil-għan li jkun hemm monitoraġġ xjentifiku tal-progress ta’ dawn il-ħidmiet u tar-riżultati tagħhom.

Bażi legali:

Décret no 99-1060 du 16 décembre 1999 relatif aux subventions de l’État pour des projets d’investissement.

Décret no 2000-675 du 17 juillet 2000 pris pour l’application de l’article 10 du décret no 99-1060 du 16 décembre 1999 relatif aux subventions de l’État pour des projets d’investissement.

Plan français de gestion de l’anguille (PGA) approuvé par la Commission européenne le 15 février 2010 en application du règlement (CE) no 1100/2007.

Appel à projets pour la mise en place du programme «repeuplement de l’anguille en France».

Ammont tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża:

EUR 2,5 miljun fl-2011 (ammont kumplessiv massimu)

EUR 2,5 miljun fl-2012 (ammont kumplessiv massimu)

EUR 2,5 miljun fl-2013 (ammont kumplessiv massimu)

Intensità massima tal-għajnuna: 98 %.

Data tad-dħul fis-seħħ: 2011

Tul ta’ żmien tal-għotja tal-għajnuna individwali (id-data li fiha mistenni jsir l-aħħar ħlas): L-aħħar data li fiha wieħed jista’ jressaq it-talba biex jitħallas il-bilanċ tal-għajnuna hi l-31 ta’ Diċembru 2016.

Għan tal-għajnuna: It-twaqqif ta’ programm għat-tgħammir mill-ġdid tal-għadajjar bis-sallur fi Franza skont il-Pjan Franċiż għall-ġestjoni tas-sallur li kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta’ Frar 2010 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007.

Artikoli li qed jintużaw:

L-Artikolu 18 imsejjaħ “Għajnuna għall-miżuri għall-ħarsien u l-iżvilupp tal-flora u l-fawna akkwatiċi”

L-Artikolu 21 imsejjaħ “Għajnuna għal proġetti pilota”

Attività kkonċernata: L-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet interni u fuq il-baħar għall-għanijiet tat-tgħammir mill-ġdid

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Il-Ministeru tal-agrikoltura, tal-ikel, tas-sajd, tal-affarijiet rurali u tal-ippjanar

Direction des pêches maritimes et de l’aquaculture (It-taqsima tas-sajd fuq il-baħar u tal-akkwakultura)

Bureau de la pisciculture et de la pêche continentale (L-uffiċċju għat-trobbija tal-ħut fl-irziezet tal-ħut u għas-sajd kontinentali)

3 place de Fontenoy

75007 Paris

FRANCE

U l-aġenziji tal-ilma relevanti skont il-post fejn ikun qed jiġi rrilaxxat is-sallur użat għat-tgħammir mill-ġdid (fl-istadji meta jkun għadu ferħ).

L-indirizz tas-sit tal-internet fejn jinsabu l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc mogħtija barra minn skema tal-għajnuna huwa: http://agriculture.gouv.fr/europe-et-international

Raġuni: Permezz tal-għajnuna prevista, l-azzjoni proposta tkun tista’ tiġi ffinanzjata mingħajr ma jintuża l-Fond Ewropew għas-Sajd.

Fil-fatt, l-użu tal-miżura numru 3.2 tal-Fond Ewropew għas-Sajd (ara l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd) jista’ joħloq xi problemi minħabba l-livell tal-baġit korrispondenti li jintuża u r-restrizzjonijiet marbutin mal-mobilizzazzjoni tal-fondi Komunitarji.