ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
17ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/35

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

WERREJ

TITOLU I

VALUTAZZJONI U REKWIŻITI KAPITALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJI (PILASTRU I), GOVERNANZA MTEJBA (PILASTRU II) U TRASPARENZA AKBAR (PILASTRU III) 20

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali 20

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet u prinċipji ġenerali 20

TAQSIMA 2

Evalwazzjonijiet esterni tal-kreditu 24

KAPITOLU II

Valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet 25

KAPITOLU III

Regoli dwar dispożizzjonijiet tekniċi 29

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 29

TAQSIMA 2

Kwalità tad-dejta 31

TAQSIMA 3

Metodoloġiji għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi 32

SUBTAQSIMA 1

Suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi 32

SUBTAQSIMA 2

Informazzjoni sottostanti għall-kalkolu tal-aħjar stimi 34

SUBTAQSIMA 3

Projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-aħjar stima 35

SUBTAQSIMA 4

Marġni tar-riskju 37

SUBTAQSIMA 5

Kalkolu tal-provvedimenti tekniċi bħala total 39

SUBTAQSIMA 6

Rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali; 39

TAQSIMA 4

Struttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju 40

SUBTAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 40

SUBTAQSIMA 2

Struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju 41

SUBTAQSIMA 3

Aġġustament għall-volatilità 42

SUBTAQSIMA 4

Aġġustament ta' korrispondenza 43

TAQSIMA 5

Linji ta' negozju 44

TAQSIMA 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet 45

KAPITOLU IV

Fondi proprji 47

TAQSIMA 1

Determinazzjoni tal-fondi proprji 47

SUBTAQSIMA 1

Approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari 47

SUBTAQSIMA 2

Trattament tal-parteċipazzjonijiet tal-fondi proprji 49

TAQSIMA 2

Klassifikazzjoni tal-fondi proprji 50

TAQSIMA 3

Eliġibbiltà tal-fondi proprji 58

SUBTAQSIMA 1

Fondi ring-fenced 58

SUBTAQSIMA 2

Limiti kwantitattivi 59

KAPITOLU V

Formula standard tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza 59

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 59

SUBTAQSIMA 1

Kalkoli bbażati fuq ix-xenarji 59

SUBTAQSIMA 2

Approċċ ta' trasparenza 60

SUBTAQSIMA 3

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali 60

SUBTAQSIMA 4

Riskju ta' bażi materjali 60

SUBTAQSIMA 5

Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza 61

SUBTAQSIMA 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet 61

SUBTAQSIMA 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni 72

TAQSIMA 2

Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja 72

TAQSIMA 3

riskju tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja 87

TAQSIMA 4

Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa 91

TAQSIMA 5

Modulu tar-riskju tas-suq 104

SUBTAQSIMA 1

Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni 104

SUBTAQSIMA 2

Submodulu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax 105

SUBTAQSIMA 3

Submodulu ta' riskju tal-ekwità 108

SUBTAQSIMA 4

Submodulu ta' riskju fuq il-propjetà 111

SUBTAQSIMA 5

Submodulu ta' riskju tal-firxa 111

SUBTAQSIMA 6

Submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq 120

SUBTAQSIMA 7

Submodulu ta' riskju fuq il-valuta 123

TAQSIMA 6

Modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti 124

SUBTAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 124

SUBTAQSIMA 2

Skoperturi tat-tip 1 131

SUBTAQSIMA 3

Skoperturi tat-tip 2 133

TAQSIMA 7

Modulu ta' assi intanġibbli 134

TAQSIMA 8

Riskju operazzjonali 134

TAQSIMA 9

aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti 135

TAQSIMA 10

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju 136

TAQSIMA 11

Fondi ring fenced 141

TAQSIMA 12

Parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni 142

TAQSIMA 13

Proċedura biex jiġu aġġornati l-parametri ta' korrelazzjoni 144

KAPITOLU VI

Rekwiżit kapitali tas-solvenza — mudelli interni sħaħ u parzjali 144

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet 144

TAQSIMA 2

Test tal-użu 145

TAQSIMA 3

Standards tal-kwalità statistika 146

TAQSIMA 4

Standards tal-kalibrazzjoni 151

TAQSIMA 5

Integrazzjoni tal-mudelli interni parzjali 151

TAQSIMA 6

Attribuzzjoni tal-profitt u t-telf 152

TAQSIMA 7

Standards tal-validazzjoni 152

TAQSIMA 8

Standards tad-dokumentazzjoni 153

TAQSIMA 9

Mudelli u dejta esterni 155

KAPITOLU VII

Rekwiżit kapitali minimu 155

KAPITOLU VIII

Investimenti f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni 159

KAPITOLU IX

Sistema ta' governanza 162

TAQSIMA 1

Elementi tas-sistema ta' governanza 162

TAQSIMA 2

Funzjonijiet 168

TAQSIMA 3

Rekwiżiti ta' idoneità 171

TAQSIMA 4

Esternalizzazzjoni 171

TAQSIMA 5

Politika ta' renumerazzjoni 173

KAPITOLU X

Supplimentazzjoni kapitali 174

TAQSIMA 1

Ċirkustanzi biex tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali 174

TAQSIMA 2

Metodoloġiji għall-kalkolu ta' supplimentazzonijiet kapitali 175

KAPITOLU XI

Estensjoni tal-perjodu ta' rkupru 178

KAPITOLU XII

Divulgazzjoni pubblika 179

TAQSIMA 1

Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja: struttura u kontenut 179

TAQSIMA 2

Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp; nonżvelar ta' informazzjoni 185

TAQSIMA 3

Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp; skadenzi, mezzi ta' divulgazzjoni u aġġornamenti 186

KAPITOLU XIII

Rappurtar superviżorju regolari 187

TAQSIMA 1

Elementi u kontenut 187

TAQSIMA 2

Skadenzi u mezzi ta' komunikazzjoni 193

KAPITOLU XIV

Trasparenza u responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji 194

KAPITOLU XV

Veikoli bi skop speċjali 195

TAQSIMA 1

Awtorizzazzjoni 195

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet kuntrattwali mandatorji 195

TAQSIMA 3

Sistema ta' governanza 196

TAQSIMA 4

Rappurtar superviżorju 197

TAQSIMA 5

Rekwiżiti ta' solvenza 197

TITOLU II

GRUPPI TAL-ASSIGURAZZJONI 199

KAPITOLU I

Kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp 199

TAQSIMA 1

Solvenza tal-grupp għażla tal-metodu ta' kalkolu u prinċipji ġenerali 199

TAQSIMA 2

Solvenza tal-grupp metodi ta' kalkolu 201

KAPITOLU II

Mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp konsolidat 206

TAQSIMA 1

Mudellli interni sħaħ u parzjali użati biss għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp 206

TAQSIMA 2

Użu ta' mudell intern għall-grupp 208

KAPITOLU III

Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal gruppi b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzat 210

KAPITOLU IV

Koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-grupp 211

TAQSIMA 1

Kulleġġi tas-superviżuri 211

TAQSIMA 2

Skambju ta' informazzjoni 213

TAQSIMA 3

Supervizzjoni nazzjonali jew reġjonali tas-sottogrupp 213

KAPITOLU V

Divulgazzjoni pubblika 214

TAQSIMA 1

Rapport dwar is-solvenza tal-grupp u l-kundizzjoni finanzjarja 214

TAQSIMA 2

Rapport dwar is-solvenza unika u l-kundizzjoni finanzjarja 216

KAPITOLU I

Rappurtar superviżorju regolari 217

TAQSIMA 1

Rappurtar regolari 217

TAQSIMA 2

Rappurtar dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju u tranżazzjonijiet bejn il-gruppi 219

TITOLU IIII

EKWIVALENZA TA' PAJJIŻ TERZ U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 220

KAPITOLU I

Impriżi li jwettqu attivitajiet ta' riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz 220

KAPITOLU II

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz relatati 223

KAPITOLU III

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għandhom l-impriżi prinċipali barra mill-unjoni 224

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali 226

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d- Direttiva 2009/138/KE u b'mod partikolari l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 35(9), l-Artikolu 37(6), l-Artikolu 37(7), l-Artikolu 50(1)(a), l-Artikolu 50(1)(b), l-Artikolu 50(2)(a), l-Artikolu 50(2)(b), l-Artikolu 50(3), l-Artikolu 56, l-Artikolu 75(2), l-Artikolu 75(3), l-Artikolu 86(1)(a) sa (i), l-Artikolu 86(2)(a), l-Artikolu 86(2)(b), l-Artikolu 92(1), l-Artikolu 92 (1a), l-Artikolu 97(1), l-Artikolu 97(2), l-Artikolu 99(a), l-Artikolu 99(b), l-Artikolu 109a(5), l-Artikolu 111(1)(a) sa (f), Artikolu 111(1)(g) sa (q), l-Artikolu 114(1)(a), l-Artikolu 114(1)(b), l-Artikolu 126, l-Artikolu 127, l-Artikolu 130, l-Artikolu 135(2)(a), l-Artikolu 135(2)(b), l-Artikolu 135(2)(c), l-Artikolu 135(3), l-Artikolu 143(1), l-Artikolu 172(1), l-Artikolu 211(2), l-Artikolu 216(7), l-Artikolu 217(3), l-Artikolu 227(3), l-Artikolu 234, l-Artikolu 241(a), l-Artikolu 241(b), l-Artikolu 241(c), l-Artikolu 244(4), l-Artikolu 244(5), l-Artikolu 245(4), l-Artikolu 245(5), l-Artikolu 248(7), l-Artikolu 248(8), l-Artikolu 249(3), l-Artikolu 256(4), l-Artikolu 260(2) u l-Artikolu 308b(13) tiegħu,

Billi:

(1)

Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regoalment, għandhom jitqiesu l-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji minsuġa fin-negozju ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-piż u l-kumplessità imposti fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-profil tar-riskju tagħhom. Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-informazzjoni għandha titqies materjali jekk din l-istess informazzjoni jista' jkollha influwenza fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti previsti ta' dik l-informazzjoni.

(2)

Sabiex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom l-għan li jagħmlu valutazzjoni tal-kreditu huma stess fuq l-iskoperturi kollha tagħhom. Madankollu, fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess fuq l-ikbar skoperturi jew l-iktar skoperturi kumplessi li għandhom biss.

(3)

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżviluppaw mudelli interni li jkopru r-riskju ta' kreditu meta l-iskoperturi tagħhom ikunu materjali f'termini assoluti u meta fl-istess ħin ikollhom għadd kbir ta' kontropartijiet materjali. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom approċċ armonizzat għad-definizzjonijiet tal-iskoperturi li jkunu materjali f'termini assoluti u għadd kbir ta' kontropartijiet materjali.

(4)

Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' stimi preġudikati tar-riskju ta' kreditu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li ma jużawx mudell intern approvat biex jikkalkulaw ir-riskju ta' kreditu fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom, il-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess ma għandhomx jirriżultaw f'rekwiżiti kapitali li jkunu inqas minn dawk li jirriżultaw minn klassifikazzjonijiet esterni.

(5)

Sabiex tiġi evitata dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet meta l-iskoperturi jkunu għal impriża oħra tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-użu tal-klassifikazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit kapitali f'konformità mal-formula standard jista' jittiħidlu postu minn referenza għall-pożizzjoni ta' solvenza tal-kontroparti (l-approċċ tal-proporzjon ta'solvenza). Approċċ bħal dan ikun jeħtieġ kalibrazzjoni msejsa fuq Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza u ammonti eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopru lil dawn ir-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza kif inhu definit meta s- Solvenza II tkun fis-seħħ. L-approċċ tal-proporzjon tas-solvenza għandu jkun limitat għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassgurazzjoni li mhumiex klassifikati.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-valwazzjoni għal finijiet superviżorji jkunu kompatibbli mal-iżviluppi internazzjonali fil-kontabbiltà, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw metodi ta' valutazzjoni konsistenti mas-suq stipulati fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, sakemm l-impriża ma tkunx mitluba tuża metodu speċifiku ta' valutazzjoni b'rabta ma' ċerti assi jew obbligazzjonijiet jew sakemm ma jkollhiex il-permess li tuża metodi bbażati fuq il-metodu ta' valutazzjoni li tuża biex tħejji r-rapporti finanzjarji.

(7)

Il-valwazzjoni mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' metodi ta' valutazzjoni konsistenti mas-suq stipulati fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għandha ssegwi ġerarkija ta' valutazzjoni bi prezzijiet tas-suq ikkwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet bħala l-metodu ta' valutazzjoni ta' inadempjenza, sabiex jiġi żgurat li l-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu vvalutati bl-ammont li bih ikunu jistgħu jiġu skambjati fil-każ tal-assi jew ittrasferiti jew saldati fil-każ tal-obbligazzjonijiet bejn partijiet informati u l-partijiet disposti fi tranżazzjoni distakkata. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat mill-impriżi irrispettivament minn jekk il-metodi ta' valwazzjoni internazzjonali jew metodi ta' valwazzjoni oħrajn isegwux ġerarkija ta' valwazzjoni differenti.

(8)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirrikonoxxu u jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-taxxa differita b'rabta mal-entrati kollha li huma rikonoxxuti għal finijiet ta' solvenza jew fil-karta bilanċjali tat-taxxa sabiex jiġi żgurat li jkunu koperti l-ammonti kollha li jistgħu jirriżultaw fi flussi ta' flus mit-taxxi futuri.

(9)

Il-valwazzjoni tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tinkludi l-obbligi relatati ma' negozju eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. L-obbligi marbutin ma' negozju futur ma għandhomx jiġu inklużi fil-valwazzjoni. Meta l-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludu għażliet għad-detenturi ta' polza li jistabbilixxu, iġeddu, jestendu, iżidu jew ikomplu l-kopertura tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew għażliet għall-impriżi li jwaqqfu l-kuntratt jew jemendaw il-primjums jew il-benefiċċji, għandhom jiġu ddefiniti l-limiti tal-kuntratt sabiex jiġi speċifikat jekk il-kopertura addizzjonali li tirriżulta minn dawk l-għażliet hijiex meqjusa bħala negozju eżistenti jew futur.

(10)

Sabiex jinstab il-valur tat-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-valwazzjoni tal-obbligi għandha tqis il-flussi tal-flus futuri marbutin ma' għażliet ta' tiġdid tal-kuntratti, irrispettivament mill-profittabbiltà tagħhom, sakemm l-għażla tat-tiġdid ma timplikax li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha l-istess drittijiet, minn perspettiva ekonomika, fuq l-istabbiliment tal-primjums jew tal-benefiċċji tal-kuntratt imġedded bħal dawk li jeżistu għal kuntratt ġdid.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li l-analiżi tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx imfixkla, il-provvedimenti tekniċi ta' portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jistgħu jkunu negattivi. Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi ma għandux ikun soġġett għal minimu ta' żero.

(12)

Il-valur tat-trasferiment ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jista' jkun inqas mill-valuri ta' ċediment tal-kuntratti sottostanti. Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi ma għandux ikun soġġett għal valuri ta' ċediment minimi.

(13)

Sabiex jintlaħqu provvedimenti tekniċi li jikkorrispondu għall-valur tat-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kalkolu tal-aħjar stima għandu jqis l-iżviluppi fil-ġejjieni, bħal dawk demografiċi, legali, mediċi, teknoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi, li jkunu se jħallu impatt fuq il-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ tal-flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi.

(14)

Sabiex tinstab l-aħjar stima li tikkorrispondi għall-medja bil-koeffiċjent tal-probabbiltà tal-flussi tal-flus futuri kif imsemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-projezzjoni tal-flussi tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima għandha tqis l-inċertezzi kollha fil-flussi tal-flus.

(15)

L-għażla tal-metodu biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima għandha tkun proporzjonata meta mqabbla mal-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji appoġġjati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-medda ta' metodi biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima tinkludi tekniki ta' simulazzjoni, deterministiċi u analitiċi. Għal ċerti kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, partikolarment meta dawn iwasslu għal benefiċċji diskrezzjonali skont xi jkun ir-redditu fuq l-investimenti jew fejn dawn jinkludu garanziji finanzjarji u għażliet kuntrattwali, il-metodi ta' simulazzjoni jistgħu jwasslu għal kalkolu aktar xieraq tal-aħjar stima.

(16)

Meta l-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludu garanziji u opzjonijiet finanzjarji, il-valur preżenti tal-flussi tal-flus li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti jista' jiddependi kemm fuq ir-riżultat mistenni tal-eventi u l-iżviluppi futuri kif ukoll fuq kif ir-riżultat proprju f'ċerti xenarji jista' jmur lil hinn mir-riżultat mistenni. Il-metodi użati biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima għandhom iqisu dipendenzi bħal dawn.

(17)

Id-definizzjoni ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri għandha tkopri l-benefiċċji tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jitħallsu flimkien mal-benefiċċji ggarantiti u li jirriżultaw minn parteċipazzjoni bil-qligħ mid-detentur ta' polza. Din ma għandhiex tkopri l-benefiċċji marbutin mal-indiċi jew mal-unità.

(18)

Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jiġi trasferit lil impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni oħra. B'mod partikolari, il-kalkolu għandu jqis id-diversifikazzjoni tal-portafoll kollu.

(19)

Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju għandu jkun imsejjes fuq projezzjoni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tikkunsidra l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali. Ma għandhomx jiġu stipulati kalkoli separati tal-marġni ta' riskju gross u nett tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u tal-veikoli bi skop speċjali.

(20)

L-aġġustament għar-riskju ta' kreditu għar-rati tal-imgħax bażiċi mingħajr riskju għandhom jiġu dderivati minn rati tas-suq li jkopru r-riskju ta' kreditu rifless fir-rata varjabbli tal-iswaps tar-rati tal-imgħax. Għal dan il-għan, sabiex id-determinazzjoni tal-aġġustament tiġi allinjata mal-prattika standard tas-suq u f'kundizzjonijiet tas-suq simili għal dawk fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/51/UE, b'mod partikolari għall-euro, ir-rati tas-suq għandhom jikkorrispondu għar-rati offruti bejn il-banek għal maturità ta' tliet xhur.

(21)

F'kundizzjonijiet tas-suq simili għal dawk fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/51/UE, meta tinstab l-aħħar maturità li għaliha s-swieq tal-bonds ma jkunx għandhom approfonditi, likwidi u trasparenti skont l-Artikolu 77a tad-Direttiva 2009/138/KE, is-suq għall-bonds denominat f'euro ma għandux jitqies bħala approfondit u likwidu meta l-volum kumulattiv tal-bonds b'maturitajiet akbar minn jew ekwivalenti għall-aħħar maturità jkun inqas minn 6 fil-mija tal-volum tal-bonds kollha f'dak is-suq.

(22)

Meta ma tkunx tista' tinsilet firxa tal-kreditu affidabbli mill-istatistika ta' inadempjenza, bħal fil-każ tal-iskoperturi għad-dejn sovran, il-firxa fundamentali għall-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-aġġustament ta' volatilità għandha tkun ekwivalenti għall-porzjon tal-medja fit-tul tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stipulata fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2009/138/KE. Fir-rigward tal-iskoperturi għall-gvern ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, il-klassi tal-assi għandha tkopri d-differenza bejn l-istati Membri individwali.

(23)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fis-sejbien tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju, skont il-premessa 29 tad-Direttiva 2014/51/UE, il-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-identifikazzjoni tad-dejta użata mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) biex jiġi kkalkulat l-aġġustament għar-rati tal-iswap għar-riskju ta' kreditu, l-aġġustament tal-volatilità u l-firxa fundamentali għall-aġġustament ta' korrispondenza, għandhom jiġu ppubblikati mill-EIOPA bħala parti mill-informazzjoni teknika li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 77e(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.

(24)

Is-segmentazzjoni tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni f'linji operatorji u gruppi ta' riskji omoġenji għandha tirrifletti l-għamla tar-riskji sottostanti għall-obbligazzjoni. L-għamla tar-riskji sottostanti tista' tiġġustifika segmentazzjoni li tvarja mill-allokazzjoni tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni għal attivitajiet ta' assigurazzjoni tal-ħajja u attivitajiet ta' asigurazzjoni mhux tal-ħajja, mill-klassijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE u mill-klassijiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2009/138/KE.

(25)

Is-sejbien ta' jekk metodu għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkunx proporzjonat meta mqabbel mal-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji għandu jinkludi valutazzjoni tal-iżball mudell tal-metodu. Iżda din il-valutazzjoni ma għandhiex tirrikjedi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jispeċifikaw l-ammont preċiż tal-iżball mudell.

(26)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni superviżorja biex jintuża l-aġġustament ta' korrispondenza msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi għandhom jitħallew jikkunsidraw prodotti tal-assigurazzjoni eliġibbli differenti bħala portafoll wieħed, diment li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jintlaħqu fuq bażi kontinwa u ma jkunx hemm ostakoli legali għan-negozju li jkun qed jiġi organizzat u ġestit b'mod separat mil-bqija tan-negozju tal-impriżi f'portafoll wieħed.

(27)

L-approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari li għandhom jiġu inklużi biex jilħqu r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tkun imsejsa fuq valutazzjoni tal-kriterji rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji. Madankollu, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun qed tfittex approvazzjoni għal entrata ta' fondi proprji anċillari għandha turi lill-awtoritajiet superviżorji li l-kriterji jkunu ntlaħqu u għandha tagħti l-informazzjoni kollha lill-awtoritajiet superviżorji li dawn jistgħu jeħtieġu sabiex jagħmlu valutazzjoni bħal din. Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-fondi proprji anċillari mill-awtoritajiet superviżorji għandha ssir fuq bażi ta' każ b'każ.

(28)

Meta jkunu qed jikkunsidraw applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari, skont l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkunsidraw is-sustanza ekonomika u l-infurzabbiltà legali tal-entrati ta' fondi proprji anċillari li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni.

(29)

Il-fondi proprji tal-Grad 1 għandhom ikunu magħmula minn entrati ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità għolja u li jassorbu bis-sħiħ it-telf sabiex impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun tista' tibqa' topera bħala negozju avvjat.

(30)

Meta l-effett ekonomiku ta' tranżazzjoni, jew grupp ta' tranżazzjonijiet konnessi, ikun ekwivalenti għall-parteċipazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fl-ishma tagħha stess, l-eċċess tal-assi fuq l-obbligi għandu jitnaqqas biex jirrifletti l-eżistenza ta' gravami fuq dik il-parti tal-fondi proprji.

(31)

Il-valutazzjoni ta' jekk entrata ta' fond proprju individwali tkunx għal durata biżżejjed għandha tkun imsejsa fuq il-maturità oriġinali ta' dik l-entrata. Id-durata medja tal-fondi proprji totali ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-maturità li jifdal tal-entrati tal-fondi proprji kollha, ma għandhiex tkun sinifikattivament inqas mid-durata medja tal-obbligazzjonijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-ammont totali ta' fondi proprji tagħhom huwiex għal durata biżżejjed bħala parti mill-valutazzjoni tagħhom stess tar-riskju u s-solvenza, b'kunsiderazzjoni kemm tal-maturità oriġinali kif ukoll dik li jifdal tal-entrati ta' fondi proprji kollha u tal-obbligazzjonijiet kollha tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

(32)

Il-valutazzjoni tal-assorbiment tat-telf f'każ ta' stralċ skont l-Artikolu 93 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhiex tkun imsejsa fuq paragun tal-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet ivvalutat fuq bażi ta' negozju avvjat kontra l-eċċes tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet ivvalutat bis-suppożizzjoni li l-proċedimenti ta' stralċ ikunu nfetħu b'rabta mal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

(33)

Billi l-primjums futuri riċevibbli fuq kuntratti eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma inklużi fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, l-ammont tal-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet li huwa inkluż fil-Grad 1 ma għandux jiġi aġġustat biex jeskludi l-profitti mistennija fuq dawk il-primjums futuri.

(34)

L-entrati ta' fondi proprji b'karatteristiċi li jinċentivaw it-tifdija, bħal żidiet kuntrattwali fid-dividend pagabbli jew żidiet fit-rata tal-kupuni flimkien ma' opzjoni eżerċitabbli, għandhom ikunu limitati biex ikunu jistgħu jitfasslu restrizzjonijiet fuq il-ħlas lura jew it-tifdija fil-każ ta' ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u għandhom jiġu klassifikati biss bħala Grad 2 jew Grad 3.

(35)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jaqsmu l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet f'ammonti li jikkorrispondu għal entrati tal-kapital fir-rapporti finanzjarji tagħhom u riżerva ta' rikonċiljazzjoni. Ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni tista' tkun pożittiva jew negattiva.

(36)

Il-lista sħiħa ta' entrati ta' fondi proprji għandha tkun stabbilita għal kull grad, inkluż il-Grad 3, biex b'hekk ikun ċar għal liema entrati l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ifittxu approvazzjoni superviżorja għall-klassifikazzjoni.

(37)

Il-fondi ring-fenced huma arranġamenti li, fihom, sett identifikat ta' assi u obbligazzjonijiet jiġi ġestit bħallikieku kien impriża separata, u ma għandhomx jinkludu negozju konvenzjonali marbut mal-indiċi, mal-unitajiet jew ta' riassigurazzjoni. It-trasferabbiltà mnaqqsa tal-assi ta' fond ring-fenced għandha tkun riflessa fil-kalkolu tal-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

(38)

Kemm l-attivitajiet tal-assigurazzjoni kif ukoll tar-riassigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja jistgħu jirriżultaw f'fondi ring-fenced. Il-parteċipazzjoni bil-qligħ mhux bilfors timplika delimitazzjoni, u ma għandhiex titqies bħala l-karatteristika li tiddefinixxi fond ring-fenced.

(39)

Il-fondi ring-fenced għandhom ikunu limitati għal dawk l-arranġamenti li jnaqqsu l-kapaċità ta' ċerti entrati ta' fondi proprji li jassorbu t-telf fuq bażi ta' negozju avvjat. L-arranġamenti li jaffettwaw l-assorbiment tat-telf biss fil-każ ta' stralċ ma għandhomx jitqiesu bħala fondi ring-fenced.

(40)

Sabiex jiġi evitat milli l-fondi proprji jingħaddu darbtejn bejn is-settur tal-assigurazzjoni u dak bankarju fuq livell individwali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom inaqqsu mill-ammont tal-fondi proprji bażiċi kwalunkwe parteċipazzjoni f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li jaqbżu l-10 % tal-entrati ta' fondi proprji tal-Grad 1 li ma jkunu soġġetti għal ebda limitu. Il-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li flimkien jaqbżu l-istess livell limitu għandhom jitnaqqsu parzjalment fuq bażi proporzjonali. It-tnaqqis ma jkunx meħtieġ meta l-parteċipazzjonijiet ikunu strateġiċi u meta jiġi applikat il-metodu 1 stipulat fl-Anness I mad-Direttiva 2002/87/KE għal dawn l-impriżi għall-kalkolu tas-solvenza tal-grupp.

(41)

Il-parti l-kbira tal-ammont eliġibbli ta' fondi proprji biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali Minimu u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandha tkun imsawra minn fondi proprji tal-Grad 1. Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-limiti ma toħloqx effetti proċikliċi potenzjali, il-limiti fuq l-ammonti eliġibbli tal-entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 3 għandhom japplikaw b'tali mod li telf fil-fondi proprji tal-Grad 1 ma jirriżultax f'telf fil-fondi proprji eliġibbli totali li jkun ikbar minn dak it-telf. Għaldaqstant, il-limiti għandhom japplikaw sakemm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu jkunu koperti bil-fondi proprji. L-entrati ta' fondi proprji li jaqbżu l-limiti ma għandhomx jingħaddu bħala fondi proprji eliġibbli.

(42)

Meta tfassal listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, l-EIOPA għandha tirrispetta r-rekwiżit li ma hemm ebda differenza fir-riskju bejn skoperturi għal dawn u l-iskoperturi għall-gvern ċentrali li huma stabbiliti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom minħabba s-setgħat speċifiċi ta' ġbir ta' dħul tal-gvern ċentrali u peress li jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi, li għandhom effett ta' tnaqqis tar-riskju ta' inadempjenza. L-effett tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(2)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE relatat ma' dawn il-listi huwa li l-iskoperturi diretti għall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali elenkati huma meqjusin bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni li huma stabbiliti fiha għall-finijiet tal-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq u l-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tal-formula standard.

(43)

Sabiex jiġi evitat milli jingħataw inċentivi ħżiena biex il-kuntratti fuq terminu twil jiġu ristrutturati bħala kuntratti li jiġġeddu għal terminu qasir, il-kejl tal-volum tar-riskju primjum mhux tal-ħajja u r-riskju primjum tas-saħħa SLT użat fil-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-sustanza ekonomika tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, u mhux fuq il-forma ġuridika tagħhom. Għalhekk, il-kejl tal-volum għandu jkopri l-primjums iggwadanjati li ma jaqbżux il-limiti tal-kuntratt tal-kuntratti eżistenti u fuq il-kuntratti li jkunu sejinkitbu fit-12-il xahar li ġejjin.

(44)

Peress li l-profitti mistennija inklużi fil-primjums futuri ta' kuntratti eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja huma rikonoxxuti fil-fondi proprji eliġibbli tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għandu jkopri r-riskju ta' skadenza marbut mal-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja.

(45)

B'rabta mar-riskju primjum, il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja u tas-saħħa għandu jkun imsejjes fuq l-ikbar primjums iggwadanjati fl-imgħoddi u dawk mistennijin fil-ġejjieni biex tiġi kkunsidrata l-inċertezza fuq il-primjums futuri ggwadanjati. Madankollu, meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun tista' tiżgura b'mod affidabbli li l-primjums futuri ggwadanjati ma jkunux se jaqbżu l-primjums mistennija, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-primjums mistennijin li jiġu ggwadanjati biss.

(46)

Sabiex jiġu riflessi l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju ta' skadenza tal-massa fil-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju relatat mal-opzjonijiet li impriża ċedenti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' kuntratt tar-riassigurazzjoni tista' teżerċita ma jkunx materjali għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni aċċettanti.

(47)

Sabiex jirrifletti l-profil tar-riskju differenti tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jitfittex fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja (saħħa SLT) u ta' negozji tal-assigurazzjoni tas-saħħa oħrajn (saħħa NSLT), il-modulu tas-sottoskrizzjoni tar-riskju tal-ħajja għandu jinkludi submoduli differenti għal dawn iż-żewġ tipi ta' assigurazzjoni.

(48)

Sabiex jiġu riflessi l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-immudellar tal-moduli tas-sottoskrizzjoni tar-riskju tal-ħajja u tas-saħħa SLT għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju relatat mad-dipendenza fuq il-benefiċċji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fuq l-inflazzjoni mhuwiex materjali.

(49)

Il-kalkoli bbażati fuq xenarju għas-submoduli tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja u tas-saħħa tal-formula standard għandhom ikunu bbażati fuq l-ispeċifikazzjoni ta' telf katastrofiku gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom iħallu lok għall-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kuntratti speċifiċi tar-riassigurazzjoni u tal-veikoli bi skop speċjali tagħhom meta jkunu qed jiddeterminaw il-bidla fil-fondi proprji bażiċi li tirriżulta mix-xenarju.

(50)

Sabiex jirrifletti l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju tal-obbligazzjonijiet fis-submodulu tar-riskju katastrofiku mhux tal-ħajja tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju ta' akkumulazzjoni ta' għadd kbir ta' pretensjonijiet simili li jkunu koperti mill-obbligi tal-assigurazzjoni tal-obbligi ta' partijiet terzi ma jkunx materjali.

(51)

Sabiex jirrifletti l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju ta' aċċident tal-massa fil-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-iskopertura tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għal riskju ta' aċċident tal-massa f'pajjiżi terzi, barra minn pajjiżi Ewropej speċifiċi, ma jkunx materjali għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi tal-assigurazzjoni soġġetti għad-Direttiva 2009/138/KE. Għandu jkun imsejjes ukoll fuq is-suppożizzjoni li r-riskju ta' aċċident tal-massa b'rabta mal-assigurazzjoni ta' kumpens tal-ħaddiema ma jkunx materjali.

(52)

Sabiex jirrifletti l-karatteristiċi medji tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-immudellar tar-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti fil-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li r-riskju tal-konċentrazzjoni ta' aċċidenti b'rabta mal-assigurazzjoni tal-ispiża medika u l-assigurazzjoni għal protezzjoni tad-dħul, barra mill-kuntratti tal-gruppi ma jkunx materjali.

(53)

Sabiex jirrifletti l-evidenza empirika fuq il-katastrofi naturali fil-kalibrazzjoni tal-formula standard, l-immudellar tar-riskju ta' katastrofi naturali għandu jkun imsejjes fuq diviżjonijiet ġeografiċi li jkunu omoġenji biżżejjed b'rabta mar-riskju li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu skoperti għalih. Il-ponderazzjonijiet tar-riskju għal dawk id-diviżjonijiet għandhom ikunu speċifikati b'tali mod li jkopru l-proporzjon tat-telf annwali u s-somma assigurata għal-linji operatorji rilevanti bl-użu ta' kejl tal-Valur fir-Riskju b'livell ta' fiduċja ta' 99,5 %. Il-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni bejn dawk id-diviżjonijiet ġeografiċi għandhom jintgħażlu b'tali mod li jirriflettu d-dipendenza bejn ir-riskji rilevanti fid-diviżjonijiet ġeografiċi, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe tendenza mhux lineari tad-dipendenza.

(54)

Sabiex il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali fil-formula standard jkopri l-iskopertura reali għar-riskju, is-somma assigurata għandha tinstab b'mod li jqis il-limiti kuntrattwali għall-kumpens għal eventi katastrofiċi.

(55)

Il-modulu tar-riskju tas-suq tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li s-sensittività tal-assi u l-obbligazzjonijiet għall-bidliet fil-volatilità tal-parametri tas-suq ma tkunx materjali.

(56)

Il-kalibrazzjoni tar-riskju tar-rata ta' interess b'maturitajiet itwal għandha tirrifletti li r-rata forward aħħarija li lejha tikkonverġi l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju tkun stabbli tul iż-żmien u tinbidel biss minħabba bidliet fl-aspettattivi fit-tul.

(57)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-formula standard, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jidentifikaw liema mill-impriżi relatati tagħhom ikunu ta' għamla strateġika. Il-kalibrazzjoni tas-submodulu tar-riskju tal-ekwità fuq l-investimenti f'impriżi relatati li jkunu ta' għamla strateġika għandha tirrifletti t-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur tagħhom li jirriżulta mill-għamla strateġika tagħhom u mill-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati.

(58)

Is-submodulu tar-riskju tal-ekwità msejjes fuq id-durata ta' żmien għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-perjodu ta' parteċipazzjoni tipiku tal-investimenti tal-ekwità msemmi fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE jkun konsistenti mad-durata medja tal-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE.

(59)

Sabiex jiġu evitati l-effetti tal-proċikliċità, il-perjodu ta' żmien għall-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku għas-submodulu tar-riskju tal-ekwità għandu jilħaq bilanċ bejn iż-żamma tas-sensittività għar-riskju tas-submodulu u r-riflessjoni tal-objettiv tal-aġġustament simetriku.

(60)

Meta aġġustament ta' korrispondenza jiġi applikat fil-kalkolu tal-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fis-submodulu tar-riskju ta' firxa għandu jkopri l-impatt tal-bidliet fil-firxiet tal-assi fuq l-aġġustament ta' korrispondenza u, għalhekk, fuq il-valur tal-provvedimenti tekniċi.

(61)

Fid-dawl l il-profil tar-riskju tal-proprjetà li tinsab f'pajjiżi terzi mhux materjalment differnti minn dak ta' proprjetàli tinsab fl-Unjoni, is-submodulu tar-riskju tal-proprjetà tal-formula standard għandu jittratta dawn iż-żewġ tipi ta' skoperturi bl-istess mod.

(62)

Minħabba li r-riskju tal-konċentrazzjoni jirriżulta fil-parti l-kbira min-nuqqas ta' divesifikazzjoni fl-emittenti li għalihom ikunu skoperti l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, is-submodulu tal-konċentrazzjonijiet tar-riskji tas-suq tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-konċentrazzjoni ġeografika jew settorjali tal-assi miżmumin mil-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mhijiex materjali.

(63)

Il-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tal-formula standard għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li, għall-iskoperturi li jistgħu jiġu ddiversifikati u meta jkun probabbli li l-kontroparti tiġi kklassifikata (skoperturi tat-tip 1), it-telf f'każ ta' inadempjenza fuq il-kontropartijiet li ma jappartjenux għall-istess grupp ikun indipendenti u t-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq il-kontropartijiet li jappartjenu għall-istess grupp ma jkunx indipendenti.

(64)

Sabiex jiġi żgurat li r-riskju ta' kreditu fuq il-kontropartijiet kollha li għalih ikunu skoperti l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni huwa kopert mir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kkalkulat bil-formula standard, l-iskoperturi kollha li la jkunu koperti mis-submodulu tar-riskju tal-firxiet u lanqas mill-modulu tar-riskju ta' inademjenza tal-kontropartijiet bħala skoperturi tat-tip 1, għandhom ikunu koperti mill-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet bħala skoperturi tat-tip 2.

(65)

Il-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet tal-formula standard għandu jirrifletti l-effett ekonomiku tal-arranġamenti kollaterali fil-każ ta' inadempjenza tal-kontroparti. B'mod partikolari, għandu jitqies jekk is-sjieda sħiħa tal-kollateral tiġix trasferita jew le. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll jekk fil-każ ta' insolvenza tal-kontroparti, is-sejbien tas-sehem proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-beni ta' insolvenza tal-kontroparti li jkunu f'eċċess tal-kollateral iqisx il-fatt li l-impriża tirċievi l-kollateral.

(66)

B'konsistenza mal-approċċ stipulat fl-Artikolu 104(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza għandu jinkludi modulu tar-riskju addizzjonali sabiex jiġu indirizzati r-riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-assi intanġibbli, kif inhuma rikonoxxuti u vvalutati għall-finijiet tas-solvenza, li ma jkunu koperti mkien aktar fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

(67)

Il-modulu tar-riskju operazzjoanli tal-formula standard ikopri r-riskju li jirriżulta minn proċessi interni, persunal jew sistemi inadegwati jew li fallew, jew minn eventi esterni f'kalkolu bbażat fuq il-fatturament. Għal dan l-għan, dispożizzjonijiet tekniċi, primjums gwadanjati matul it-tnax-il xahar ta' qabel, u l-ispejjeż li saru matul it-tnax-il xahar ta' qabel huma kkunsidrati miżuri tal-volum xierqa biex ikun kopert dan ir-riskju. Din il-miżura tal-volum aħħarija hija rilevanti biss għal kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju huwa merfugħ mit-titolari tal-polza. Fid-dawl tal-fatt li l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni huma implimentati b'mod eteroġenu f'mudelli ta' negozju ta' assigurazzjoni differenti, dawn l-ispejjeż m'għandhomx jitqiesu fil-miżura tal-volum għall-ammont ta' spejjeż magħmula matul it-12-il xahar ta' qabel. Sabiex ikun żgurat li r-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali jkompli jilħaq il-livell ta' kunfidenza stabbilit fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE, il-modulu tar-riskju operazzjonali għandu jiġi eżaminat mill-ġdid bħala parti mir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard użati meta jiġi kkalkolat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, kif imsemmi fil-premessa (150). Din ir-reviżjoni għandh atiffoka b'mod partikulari fuq il-kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju huwa merfugħ mit-titolari tal-polza.

(68)

Il-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u t-taxxi differiti għandu jiżgura li ma jkunx hemm għadd doppju tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonali futuri jew mit-taxxi differiti.

(69)

Il-benefiċċji diskrezzjonali futuri ġeneralment ikunu aspett assoċjat mal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u s-saħħa SLT. Għaldaqstant, l-aġġustament għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi għandu jqis l-effett tal-mitigazzjoni pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonali futuri b'rabta mar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja, mar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT, mar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa, mar-riskju tas-suq u u mar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet. Sabiex tiġi limitata l-kumplessità tal-formula standard u tal-piż tal-kalkolu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-aġġustament ma għandux japplika għar-riskji tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u l-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT. Peress li t-telf li jirriżulta minn proċessi interni li jkunu inadegwati jew li ma jkunux irnexxew, persunal jew sistemi, jew minn eventi esterni, jista' jkun li ma jiġix assorbit effettivament mill-benefiċċji diskrezzjonali futuri, l-aġġustament ma għandux japplika għar-riskju operazzjonali.

(70)

Ir-rikonoxximent tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandu jirrifletti s-sustanza ekonomika tat-teknika użata u għandu jkun ristrett għal tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji li jittrasferixxu b'mod effettiv ir-riskju lil hinn mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

(71)

Il-valutazzjoni ta' jekk kienx hemm trasferiment effettiv tar-riskju għandha tqis kull aspett tat-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskji u l-arranġamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kontropartijiet tagħhom. Fil-każ ta' mitigazzjoni tar-riskji pprovduta mir-riassigurazzjoni, is-sempliċi fatt li l-probabbiltà ta' varjazzjoni sinifikanti fl-ammont jew fit-twaqqit tal-pagamenti mir-riassiguratur tkun remota ma għandux ifisser li r-riassiguratur ma jkunx assuma r-riskju.

(72)

Il-kalkoli msejsin fuq xenarju tal-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jkunu msejsin fuq l-impatt tal-istressijiet instantanji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx iqisu t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jiddependu fuq it-teħid ta' azzjoni fil-ġejjieni mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, bħal strateġiji dinamiċi ta' ħħeġġjar jew azzjonijiet ta' ġestjoni futuri, fiż-żmien li jkun hemm l-istress. L-istrateġiji dinamiċi ta' ħħeġġjar u l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri għandhom ikunu distinti mill-arranġamenti ta' ħħeġġjar rotanti, li fiha teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tkun attwalment fis-seħħ u tkun se tiġi sostitwita meta tiskadi ma' arranġament simili indipendentement mill-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża.

(73)

Sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni li fiha l-effettività ta' teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tiddgħajjef mill-eżistenza ta' riskju ta' bażi, b'mod partikolari minħabba spariġġ fil-muniti, l-impriżi għandhom jirriflettu r-riskju ta' bażi materjali fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Meta r-riskju ta' bażi materjali ma jkunx rifless fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ma għandhiex tiġi rikonoxxuta.

(74)

L-eżistenza ta' arranġamenti ta' parteċipazzjoni bil-qligħ, li fihom il-profitti jkunu allokati lid-detenturi jew lill-benefiċjarji ta' polza għandha tkun riflessa kif xieraq fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

(75)

Meta l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għal modulu jew submodulu ta' riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarji bidirezzjonali fuq fondi proprji bażiċi, bħal fir-riskju tar-rata tal-imgħax, ir-riskju tal-munita jew ir-riskju ta' skadenza, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiddetermina liema xenarju jaffettwa bl-aktar mod ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'mod ġenerali. Meta dawn ikunu rilevanti, din id-determinazzjoni għandha tqis l-effetti tal-parteċipazzjoni bil-qligħ u d-distribuzzjoni tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-livell tal-fond ring-fenced. Ix-xenarju ddeterminat b'dan il-mod għandu jkun ix-xenarju reievanti biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza nozzjonali għal kull fond ring-fenced.

(76)

Sabiex ikunu jistgħu jitħejjew ir-reviżjonijiet futuri ta' parametri ta' korrelazzjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni empirika xierqa, bħal bidliet fir-rati tal-mortalità u r-rati ta' skadenza għall-obbligi tal-ħajja u l-proporzjonijiet kombinati jew proporzjonijiet run-off tal-provvedimenti għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-EIOPA għandha tirċievi dejta xierqa mingħand l-awtoritajiet superviżorji. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirċievu din id-dejta mingħand l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni bħala parti mill-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lis-superviżuri minħabba li din tkun meħtieġa għall-finijiet tas-superviżjoni u għalhekk ma għandhiex tirriżulta f'piżijiet addizzjonali għall-impriżi.

(77)

Meta tagħti opinjoni dwar aġġornament fil-parametri ta' korrelazzjoni, l-EIOPA għandha tqis jekk l-applikazzjoni tal-parametri ta' korrelazzjoni aġġornati mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirriżultawx f'Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ġenerali li jikkonforma mal-prinċipji fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE, u jekk id-dipendenzi bejn ir-riskji jkunux nonlineari jew jekk ikunx hemm nuqqas ta' diversifikazzjoni f'xenarji estremi, f'liema każ l-EIOPA għandha tikkunsidra miżuri alternattivi ta' dipendenza għall-finijiet tal-kalibrazzjoni tal-aġġornamenti mal-parametri ta' korrelazzjoni.

(78)

Aktarx li ħafna aspetti tal-mudelli interni jinbidlu maż-żmien hekk kif l-għarfien dwar l-immudellar tar-riskju jitjieb, u l-awtoritajiet superviżorji għandhom iqisu l-informazzjoni u l-prattika attwali meta jkunu qed jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom tal-mudell intern sabiex jiżguraw li dan ikun aġġornat meta mqabbel mal-iżviluppi riċenti.

(79)

Mudell intern jista' jkollu rwol importanti fis-sistema ta' governanza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biss jekk ikun adattat għan-negozju tal-impriża u mifhum mill-persuni li jibbażaw id-deċiżjonijiet fuq ir-riżultat tiegħu. Għalhekk it-test tal-użu għall-mudelli interni għandu jiżgura li l-mudelli interni approvati jkunu xierqa għan-negozju tal-impriża u jkunu mifhuma mill-persuni li effettivament imexxu l-impriża.

(80)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza abbażi ta' mudell intern għandhom jużaw il-mudell intern fis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju tagħhom u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom b'tali mod li joħloq inċentivi biex tittejjeb il-kwalità tal-mudell intern innifsu.

(81)

Ir-rekwiżit li l-mudell intern jintuża b'mod wiesa' u jkollu rwol importanti fis-sistema ta' governanza tagħhom stipulat fl-Artikolu 120 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandux iwassal sabiex l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddependu bis-sħiħ fuq ir-riżultat tal-mudell intern. L-impriżi ma għandhomx jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom abbażi tar-riżultat tal-mudell intern mingħajr ma jikkontestaw l-adegwatezza tal-mudell. Għandhom ikunu jafu bil-limitazzjonijiet tal-mudell intern u għandhom jikkunsidrawhom fid-deċiżjonijiet tagħhom.

(82)

Peress li ma hemmx metodu partikolari għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbilità għall-mudelli interni ma huwa stipulat skont l-Artikolu 121(4) tad-Direttiva 2009/138/KE u peress li l-mudelli interni għandhom jiġu adattati għan-negozju speċifiku tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-mudelli interni jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti fil-metodoloġija tagħhom, fl-informazzjoni, is-suppożizzjonijiet u d-dejta użati għall-mudell intern u fil-proċessi ta' validazzjoni tagħhom. Għalhekk l-istandards tal-kwalità statistika u l-istandards ta' validazzjoni għandhom jibqgħu bbażati fuq il-prinċipji u jinkludu biss rekwiżiti minimi speċifiċi. Għall-istess raġuni, l-istandards tad-dokumentazzjoni ma għandhomx jinkludu lista sħiħa ta' dokumenti, iżda biss lista minima ta' dokumenti li għandu jkun hemm għal kull mudell intern. Id-dokumentazzjoni tal-impriżi għandha tinkludi kull informazzjoni addizzjonali neċessarja biex tinżamm konformità mal-istandards tad-dokumentazzjoni għall-mudelli interni.

(83)

Sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern ikun aġġornat u jirrifletti l-profil tar-riskju tagħhom bl-aħjar mod possibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu konxji mill-iżviluppi attwarji rilevanti u l-prattika tas-suq tal-immudellar tar-riskju li ġeneralment tkun aċċettata. Madankollu, dan ma jimplikax li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jadattaw dejjem il-mudell intern tagħhom għall-prattiki tas-suq li jkunu ġeneralment aċċettati. F'ħafna każijiet jista' jkun hemm bżonn li wieħed ivarja mill-prattika tas-suq ġeneralment aċċettata sabiex jiġi stabbilit mudell intern xieraq.

(84)

Huwa probabbli li l-mudelli interni jkunu bbażati fuq ammont kbir ta' dejta li tirriżulta minn varjetà ta' sorsi li jkunu ta' karatteristiċi u kwalità differenti. Sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tad-dejta użata għall-mudell intern, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiġbru, jipproċessaw u japplikaw id-dejta b'mod trasparenti u strutturat.

(85)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu dwar l-istruttura tal-mudell intern li tirrifletti bl-aħjar mod ir-riskji tagħhom. Dan għandu jsir wara li jkun hemm approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji. Fil-każ ta' mudelli interni parzjali, jista' jkun aktar xieraq li l-komponenti differenti jiġu kkalkulati b'mod separat u jiġu integrati direttament fil-formula standard mingħajr ma ssir aktar aggregazzjoni fil-mudell intern. F'dan il-każ, previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà għandha tiġi kkalkulata għal kull komponent.

(86)

Kull teknika ta' integrazzjoni ta' mudell intern parzjali fil-formula standard biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza hija parti minn dak il-mudell intern u għandha, flimkien mal-komponenti l-oħrajn tal-mudell intern parzjali, tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva 2009/138/KE.

(87)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali Minimu lineari bl-użu ta' kalkolu standard irrispettivament minn jekk l-impriża tużax il-formula standard jew mudell intern biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

(88)

Sabiex jiġu kkalkulati l-limitu massimu u l-limitu minimu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu msemmijin fl-Artikolu 129(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx jintalbu jikkalkulaw Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza fuq bażi trimestrali. Meta l-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu ma jaħbatx ma' kalkolu annwali tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriżi għandhom jużaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jkun ġie kkalkulat l-aħħar f'konformità mal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2009/138/KE.

(89)

F'konformità mal-prinċipju tal-“persuna prudenti” stipulat fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2009/138/KE u sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorjali, l-interessi tal-impriżi li jirripakkjaw is-self ta' titoli kummerċjabbli u strumenti finanzjarji oħrajn (oriġinaturi, sponsors jew mutwanti oriġinali) u l-interessi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu f'dawk it-titoli jew l-istrumenti għandhom jiġu allinjati. Sabiex dan l-allinjament jintlaħaq, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jitħallew jinvestu f'dawk it-titoli jew l-instrumenti biss jekk l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jżommu interess ekonomiku materjali nett fl-assi sottostanti. Ir-rekwiżit biex l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jżommu interess ekonomiku materjali nett fl-assi sottostanti, għandu japplika wkoll meta jkun hemm oriġinaturi multipli, sponsors jew mutwanti oriġinali. Biex jiġi evitat milli jkun hemm evażjoni potenzjali tar-rekwiżiti, jiġu evitati problemi ta' nuqqas ta' ftehim u sabiex il-lingwa tiġi allinjata ma' dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, it-terminu “investiment fil-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni” għandu jintuża minflok “investiment f'titoli kummerċjabbli jew strument finanzjarju ieħor imsejjes fuq self ripakkjat”.

(90)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu fit-titolizzazzjoni għandu jkollhom fehim komprensiv u tajjeb ħafna tal-investiment u l-iskoperturi sottostanti tiegħu. Sabiex jaslu għal dan il-fehim, l-impriżi għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom dwar l-investiment biss wara li jkunu wettqu diliġenza bir-reqqa kif dovuta, li minnha għandhom jiksbu informazzjoni xierqa u għarfien dwar it-titolizzazzjoni.

(91)

Sabiex jiġi żgurat li r-riskji li jirriżultaw minn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkunu riflessi kif xieraq fir-rekwiżiti kapitali tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, jeħtieġ li jiġu inklużi regoli li jipprevedu trattament li jkun sensittiv għar-riskju u li jkun prudenzjalment sod għal investimenti bħal dawn, skont in-natura u l-proċess ta' sottoskrizzjoni tal-karatteristiċi sottostanti tal-iskopertuti kif ukoll dawk strutturali u ta' trasparenza. Titolizzazzjonijiet li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċifiku fis-submodulu tar-riskju ta' firxa, waqt li jirrikonoxxi il-profil tar-riskju inqas tagħhom. Fid-dawl li huma biss is-segmenti l-aktar superjuri li jikkwalifikaw għal trattament bħal dan, u meta jitqies it-titjib tal-kreditu inkorporat fil-biċċa l-kbira tas-segmenti superjuri meta mqabbel mal-pula kollha ta' skoperturi sottostanti, huwa xieraq li l-fatturi tar-riskju tal-firxa jiġu llimitati fuq tali pożizzjonijiet fil-livell tal-fattur ta' riskju tal-firxa li jkun applikabbli għal skoperturi sottostanti, jiġifieri fil-livell ta' fattur tar-riskju ta' 3 % għal kull sena tad-durata applikabbli għal self mhux klassifikat. Dan l-approċċ għandu jkun rieżaminat bħala parti mir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-metodi, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard użati meta jiġi kkalkolat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, kif imsemmi fil-premessa (150).

(92)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe arbitraġġ regolatorju, ir-regoli dwar it-titolizzazzjoni għandhom japplikaw abbażi tal-prinċipju ta' sustanza tipprevali fuq il-forma. Għal dan il-għan hemm bżonn li jkun hemm definizzjoni ċara u komprensiva tat-titolizzazzjoni li tkopri kull tranżazzjoni jew skema li biha r-riskju ta' kreditu assoċjat ma' skopertura jew ġabra ta' skoperturi jiġi segmentat. Skopertura li toħloq obbligu ta' pagament dirett għal tranżazzjoni jew skema użata għall-finanzjament jew l-operazzjoni tal-assi fiżiċi ma għandhiex titqies bħala skopertura għal titolizzazzjoni, anki jekk it-tranżazzjoni jew l-iskema jkollha obbligazzjonijiet ta' pagamenti ta' senjorità differenti.

(93)

Governanza tajba hija l-bażi għal ġestjoni effettiva u soda tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif ukoll element ewlieni tal-qafas regolatorju. Is-sistema ta' governanza ta' impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tkun imsejsa fuq allokazzjoni xierqa u trasparenti ta' responsabbiltajiet superviżorji u ta' ġestjoni biex jitħalla jkun hemm teħid effettiv ta' deċiżjonijiet, jiġu evitati l-kunflitti tal-interess u tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-impriża.

(94)

Prinċipju bażiku ta' governanza tajba huwa li l-ebda individwu ma għandu jkollu setgħa fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr ebda xorta ta' kontroll. Għaldaqstant, qabel l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna lill-impriża, tal-inqas persuna waħda għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni.

(95)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju, l-azzjonijiet meħudin mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinkludu l-istabbiliment, l-implimentazzjoni, iż-żamma u l-monitoraġġ tal-prattiki u l-proċeduri xierqa għall-politika tal-immaniġġjartar-riskju tal-impriża, b'kunsiderazzjoni tal-oqsma prijoritarji tan-negozju tal-impriżi.

(96)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom kontrolli interni xierqa fis-seħħ biex jiżguraw li l-persuni kollha b'responsabbiltajiet superviżorji u operazzjonali jaġixxu f'konformità mal-objettivi tal-impriża u f'konformità mal-liġijiet, ir-Regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi applikabbli.

(97)

Sabiex tiġi żgurata valwazzjoni ekonomika affidabbli, preċiża u li tkun f'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, importanti li jiġu stabbiliti u implimentati kontrolli interni xierqa għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, inklużi rieżami u verifika indipendenti tal-informazzjoni, id-dejta u s-suppożizzjonijiet użati.

(98)

Sabiex jiġi żgurat li l-valwazzjoni tal-provvediment tekniku ssir f'konformità mal-Artikoli 76 sa 85 tad-Direttiva 2009/138/KE, is-sistema ta' governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandha tinkludi proċess ta' validazzjoni tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

(99)

Fil-kuntest tas-sistema ta' governanza, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza, individwu jew unità organizzazzjonali li jkunu qed iwettqu funzjoni għandhom ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti relatati b'mod oġġettiv u b'mod ħieles minn kwalunkwe influwenza u li jirrapportaw is-sejbiet rilevanti direttament lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju. Sabiex l-awtoritajiet superviżorji jkunu jistgħu jieħdu miżuri korrettivi fil-ħin, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinnotifikaw b'mod tempestiv lill-awtorità superviżorja bl-informazzjoni rigward il-persuni kollha li effettivament jamministraw l-impriża jew li huma responsabbli għal funzjonijiet prinċipali oħrajn u informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġu vvalutati l-idoneità u l-adegwatezza ta' dawn il-persuni. Madankollu, b'rikonoxximent tal-bżonn li jiġu evitati piżijiet żejda fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew is-superviżuri, in-notifika mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma għandhiex timplika approvazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja. Fil-każ li l-awtorità superviżorja tikkonkludi li persuna ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta' idoneità u adegwatezza stipulati fid-Direttiva 2009/138/KE, din għandu jkollha s-setgħa li titlob li l-impriża tibdel lil dik il-persuna.

(100)

Sabiex tiġi vvalutata r-reputazzjoni tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew li jkollhom funzjonijiet importanti oħrajn, il-kondotta mgħoddija ta' dawk il-persuni għandha tiġi mistħarrġa biex jiġi stabbilit jekk ikunux kapaċi jirrilaxxaw id-dmirijiet tagħhom b'mod effettiv skont ir-regoli, ir-regolamenti u l-linji gwida applikabbli. L-informazzjoni rigward il-kondotta mgħoddija tista' tkun informazzjoni li tinsilet minn rekords kriminali jew finanzjarji. Il-kondotta mgħoddija fin-negozju ta' persuna tista' tipprovdi indikazzjoni dwar l-integrità ta' dik il-persuna.

(101)

Sabiex jiġi żgurat li l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet jew l-attivitajiet issir b'mod effettiv u ma ddgħajjifx l-obbligi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom skont id-Direttiva 2009/138/KE, hemm bżonn li jiġu stipulati rekwiżiti dwar kif għandu jintgħażel il-fornitur tas-servizzi, dwar il-ftehim bil-miktub li għandu jiġi konkluż u dwar il-verifika kontinwa li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni trid tagħmel rigward il-fornitur tas-servizzi.

(102)

Il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni li jipprovdu inċentivi biex jittieħdu riskji li jmorru lil hinn mil-limiti approvati tat-tolleranza tar-riskji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jdgħajfu l-ġestjoni effettiva tar-riskji ta' impriżi bħal dawn. Għalhekk, hemm bżonn li jkunu previsti rekwiżiti dwar ir-remunerazzjoni għall-finijiet ta' ġestjoni soda u prudenti tan-negozju u biex jiġu evitati arranġamenti ta' remunerazzjoni li jħeġġu t-teħid ta' riskji eċċessivi.

(103)

L-ispeċifikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu imposti supplimentazzjonijiet kapitali u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tas-supplimentazzjonijiet kapitali jkun għodda superviżorja u prattikabbli għall-protezzjoni tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza permezz tal-kalkolu ta' Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirrifletti kif xieraq il-profil tar-riskju ġenerali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-ammonti tas-supplimentazzjonijiet kapitali għandhom valur numerikament pożittiv. L-ispeċifikazzjoni għandha tqis ukoll il-bżonn li jiġu żviluppati approċċi konsistenti u komuni għal ċirkostanzi simili. Għal dan il-għan, perċentwali u limiti ta' referenza jistgħu jintużaw bħala suppożizzjonijiet biex jiġu vvalutati d-devjazzjonijiet iżda dawn ma għandhomx ifixklu milli jinlaħaq l-objettiv prinċipali tal-istabbiliment ta' tfassil ta' supplimentazzjonijiet xierqa għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni inkwistjoni.

(104)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta tiddeċiedi fuq jekk tiddikjarax l-eżistenza ta' sitwazzjoni avversa eċċezzjonali li taffettwa lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti mis-suq jew il-linji operazzjonali affettwati, l-EIOPA għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha fil-livell tas-suq jew il-linja operatorja affettwati, inklużi dawk stipulati f'dan ir-Regolament.

(105)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4), fid-deċiżjoni dwar jekk il-perjodu ta' rkupru għandux jiġi estiż u fid-determinazzjoni tat-tul ta' tali estensjoni għal impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni partikolari, soġġett għall-massimu ta' seba' snin stipulati fl-Artikolu 138(4), l-awtorità superviżorja għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha li jkunu speċifiċi għall-impriża, inklużi dawk stipulati f'dan ir-Regolament.

(106)

Id-Direttiva 2009/138/KE tistipula li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiżvelaw lill-pubbliku l-informazzjoni dwar il-qagħda tas-solvenza u finanzjarja tagħhom. Rekwiżiti dettaljati u armonizzati li jirregolaw l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata u l-mezzi li bihom dan għandu jsir, għandhom ikunu xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet tas-suq ekwivalenti u operat bla xkiel tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni, u biex iħaffu l-integrazzjoni effettiva tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni.

(107)

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità fil-qasam tad-divulgazzjoni pubblika ma għandhiex tirriżulta f'rekwiżit li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jintalbu jiżvelaw xi informazzjoni li ma tkunx rilevanti għan-negozju tagħhom jew li ma tkunx materjali.

(108)

Meta jsiru referenzi għal informazzjoni ekwivalenti żvelata pubblikament skont rekwiżiti legali jew regolatorji oħrajn, dawn għandhom iwasslu direttament għall-informazzjoni nnifisha u ma għandhomx ikunu referenza għal dokument ġenerali.

(109)

Meta l-awtoritajiet superviżorji jippermettu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 53(1) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, ma jiżvelawx ċerta informazzjoni, it-tali permess għandu jibqa' validu biss sakemm tibqa' teżisti r-raġuni għan-nuqqas ta' divulgazzjoni. Meta t-tali raġuni ma tibqax teżisti, u minn dakinhar 'il quddiem biss, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti.

(110)

Id-Direttiva 2009/138/KE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jirrikjedu l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-finijiet superviżjorji. Parti essenzjali minn dik l-informazzjoni għandha tkun l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet superviżorji fuq bażi regolari.

(111)

Għandhom jiġu adottati rekwiżiti dettaljati u armonizzati li jirregolaw l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fuq bażi regolari u l-mezz li bih dan għandu jintlaħaq sabiex tiġi żgurata konverġenza effettiva fil-proċess tar-rieżami superviżorju mwettaq mill-awtoritajiet superviżorji.

(112)

L-informazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-awtoritajiet superviżorji tinkludi r-rapport dwar il-kundizzjoni finanzjarja u ta' solvenza. Barra minn hekk, għandhom jippreżentaw ir-rapport superviżorju regolari li jinkludi informazzjoni, barra minn dik inkluża fir-rapport tal-kundizzjoni finanzjarja u ta' solvenza, li huwa meħtieġ għall-finijiet ta' superviżjoni. Għall-benefiċċju kemm tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll tal-awtoritajiet superviżorji, dawn iż-żewġ rapporti għandhom jitfasslu fuq l-istess struttura.

(113)

Abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirrikjedu preżentazzjoni annwali tar-rapport superviżorju regolari tagħha. Meta dan ma jkunx il-każ u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jippreżentaw ir-rapport superviżorju regolari tagħhom kull tliet snin biss, dawn xorta għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet superviżorji darba fis-sena bi kwalunkwe żvilupp kbir li jkun seħħ mill-aħħar perjodu ta' rappurtar.

(114)

Informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva għandha tiġi żvelata jew ippreżentata lill-awtorità superviżorja fuq bażi regolari f'forma ta' rapport narrattiv u ta' mudelli kwantitattivi. Il-mudelli kwantitattivi għandhom jispeċifikaw f'dettall akbar u, fejn ikun xieraq, iżidu mal-informazzjoni mogħtija fir-rapport narrattiv. Ir-rapport u l-mudelli għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni, li żżid mal-informazzjoni li diġà tkun ingħatat fir-rapport dwar il-qagħda finanzjarja u ta' solvenza, lill-awtoritajiet superviżorji biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom skont id-Direttiva 2009/138/KE iżda ma għandhomx jirriżultaw f'piż żejjed għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. L-ambitu tal-mudelli kwantitattivi li għandhom jiġu ppreżentati fuq bażi trimestrali għandu jkun aktar limitat mill-ambitu tal-mudelli kwantitattivi li għandhom jiġu ppreżentati fuq bażi annwali.

(115)

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità fil-qasam tar-rapportar superviżorju ma għandhiex tirriżulta f'rekwiżit li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew fergħat tagħhom stabbiliti fi ħdan l-Unjoni jippreżentaw xi informazzjoni li la tkun rilevanti għan-negozju tagħhom u lanqas tkun materjali.

(116)

Il-kriterji u l-metodi għall-proċess ta' rieżami superviżorju għandhom jiġu żvelati. Dawn għandhom ikopru l-mezzi u l-miżuri ġenerali li l-awtoritajiet superviżorji jużaw sabiex jeżaminaw mill-ġdid u jevalwaw il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, partikolarment sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-immaniġġjar tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif ukoll il-ħila tagħhom li jifilħu għal bidliet jew eventi avversi.

(117)

Id-divulgazzjoni ta' dejta statistika aggregata skont l-Artikolu 31(2)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE huwa maħsub biex jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-setturi tal-assigurazzjoni nazzjonali kif ukoll dwar l-attivitajiet importanti tal-awtoritajiet superviżorji nfushom. L-informazzjoni rilevanti għandha tkopri d-dejta relatata kemm mar-rekwiżiti kwantitattivi u kemm ma' dawk kwalitattivi, flimkien ma' dejta nazzjonali aggregata rrappurtata f'termini paragunabbli tul iż-żmien.

(118)

Sabiex tiġi żgurata l-paragunabbiltà tad-divulgazzjoni superviżorja, għandu jkun hemm lista definita tal-aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali dwar liema d-dejta aggregata għandha tiġi żvelata mill-awtoritajiet superviżorji bħala minimu.

(119)

L-iskopertura tal-veikolu bi skop speċjali dejjem għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-veikolu bi skop speċjali jkollu assi li jkunu daqs l-iskopertura tar-riskju massima aggregata tiegħu jew iktar minnha.

(120)

Meta veikolu bi skop speċjali jassumi riskji minn aktar minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni waħda, dak il-veikolu bi skop speċjali għandu jkun protett il-ħin kollu mill-proċedimenti ta' stralċ ta' kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni l-oħrajn li jittrasferixxu r-riskji lejn dak il-veikolu bi skop speċjali.

(121)

Il-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-idoneità u l-adegwatezza għall-azzjonisti jew il-membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva f'dak il-veikolu bi skop speċjali u għall-persuni li effettivament joperaw il-veikolu bi skop speċjali għandhom, fejn ikun rilevanti, jikkunsidraw rekwiżiti simili li japplikaw għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

(122)

It-trasferiment tar-riskju mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal fuq dak il-veikolu bi skop speċjali u mill-veikolu bi skop speċjali lill-fornituri tad-dejn jew il-finanzjament għandu jkun ħieles minn kwalunkwe tranżazzjoni konnessa li tista' xxekkel it-trasferiment effettiv tar-riskju, pereżempju d-drittijiet kuntrattwali ta' ftehimiet ta' tpaċija jew dawk sekondarji maħsubin biex inaqqsu t-telf potenzjali jew attwali mġarrab b'riżultat tat-trasferiment tar-riskju fuq il-fornituri tad-dejn jew il-finanzjament għal fuq il-veikolu bi skop speċjali.

(123)

Sabiex jiġi żgurat li l-inklużjoni tal-pagamenti futuri ma xxekkilx it-trasferiment effettiv tar-riskju mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal fuq il-veikolu bi skop speċjali, importanti li n-nuqqas ta' riċevuta tal-pagamenti ma jaffettwax ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Meta jkun qed jiġi ddeterminat li m'hemm l-ebda xenarju li fih dan jista' jiġri, l-impriża għandha tikkunsidra x-xenarji kollha kkontemplati fil-ftehimiet kuntrattwali u kwalunkwe xenarju ieħor, sakemm il-probabbiltà li dawk ix-xenarji l-oħrajn jimmaterjalizzaw tkun waħda remota wisq.

(124)

L-Artikolu 220 tad-Direttiva 2009/138/KE jeħtieġ il-kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp li għandu jsir f'konformità mal-metodu 1 (metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà), ħlief f'każ li l-applikazzjoni esklussiva tiegħu ma tkunx xierqa. Waqt li jkun qed jivvaluta jekk il-metodu 2 (metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni) għandux jintuża minflok — jew flimkien ma' — il-metodu 1, is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra għadd ta' elementi armonizzati rilevanti. Element fosthom huwa jekk l-użu tal-metodu 1 ikunx ta' piż żejjed, u jekk l-għamla, il-livell u l-kumplessità tar-riskji tal-grupp ikunux tali li l-użu tal-metodu 2 ma jaffettwax materjalment ir-riżultati tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp. Meta jkun qed jiġi żgurat, għal dawn il-finijiet, jekk l-użu tal-metodu 2 jaffettwax materjalment ir-riżultati tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, il-metodu 2 għandu jitqabbel mal-metodu 1 bl-użu tal-fondi proprji eliġibbli tal-grupp aggregat u r-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat kkalkulati skont id-Direttiva 2009/138/KE u mhux mar-rekwiżiti ta' solvenza stipulati f'pajjiż terz ekwivalenti.

(125)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni f'pajjiżi terzi, meta grupp jinkludi impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni f'pajjiżi terzi relatati, u f'każijiet li fihom il-Kummissjoni tkun adottat atti delegati skont il-paragrafi 4 jew 5 tal-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE li jiddeterminaw li r-reġimi ta' solvenza ta' dawk il-pajjiżi terzi huma ekwivalenti jew provviżorjament ekwivalenti, is-superviżur tal-grupp għandu jagħti prijorità lil kunsiderazzjoni bħal din meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk il-metodu 2 (metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni) għandux jintuża minflok — jew flimkien ma' — il-metodu 1 (konsolidazzjoni).

(126)

Id-Direttiva 2009/138/KE tistipula li, meta l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw li ċerti fondi proprji eliġibbli għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni relatata ma jkunux jistgħu jsiru disponibbli effettivament biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp, dawk il-fondi proprji jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sakemm ikunu eliġibbli li jkopru ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża relatata. F'dan il-kuntest, meta jikkunsidraw jekk ċerti fondi proprji ta' impriża relatata jistgħux isiru disponibbli effettivament għall-grupp, l-awtoritajiet superviżorji għandhom isawru d-deċiżjonijiet tagħhom fuq jekk ikunx hemm xi restrizzjonijiet li jaffettwaw il-funġibbiltà tal-entrati ta' fondi proprji korrispondenti (jiġifieri, jekk humiex iddedikati biex jassorbu biss ċertu telf) jew it-trasferibbiltà tagħhom (jiġifieri jekk hemmx ostakoli sinifikanti biex l-entrati ta' fondi proprji jittieħdu mingħand entità għal oħra). Għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe interess minoritarju fil-fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni sussidjarja, impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni f'pajjiż terz, kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

(127)

Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi ta' polza u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jappartjenu għal grupp ikunu protetti b'mod adegwat fil-każ ta' stralċ ta' kwalunkwe impriża inkluża fl-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp, l-entrati ta' fondi proprji li jinħarġu mill-kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u mill-kumpaniji azzjonarji finanazjarji mħallta fil-grupp ma għandhomx jitqiesu li huma ħielsa minn gravami sakemm il-pretensjonijiet marbutin ma' dawk l-entrati ta' fondi proprji ma jiġux ikklassifikati wara l-pretensjonijiet tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza kollha tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jappartjenu għall-grupp.

(128)

Regoli adattati għandhom jiġu pprovduti fil-livell tal-grupp għat-trattament tal-veikoli bi skop speċjali. F'dan il-kuntest, il-veikoli bi skop speċjali kif inhuma ddefiniti fid-Direttiva 2009/138/KE u li jikkonformaw mar-rekwiżiti inklużi fiha jew li huma rregolati minn awtorità superviżorja ta' pajjiż terz u jikkonformaw ma' rekwiżiti ekwivalenti, ma għandhomx ikunu kompletament ikkonsolidati.

(129)

Il-kalkolu tal-aħjar stima tal-provvedimenti tekniċi fil-livell tal-grupp skont il-metodu 1 (metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà) għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-total tal-aħjar stima tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti u sehem proporzjonali tal-aħjar stima għall-impriżi relatati magħha, kull waħda aġġustata għat-tranżazzjonijiet fost l-impriżi ta' grupp, ikun bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ammont li jirriżulta mill-kalkolu tal-aħjar stima għall-obbligi kkonsolidati tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fil-livell tal-grupp skont l-Artikoli 75 sa 86 tad-Direttiva 2009/138/KE. B'mod partikolari, meta jintużaw l-aħjar stimi tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi f'dak il-kalkolu, dawk l-aħjar stimi għandhom jiġu vvalutati skont dawk l-Artikoli.

(130)

Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju tal-provvedimenti tekniċi fil-livell tal-grupp skont il-metodu 1 (metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà) għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-grupp isir b'mod separat għal kull impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-grupp u li l-marġni ta' riskju ma jippermettix li jkun hemm diversifikazzjoni bejn ir-riskji ta' dawk l-impriżi. B'rabta mal-impriżi msemmijin fl-Artikolu 73(2) u (5) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-kalkolu għandu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-portafoll għall-attivitajiet tal-ħajja u mhux tal-ħajja jsir b'mod separat.

(131)

Il-gruppi jistgħu japplikaw għall-użu ta' żewġ tipi ta' mudelli interni biex jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat tagħhom. Meta mudell intern jintuża biss għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat, u ma jintużax biex jikkalkola r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża relatata ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fil-grupp, għandu japplika l-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-approvazzjoni ta' mudell intern użat biex jikkalkula biss ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat tingħata mis-superviżur tal-grupp b'mod li jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva dwar il-proċedura ta' approvazzjoni tal-mudelli interni użati fil-livell individwali, inkluż l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 114(2) ta' dik id-Direttiva. Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni fost il-kulleġġ tas-superviżuri, huwa neċessarju li jiġi speċifikat kif is-superviżur tal-grupp għandu jinvolvi awtoritajiet superviżorji oħrajn qabel jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni.

(132)

Meta grupp japplika għall-użu tal-istess mudell intern biex jikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat kif ukoll ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża relatata ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fil-grupp, għandu japplika l-Artikolu 231 tad-Direttiva 2009/138/KE. F'dan il-kuntest, sabiex jiġi żgurat li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati jikkooperaw b'mod effettiv u jieħdu deċiżjoni infurmata konġunta dwar jekk jippermettux l-użu ta' dak il-mudell intern, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni meħtieġa u dwar il-proċedura għad-deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni.

(133)

L-approvazzjoni tal-mudell intern użat biss għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat mogħtija abbażi tal-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhiex tinfluwenza l-permessi futuri skont l-Artikolu 231 ta' dik id-Direttiva. B'mod partikolari, kull applikazzjoni għal permess biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat flimkien mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni relatata fil-grupp abbażi ta' mudell intern li diġà jkun approvat skont l-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE għandha ssegwi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 231 ta' dik id-Direttiva.

(134)

Il-gruppi għandhom japplikaw għal permess biex jużaw mudell intern parzjali għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat, meta biss uħud mill-impriżi relatati jkunu inklużi fl-ambitu tal-mudell intern tal-grupp, jew b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni limitat imsemmi fl-Artikolu 112(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, jew b'rabta ma' taħlita ta' kwalunkwe wieħed minnhom.

(135)

Sabiex mudell intern użat biss għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat jintuża b'mod wiesa' u jkollu rwol importanti fis-sistema ta' governanza tal-grupp, ir-riżultat ta' dak il-mudell intern għandu jintuża mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li n-negozju tagħha jaqa' kompletament jew parzjalment fl-ambitu tal-mudell intern. F'dan il-kuntest, dawn l-impriżi ma għandhomx jintalbu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tal-użu bħallikieku kienu qed jużaw dak il-mudell intern għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom. Ir-rekwiżit sabiex jintlaħaq it-test tal-użu għal dawn l-impriżi għandu jkun limitat għar-riżultat ta' dak il-mudell intern u għall-finijiet ta' implimentazzjoni konsistenti tas-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju u ta' kontroll interni fil-grupp kollu.

(136)

Meta jivvaluta jekk ikunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 236 tad-Direttiva 2009/138/KE, is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħrajn għandhom jikkunsidraw għadd ta' kriterji rilevanti armonizzati sabiex jiżguraw superviżjoni armonizzata tas-solvenza tal-grupp għal gruppi b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzata.

(137)

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti fis-superviżjoni ta' impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp b'immaniġġjar tar-riskju ċentralizzata kif stipulat fl-Artikoli 237 sa 243 tad-Direttiva 2009/138/KE, huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet superviżorji fis-superviżjoni tat-tali impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

(138)

Sabiex jiġi ddeterminat b'mod ċar meta tkun inqalgħet sitwazzjoni ta' emerġenza skont it-tifsira tal-Artikolu 239(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lil dik l-impriża sussidjarja tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazjoni li l-kundizzjoni finanzjarja tagħha tkun qed tiddeterjora għandha tikkunsidra għadd ta' kriterji armonizzati.

(139)

Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jkun pjattaforma permanenti għall-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji, it-trawwim ta' fehim komuni tal-profil tar-riskju tal-grupp u l-impriżi relatati tiegħu u l-mira lejn superviżjoni aktar effiċjenti u effettiva bbażata fuq ir-riskju kemm fil-livell tal-grupp kif ukoll fil-livell tal-individwu. F'dan il-kuntest, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-kulleġġ huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji biex fergħa titqies bħala sinifikanti għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji ta' fergħat sinifikanti fil-kulleġġ. Huwa essenzjali wkoll li jiġu armonizzati r-rekwiżiti applikabbli għall-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, sabiex titrawwem il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji.

(140)

Id-Direttiva 2009/138/KE tirrikjedi lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni jew il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta parteċipanti biex jiżvelaw lill-pubbliku informazzjoni dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja tal-grupp. Dik id-Direttiva tippermettilhom ukoll li jipprovdu rapport wieħed dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja li jinkludi kemm l-informazzjoni ta' dak il-grupp kif ukoll l-informazzjoni dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja meħtieġa b'rabta ma' kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħhom. Dak ir-reġim għandu l-għan li jiżgura li l-azzjonisti interessati jiġu mgħarrfin kif xieraq dwar il-qagħda ta' solvenza u finanzjarja tal-gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin inaqqsu kemm ikun xieraq il-piż relatat għat-tali gruppi. F'dan il-kuntest, hemm bżonn li jiġu armonizzati r-rekwiżiti applikabbli għad-divulgazzjoni pubblika mill-gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, irrispettivament minn jekk dawk il-gruppi jużawx l-għażla li jipprovdu rapport uniku dwar il-kundizzjoni ta' solvenza u finanzjarja.

(141)

Għandhom jiġu adottati rekwiżiti ddettaljati u armonizzati li jirregolaw l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fuq bażi regolari mill-gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni biex tiġi żgurata konverġenza effettiva fil-proċess tar-rieżami superviżorju tas-superviżuri tal-grupp. Ir-rekwiżiti għandhom jiffaċilitaw ukoll l-iskambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri u għandhom, kemm jista' jkun possibbli, jimmiraw li jillimitaw il-piż relatat għat-tali gruppi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

(142)

Il-valutazzjoni skont l-Artikoli 172, 227 u 260 tad-Direttiva 2009/138/KE dwar jekk ir-reġim tas-solvenza jew prudenzjali ta' pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I jew jew it-Titolu III ta' dik id-Direttiva għandha tkun proċess kontinwu mwettaq bil-għan li jiġi żgurat li r-reġim tas-solvenza jew prudenzjali tal-pajjiż terz juri livell ekwivalenti għal dak stipulat fid-Direttiva ta' protezzjoni tal-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza.

(143)

Il-valutazzjoni skont l-Artikoli 172, 227 u 260 tad-Direttiva 2009/138/KE dwar jekk reġim tas-solvenza jew prudenzjali ta' pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I jew it-Titolu III ta' dik id-Direttiva għandha ssir abbażi tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament, rispettivament, fl-Artikolu 378 fir-rigward tal-Artikolu 172, fl-Artikolu 379 fir-rigward tal-Artikolu 227, u fl-Artikolu 380 fir-rigward tal-Artikolu 260.

(144)

Id-determinazzjoni dwar jekk il-kriterji li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-pajjiż terz ikunux ġew issodisfati għandha tkun imsejsa fuq is-sustanza tal-leġiżlazzjoni u ta' rekwiżiti regolatorji oħrajn fir-reġim tas-solvenza jew prudenzjali ta' dak il-pajjiż terz, kif ukoll kif dik il-leġiżlazzjoni u dawk ir-rekwiżiti jiġu implimentati u applikati u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji f'dak il-pajjiż terz. Id-determinazzjoni għandha tikkunsidra wkoll kemm l-awtoritajiet superviżorji fil-pajjiż terz japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità kif inhu stipulat fid-Direttiva 2009/138/KE.

(145)

Sabiex jiġi żgurat li l-effetti ta' sejba ta' ekwivalenza pożittiva kif inhu stipulat fl-Artikolu 172(2) u 172(3) tad-Direttiva 2009/138/KE u fl-Artikolu 211 ta' dan ir-Regolament ma jxekklux l-objettiv prinċipali tar-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, jiġifieri l-protezzjoni adegwata tal-benefiċjarji u tad-detenturi ta' polza, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 172 tad-Direttiva għandhom jinkludu l-prinċipji stipulati fit-Titolu I dwar ir-regoli ġenerali fuq il-bidu u l-eżerċitar ta' attivitajiet ta' riassigurazzjoni.

(146)

Sabiex jiġi żgurat li l-kunsiderazzjoni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-fondi proprji eliġibbli stipulati minn pajjiż terz fid-determinazzjoni tas-solvenza tal-grupp fejn jintuża l-metodu 2 tirriżulta f'determinazzjoni tas-solvenza tal-grupp ekwivalenti għal dik li tirriżulta li kieku jintużaw jekk ir-rekwiżiti fid-Direttiva 2009/138/KE, il-kriterji għall-valwazzjoni tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 227 ta' dik id-Direttiva għandhom jinkludu l-prinċipji stipulati fit-Titolu I, Kapitolu VI dwar ir-regoli marbutin mal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, il-fondi proprji, ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza, ir-rekwiżit kapitali minimu u r-regoli dwar l-investiment.

(147)

Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni ta' grupp mis-superviżjoni tal-grupp fil-livell tal-Unjoni ma ddgħajjifx ir-rwol fundamentali attribwit lis-superviżjoni tal-grupp fid-Direttiva 2009/138/KE, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 260 ta' dik id-Direttiva għandhom jinkludu l-prinċipji stipulati fit-Titolu III dwar is-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp.

(148)

L-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji fil-pajjiżi terzi li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' ekwivalenza pożittiva jew li għalihom japplika reġim ta' ekwivalenza temporanju jew provviżorju għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw li jkun hemm fehim reċiproku ċar dwar ir-riskji u s-solvenza tal-grupp.

(149)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista' tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' ekwivalenza pożittiva jew li għalihom japplika reġim ta' ekwivalenza temporanju jew provviżorju għandhom ikunu marbutin b'obbligi ta' segretezza professjonali.

(150)

Sabiex jiġi żgurat li l-formula standard tkompli tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE fuq bażi kontinwa, il-Kummissjoni se tagħmel rieżami tal-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard użati fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bil-formula standard, b'mod partikolari l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard użati fil-modulu tar-riskju tas-suq kif stipulat fit-Titolu I tal-Kapitolu V tat-Taqsima 6, inkluż rieżami tal-parametri standard għal titoli b'introjtu fiss u infrastruttura fit-tul u l-parametri standard użati għar-riskju primjum u ta' riżerva stipulati fl-Anness II, il-parametri standard għar-riskju ta' mortalità, kif ukoll is-sottosett tal-parametri standard li jistgħu jiġu sostitwiti minn parametri speċifiċi għall-impriża msemmijin fl-Artikolu 218 u l-metodi standardizzati biex jiġu kkalkulati dawn il-parametri msemmijin fl-Artikolu 220. Dan ir-rieżami għandu jisfrutta l-esperjenza miksuba mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni waqt il-perjodu tranżitorju u l-ewwel snin tal-applikazzjoni ta' dawn l-atti ddelegati, u għandu jitwettaq qabel Diċembru 2018.

(151)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju matul il-perjodu ta' introduzzjoni progressiva previst fl-Artikolu 308a tad-Direttiva 2009/138/KE, li se jibda fl-1 ta' April 2015, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

VALUTAZZJONI U REKWIŻITI KAPITALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJI (PILASTRU I), GOVERNANZA MTEJBA (PILASTRU II) U TRASPARENZA AKBAR (PILASTRU III)

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“metodi alternattivi ta' valwazzjoni” tfisser metodi ta' valwazzjoni li huma konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, minbarra dawk li jużaw biss il-prezzijiet ikkwotati tas-suq għall-istess assi jew obbligazzjonijiet jew oħrajn simili;

2.

“analiżi tax-xenarji” tfisser l-analiżi tal-impatt ta' taħlita ta' eventi avversi;

3.

“obbligu tal-assigurazzjoni tas-saħħa” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

l-għoti ta' trattament jew kura medika inkluż trattament jew kura medika preventivi jew kurattivi minħabba mard, aċċidenti, diżabbiltà jew nuqqas ta' saħħa, jew kumpens finanzjarju għat-tali trattament jew kura,

(ii)

kumpens finanzjarju li jirriżulta minn mard, aċċidenti, diżabbiltà jew nuqqas ta' saħħa;

4.

“obbligu tal-assigurazzjoni għall-ispejjeż mediċi” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-għoti jew il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (3)(i);

5.

“obbligu tal-assigurazzjoni għall-protezzjoni tad-dħul” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (3)(ii) barra mill-kumpens imsemmi fil-punt (3)(i);

6.

“obbligu tal-assigurazzjoni ta' kumpens għall-ħaddiema” tfisser obbligu tal-assigurazzjoni li jkopri l-għoti jew il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punti (3)(i) u (ii) u li jirriżulta biss minn aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, korriment industrijali u mard okkupazzjonali;

7.

“obbligu tar-riassigurazzjoni tas-saħħa” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa;

8.

“obbligu tar-riassigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi;

9.

“obbligu tar-riassigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dħul;

10.

“obbligu tar-riassigurazzjoni tal-kumpens tal-ħaddiema” tfisser obbligu tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn riassigurazzjoni aċċettata li tkopri l-obbligi tal-asssigurazjoni tal-kumpens tal-ħaddiema;

11.

“primjums kontabilizzati” tfisser, il-primjums dovuti lil impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni waqt perjodu ta' żmien speċifikat irrispettivament minn jekk it-tali primjums jistgħux ikunu marbutin, parzjalment jew kompletament, ma' kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mogħtija f'perjodu ta' żmien differenti;

12.

“primjums iggwadanjati” tfisser, il-primjums marbutin mar-riskju kopert mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul perjodu ta' żmien speċifikat;

13.

“ċediment” tfisser il-modi kollha possibbli biex polza tiġi tterminata kompletament jew parzjalment, inklużi:

(i)

terminazzjoni volontarja tal-polza bil-ħlas jew mingħajr il-ħlas ta' valur ta' ċediment;

(ii)

bidla f'impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni mid-detentur ta' polza;

(iii)

terminazzjoni tal-polza li tirriżulta meta d-detentur ta' polza jirrifjuta milli jħallas il-primjum;

14.

“diskontinwità” ta' polza tal-assigurazzjoni tfisser ċediment, skadenza mingħajr valur, il-ħlas ta' kuntratt, provvedimenti awtomatiċi ta' nuqqas ta' skwalifika jew l-eżerċitar ta' opzjonijiet oħrajn ta' diskontinwità jew in-nuqqas ta' eżerċitar ta' opzjonijiet ta' kontinwità;

15.

“opzjonijiet ta' diskontinwità” tfisser id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detenturi ta' polza li jippermettu lil dawk id-detenturi ta' polza jitterminaw, iċedu, inaqqsu, jirrestrinġu jew jissospendu kompletament jew parzjalment il-kopertura tal-assigurazzjoni jew jippermettu l-politika tal-assigurazzjoni li tiskadi;

16.

“opzjonijiet ta' kontinwità” tfisser id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detenturi ta' polza li jippermettu lil dawk id-detenturi ta' polza jistabbilixxu, iġeddu, iżidu, jestendu jew ikomplu kompletament jew parzjalment il-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

17.

“kopertura ta' mudell intern” tfisser ir-riskji li huma riflessi fil-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà li ssawwar il-mudell intern;

18.

“ambitu ta' mudell intern” tfisser ir-riskji li l-mudell intern ikun approvat biex ikopri; l-ambitu ta' mudell intern jista' jinkludi riskji li huma u li mhumiex riflessi fil-formula standard għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

19.

“investiment f'titoli kummerċjabbli jew strument finanzjarju ieħor imsejjes fuq self ripakkjat” u “pożizzjoni ta' titolizzazzjoni” tfisser skopertura għal titolizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

20.

“pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni” tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(63) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

21.

“oriġinatur” tfisser oriġinatur fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

22.

“sponsor” tfisser sponsor fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

23.

“segment” tfisser segment fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(67) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

24.

“bank ċentrali” tfisser bank ċentrali fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(46) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

25.

“riskju ta' bażi” tfisser ir-riskju li jirriżulta mis-sitwazzjoni li fiha l-iskopertura koperta mit-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ma tikkorrispondix għall-iskopertura għar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

26.

“arranġamenti kollaterali” tfisser arranġamenti li skonthom il-fornitur ta' kollateral jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

jittrasferixxi s-sjieda sħiħa tal-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral għall-finijiet ta' garanzija jew kopertura b'xi mod ieħor tal-prestazzjoni ta' obbligu rilevanti;

(b)

jipprovdi l-kollateral bħala mezz ta' titolu ta' sigurtà favur, jew lil, riċevitur tal-kollateral, u s-sjieda legali tal-kollateral tibqa' tal-fornitur tal-kollateral jew ta' kustodju meta d-dritt tas-sigurtà jiġi stabbilit;

27.

b'rabta ma' sett ta' entrati, “it-taħlitiet kollha possibbli ta' żewġ” entrati bħal dawn tfisser il-pari tal-entrati ordnati kollha minn dak is-sett;

28.

“arranġament ta' pula” tfisser arranġament li bih diversi impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jaqblu li jikkondividu riskji tal-assigurazzjoni identifikati fi proporzjonijiet definiti. Il-partijiet assigurati mill-membri tal-arranġament tal-pula ma jkunux membri tal-arranġament tal-pula huma stess.

29.

“skopertura tal-pula tat-tip A” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għal arranġament tal-pula fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula.

30.

“skopertura tal-pula tat-tip B” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazjoni jew tar-riassigurazzjoni għal membru ieħor ta' arranġament tal-pula fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula;

31.

“skopertura tal-pula tat-tip C” tfisser ir-riskju ċedut minn impriża tal-assigurazjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun parti minn arranġament tal-pula għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra li ma tkunx parti minn dak l-arranġament tal-pula.

32.

“suq kbir” tfisser suq fejn tranżazzjonijiet li jinvolvu kwantità kbira ta' strumenti finanzjarji jkunu jistgħu jsiru mingħajr ma jaffettwaw b'mod sinifikanti l-prezz tal-istrumenti.

33.

“suq likwidu” tfisser suq fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti faċilment permezz ta' att ta' xiri jew bejgħ mingħajr ma jikkawżaw ċaqliq sinifikanti fil-prezz.

34.

“suq trasparenti” tfisser suq li fih l-informazzjoni attwali dwar in-negozju u l-prezzijiet tkun disponibbli faċilment għall-pubbliku, partikolarment għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

35.

“bonusijiet diskrezzjonali futuri” u “benefiċċji diskrezzjonali futuri” jfissru benefiċċji futuri li mhumiex benefiċċji tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni barra minn dawk li jkunu marbutin mal-indiċi jew mal-unitajiet u li jkollhom dawn il-karatteristiċi:

(a)

dawn ikunu legalment jew kuntrattwalment imsejsin fuq wieħed jew iktar minn wieħed minn dawn ir-riżultati jew bosta minnhom:

(i)

il-prestazzjoni ta' grupp speċifikat ta' kuntratti jew ta' tip speċifikat ta' kuntratt jew ta' kuntratt wieħed;

(ii)

ir-redditu fuq l-investiment realizzat jew mhux realizzat fuq pula speċifikata ta' assi miżmumin mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iii)

il-profitt jew it-telf tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew il-fond korrispondenti għall-kuntratt;

(b)

dawn ikunu bbażati fuq dikjarazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u t-twaqqit jew l-ammont tal-benefiċċji jkunu għad-diskrezzjoni totali jew parzjali tagħha;

36.

“struttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju” tfisser struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju li tkun derivata bl-istess mod bħall-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju li għandha tintuża biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE iżda mingħajr applikazzjoni ta' aġġustament ta' korrispondenza jew aġġustament ta' volatilità jew aġġustament tranżitorju għall-istruttura tar-rata mingħajr riskju rilevanti skont l-Artikolu 308c ta' dik id-Direttiva;

37.

“portafoll tal-aġġustamenti ta' korrispondenza” tfisser portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li għalihom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza u l-portafoll assenjat tal-assi kif imsemmi fl-Artikolu 77b(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE.

38.

“obbligi tas-Saħħa SLT” tfisser obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkunu assenjati għal-linji operatorji għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont l-Artikolu 55(1).

39.

“obbligi tas-Saħħa NSLT” tfisser obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkunu assenjati għal-linji operatorji għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja skont l-Artikolu 55(1).

40.

“Impriża ta' investiment kollettiv” tfisser impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertaking for collective investment in transferable securities — UCITS) kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew fond ta' investiment alternattiv (alternative investment fund — AIF) kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

41.

b'rabta mal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, “unità tan-negojzu prinċipali” tfisser segment iddefinit tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jopera b'mod indipendenti minn partijiet oħrajn tal-impriża u li jkollu riżorsi u proċeduri ta' governanza ddedikati fl-impriża u li jinkludi riskji li jkunu materjali b'rabta man-negozju kollu tal-impriża;

42.

b'rabta ma' grupp tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, “unità tan-negozju prinċipali” tfisser segment iddefinit tal-grupp li jopera b'mod indipendenti minn partijiet oħrajn tal-grupp u li jkollu riżorsi u proċeduri ta' governanza ddedikati fil-grupp u li jinkludi riskji li jkunu materjali b'rabta man-negozju kollu tal-grupp; kwalunkwe entità ġuridika li tappartjeni għall-grupp hija unità tan-negozju prinċipali jew tikkonsisti minn diversi unitajiet tan-negozju prinċipali;

43.

“korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju” għandha tfisser, fejn fil-liġi nazzjonali tkun prevista sistema tal-bord b'żewġ livelli li tinkludi korp ta' ġestjoni u korp superviżorju, il-korp maniġerjali jew il-korp superviżorju jew dawn iż-żewġ korpi kif ikun speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jew, meta ma jkunx speċifikat l-ebda wieħed fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, il-korp maniġerjali;

44.

“skopertura għar-riskju massimu aggregat” tfisser it-total tal-pagamenti massimi, inklużi l-ispejjeż li l-veikoli bi skop speċjali jistgħu jġarrbu, esklużi l-ispejjeż li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

il-veikolu bi skop speċjali għandu d-dritt li jirrikjedi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun ittrasferiet ir-riskji fuq il-veikolu bi skop speċjali tħallas għall-ispiża;

(b)

il-veikolu bi skop speċjali mhuwiex meħtieġ iħallas l-ispejjeż sakemm qabel ma jkun riċevut ammont ekwivalenti għall-ispiża mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun ittrasferiet ir-riskji fuq il-veikolu bi skop speċjali;

(c)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tkun ittrasferiet ir-riskji fuq il-veikolu bi skop speċjali ma tinkludix l-ispiża bħala ammont rekuperabbli mill-veikolu bi skop speċjali skont l-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament.

45.

“kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti” tfisser kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu ġew rikonoxxuti obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għalih;

46.

“il-qligħ mistenni inkluż fil-primjums futuri” tfisser il-valur preżenti mistenni tal-flussi tal-flus futuri li jirriżultaw mill-inklużjoni fil-provvedimenti tekniċi ta' primjums relatati ma' kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti li jkunu mistennija li jiġu riċevuti fil-ġejjieni, iżda li ma jistgħux jiġu riċevuti għal kwalunkwe raġuni, ħlief meta r-raġuni tkun li seħħ l-event assigurat, irrispettivament mid-drittijiet legali jew kuntrattwali tad-detentur ta' polza biex iwaqqaf il-polza.

47.

“assigurazzjoni ipotekarja” tfisser assigurazzjoni tal-kreditu li tipprovdi kopertura lill-mutwanti f'każ ta' li s-self ipoketarju tagħhom jisfa inadempjenti.

48.

“impriża sussidjarja” tfisser kwalunkwe impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, inklużi sussidjarji tagħha;

49.

“impriża relatata” tfisser kwalunkwe impriża sussidjarja jew impriża oħra li fiha ssir parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma' impriża oħra permezz ta' relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

50.

“impriża regolata” tfisser “entità regolata” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

51.

“impriża mhux regolata” tfisser kwalunkwe impriża barra minn dawk elenkati fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2002/87/KE;

52.

“impriża mhux regolata li twettaq attivitajiet finanzjarji” tfisser impriża mhux irregolata li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fejn dawk l-attivitajiet jikkostitwixxu parti sinifikanti mill-attività totali tagħha;

53.

“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża mhux regolata li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta' pproċessar tad-dejta, servizzi tas-saħħa u tal-kura jew kwalunkwe attività oħra simili li hija anċillari għall-attività prinċipali ta' waħda jew aktar minn waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

54.

“kumpanija maniġerjali tal-UCITS” tfisser kumpanija maniġerjali fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta' investiment awtorizzata skont l-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva sakemm din ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali skont dik id-Direttiva;

55.

“maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv” tfisser maniġer ta' fondi ta' investiment alternattivi fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE;

56.

“istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

57.

“impriża tal-assigurazzjoni domestika” tfisser impriża awtorizzata u ssorveljata minn awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE li kieku l-uffiċċju prinċipali tagħha kien jinsab fl-Unjoni;

58.

“impriża tar-riassigurazzjoni domestika” tfisser impriża awtorizzata u ssorveljata minn awtoritajiet superviżorji ta' pajjiż terz li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala impriża tar-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE li kieku l-uffiċċji prinċipali tagħha kienu jinsabu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Ġudizzju espert

1.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jagħmlu suppożizzjonijiet dwar regoli relatati mal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, il-fondi proprji, ir-rekwiżiti kapitali tas-solvenza, ir-rekwiżiti kapitali minimi u r-regoli tal-investiment, dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-għarfien espert tal-persuni bl-għarfien, l-esperjenza u l-fehim rilevanti tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tagħhom.

2.   Filwaqt li jqisu kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-utenti interni tas-suppożizzjonijiet rilevanti jiġu mgħarrfin dwar il-kontenut rilevanti, il-livell ta' affidabbiltà u l-limitazzjonijiet tagħhom. Għal dak il-għan, il-fornituri tas-servizzi li jkunu ġew esternalizzati lilhom funzjonijiet jew attivitajiet jiġu kkunsidrati li huma utenti interni.

TAQSIMA 2

Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni

Artikolu 3

Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu mal-iskali tal-kwalità kreditizja

Il-livell tal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 109a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE jinkludi l-iskali tal-kwalità kreditizja minn żero sa sitta.

Artikolu 4

Rekwiżiti ġenerali dwar l-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw valutazzjoni tal-kreditu esterna għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard biss fejn din tkun inħarġet minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinnominaw ECAI waħda jew aktar biex jintużaw għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard.

3.   L-użu ta' valutazzjonijiet tal-kreditu jkun konsistenti u t-tali valutazzjonijiet ma jintużawx b'mod selettiv

4.   Meta jużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn ECAI nominata għal ċerta klassi ta' entrati, tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu b'mod konsistenti għall-entrati kollha li jappartjenu għal dik il-klassi;

(b)

meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn ECAI nominata, tużahom b'mod konsistenti u kontinwu tul iż-żmien;

(c)

impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI nominata li jikkunsidraw l-ammonti kollha ta' prinċipal u ta' mgħax li jridu jingħataw lilha;

(d)

meta jkun hemm disponibbli biss valtazzjoni tal-kreditu waħda minn ECAI nominata għal entrata kklassifikata, dik il-valutazzjoni tal-kreditu intuża biex tiddetermina r-rekwiżiti kapitali għal dik l-entrata;

(e)

meta jkun hemm disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati u dawn jikkorrispondu għal parametri differenti għal entrata kklassifikata, il-valutazzjoni li tiġġenera rekwiżit kapitali ogħla tintuża;

(f)

meta jkun hemm disponibbli iktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għal entrata kklassifikata, jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali. Jekk l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali jkunu differenti, tintuża l-valutazzjoni li tiġġenera l-ogħla rekwiżit kapitali minn dawk iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu. Jekk l-inqas żewġ rekwiżiti kapitali jkunu l-istess, intuża l-valutazzjoni li tiġġenera dak ir-rekwiżit kapitali;

(g)

meta jkunu disponibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw kemm valutazzjonijiet tal-kreditu mitlubin kif ukoll dawk mhux mitlubin.

5.   Meta entrata tkun parti mill-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriża tipproduċi l-valutazzjoni tal-kreditu interna tagħha stess tal-entrata u tallokaha f'waħda mis-seba' livelli fl-iskala ta' valutazzjoni tal-kwalità kreditizja. Meta l-valutazzjoni tal-kreditu interna tagħha stess tiġġenera rekwiżit kapitali aktar baxx minn dak iġġenerat mill-valutazzjonijiet tal-kreditu disponibbli mill-ECAIs nominati, il-valutazzjoni tal-kreditu interna stess ma tiġix ikkunsidrata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi ta' impriża jinkludu il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tat-tip 2 kif inhu msemmi fl-Artikolu 177(3) u l-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittenti u tal-emissjoni

1.   Meta tkun teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifiċi li għalihom tappartjeni l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura, tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu.

2.   Meta ma jkunx hemm valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċerta entrata, iżda jkun hemm valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifiċi li ma tappartjenix għalihom l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura jew ikun hemm valutazzjoni tal-kreditu ġenerali għall-emittent, dik il-valutazzjoni tal-kreditu tintuża f'wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

tipproduċi l-istess rekwiżit kapitali jew wieħed ogħla milli kien ikun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew f'livell infejuri fl-aspetti kollha bħall-programm jew il-faċilità emittenti speċifiċi jew għal skoperturi skoperta superjuri ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti;

(b)

tipproduċi l-istess rekwiżit kapitali jew wieħed inqas milli kien ikun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew f'livell superjuri fl-aspetti kollha bħall-programm jew il-faċilità emittenti speċifiċi jew għal skoperturi skoperti superjuri ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jikkunsidraw li ma hemmx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli għall-iskopertura.

3.   Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-emittenti fi grupp korporattiv ma jintużawx bħala valutazzjoni tal-kreditu għal emittent ieħor fil-istess grupp korporattiv.

Artikolu 6

Żewġ gradazzjonijiet tal-kreditu għall-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(4)(d), fejn ikun hemm disponibbli valutazzjoni waħda biss tal-kreditu minn ECAI nominata għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, ma tintużax dik il-valutazzjoni tal-kreditu. Ir-rekwiżiti kapitali għal dik l-entrata jiġu dderivati bħallikieku ma hemmx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli.

KAPITOLU II

VALUTAZZJONI TAL-ASSI U L-OBBLIGAZZJONIJIET

Artikolu 7

Suppożizzjonijiet ta' valutazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet abbażi tas-suppożizzjoni li l-impriża tkun se twettaq in-negozju tagħha bħala negozju avvjat.

Artikolu 8

Kamp ta' applikazzjoni

L-Artikoli 9 sa 16 japplikaw għar-rikonoxximent u l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, ħlief għall-provvedimenti tekniċi.

Artikolu 9

Metodoloġija ta' valutazzjoni — prinċipji ġenerali

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu l-assi u l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, diment li dawk l-istandards jinkludu metodi ta' valwazzjoni li jkunu konsistenti mal-approċċ ta' valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta dawk l-istandards jippermettu li jintużaw iktar minn metodu ta' valwazzjoni wieħed, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw biss il-metodi ta' valutazzjoni li jkunu konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.   Meta l-metodi ta' valwazzjoni inklużi fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Reglament (KE) Nru 1606/2002 ma jkunux konsistenti b'mod permanenti jew temporanju mal-approċċ ta' valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi ta' valwazzjoni oħrajn li jitqiesu konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

4.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, u partikolarment b'rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-rissigurazzjoni jistgħu jirrikonoxxu u jivvalutaw l-assi jew l-obbligazzjoni fuq il-bażi tal-metodu ta' valwazzjoni li jintuża biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tagħhom diment li:

(a)

il-metodu ta' valwazzjoni jkun konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

il-metodu ta' valwazzjoni jkun proporzjonat fir-rigward tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità inerenti tar-riskji fin-negozju tal-impriża;

(c)

l-impriża ma tivvalutax dawk l-assi jew l-obbligazzjoni billi tuża standards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fir-rapporti finanzjarji tagħha;

(d)

il-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà timponi kostijiet fuq l-impriża li jkunu sproporzjonati fir-rigward tal-ispejjeż amministrattivi totali.

5.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi individwali b'mod separat.

6.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-obbligazzjonijiet individwali b'mod separat.

Artikolu 10

Metodoloġija ta' valwazzjoni — il-ġerarkija tal-valwazzjoni

1.   Meta jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 9 (1), (2) u (3) l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsegwu ġerarkija ta' valwazzjoni stipulata fil-paragrafi 2 sa 7, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni meta l-parteċipanti tas-suq jieħdu dawk il-karatteristiċi f'kunsiderazzjoni meta jkunu qed jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data tal-valutazzjoni, inklużi l-kundizzjoni u l-post tal-assi jew tal-obbligazzjoni u r-restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, fuq il-bejgħ jew l-użu tal-assi.

2.   Bħala l-metodu ta' valwazzjoni f'każ ta' inadempjenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet bl-użu ta' prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet.

3.   Meta l-użu ta' prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għall-istess assi jew obbligazzjonijiet ma jkunx possibbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet li jużaw prezzijiet tas-suq kwotati fis-swieq attivi għal assi u obbligazzjonijiet simili b'aġġustamenti biex jirriflettu d-differenzi. Dawk l-aġġustamenti jirriflettu fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjonijiet inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-kundizzjoni jew il-post tal-assi jew l-obbligazzjoni;

(b)

kemm l-inputs ikunu relatati mal-entrati li jkunu paragunabbli mal-assi jew l-obbligazzjoni; u

(c)

il-volum jew il-livell tal-attività fis-swieq li fihom ikunu osservati l-inputs.

4.   L-użu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-prezzijiet ikkwotati fis-suq ikun imsejjes fuq il-kriterji għas-swieq attivi, kif inhu ddefinit fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

5.   Meta ma jkunux issodisfati l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 4, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni.

6.   Meta jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddependu bl-inqas mod possibbli fuq l-inputs speċifiċi għall-impriżi u jisfruttaw bis-sħiħ l-inputs tas-suq reievanti inklużi dawn li ġejjin:

(a)

il-prezzijiet ikkwotati għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi jew simili fi swieq li mhumiex attivi;

(b)

l-inputs barra mill-prezzijiet ikkwotati li jkunu osservabbli għall-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi rati tal-imgħax u kurvi tar-rendita osservabbli f'intervalli ġeneralment ikkwotati, volatilitajiet implikati u firxiet ta' kreditu;

(c)

l-inputs ikkorroborati mis-suq, li jaf ma jkunux direttament osservabbli, iżda li jkunu msejsin jew sostnuti minn dejta tas-suq osservabbli.

Dawk l-inputs tas-suq kollha jiġu aġġustati għall-fatturi msemmija fil-paragrafu 3.

Sa fejn l-inputs osservabbli rilevanti ma jkunux disponibbli inklużi f'ċirkostanzi fejn ikun hemm attività tas-suq batuta, jekk ikun hemm affattu, għall-assi jew l-obbligazzjoni fid-data ta' valwazzjoni, l-impriżi jużaw inputs li ma jkunux osservabbli li jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi s-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju. Meta jintużaw inputs mhux osservabbli, l-impriżi jaġġustaw id-dejta li tkun speċifika għall-impriża jekk informazzjoni raġonevoli disponibbli tindika li parteċipanti fis-suq oħrajn kienu jużaw dejta differenti jew li jkun hemm xi ħaġa partikolari għall-impriża li ma tkunx disponibbli għal parteċipanti tas-suq oħrajn.

Meta jivvalutaw is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju msemmijin f'dan il-paragrafu, l-impriżi jqisu r-riskju inerenti fit-teknika ta' valwazzjoni speċifika użata biex jitkejjel il-valur ġust u r-riskju inerenti fl-inputs ta' dik it-teknika ta' valwazzjoni.

7.   L-impriżi jużaw tekniki ta' valwazzjoni li huma konsistenti ma' wieħed jew aktar mill-approċċi li ġejjin meta jużaw metodi alternattivi ta' valwazzjoni:

(a)

approċċ tas-suq, li juża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerati minn tranżazzjonijiet tas-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew gruppi ta' assi u obbligazzjonijiet simili jew identiċi. It-tekniki ta' valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq jinkludu prezzar tal-matriċi.

(b)

approċċ tal-introjtu, li jikkonverti l-ammonti futuri, bħall-flussi tal-flus jew l-introjtu jew l-ispejjeż, għal ammont kurrenti wieħed. Il-valur ġust jirrifletti l-aspettattivi attwali tas-suq dwar dawk l-ammonti futuri. It-tekniki ta' valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tal-introjtu jinkludu tekniki ta' valur preżenti, mudelli ta' tal-ipprezzar tal-opzjonijiet u l-metodu ta' qligħ żejjed fuq għadd ta' perjodi;

(c)

l-approċċ tal-kost jew l-approċċ tal-kost tas-sostituzzjoni kurrenti jirriflettu l-ammont li jkun meħtieġ attwalment biex jissostitwixxi l-kapaċità tas-servizz ta' assi. Mill-perspettiva ta' bejjiegħ li jkun parteċipant fis-suq, il-prezz li jingħata għal assi jkun imsejjes fuq il-kost għal bejjiegħ li jkun parteċipant tas-suq biex jakkwista jew jibni assi ta' sostituzzjoni ta' kwalità paragunabbli aġġustat għall-ħruġ mill-użu.

Artikolu 11

Rikonoxximent ta' obbligazzjonijiet kontinġenti

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jirrikonoxxu l-obbligazzjonijiet kontinġenti, kif definit fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li huma materjali, bħala obbligazzjonijiet.

2.   L-obbligazzjonijiet kontinġenti jkunu materjali meta l-informazzjoni dwar id-daqs jew l-għamla attwali jew potenzjali ta' dawk l-obbligazzjonijiet tkun tista' tinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġudizzjoni tal-utent maħsub ta' dik l-informazzjoni, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 12

Metodi ta' valwazzjoni għall-avvjament u assi intanġibbli

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-assi li ġejjin b'valur żero:

1.

avvjament;

2.

assi intanġibbli barra mill-avvjament, sakemm l-assi intanġibbli ma jkunx jista' jinbiegħ għalih u l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tkun tista' turi li hemm valur għall-istess assi jew għal assi simili derivat skont l-Artikolu 10(2), f'liema każ l-assi jiġi vvalutat skont l-Artikolu 10.

Artikolu 13

Metodi ta' valwazzjoni għal impriżi relatati

1.   Għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-assi ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati, skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-ġerarkija tal-metodi li ġejjin:

(a)

bl-użu tal-metodu ta' valwazzjoni ta' inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament;

(b)

bl-użu tal-metodu tal-ekwità aġġustata msemmi fil-paragrafu 3 fejn il-valwazzjoni skont il-punt (a) ma tkunx possibbli;

(c)

bl-użu tal-metodu ta' valwazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10(3) ta' dan ir-Regolament jew metodi ta' valwazzjoni alternattivi skont l-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jintlaħqu:

(i)

l-ebdavalwazzjoni skont il-punt (a) u lanqas (b) ma tkun possibbli;

(ii)

l-impriża ma tkunx impriża sussidjarja, kif inhu ddefinit fl-Artikolu 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni individwali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-parteċipazzjonijiet fl-impriżi li ġejjin bil-valur żero:

(a)

l-impriżi li jiġu esklużi mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

l-impriżi li jitnaqqsu mill-fondi proprji eliġibbli għas-solvenza tal-grupp skont l-Artikolu 229 tad-Direttiva 2009/138/KE.

3.   Il-metodu tal-ekwità aġġustata msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jirrikjedi lill-impriża parteċipanti biex tivvaluta l-parteċipazzjonijiet tagħha f'impriżi relatati abbażi tas-sehem tagħha ta' eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet tal-impriża relatata miżmuma mill-impriża parteċipanti.

4.   Meta tikkalkula l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet għall-impriżi relatati, l-impriża parteċipanti tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet individwali tal-impriża skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u, meta l-impriża relatata tkun impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew veikolu bi skop speċjali kif inhu msemmi fl-Artikolu 211 ta' dik id-Direttiva, il-provvedimenti tekniċi skont l-Artikoli 76 sa 85 ta' dik id-Direttiva.

5.   Meta tikkalkula l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet għall-impriżi relatati li ma jkunux impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriża parteċipanti tista' tikkunsidra l-metodu tal-ekwità kif inhu preskritt fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 bħala konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet individwali skont il-paragrafu 4 ma tkunx prattikabbli. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u assi intanġibbli oħrajn li kieku jkunu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.

6.   Fejn il-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament huma sodisfatti, u fejn l-użu ta' metodi ta' valutazzjoni msemmija fil-paragrafi (a) u (b) mhumiex possibbli, investimenti f'impriżi relatati jistgħu jiġu valutati fuq il-bażi ta' metodu ta' valutazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tuża biex tħejji r-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tagħha. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u assi intanġibbli oħrajn li kieku jkunu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Metodi ta' valwazzjoni għall-obbligazzjonijiet speċifiċi

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalwaw l-obbligazzjonijiet finanzjarji, kif imsemmi fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Kumissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, skont dawk skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament meta jkun hemm ir-rikonoxximent inizjali. Ma jkunx hemm aġġustament sussegwenti biex tiġi kkunsidrata l-bidla fl-affidabbiltà kreditizja proprja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni wara r-rikonoxximent inizjali.

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalwaw l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jkunu ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 11. Il-valur tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jkun daqs il-valur preżenti mistenni tal-flussi tal-flus futuri meħtieġ biex tiġi saldata l-obbligazzjoni kontinġenti tul il-ħajja ta' dik l-obbligazzjoni kontinġenti, billi tintuża l-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskju.

Artikolu 15

Taxxi differiti

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu u jivvalutaw it-taxxi differiti b'rabta mal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha, inklużi l-provvedimenti tekniċi, li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-solvenza u tat-taxxa skont l-Artikolu 9.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw it-taxxi differiti, minbarra l-assi taxxi differiti li jirriżultaw mir-riport tal-krediti tat-taxxa mhux użati u r-riport tat-telf mit-taxxa mhux użat, fuq il-bażi tad-differenza bejn il-valuri attribwiti lill-assi u lill-obbligazzjonijiet kif jiġu rikonoxxuti u vvalutati skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE u fil-każ ta' provvedimenti tekniċi skont l-Artikoli 76 sa 85 ta' dik id-Direttiva u l-valuri attribwiti lill-assi u l-obbligazzjonijiet kif jiġu rikonoxxuti u vvalutati għall-finijiet tat-taxxa.

3.   L-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tattribwixxi valur pożittiv lit-taxxi differiti biss meta jkun probabbli li l-qligħ taxxabbli futur se jkun disponibbli u li se jkun jista' jintuża kontrih l-assi tat-taxxa differita, filwaqt li jiġi kkunsidrat kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju fuq il-limiti taż-żmien marbutin mar-riport tat-telf mit-taxxa mhux użata jew ir-riport tal-krediti tat-taxxa mhux użati.

Artikolu 16

Esklużjoni tal-metodi ta' valwazzjoni

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji b'kost jew b'kost amortizzat.

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma japplikawx il-mudelli ta' valwazzjoni li jivvalutaw fil-limitu inferjuri tal-ammont riportat u l-valur ġust meta jitnaqqsu il-kostijiet tal-bejgħ.

3.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx il-proprjetà, il-proprjetà ta' investiment, l-impjant u t-tagħmir b'mudelli tal-kost meta l-valur tal-assi jkun iddeterminat bħala kost meta jitnaqqsu d-deprezzament u l-indeboliment.

4.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu lokatarji f'lokazzjoni finanzjarja jew lokaturi jikkonformaw ma' dan li ġej meta jivvalutaw l-assi u l-obbligazzjonijiet f'arranġament lokatizju:

(a)

l-assi lokatarji jiġu vvalutati b'valur ġust;

(b)

għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur preżenti tal-pagamenti minimi tal-lokazzjoni, jintużaw inputs konsistenti tas-suq u ma jsir l-ebda aġġustament sussegwenti biex tiġi kkunsidrata l-affidabbiltà kreditizja proprja tal-impriża;

(c)

il-valutazzjoni skont il-kost deprezzat ma tiġix applikata.

5.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġustaw il-valur realizzabbli nett għall-inventarji skont il-kost stmat għall-ikkompletar u l-kostijiet stmati meħtieġa biex isir il-bejgħ meta dawk il-kostijiet ikunu materjali. Dawk il-kostijiet jitqiesu materjali meta n-nuqqas ta' inklużjoni tagħhom ikun jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti tal-karta bilanċjali, inklużi l-awtoritajiet superviżorji. Ma tiġix applikata l-valutazzjoni b'kost.

6.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jivvalutawx l-għotjiet mhux monetarji b'ammont nominali.

7.   Meta jivvalutaw l-assi bijoloġiċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġustaw il-valur billi jżidu l-kostijiet stmati għall-bejgħ jekk il-kostijiet stmati għall-bejgħ ikunu materjali.

KAPITOLU III

REGOLI MARBUTIN MAL-PROVVEDIMENTI TEKNIĊI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 17

Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

Għall-kalkolu tal-aħjar stima u l-marġni ta' riskju tal-provvedimenti tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fid-data li fiha l-impriża ssir parti fil-kuntratt li minnu jirriżulta l-obbligu jew id-data li fiha tibda l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, skont liema data tiġi l-ewwel. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jirrikonoxxu biss l-obbligi fiil-limiti tal-kuntratt.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biss meta dan jiġi saldat, skarikat, ikkanċellat jew meta jiskadi.

Artikolu 18

Limitu ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni

1.   Il-limiti ta' kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu ddefiniti skont il-paragrafi 2 sa 7.

2.   L-obbligi kollha marbutin mal-kuntratt, inklużi l-obbligi marbutin mad-drittijiet unilaterali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni biex iġġedded jew testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt u l-obbligi marbutin mal-primjums imħallsin, jappartjenu għall-kuntratt sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-paragrafi 3 sa 6.

3.   L-obbligi marbutin ma' kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jingħataw mill-impriża wara xi waħda minn dawn id-dati li ġejjin ma jibqgħux jappartjenu għall-kuntratt, sakemm l-impriża ma tkunx tista' ġġiegħel lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum għal dawk l-obbligi:

(a)

id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li tittermina l-kuntratt;

(b)

id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha d-dritt unilaterali li tirrifjuta primjums pagabbli skont il-kuntratt;

(c)

id-data futura li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li temenda l-primjums jew il-benefiċċji pagabbli skont il-kuntratt b'tali mod li l-primjums jirriflettu kompletament ir-riskji.

Il-punt (c) jitqies li japplika meta impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali li temeda, f'data futura, il-primjums jew il-benefiċċji ta' portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'tali mod li l-primjums tal-portafoll jirriflettu bis-sħiħ ir-riskji koperti mill-portafoll.

Madankollu, fil-każ ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta titwettaq valutazzjoni tar-riksju individwali tal-obbligi marbutin mal-persuna assigurata tal-kuntratt fil-bidu tal-kuntratt u li dik il-valutazzjoni ma tkunx tista tiġi ripetuta qabel ma jiġu emendati l-primjums jew il-benefiċċji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw, fil-livell tal-kuntratt, jekk il-primjums jirriflettux bis-sħiħ ir-riskju għall-finijiet tal-punt (c).

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkunsidrawx ir-restrizzjonijiet tad-dritt unilaterali kif imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u l-limitazzjonijiet ta' kemm jistgħu jiġu emendati l-primjums jew il-benefiċċji u li ma jkollhomx effett li jinħass fuq l-ekonomiji tal-kuntratt.

4.   Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha dritt unilaterali kif inhu stipulat fil-paragrafu 3 li huwa relatat biss ma' parti fil-kuntratt, għal dik il-parti tal-kuntrat japplikaw l-istess prinċipji kif definit fil-paragrafu 3.

5.   L-obbligi mhux relatati ma' primjums li jkunu tħallsu diġà ma jappartjenux għal kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, sakemm l-impriża ma tkunx tista' ġġiegħel lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum futur, u meta jintlaħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-kuntratt ma jipprevedix kumpens għal event inċert speċifikat li jaffettwa ħażin lill-persuna assigurata;

(b)

il-kuntratt ma jinkludix garanzija finanzjarja tal-benefiċċji.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkunsidrawx il-kopertura tal-eventi u l-garanziji li ma jkollhomx effett li jinħass fuq l-ekonomiji tal-kuntratt.

6.   Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun jista' jinqasam f'żewġ partijiet u fejn waħda minn dawk il-partijiet tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, kwalunkwe obbligu li ma jkunx relatat mal-primjums ta' dik il-parti u li jkunu tħallsu diġà ma jappartjenix għall-kuntratt, sakemm l-impriża ma ġġiegħelx lid-detentur ta' polza jħallas il-primjum futur ta' dik il-parti.

7.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 3, jikkunsidraw biss li l-primjums jirriflettu kompletament ir-riskji koperti minn portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, fejn ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza li taħtha l-ammont tal-benefiċċji u l-ispejjeż pagabbli mill-portafoll jaqbeż l-ammont tal-primjums pagabbli mill-portafoll.

TAQSIMA 2

Kwalità tad-dejta

Artikolu 19

Dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

1.   Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies kompluta għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-dejta tinkludi biżżejjed informazzjoni storika biex jiġu vvalutati l-karatteristiċi tar-riskji sottostanti u għall-identifikazzjoni tax-xejriet fir-riskji;

(b)

id-dejta tkun disponibbli għal kull grupp ta' riskji omoġenji rilevanti fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-ebda dejta rilevanti ma tkun eskluża milli tintuża fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi mingħajr ġustifikazzjoni.

2.   Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies preċiża biss għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-dejta hija ħielsa minn żbalji materjali;

(b)

dejta minn perjodi ta' żmien differenti użati għall-istess stima hija konsistenti;

(c)

id-dejta hija rreġistrata b'mod tempestiv u b'mod konsistenti maż-żmien.

3.   Id-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi titqies xierqa biss għall-finijiet tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2009/138/KE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-dejta tkun konsistenti mal-finijiet li għalihom ikunu se jintużaw;

(b)

l-ammont u l-għamla tad-dejta jiżguraw li l-istimi li jsiru fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi abbażi tad-dejta ma jinkludux żbalji ta' stima materjali;

(c)

id-dejta tkun konsistenti mas-suppożizzjonijiet sottostanti għat-tekniki attwarji u statistiċi li jiġu applikati għaliha fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(d)

id-dejta tirrifletti kif xieraq ir-riskji li għalihom tkun skoperta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħha;

(e)

id-dejta tkun inġabret, ġiet ipproċessata u applikata b'mod trasparenti u strutturat, abbażi ta' proċess dokumentat li jinkludi dawn kollha li ġejjin:

(i)

id-definizzjoni ta' kriterji għall-kwalità tad-dejta u valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta, inklużi standards speċifiċi kwalitattivi u kwantitattivi għal settijiet differenti tad-dejta;

(ii)

l-użu u t-twaqqif ta' suppożizzjonijiet li jsiru waqt il-ġbir, l-ipproċessar u l-applikazzjoni tad-dejta;

(iii)

il-proċess għat-twettiq ta' aġġornamenti tad-dejta, inklużi l-frekwenza ta' aġġornamenti u ċ-ċirkostanzi li jwasslu għal aġġornamenti addizzjonali;

(f)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li d-dejta tagħhom tintuża b'mod konsistenti matul iż-żmien fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

Għall-finijiet tal-punt (b), żball ta' stima fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jitqies bħala materjali meta dan ikun jista' jinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti tar-riżultat tal-kalkolu, inklużi l-awtoritajiet superviżorji.

4.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw dejta minn sors estern diment li, minbarra li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4, ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu kapaċi juru li l-użu ta' dik id-dejta huwa aktar xieraq mill-użu ta' dejta li tkun disponibbli esklussivament minn sors intern;

(b)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu jafu bl-oriġini ta' dik id-dejta u s-suppożizzjonijiet jew il-metodoloġiji użati biex tiġi pproċessata dik id-dejta;

(c)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jidentifikaw kwalunkwe xejra f'dik id-dejta u l-varjazzjoni, tul iż-żmien jew fost dejta differenti, tas-suppożizzjonijiet jew il-metodoloġiji fl-użu ta' dik id-dejta;

(d)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunu kapaċi juru li s-suppożizzjonijiet u l-metodoloġiji msemmijin fil-punti (b) u (c) jirriflettu il-karatteristiċi tal-portafoll tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

Artikolu 20

Limitazzjonijiet materjali tad-dejta

Meta d-dejta ta' tikkonformax mal-Artikolu 19, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddokumentaw b'mod xieraq il-limitazzjonijiet tad-dejta inkluża deskrizzjoni ta' jekk u kif it-tali limitazzjonijiet se jiġu rrimedjati u tal-funzjonijiet fis-sistema ta' governanza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni responsabbli minn dak il-proċess. Id-dejta, qabel isirulha l-aġġustamenti biex jiġu rrimedjati l-limitazzjonijiet, tiġi rrekordjata u tinħażen kif xieraq.

Artikolu 21

Użu xieraq tal-approssimazzjonijiet biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima

Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jkollhomx biżżejjed dejta ta' kwalità xierqa biex japplikaw metodu attwarju affidabbli, jistgħu jużaw approssimazzjonijiet xierqa biex jikkalkulaw l-aħjar stima sakemm ir-rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

l-insuffiċjenza tad-dejta ma tkunx minħabba proċessi u proċeduri interni inadegwati ta' ġbir, ħżin jew validazzjoni tad-dejta użata għall-valutazzjoni tal-provvedimenti tekniċi;

(b)

l-insuffiċjenza tad-dejta ma tkunx tista' tiġi rrimedjata bl-użu tad-dejta esterna;

(c)

ma jkunx prattikabbli għall-impriża li taġġusta d-dejta biex tirrimedja l-insuffiċjenza.

TAQSIMA 3

Metodoloġiji għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

Subtaqsima 1

Suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-suppożizzjonijiet jiġu kkunsidrati realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jispjegaw u jiġġustifikaw kull waħda mis-suppożizzjonijiet użati, b'kunsiderazzjoni tas-sinifikat tas-suppożizzjoni, l-inċertezza involuta fis-suppożizzjoni kif ukoll is-suppożizzjonijiet alternattivi rilevanti;

(b)

iċ-ċirkustanzi li fihom is-suppożizzjonijiet jitqiesu li mhumiex veri jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar;

(c)

sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, is-suppożizzjonijiet ikunu msejsin fuq il-karatteristiċi tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, fejn ikun possibbli, irrispettivament mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkollha l-portafoll;

(d)

l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw is-suppożizzjonijiet b'mod konsistenti tul iż-żmien u fi gruppi ta' riskji omoġenji u linji operatorji, mingħajr bidliet arbitrarji;

(e)

is-suppożizzjonijiet jirriflettu kif xieraq kull inċertezza sottostanti għall-flussi tal-flus.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw biss informazzjoni speċifika għall-impriża, inkluża informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-pretensjonijiet u l-ispejjeż, meta dik l-informazzjoni tirrifletti aħjar il-karatteristiċi tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni milli informazzjoni li mhix limitata għal impriża speċifika jew meta ma jkunx possibbli li jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv mingħajr l-użu ta' dik l-informazzjoni.

2.   Is-suppożizzjonijiet jintużaw biss għall-finijiet tal-Artikolu 77(3) tad-Direttiva 2009/138/KE meta jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu suppożizzjonijiet dwar il-parametri jew ix-xenarji tas-swieq finanzjarji futuri li jkunu xierqa u konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw mudell biex jipproduċu projezzjonijiet ta' parametri tas-swieq finanzjarji futuri, dan jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jiġġenera prezzijiet tal-assi li jkunu konsistenti mal-prezzijiet tal-assi osservati fis-swieq finanzjarji;

(b)

ma jassumix opportunità ta' arbitraġġ;

(c)

il-kalibrazzjoni tal-parametri u x-xenarji tkun konsistenti mal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju użata biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima kif inhu msemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 23

Azzjonijiet tal-immaniġġjar fil-ġejjieni

1.   Is-suppożizzjonijiet tal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jiġu kkunsidrati bħala realistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu ddeterminati b'mod oġġettiv;

(b)

l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jkunu konsistenti mal-prattika u l-istrateġija tan-negozju attwali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż l-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju; meta jkun hemm biżżejjed evidenza li l-impriża tkun se tbiddel il-prattiki jew l-istrateġija tagħha, l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jkunu konsistenti mal-prattiki jew l-istrateġija mibdula;

(c)

l-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni huma konsistenti ma' xulxin;

(d)

l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti ma jmorrux kontra kwalunkwe obbligu tagħhom lejn il-benefiċjarji u d-detenturi ta' polza jew kontra r-rekwiżiti legali applikabbli għall-impriża;

(e)

l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti jqisu kwalunwke indikazzjoni pubblika mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet li tistenna li se tieħu u ma tiħux.

2.   Is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu realistiċi u jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(i)

tqabbil tal-azzjonijiet tal-immaniġġjar supponuti fil-ġejjieni mal-azzjonijiet tal-immaniġġjar meħudin fl-imgħoddi mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(ii)

paragun tal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri kkunsidrati fil-kalkoli attwali u mgħoddija tal-aħjar stima;

(iii)

valutazzjoni tal-impatt tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri fuq il-valur tal-provvedimenti tekniċi.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu jistgħu jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni rilevanti b'rabta mal-punti (i) u (ii) fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji u, meta l-bidliet f'suppożizzjoni dwar azzjonijiet ta' ġestjoni futura jkollhom impatt sinifikanti fuq il-provvedimenti tekniċi, ir-raġunijiet għal dik is-sensittività u kif din is-sensittività tiġi kkunsidrata fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu pjan komprensiv ta' azzjonijiet ta' ġestjoni futuri, approvat mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, li jipprovdi għal dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet ta' ġestjoni futuri li jkunu rilevanti għall-valwazzjoni tal-provvedimenti tekniċi;

(b)

l-identifikazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun mistennija, b'mod raġonevoli, li twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a);

(c)

l-identifikazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jaf ma tkunx tista' twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a), u deskrizzjoni ta' kif dawk iċ-ċirkostanzi jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(d)

l-ordni li fiha l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) jitwettqu u r-rekwiżiti ta' governanza applikabbli għal dawk l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri;

(e)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe ħidma kontinwa meħtieġa biex jiġi żgurat li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun f'pożizzjoni li twettaq kull azzjoni ta' ġestjoni futura rispettiva msemmija fil-punt (a);

(f)

deskrizzjoni ta' kif l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew riflessi fil-kalkolu tal-aħjar stima;

(g)

deskrizzjoni tal-proċeduri ta' rapportar intern applikabbli li jkopru l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri msemmijin fil-punt (a) inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima;

4.   Is-suppożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jqisu ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-azzjonijiet ta' ġestjoni u kwalunkwe spiża kkaġunata minnhom.

5.   Is-sistema li tiżgura li tintbagħat l-informazzjoni titqies bħala effettiva biss għall-fini tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/138/KE meta l-proċeduri ta' rapportar imsemmijin fil-punt (g) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jinkludu, tal-anqas, komunikazzjoni annwali lill-korp amministrattiv, superviżorju jew maniġerjali.

Artikolu 24

Benefiċċji diskrezzjonali futuri

Meta l-benefiċċji diskrezzjonali futuri jkunu jiddependu fuq l-assi miżmumin mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-impriżi jsejsu l-kalkolu tal-aħjar stima fuq l-assi li f'dak iż-żmien ikunu miżmumin mill-impriżi u jassumu bidliet futuri fl-allokazzjoni tal-assi tagħhom skont l-Artikolu 23. Is-suppożizzjonijiet dwar ir-redditu futur tal-assi jkunu konsistenti mal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju inkluż meta applikabbli aġġustament ta' korrispondenza, aġġustament ta' volatilità jew miżura tranżitorja dwar ir-rata mingħajr riskju, u l-valwazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 25

Kalkolu separat tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri

Meta jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeterminaw separatement il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali futuri.

Artikolu 26

Imġiba tad-detenturi ta' polza

Meta jiddeterminaw il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali, inklużi l-iskadenzi u ċ-ċedimenti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jwettqu analiżi tal-imġiba tad-detenturi ta' polza fl-imgħoddi u valutazzjoni prospettiva tal-imġiba mistennija mid-detenturi ta' polza. Dik l-analiżi tikkunsidra dan kollu li ġej:

(a)

kemm kien u kemm se jkun ta' benefiċċju l-eżerċitar tal-opzjonijiet għad-detenturi ta' polza fiċ-ċirkostanzi fi żmien l-eżerċitar tal-opzjoni;

(b)

l-influwenza tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-imgħoddi u fil-ġejjieni;

(c)

l-impatt ta' azzjonijiet ta' ġestjoni fl-imgħoddi u fil-ġejjieni;

(d)

kwalunkwe ċirkostanza oħra li aktarx li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tad-detenturi ta' polza fuq jekk jeżerċitawx l-opzjoni.

Il-probabbiltà titqies biss li hija indipendenti mill-elementi msemmijin fil-punti (a) sa (d) meta ma jkunx hemm evidenza empirika li ssostni suppożizzjoni bħal din.

Subtaqsima 2

Informazzjoni sottostanti għall-kalkolu tal-aħjar stimi

Artikolu 27

Kredibbiltà tal-informazzjoni

L-informazzjoni titqies bħala kredibbli għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE biss meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jipprovdu evidenza tal-kredibbiltà tal-informazzjoni filwaqt li jqisu l-konsistenza u l-oġġettività ta' dik l-informazzjoni, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni u t-trasparenza tal-mod li bih tkun ġiet iġġenerata u pproċessata l-informazzjoni.

Subtaqsima 3

Projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-aħjar stima

Artikolu 28

Flussi tal-flus

Il-projezzjoni tal-fluss tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima tinkludi l-flussi tal-flus kollha li ġejjin, diment li dawn il-flussi tal-flus ikunu marbutin ma' kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni eżistenti:

(a)

pagamenti ta' benefiċċji lill-benefiċjarji u lid-detenturi ta' polza;

(b)

pagamenti li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tkun se ġġarrab meta tipprovdi benefiċċji kuntrattwali li jitħallsu in natura;

(c)

pagamenti ta' spejjeż kif inhu stipulat fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d)

pagamenti ta' primjums u kwalunkwe fluss ta' flus addizzjonali li jirriżulta minn dawk il-primjums;

(e)

pagamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u intermedjarji marbuta ma' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f)

pagamenti bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u d-ditti tal-investiment b'rabta mal-kuntratti b'benefiċċji marbutin mal-indiċi u mal-unitajiet;

(g)

pagamenti għal salvataġġ u surroga diment li dawn ma jikkwalifikawx bħala assi jew obbligazzjonijiet separati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, kif approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(h)

pagamenti ta' tassazzjoni li jiġġarrbu, jew li mistennijin jiġġarrbu, mid-detenturi ta' polza jew meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 29

Żviluppi futuri mistennijin fl-ambjent estern

Il-kalkolu tal-aħjar stima tqis l-iżviluppi futuri mistennijin li se jkollhom impatt materjali fuq il-flussi ta' dħul u ħruġ tal-flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom. Għal dak il-għan, l-iżviluppi futuri jinkludu żviluppi demografiċi, legali, mediċi, teknoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi inkluża l-inflazzjoni kif inhu stipulat fil-punt (2) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 30

Inċertezza tal-flussi tal-flus

Il-projezzjoni tal-flussi tal-flus użata fil-kalkolu tal-aħjar stima, b'mod espliċitu jew impliċitu, tikkunsidra l-inċertezzi kollha fil-flussi tal-flus, inklużi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

inċertezza fit-twaqqit, il-frekwenza u s-severità tal-event assigurati;

(b)

inċertezza fl-ammonti tal-pretensjonijiet, inkluża inċertezza fl-inflazzjoni tal-pretensjonijiet, u fil-perjodu meħtieġ biex jiġu saldati u jitħallsu l-pretensjonijiet;

(c)

inċertezza fl-ammont tal-ispejjeż imsemmijin fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d)

inċertezza fl-iżviluppi futuri mistennijin imsemmijin fl-Artikolu 29 sakemm ikun prattikabbli;

(e)

inċertezza fl-imġiba tad-detentur ta' polza;

(f)

dipendenza bejn żewġ kawżi ta' inċertezza jew aktar;

(g)

dipendenza tal-flussi tal-flus fuq ċirkostanzi qabel id-data tal-fluss tal-flus.

Artikolu 31

Spejjeż

1.   Tbassir tal-fluss tal-flus biex jiġu kkalkulati l-aħjar stimi jikkunsidra, l-ispejjeż li ġejjin kollha, li huma relatati mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rikonoxxuti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li huma msemmijin fil-punt (1) tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

l-ispejjeż amministrattivi;

(b)

l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-investimenti;

(c)

l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-pretensjonijiet;

(d)

l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni.

L-ispejjeż imsemmijin fil-punti (a) sa (d) jikkunsidraw l-ispejjeż addizzjonali mġarrbin waqt il-ħlas tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

2.   L-ispejjeż addizzjonali jiġu allokati b'mod realistiku u oġġettiv u fuq bażi konsistenti matul iż-żmien lill-partijiet bl-aħjar stima li jkunu marbutin magħhom.

3.   L-ispejjeż fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali jiġu kkunsidrati fil-kalkolu gross tal-aħjar stima.

4.   L-ispejjeż ikunu projettati fuq is-suppożizzjoni li l-impriża tkun se tikteb negozju ġdid fil-futur.

Artikolu 32

Opzjonijiet kuntrattwali u garanziji finanzjarji

Meta jikkalkulaw l-aħjar stima, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali kollha inklużi fil-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom;

(b)

il-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali jew jirrealizzaw il-valur tal-garanziji finanzjarji.

Artikolu 33

Munita tal-obbligu

L-aħjar stima tiġi kkalkulata separatement għall-flussi tal-flus f'muniti differenti.

Artikolu 34

Metodi ta' kalkolu

1.   L-aħjar stima tiġi kkalkulata b'mod trasparenti u b'tali mod li jiżgura li l-metodu ta' kalkolu u r-riżultati li jirriżultaw minnu jkunu jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid minn espert ikkwalifikat.

2.   L-għażla tal-metodi attwarji u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima tkun imsejsa fuq kemm dawn ikunu adattati biex jirriflettu r-riskji li jaffettwaw il-flussi tal-flus sottostanti u l-għamla tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Il-metodi attwarji u statistiċi jkunu konsistenti u jagħmlu użu mid-dejta rilevanti disponibbli kollha għall-kalkolu tal-aħjar stima.

3.   Meta metodu ta' kalkolu jkun imsejjes fuq dejta tal-polza raggruppata, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li r-raggruppament tal-poloz joħloq gruppi ta' riskji omoġenji li jirriflettu kif xieraq ir-riskji tal-poloz individwali inklużi f'dawk il-gruppi.

4.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni janalizzaw kemm il-valur preżenti tal-flussi tal-flus jiddependi kemm fuq ir-riżultat mistenni tal-eventi u l-iżviluppi futuri kif ukoll fuq kif ir-riżultat effettiv f'ċerti xenarji jista' jiddevja mir-riżultat mistenni.

5.   Meta l-valur preżenti tal-flussi tal-flus ikun jiddependi fuq l-eventi u l-iżviluppi futuri kif inhu stipulat fil-paragrafu 4, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodu biex jikkalkulaw l-aħjar stima għall-flussi tal-flus li jirrifletti dipendenzi bħal dawn.

Artikolu 35

Gruppi ta' riskji omoġenji tal-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus użati fil-kalkolu tal-aħjar stimi għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja isiru b'mod separat għal kull polza. Meta l-kalkolu separat għal kull polza jsarraf f'piż żejjed fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, din tista' twettaq il-projezzjoni billi tqiegħed il-poloz fi grupp, diment li dak ir-raggruppament jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fl-għamla u u l-kumplessità tar-riskji sottostanti għall-poloz li jappartjenu fl-istess grupp;

(b)

ir-raggruppament tal-poloz ma jirrappreżentax b'mod skorrett ir-riskju sottostanti għall-poloz u ma jiddikjarax skorrettament l-ispejjeż tagħhom;

(c)

ir-raggruppament tal-poloz aktarx li bejn wieħed u ieħor jagħti l-istess riżultati għall-kalkolu tal-aħjar stima bħala kalkolu fuq bażi ta' kull polza, partikolarment b'rabta mal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-poloz.

Artikolu 36

Obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja

1.   L-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja tiġi kkalkulata b'mod separat għall-provvediment tal-primjums u għall-provvediment għal pretensjonijiet pendenti.

2.   Il-provvediment tal-primjums ikun marbut ma' eventi ta' pretensjonijiet futuri koperti mill-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jaqgħu fil-limiti kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 18. Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-provvedimenti tal-primjums għandhom jinkludu l-benefiċċji, l-ispejjeż u l-primjums marbutin ma' dawn l-eventi.

3.   Id-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti għandha tkun relatata ma' eventi ta' pretensjoni li jkunu diġà seħħew, irrispettivament minn jekk il-pretensjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-eventi jkunux ġew irrapportati jew le.

4.   Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus għall-kalkolu tal-provvediment għal pretensjonijiet pendenti għandhom jinkludu benefiċċji, spejjeż u primjums relatati mal-eventi msemmija fil-paragrafu 3.

Subtaqsima 4

Marġni ta' riskju

Artikolu 37

Kalkolu tal-marġni ta' riskju

1.   Il-marġni ta' riskju għall-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula

fejn:

(a)

CoC tirrapreżenta r-rata tal-Kost tal-Kapital;

(b)

is-somma tkopri n-numri sħaħ kollha inkluż iż-żero;

(c)

SCR(t) tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) wara t snin;

(d)

r(t + 1) tirrappreżenta r-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju għall-maturità ta' t + 1 snin.

Ir-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju r(t + 1) tintgħażel skont x'munita tintuża għar-rapporti finanzjarji tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

2.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom billi jużaw mudell intern approvat u jsibu li l-mudell huwa adattat biex jiġi kkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) għal kull mument tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw il-mudell intern biex jikkalkulaw l-ammonti SCR(t) imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jallokaw il-marġni ta' riskju għall-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għal-linji operatorji msemmijin fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2009/138/KE. L-allokazzjoni tirrifletti b'mod adegwat il-kontribuzzjonijiet tal-linji operatorji għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fl-Artikolu 38(2) tul il-ħajja tal-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

Artikolu 38

Impriża ta' referenza

1.   Il-kalkolu tal-marġni ta' riskju jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-portafoll kollu tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jikkalkula l-marġni ta' riskju (l-impriża oriġinali) jiġi akkwistat minn impriża oħra tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni (l-impriża ta' referenza);

(b)

minkejja l-punt (a), meta l-impriża oriġinali twettaq fl-istess ħin kemm attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk li mhumiex tal-ħajja skont l-Artikolu 73(5) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-ħajja u l-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u l-obbligi tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu akkwistati b'mod separat minn żewġ impriżi ta' referenza differenti;

(c)

it-trasferiment tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jinkludi kull kuntratt u arranġament tar-riassigurazzjoni b'veikoli bi skop speċjali relatati ma' dawn l-obbligi;

(d)

l-impriża ta' referenza ma jkollha ebda obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew fondi proprji qabel ma jsir it-trasferiment;

(e)

wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza ma tassumi ebda obbligu ġdid tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f)

wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza tiġbor fondi proprji eliġibbli daqs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li huma meħtieġa biex isostnu l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom;

(g)

wara t-trasferiment, l-impriża ta' referenza għandha assi li jammontaw għas-somma tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħha u tal-provvedimenti tekniċi netti tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali;

(h)

l-assi jintgħażlu b'tali mod li jimminimizzaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għar-riskju tas-suq li l-impriża ta' referenza tkun skoperta għalih;

(i)

ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ta' referenza jkopri r-riskji kollha li ġejjin:

(i)

ir-riskju tas-sottoskrizzjoni fir-rigward tan-negozju trasferit,

(ii)

fejn ikun materjali, ir-riskju tas-suq imsemmi fil-punt (h), barra mir-riskju tar-rata tal-imgħax,

(iii)

ir-riskju ta' kreditu fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-arranġamenti b'veikoli bi skop speċjali, l-intermedjarji, id-detenturi ta' polza u kwalunkwe skopertura materjali oħra li tkun relatata mill-qrib mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni,

(iv)

riskju operazzjonali;

(j)

il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi, imsemmi fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2009/138/KE, fl-impriża ta' referenza jikkorrispondi għal kull riskju għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi fl-impriża oriġinali;

(k)

ma jkunx hemm kapaċità ta' assorbiment tat-telf tat-taxxi differiti kif stipulat fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2009/138/KE għall-impriża ta' referenza;

(l)

soġġetta għall-punti (e) u (f), l-impriża ta' referenza se tadotta azzjonijiet ta' ġestjoni futuri li jkunu konsistenti mal-azzjonijiet ta' ġestjoni futuri supponuti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 23, tal-impriża oriġinali.

2.   Tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza meħtieġ biex isostni l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun supponut li huwa daqs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ta' referenza taħt is-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   Għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 1, riskju jitqies bħala materjali meta l-impatt tiegħu fuq il-kalkolu tal-marġni ta' riskju ikun jista' jinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti ta' dik l-informazzjoni, inklużi awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 39

Rata tal-Kost tal-Kapital

Ir-rata tal-Kost tal-Kapital stipulata fl-Artikolu 77(5) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun supponuta li hija ekwivalenti għal 6 %

Subtaqsima 5

Kalkolu tal-provvedimenti tekniċi bħala total

Artikolu 40

Ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati bħala total u l-metodu li għandu jintuża

1.   Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 77(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-affidabbiltà tkun ivvalutata skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-provvedimenti tekniċi jiġu stmati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   Ir-replikazzjoni tal-flussi tal-flus titqies bħala affidabbli meta dawk il-flussi tal-flus jiġu rreplikati fl-ammont u fit-twaqqit b'rabta mar-riskji sottostanti ta' dawk il-flussi tal-flus u fix-xenarji kollha possibbli. Il-flussi tal-flus li ġejjin assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma jistgħux jiġu rreplikati b'mod affidabbli:

(a)

il-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jiddependu fuq il-probabbiltà li d-detenturi ta' polza jeżerċitaw l-opzjonijiet kuntrattwali, inklużi l-iskadenzi u ċ-ċedimenti;

(b)

il-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jiddependu fuq il-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta' mortalità, diżabbiltà, mard u morbożità;

(c)

l-ispejjeż kollha li se jintefqu waqt il-ħlas tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

3.   L-istrumenti finanzjarji jiġu kkunsidrati bħala strumenti finanzjarji li għalihom valur tas-suq affidabbli huwa osservabbli meta dawk l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati f'suq attiv, kbir, likwidu u trasparenti. Is-swieq attivi jikkonformaw ukoll mal-Artikolu 10(4).

4.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiddeterminaw il-valur tal-provvedimenti tekniċi fuq il-bażi tal-prezz tas-suq tal-istrumenti finanzjarji użati fir-replikazzjoni.

Subtaqsima 6

Rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali jiġu kkalkulati b'mod konsistenti mal-limiti tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li magħhom dawk l-ammonti jkunu relatati.

2.   L-ammonti rekuperabbli mill-veikoli bi skop speċjali, l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni finiti kif inhu stipulat fl-Artikolu 210 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni oħrajn kollha jiġu kkalkulati għalihom. L-ammonti rekuperabbli minn veikolu bi skop speċjali ma jaqbżux l-iskopertura għar-riskju massima aggregata ta' dak il-veikolu bi skop speċjali għall-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riasigurazzjoni.

3.   Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u mill-veikoli bi skop speċjali, il-flussi tal-flus jinkludu biss pagamenti b'rabta mal-kumpens ta' eventi tal-assigurazzjoni u pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux saldati. Il-pagamenti marbutin ma' eventi oħrajn jew pretensjonijiet tal-assigurazzjoni saldati jitqiesu barra mill-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali u elementi oħrajn tal-provvedimenti tekniċi. Meta jkun sar depożitu għall-flussi tal-flus, l-ammonti rekuperabbli jiġu aġġustati kif xieraq biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin mad-depożitu.

4.   L-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni u mill-veikoli bi skop speċjali għall-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu kkalkulati b'mod separat għall-provvedimenti tal-primjum u l-provvedimenti għall-pretensjonijiet pendenti bil-mod li ġej:

(a)

il-flussi tal-flus marbutin mal-provvedimenti għall-pretensjonijiet pendenti jinkludu l-pagamenti ta' kumpens marbutin mal-pretensjonijiet ikkunsidrati fil-provvedimenti gross għall-pretensjonijiet pendenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ċċedi r-riskji;

(b)

il-flussi tal-flus relatati mal-provvedimenti tal-primjum jinkludu l-pagamenti l-oħrajn kollha.

5.   Meta l-flussi tal-flus mill-veikoli bi skop speċjali lejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ma jiddependux direttament fuq il-pretensjonijiet kontra l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ċċedi r-riskji, l-ammonti rekuperabbli minn dawk il-veikoli bi skop speċjali għall-pretensjonijiet futuri jiġu kkunsidrati biss sakemm ikun jista' jiġi vverifikat b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv li n-nuqqas ta' korrispondenza strutturali bejn il-pretensjonijiet u l-ammonti rekuperabbli ma jkunx materjali.

Artikolu 42

Aġġustament ta' inadempjenza tal-kontropartijiet

1.   L-aġġustamenti biex tingħata kunsiderazzjoni lit-telf mistenni minħabba inadempjenza ta' kontroparti kif imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu kkalkulati b'mod separat mill-bqija tal-ammonti rekuperabbli.

2.   L-aġġustament biex jiġi kkunsidrat it-telf mistenni minħabba inadempjenza ta' kontroparti jiġi kkalkulat bħala l-valur preżenti mistenni tal-bidla fil-flussi tal-flus sottostanti għall-ammonti rekuperabbli mingħand dik il-kontroparti, li kieku jirriżulta f'każ ta' inadempjenza tal-kontroparti, inkluż bħala riżultat ta' insolvenza jew tilwim, f'ċertu punt fiż-żmien. Għal dak il-għan, il-bidla fil-flussi tal-flus ma tikkunsidra l-effett tal-ebda teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju li tnaqqas ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, barra mit-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju bbażati fuq il-parteċipazzjonijiet kollaterali. It-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji li ma jiġux ikkunsidrati jiġu rikonoxxuti b'mod separat mingħajr ma jiżdied l-ammont rekuperabbli mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-veikoli bi skop speċjali.

3.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 jikkunsidra eventi ta' inadempjenza possibbli tul il-ħajja tal-kuntratt jew l-arranġament tar-riassigurazzjoni mal-veikolu bi skop speċjali u jekk u kif il-probabbiltà tal-inadempjenza tvarja maż-żmien. Dan isir b'mod separat minn kull kontroparti u għal kull linja operatorja. Fl-assigurazjoni mhux tal-ħajja, dan isir ukoll b'mod separat għall-provvedimenti ta' primjums u għall-provvedimenti għal pretensjonijiet pendenti.

4.   It-telf medju li jirriżulta minn inadempjenza ta' kontroparti, imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE, ma jiġix ivvalutat b'valur inqas minn 50 % tal-ammonti rekuperabbli bl-esklużjoni tal-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm bażi affidabbli għal valutazzjoni oħra.

5.   Il-probabbiltà ta' inadempjenza ta' veikolu bi skop speċjali tiġi kkalkulata abbażi tar-riskju ta' kreditu inerenti fl-assi miżmumin mill-veikolu bi skop speċjali.

TAQSIMA 4

Struttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet ġenerali

Ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu kapaċi jaqilgħu r-rati b'mod mingħajr riskju fil-prattika;

(b)

ir-rati jiġu ddeterminati b'mod affidabbli abbażi tal-istrumenti finanzjarji kkumerċjati f'suq finanzjarju kbir, likwidu u trasparenti.

Ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax rilevanti mingħajr riskji jiġu kkalkulati b'mod separat għal kull munita u maturità, abbażi tal-informazzjoni u d-dejta rilevanti kollha għal dik il-munita u dik il-maturità. Dawn jiġu ddeterminati b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien.

Subtaqsima 2

Struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bażika mingħajr riskju

Artikolu 44

L-istrumenti finanzjarji rilevanti biex jiġu dderivati r-rati bażiċi tal-imgħax mingħajr riskju

1.   Għal kull munita u maturità, ir-rati tal-interess bażiċi ħelsin mir-riskji jiġu dderivati abbażi tar-rati swap tar-rati tal-imgħax bażiċi għar-rati tal-imgħax ta' dik il-munita, aġġustati biex jikkunsidraw ir-riskju ta' kreditu.

2.   Għal kull munita, għall-maturitajiet fejn ir-rati swap tar-rati tal-interess ma jkunux disponibbli minn swieq finanzjarji profondi, likwidi u trasparenti, ir-rati tal-bonds tal-gvern maħruġin f'dik il-munita, aġġustati biex jikkunsidraw ir-riskju ta' kreditu tal-bonds tal-gvern, jintużaw biex jiġu dderivati r-rati bażiċi tal-imgħax mingħajr riskji, diment li t-tali rati tal-bonds tal-gvern ikunu disponibbli minn swieq finanzjarji kbar, likwidi u trasparenti.

Artikolu 45

Aġġustament għar-rati swap għar-riskju ta' kreditu

L-aġġustament għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 44(1) jiġi ddeterminat b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien. L-aġġustament jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-differenza bejn ir-rati li jkopru r-riskju ta' kreditu rifless fir-rata varjabbli tal-iswaps tar-rati tal-imgħax u r-rati swap indiċizzati mil-lum għall-għada tal-istess maturità, meta ż-żewġ rati jkunu disponibbli minn swieq finanzjarji kbar, likwidi u trasparenti. Il-kalkolu tal-aġġustament ikun imsejjes fuq 50 % tal-medja ta' dik id-differenza tul perjodu ta' żmien ta' sena. L-aġġustament ma jkun inqas minn 10 punti bażi u mhux ogħla minn 35 punt bażi.

Artikolu 46

Estrapolazzjoni

1.   Il-prinċipji applikati fl-estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata rilevanti tal-imgħax mingħajr riskji jkunu l-istess għall-muniti kollha. Dan japplika wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-itwal maturitajiet li għalihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jiġu osservati f'suq kbir, likwidu u trasparenti u l-mekkaniżmu biex jiżgura konverġenza bla xkiel lejn ir-rata forward finali.

2.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-Artikolu 77d tad-Direttiva 2009/138/KE, tiġi applikata l-estrapolazzjoni għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju inklużi fl-aġġustament tal-volatilità msemmi f'dak l-Artikolu.

3.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-estrapolazzjoni tkun imsejsa fuq ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju bla aġġustament ta' korrispondenza. L-aġġustament ta' korrispondenza msemmi f'dak l-Artikolu jiġi applikat għar-rati tal-imgħax estrapolati mingħajr riskju.

Artikolu 47

Ir-rata forward finali

1.   Għal kull munita, ir-rata forward finali msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 46 tkun stabbli tul iż-żmien u tinbidel biss bħala riżultat ta' tibdil fl-aspettattivi fit-tul. Il-metodoloġija biex tiġi dderivata r-rata forward finali tkun speċifikata biċ-ċar biex ikun żgurat li jsiru kalkoli tax-xenarji mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Din tiġi ddeterminata b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien.

2.   Għal kull munita, ir-rata forward finali tqis l-aspettattivi tar-rata tal-imgħax reali fit-tul u tal-inflazzjoni mistennija, diment li dawk l-aspettattivi jkunu jistgħu jiġu ddeterminati għal dik il-munita b'mod affidabbli. Ir-rata forward finali ma tinkludix primjum b'terminu li jirrifletti r-riskji addizzjonali tal-investimenti miżmumin fit-tul.

Artikolu 48

L-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskji tal-valuti marbutin mal-euro

1.   Għal valuti marbutin mal-euro, l-istruttura tat-terminu tar-rata bażika tal-imgħax mingħajr riskji għall-euro, aġġustata għar-riskju tal-valuta, tista' tintuża biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni espressi f'dik il-munita, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-irbit jiżgura li r-rata tal-kambju bejn il-munita u l-euro tibqa' f'firxa mhux usa' minn 20 % tal-ogħla limitu tal-firxa;

(b)

is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona tal-euro u ż-żona ta' dik il-munita jkunu simili biżżejjed biex jiżguraw li r-rati tal-imgħax għall-euro u dik il-munita jiżviluppaw b'mod simili;

(c)

l-arranġament ta' rbit jiżgura li l-bidliet relattivi fir-rata tal-kambju tul perjodu ta' sena ma jaqbżux il-firxa msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fil-każ ta' eventi tas-suq estremi, li tikkorispondi għal-livell ta' fiduċja stabbilit fl-Artikolu 101(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d)

tinżamm konformità ma' wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

parteċipazzjoni ta' dik il-munita fil-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rata tal-Kambju (ERM II);

(ii)

l-eżistenza ta' deċiżjoni mill-Kunsill li tirrikonoxxi l-arranġamenti ta' rbit bejn dik il-munita u l-euro

(iii)

it-twaqqif tal-arranġament ta' rbit skont il-liġi tal-pajjiż li tistabbilixxi l-munita ta' dak il-pajjiż.

Għall-finijiet tal-punt (c), jiġu kkunsidrati r-riżorsi finanzjarji tal-partijiet li jiggarantixxu l-irbit.

2.   L-aġġustament għar-riskju tal-munita jkun negattiv u jikkorispondi għall-kost tal-iħħeġġjar kontra r-riskju li l-valur fil-munita marbuta ta' investiment espress f'euro jonqos bħala riżultat ta' bidliet fil-livell tar-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita marbuta. L-aġġustament ikun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha.

Subtaqsima 3

Aġġustament għall-volatilità

Artikolu 49

Portafolli ta' referenza

1.   Il-portafolli ta' referenza msemmijin fil-paragrafi (2) u (4) tal-Artikolu 77d tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu ddeterminati b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jkun konsistenti tul iż-żmien. Il-metodi applikati fid-determinazzjoni tal-portafolli ta' referenza ikunu l-istess għall-valuti u l-pajjiżi kollha.

2.   Għal kull munita u kull pajjiż, l-assi tal-portafoll ta' referenza jiġu stmati skont l-Artikolu 10(1) u jiġu nnegozjati fi swieq li, ħlief f'perjodi ta' likwidità taħt stress, jikkonformaw mal-Artikolu 40(3). L-istrumenti finanzjarji nnegozjati fi swieq li ma jikkonformawx mal-Artikolu 40(3) temporanjament jistgħu jiġu inklużi biss fil-portafoll meta dak is-suq ikun mistenni li se jerġa' jkun konformi mal-kriterji fi żmien perjodu raġonevoli.

3.   Għal kull munita u kull pajjiż, il-portafoll ta' referenza tal-assi jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

għal kull valuta, l-assi jirrappreżentaw investimenti li jsiru mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dik il-munita biex tiġi koperta l-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni espressi f'dik il-valuta; għal kull pajjiż, l-assi jkunu rappreżentattivi tal-investimenti li jsiru mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dak il-pajjiż biex tiġi koperta l-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mibjugħin fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż u espressi fil-munita ta' dak il-pajjiż;

(b)

fejn ikun disponibbli, il-portafoll ikun ibbażat fuq l-indiċijiet rilevanti li jkunu disponibbli faċilment għall-pubbliku u hemm kriterji ppubblikati għal meta u kif ikunu se jinbidlu l-kostitwenti ta' dawk l-indiċijiet;

(c)

il-portafoll tal-assi jinkludi l-assi kollha li ġejjin:

bonds, titolizzazzjonijiet u self, inkluż self ipotekarju

ekwità

proprjetà

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-investimenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti oħrajn aggregati bħala fondi jitqiesu bħala investimenti fl-assi sottostanti.

Artikolu 50

Formula għall-kalkolu tal-firxa sottostanti għall-aġġustament tal-volatilità

Għal kull munita u kull pajjiż, il-firxa msemmija fl-Artikolu 77d(2) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun ekwivalenti għal dan li ġej:

Formula

fejn:

(a)

wgov tirrappreżenta l-proporzjon tal-valur tal-bonds tal-gvern inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż u l-valur tal-assi kollha inklużi f'dak il-portafoll ta' referenza;

(b)

Sgov tirrappreżenta l-firxa medja tal-munita fuq il-bonds tal-gvern inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż

(c)

wcorp tirrappreżenta l-proporzjoni tal-valur tal-bonds barra mill-bonds tal-gvern, is-self u t-titolizzazzjonijiet inklużi fil-portafoll tal-assi ta' referenza għal dik il-munita jew dak il-pajjiż u l-valur tal-assi kollha inklużi f'dak il-portafoll ta' referenza;

(d)

Scorp tirrappreżenta l-firxa medja tal-munita fuq bonds li mhumiex bonds tal-gvern, self u titolizzazzjoni inklużi fil-portafoll ta' referenza tal-assi għal dik il-munita jew dak il-pajjiż.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bonds tal-gvern” tfisser skoperturi għall-gvernijiet u l-banek ċentrali.

Artikolu 51

Firxa kkoreġuta skont ir-riskju

Il-porzjon tal-firxa medja tal-munita skont ir-riskju li hija attribwibbli għal valutazzjoni realistika ta' telf mistenni, riskju ta' kreditu mhux mistenni jew kwalunkwe riskju ieħor msemmi fl-Artikolu 77d(3) u (4) tad-Direttiva 2009/138/KE jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c (2) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament.

Subtaqsima 4

Aġġustament ta' korrispondenza

Artikolu 52

Stress tar-riskju tal-mortalità

1.   L-istress tar-riskju tal-mortalità msemmi fl-Artikolu 77b(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun l-iktar wieħed avvers miż-żewġ xenarji li ġejjin f'termini tal-impatt tiegħu fuq il-fondi proprji bażiċi:

(a)

żieda permanenti istantanja ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati biex tiġi kkalkulata l-aħjar stima;

(b)

żieda istantanja ta' 0,15-il punt perċentwali fir-rati ta' mortalità (mogħtija bħala perċentwali) li jintużaw fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi biex jirriflettu l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iż-żieda fir-rati ta' mortalità tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom iż-żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin:

(a)

poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b)

meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.   Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 53

Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 77c(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkunsidraw biss l-assi assenjati li l-flussi tal-flus mistennija tagħhom huma meħtieġa jirreplikaw il-flussi tal-flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, eskluż kwalunkwe assi li jmur lil hinn minn dan. Il-“fluss tal-flus mistenni” ta' assi tfisser il-flus tal-flus tal-assi aġġustat sabiex tkun tista' tinħareġ il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-assi li tikkorrispondi għall-element tal-firxa fundamentali stipulata fl-Artikolu 77c(2)(a)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE jew, meta ma tkun tista' tinħareġ ebda firxa tal-kreditu affidabbli mill-istatistiki prestabbiliti, il-porzjon tal-medja fid-durata tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stabbilita fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) ta' dik id-Direttiva.

2.   It-tnaqqis tal-firxa fundamentali, imsemmija fl-Artikolu 77c(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, mir-riżultat tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 77c(1)(a) ta' dik id-Direttiva, jinkludi biss il-porzjon tal-firxa fundamentali li ma tkunx diġà ġiet riflessa fl-aġġustament għall-flussi tal-flus tal-portafoll assenjat ta' assi, kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 54

Kalkolu tal-firxa fundamentali

1.   Il-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c paragrafu (2) tiġi kkalkulata b'mod trasparenti, prudenti, affidabbli u oġġettiv li jibqa' konsistenti maż-żmien, fuq il-bażi tal-indiċijiet rilevanti, meta jkunu disponibbli. Il-metodi biex tinħareġ firxa fundamentali ta' bond ikunu l-istess għal kull munita u kull pajjiż u jistgħu jkunu differenti għal bonds tal-gvern u għal bonds oħrajn.

2.   Il-kalkolu tal-firxa tal-kreditu msemmi fl-Artikolu 77c(2)(a)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li f'każ ta' inadempjenza jista' jiġi rkuprat 30 % tal-valur tas-suq.

3.   Il-medja fid-durata msemmija fl-Artikolu 77c(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2009/138/KE tkun imsejsa fuq id-dejta relatata mal-aħħar 30 sena. Meta jkun hemm parti mid-dejta li mhijiex disponibbli, din jittiħdilha postha minn dejta msawra. Id-dejta msawra għandha tkun imsejsa fuq id-dejta disponibbli u affidabbli relatata mal-aħħar 30 sena. Dejta li ma tkunx affidabbli tinbidel ma' dejta msawra billi tintuża dik il-metodoloġija. Id-dejta msawra tkun imsejsa fuq suppożizzjonijiet prudenti.

4.   It-telf imsemmi fl-Artikolu 77c(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun jikkorrispondi għat-telf ippeżat skont il-probabbiltà li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ġġarrab meta l-assi jiġi deklassifikat għal skala tal-kwalità kreditizja inqas u jiġi sostitwit eżatt wara. Il-kalkolu tat-telf mistenni jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-assi li jeħodlu postu jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-assi sostitut għandu l-istess mudell tal-fluss tal-flus bħall-assi sostitwit qabel id-deklassifikazzjoni;

(b)

l-assi sostitut jappartjeni għall-istess klassi ta' assi bħall-assi sostitwit;

(c)

l-assi sostitut jinsab fl-istess skala tal-kwalità kreditizja bħall-assi sostitwit qabel id-deklassifikazzjoni jew f'waħda ogħla.

TAQSIMA 5

Linji operatorji

Artikolu 55

Linji operatorji

1.   Il-linji operatorji msemmijin fl-Artikolu 80 tad-Direttiva 2009/138/KE ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   L-assenjament ta' obbligu tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal linja operatorja jirrifletti l-għamla tar-riskji marbutin mal-obbligu. Il-forma legali tal-obbligu mhux bilfors trid tkun tiddetermina tal-għamla tar-riskju.

3.   Diment li l-bażi teknika tkun konsistenti mal-għamla tar-riskji marbutin mal-obbligu, l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa mfittxija fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja jiġu assenjati fil-linji operatorji għall-assigurazzjoni tal-ħajja u l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa mfittxija fuq bażi teknika simili għal dik ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja jiġu assenjati għal-linji operatorji għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

4.   Meta l-obbligi ta' assigurazzjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE ma jkunux jistgħu jiġu assenjati b'mod ċar għal-linji operatorji stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-għamla tagħhom, dawn jiddaħħlu fil-linja operatorja 32 kif stipulat f'dak l-Anness.

5.   Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkopri riskji f'assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu diżaggregati fil-partijiet tal-ħajja u mhux tal-ħajja tagħhom.

6.   Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkopri riskji fuq il-linji operatorji kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli l-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jiġu diżaggregati fil-linji operatorji xierqa.

7.   Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jinkludi obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tas-saħħa u obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni oħrajn, fejn possibbli dawk l-obbligi jiġu diżaggregati.

TAQSIMA 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet

Artikolu 56

Proporzjonalità

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw metodi biex jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi li huma proporzjonati għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji involuti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom.

2.   Meta jevalwaw jekk metodu ta' kalkolu tal-provvedimenti tekniċi huwiex proporzjonat, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jwettqu valutazzjoni li tinkludi:

(a)

valutazzjoni tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji involuti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tagħhom;

(b)

evalwazzjoni f'termini kwalitattivi jew kwantitattivi tal-iżball introdott fir-riżultati tal-metodu minħabba xi devjazzjoni bejn dawn li ġejjin:

(i)

is-suppożizzjonijiet involuti fil-metodu b'rabta mar-riskji;

(ii)

ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmijin fil-punt (a).

3.   Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tinkludi r-riskji kollha li jaffettwaw l-ammont, it-tempestività jew il-valur tal-ħruġ u d-dħul ta' flus meħtieġa biex jiġu saldati l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tul il-ħajja tagħhom. Għall-fini tal-kalkolu tal-marġni ta' riskju, il-valutazzjoni tinkludi r-riskji kollha msemmijin fl-Artikolu 38(1)(i) tul il-ħajja tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni sottostanti. Il-valutazzjoni tkun limitata għar-riskji li huma rilevanti għal dik il-parti tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi li għaliha huwa applikat il-metodu.

4.   Metodu jitqies sproporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji jekk l-iżball imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tal-provvedimenti tekniċi jew il-komponenti tagħhom li jistgħu jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent maħsub fuq l-informazzjoni marbuta mal-valur tal-provvedimenti tekniċi, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jkunx hemm disponibbli metodu ieħor bi żball inqas u l-metodu ma jkollux probabbiltà li jirriżulta f'sottovalutazzjoni tal-ammont ta' provvedimenti tekniċi;

(b)

il-metodu ma jkunx iwassal għal ammont ta' provvedimenti tekniċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkun ogħla mill-ammont li jirriżulta li kieku jintuża metodu proporzjonat u l-metodu ikun ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju inerenti fl-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li huwa applikat.

Artikolu 57

Kalkolu ssimplifikat tar-rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali qabel jaġġustaw dawk l-ammonti biex jieħdu f'kunsiderazzjoni t-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti bħala d-differenza bejn l-istimi li ġejjin:

(a)

l-aħjar stima kkalkulata gross kif imsemmi fl-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

l-aħjar stima, wara li jiġu kkunsidrati l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali u mingħajr aġġustament għat-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti (l-aħjar stima netta mhux aġġustata) ikkalkulati skont il-paragrafu 2.

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi biex jiksbu l-aħjar stima netta mhux aġġustata mill-aħjar stima gross mingħajr projezzjoni espliċita tal-flussi tal-flus involuti fl-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkalkulaw l-aħjar stima netta mhux aġġustata fuq il-bażi ta' gruppi ta' riskji omoġenji. Kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' riskji omoġenji jkopri mhux aktar minn kuntratt tar-riassigurazzjoni jew veikolu bi skop speċjali wieħed sakemm dawk il-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew il-veikoli bi skop speċjali ma jipprovdux trasferiment tar-riskji omoġenji.

Artikolu 58

Kalkolu ssimpifikat tal-marġni ta' riskju

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi ssimplifikati meta jikkalkulaw il-marġni ta' riskju, inkluż wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin:

(a)

metodi li jużaw stimi tal-ammonti denotati mit-termini SCR(t) imsemmijin fl-Artikolu 37(1);

(b)

metodi li jistmaw is-somma skontata tal-ammonti denotati mit-termini SCR(t) kif imsemmi fl-Artikolu 37(1) mingħajr ma jikkalkulaw kull wieħed minn dawk l-ammonti għalih.

Artikolu 59

Kalkoli tal-marġni ta' riskju matul is-sena finanzjarja

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jiksbu l-marġni ta' riskju għall-kalkoli li jridu jsiru b'mod trimestrali mir-riżultat ta' kalkolu preċedenti tal-marġni ta' riskju mingħajr kalkolu espliċitu tal-formula msemmija fl-Artikolu 37(1).

Artikolu 60

Kalkolu ssimpifikat tal-aħjar stima għall-obbligi tal-assigurazzjoni b'mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-aħjar stima tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'arranġament li bih l-impriża tal-assigurazzjoni għandha d-dritt jew l-obbligu li taġġusta l-primjums tal-ġejjieni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni biex jirriflettu l-bidliet materjali fil-livell mistenni ta' pretensjonijiet u spejjeż (mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum) billi jużaw projezzjonijiet tal-flussi tal-flus li jassumu li l-bidliet fil-livell ta' pretensjonijiet u spejjeż iseħħu fl-istess ħin mal-aġġustamenti tal-primjum u li jirriżultaw fi fluss tal-flus nett żero, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-primjum jikkumpensa lill-impriża tal-assigurazzjoni bis-sħiħ u fil-ħin għal kull żieda fil-livell ta' pretensjonijiet u spejjeż;

(b)

il-kalkolu ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni tal-aħjar stima;

(c)

il-kalkolu ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni tar-riskju inerenti f'dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni.

Artikolu 61

Kalkolu ssimplifikat tal-aġġustament tal-inadempjenza ta' kontroparti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-aġġustament għat-telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti, kif imsemmi fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE, għal kontroparti speċifika u grupp ta' riskji omoġenji li jiġi stabbilit kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

PD tirrappreżenta l-probabilità tal-inadempjenza ta' dik il-kontroparti fit-12-il xahar ta' wara;

(b)

Durmod tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni ma' dik il-kontroparti b'rabta mal-grupp ta' riskji omoġenji;

(c)

BErec tirrappreżenta l-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni ma' dik il-kontroparti b'rabta ma' dak il-grupp ta' riskji omoġenji.

KAPITOLU IV

FONDI PROPRJI

TAQSIMA 1

Determinazzjoni tal-fondi proprji

Subtaqsima 1

Approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari

Artikolu 62

Valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.   L-awtoritajiet superviżorji jieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 90 (4) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

l-effettività u l-infurzabbiltà legali tat-termini tal-impenn fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha;

(b)

it-termini kuntrattwali tal-arranġament li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni daħlet fih, jew se tidħol fih, mal-kontropartijiet biex tipprovdi fondi;

(c)

fejn rilevanti, il-memorandum u l-Artikoli ta' assoċjazzjoni jew l-istatuti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(d)

jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandhiex fis-seħħ proċessi biex tgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji dwar kwalunkwe bidla fil-ġejjieni, li jista' jkollha l-effett ta' tnaqqis tal-assorbiment tat-telf tal-entrata ta' fondi proprji anċillari, f'xi waħda milli ġejjin:

(i)

l-istruttura jew it-termini kuntrattwali tal-arranġament;

(ii)

l-istatus tal-kontropartijiet ikkonċernati;

(iii)

potenzjal ta' rkupru tal-entrata ta' fondi proprji anċillari.

2.   L-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw ukoll jekk hemmx konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-medda ta' ċirkustanzi li fihom tista' tiġi prelevata l-entrata biex tassorbi t-telf.

3.   Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tfittex l-approvazzjoni ta' metodu li bih issib l-ammont ta' kull entrata ta' fondi proprji anċillari, l-awtoritajiet superviżorji jqisu jekk il-proċess tal-impriża sabiex tivvalida l-metodu b'mod regolari huwiex xieraq biex jiżgura li r-riżultati tal-metodu jirriflettu l-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-entrata fuq bażi kontinwa.

4.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 3, l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 63, 64 u 65.

Artikolu 63

Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Status tal-kontropartijiet

1.   L-awtoritajiet superviżorji jieħdu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ħila tal-kontropartijiet sabiex iħallsu msemmija fl-Artikolu 90(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

ir-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet;

(b)

ir-riskju li tirriżulta inadempjenza għaliex il-kontropartijiet jittardjaw fit-twettiq tal-impenji tagħhom skont l-entrata ta' fondi proprji anċillari.

2.   Fir-rigward tal-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw ir-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet billi jistħarrġu l-probabilità tal-inadempjenza tal-kontropartijiet u t-telf fil-każ ta' inadempjenza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-affidabbiltà kreditizja tal-kontropartijiet, diment li din tirrifletti kif xieraq il-ħila tal-kontropartijiet sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(b)

jekk hemmx xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli sabiex il-kontropartijiet iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(c)

jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(d)

jekk il-forma ġuridika tal-kontropartijiet tippreġudikax it-twettiq mill-kontropartijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(e)

jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal skoperturi oħrajn li jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(f)

jekk, fir-rigward tal-impenn tagħhom fl-entrata ta' fondi proprji anċillari, it-termini kuntrattwali tal-arranġement skont kwalunkwe liġi applikabbli huma tali li l-kontropartijiet għandhom drittijiet sabiex ipaċu l-ammonti li huma dovuti kontra kwalunkwe ammont dovut lilhom mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

3.   Fir-rigward tal-paragrafu 1(b), l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw il-pożizzjoni tal-likwidità tal-kontropartijiet, filwaqt li jqisu dan kollu li ġej:

(a)

jekk hemmx xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli għall-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(b)

jekk il-kontropartijiet humiex soġġetti għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jistgħu jnaqqsu l-ħila tal-kontropartijiet sabiex iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(c)

jekk il-forma ġuridika tal-kontropartijiet hijiex ta' ħsara sabiex il-kontropartijiet iwettqu fil-ħin l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari.

4.   L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha li ġejjin f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-rieda tal-kontropartijiet li jħallsu msemmija fl-Artikolu 90(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

il-medda ta' ċirkustanzi li fihom tista' tiġi eżerċitata l-entrata ta' fondi proprji anċillari sabiex tassorbi t-telf;

(b)

jekk jeżistux inċentivi jew diżinċentivi li jistgħu jaffettwaw ir-rieda tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari;

(c)

jekk it-tranżazzjonijiet imgħoddija bejn il-kontropartijiet u l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, inkluż it-twettiq fl-imgħoddi mill-partijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrati ta' fondi proprji anċillari, jagħtux indikazzjoni dwar ir-rieda tal-kontropartijiet sabiex iwettqu l-impenji attwali tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari.

5.   Meta jivvalutaw il-ħila u r-rieda tal-kontropartijiet sabiex iħallsu, l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw kwalunkwe fattur ieħor rilevanti għall-istatus tal-kontropartijiet inkluż, fejn rilevanti, il-mudell kummerċjali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

6.   Meta entrata ta' fondi proprji anċillari tkun tikkonċerna grupp ta' kontropartijiet, l-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jivvalutaw l-istatus tal-grupp ta' kontropartijiet daqslikieku kien kontroparti waħda diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontropartijiet mhumiex materjali f'livell individwali;

(b)

il-kontropartijiet inklużi f'dak il-grupp huma omoġenji biżżejjed;

(c)

il-valutazzjoni ta' grupp ta' kontropartijiet ma tissopravvalutax il-ħila u r-rieda ta' ħlas tal-kontropartijiet inklużi f'dak il-grupp.

7.   Kontroparti titqies materjali meta l-istatus ta' dik il-kontroparti unika aktarx li jħalli effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-ħila u r-rieda ta' ħlas tal-grupp ta' kontropartijiet.

Artikolu 64

Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Potenzjal ta' rkupru tal-fondi

L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta' rkupru tal-fondi msemmija fl-Artikolu 90(4)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

jekk il-potenzjal ta' rkupru tal-fondi jiżdiedx minħabba d-disponibbiltà ta' kollateral jew arranġament analogu li jkun konformi mal-Artikoli 209 sa 214;

(b)

jekk hemm xi xkiel prattiku jew legali attwali jew prevedibbli għall-potenzjal ta' rkupru tal-fondi;

(c)

jekk il-potenzjal ta' rkupru tal-fondi huwiex soġġett għal rekwiżiti legali jew regolatorji;

(d)

il-ħila tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li tieħu azzjoni biex tinfurza t-twettiq mill-kontropartijiet tal-impenji tagħhom stipulati fl-entrata ta' fondi proprji anċillari.

Artikolu 65

Valutazzjoni tal-applikazzjoni — Informazzjoni fuq ir-riżultat ta' sejħiet fil-passat

L-awtoritajiet superviżorji jieħdu dawn kollha f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riżultat ta' sejħiet fil-passat msemmija fl-Artikolu 90(4)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ta' sejħiet fil-passat mill-istess kontropartijiet jew oħrajn simili fl-istess ċirkustanzi jew oħrajn simili;

(b)

jekk dak it-tagħrif huwiex rilevanti u affidabbli fir-rigward tar-riżultat mistenni ta' sejħiet futuri.

Artikolu 66

Speċifikazzjoni tal-ammont marbut ma' ammont mingħajr limitu ta' fondi proprji anċillari

1.   L-awtoritajiet superviżorji ma japprovawx ammont mingħajr limitu ta' fondi proprji anċillari.

2.   Meta l-awtoritajiet superviżorji japprovaw ammont ta' fondi proprji anċillari, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji tispeċifika jekk l-ammont li kien ġie approvat huwiex l-ammont li għalih applikat l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew jekk huwiex ammont inqas.

Artikolu 67

Speċifikazzjoni tal-ammont u t-tempestività relatati mal-approvazzjoni ta' metodu

Meta l-awtoritajiet superviżorji japprovaw metodu biex jistabbilixxu l-ammont ta' kull entrata ta' fondi proprji anċillari, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji tistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-ammont inizjali tal-entrata ta' fondi proprji anċillari li ġie kkalkulat billi ntuża dak il-metodu dakinhar li tingħata l-approvazzjoni;

(b)

il-frekwenza minima tal-kalkolu mill-ġdid tal-ammont tal-entrata ta' fondi proprji anċillari billi jintuża dak il-metodu meta jsir iktar minn darba fis-sena, u r-raġunijiet għaliex daqshekk spiss;

(c)

il-perjodu ta' żmien li għalih jiġi approvat il-kalkolu tal-entrata ta' fondi proprji anċillari billi jintuża dak il-metodu.

Subtaqsima 2

Trattament tal-parteċipazzjonijiet tal-fondi proprji

Artikolu 68

Trattament tal-parteċipazzjonijiet fid-determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi

1.   Għall-fini ta' determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-fondi proprji bażiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE jitnaqqsu bil-valur sħiħ tal-parteċipazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, f'istituzzjoni finanzjarja u tal-kreditu, li jaqbeż l-10 % tal-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69.

2.   Għall-fini ta' determinazzjoni tal-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-fondi proprji bażiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE jitnaqqsu bis-sehem tal-valur tal-parteċipazzjonijiet kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu, minbarra parteċipazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, li jaqbeż l-10 % tal-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jnaqqsux parteċipazzjonijiet strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 171 li huma inklużi fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp fuq il-bażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE.

4.   It-tnaqqisijiet stipulati fil-paragrafu 2 jiġu applikati fuq bażi prorata għall-parteċipazzjonijiet kollha msemmijin f'dak il-paragrafu.

5.   It-tnaqqisijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 isiru mill-grad korrispondenti li fih il-parteċipazzjoni żiedet il-fondi proprji tal-impriża relatata kif ġej:

(a)

parteċipazzjonijiet ta' entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati inklużi fil-punti (a) (i), (ii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 69;

(b)

parteċipazzjonijiet ta' strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati inklużi fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69;

(c)

parteċipazzjonijiet ta' strumenti tal-Grad 2 ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu jitnaqqsu mill-entrati tal-fondi proprji bażiċi inklużi fl-Artikolu 72.

TAQSIMA 2

Klassifikazzjoni ta' fondi proprji

Artikolu 69

Grad 1 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala l-Grad 1, meta dawk l-entrati juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 71:

(a)

is-sehem eċċessiv tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 75 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:

(i)

kapital azzjonarju ordinarju mħallas u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(ii)

fondi inizjali mħallsin, kontribuzzjonijiet tal-membri jew l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ekwivalenti għal impriżi mutwi jew tat-tip mutwu;

(iii)

kontijiet ta' membri mutwi subordinati mħallsin;

(iv)

fondi żejda li mhumiex ikkunsidrati bħala obbligazzjonijiet ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'konformità mal-Artikolu 91(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(v)

ishma privileġġati mħallsin u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(vi)

riżerva ta' rikonċiljazzjoni;

(b)

obbligazzjonijiet subordinati mħallsin ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 70

Riżerva ta' Rikonċiljazzjoni

1.   Ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni msemmija fil-punt (a)(vi) tal-Artikolu 69 hija daqs l-eċċess totali ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet imnaqqas b'dawn kollha li ġejjin:

(a)

bl-ammont ta' ishma proprji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni;

(b)

b'dividendi, distribuzzjonijiet u imposti prevedibbli;

(c)

bl-entrati ta' fondi proprji bażiċi inklużi fil-punti (a)(i) sa (v) tal-Artikolu 69, l-Artikolu 72(a) u l-Artikolu 76(a);

(d)

bl-entrati ta' fondi proprji bażiċi mhux inklużi fil-punti (a)(i) sa (v) tal-Artikolu 69, punt (a) tal-Artikolu 72 u l-punt tal-Artikolu 76, li ġew approvati mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 79;

(e)

bl-entrati ta' fondi proprji ristretti li jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

jaqbżu r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fil-każ ta' portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza u fondi ring-fenced stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 81(1);

(ii)

li huma esklużi b'konformità mal-Artikolu 81(2);

(f)

l-ammont ta' parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2009/138/KE mnaqqas b'konformità mal-Artikolu 68, diment li dan ma jkunx diġà ġie inkluż fil-punti (a) sa (e).

2.   L-eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi l-ammont li jikkorrispondi għall-profitt mistenni inkluż fil-primjums tal-ġejjieni stipulati fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 260.

3.   Is-sejbien ta' jekk, u kemm, ir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni turi l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 71 ma jsarrafx f'valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma inklużi fil-kalkolu tal-eċċess tal-attiv fuq il-passiv jew l-entrati sottostanti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriżi.

Artikolu 71

Grad 1 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

1.   Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 69 ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi:

(i)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i) u (ii) tal-Artikolu 69, tikklassifika wara l-pretensjonijiet kollha l-oħrajn fil-każ ta' proċeduri ta' stralċ rigward l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(ii)

fil-każ ta' entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tikklassifika fl-istess livell jew f'livell ogħla mill-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, iżda wara entrati elenkati fl-Artikoli 72 u 76 li juru l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 73 u 77 rispettivament u wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-polza u l-kredituri mhux subordinati;

(b)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi;

(c)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija disponibbli minnufih biex tassorbi t-telf;

(d)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tassorbi telf tal-inqas ladarba jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u ma xxekkilx ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(e)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ ta' entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, għandha wieħed mill-mekkaniżmi ta' assorbiment tat-telf ta' kapital li ġejjin li jridu jitnedew bl-event xkattatur speċifikat fil-paragrafu 8:

(i)

l-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huwa mniżżel fil-valur kif stipulat fil-paragrafu 5;

(ii)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi awtomatikament tinbidel f'entrata ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punt (a)(i) jew (ii) tal-Artikolu 69 kif stipulat fil-paragrafu 6;

(iii)

mekkaniżmu ta' assorbiment tat-telf prinċipali li jikseb riżultat ekwivalenti għal dak tal-mekkaniżmi ta' assorbiment tat-telf prinċipali stipulati fil-punti (i) jew (ii);

(f)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, l-entrata mhijiex datata jew, meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha maturità fissa, hija tal-istess maturità bħall-impriża;

(ii)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, l-entrata mhijiex datata; l-ewwel opportunità kuntrattwali għall-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma sseħħx qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ;

(g)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi msemmija fil-punti (a) (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69 tista' tippermetti biss li jsiru l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata bejn ħames u 10 snin wara d-data tal-ħruġ meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża jinqabeż b'marġni xieraq filwaqt li tittieħed f'kunsiderazzjoni l-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża inkluż il-pjan ta' ġestjoni tal-kapital tal-impriża fit-terminu medju;

(h)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel;

(i)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, ma tinkludi ebda inċentiv għall-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata li jżid il-probabbiltà li impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni se tħallas lura jew tifdi dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi meta jkollha l-possibbiltà li tagħmel hekk;

(j)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tipprovdi għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunux se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(k)

minkejja l-punt (j), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss li jsiru l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(ii)

l-entrata hija skambjata ma' jew ikkonvertita f'entrata oħra ta' fondi proprji tal-Grad 1 li tal-inqas hija tal-istess kwalità;

(iii)

tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija.

(l)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69(1), l-arranġamenti legali jew kuntrattwali li jirregolaw l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali jippermettu li jsir it-tħassir tad-distribuzzjonijiet fir-rigward ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(ii)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69 it-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregola l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jipprovdi għat-tħassir tad-distribuzzjonijiet marbutin ma' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(m)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss sabiex issir distribuzzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew id-distribuzzjoni fuq entrata ta' fondi proprji bażiċi tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għat-tħassir tad-distribuzzjonijiet;

(ii)

id-distribuzzjoni ma tkomplix iddgħajjef il-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iii)

tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara li ssir id-distribuzzjoni.

(n)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i), (ii), (iii) u (v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, tipprovdi lill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni bi flessibbiltà assoluta fuq id-distribuzzjonijiet fuq l-entrata ta' fondi proprji bażiċi;

(o)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li meta tiġi kkunsidrata mal-entrata ta' fondi proprji bażiċi, tista' twassal sabiex dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tikkonformax mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji tal-Grad 1 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi li tal-inqas hija tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3.   Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 69, flessibbiltà sħiħa fuq id-distribuzzjonijiet hija pprovduta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ma hemm ebda trattament ta' distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni ta' ħlasijiet ta' distribuzzjoni u t-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregola l-entrata ta' fondi proprji ma jipprovdux drittijiet preferenzjali għall-ħlas tad-distribuzzjonijiet;

(b)

id-distribuzzjonijiet jitħallsu minn entrati distribwibbli;

(c)

il-livell ta' distribuzzjonijiet ma jinstabx fuq il-bażi tal-ammont li għalih inxtrat l-entrata ta' fondi proprji fil-ħruġ u ma hemm ebda limitu massimu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta' distribuzzjoni;

(d)

minkejja l-punt (c), fil-każ ta' strumenti maħruġin minn impriżi mutwi u tat-tip mutwu, jistgħu jiġu stabbiliti livell massimu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta' distribuzzjoni, diment li l-livell massimu jew restrizzjoni oħra ma tkunx event marbut mad-distribuzzjonijiet li jsiru, jew li ma jsirux, fuq entrati oħrajn ta' fondi proprji;

(e)

ma hemm ebda obbligu li impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tagħmel distribuzzjonijiet;

(f)

in-nuqqas ta' pagament ta' distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta' inadempjenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(g)

it-tħassir ta' distribuzzjonijiet ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

4.   Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(iii) u (a)(v) u l-punt (b) tal-Artikolu 69, flessibbiltà sħiħa fuq id-distribuzzjonijiet hija pprovduta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-distribuzzjonijiet jitħallsu minn entrati distribwibbli;

(b)

l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom diskrezzjoni sħiħa l-ħin kollu biex iħassru distribuzzjonijiet marbutin mal-entrata ta' fondi proprji għal perjodu illimitat u mhux fuq bażi kumulattiva u l-impriżi jsitgħu jużaw il-pagamenti mħassrin mingħajr restrizzjoni biex tissodisfa l-obbligi tagħha malli jkunu dovuti;

(c)

ma hemm ebda obbligu li d-distribuzzjoni tiġi sostitwita ma' pagament f'xi forma oħra;

(d)

ma hemm ebda obbligu li jsiru distribuzzjonijiet fil-każ ta' distribuzzjoni li ssir fuq entrata oħra ta' fondi proprji;

(e)

in-nuqqas ta' pagament ta' distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta' inadempjenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(f)

it-tħassir ta' distribuzzjonijiet ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(e)(i), l-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi jitniżżel fil-valur b'tali mod li jitnaqqsu dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-pretensjoni tad-detentur ta' dik l-entrata fil-każ ta' proċedimenti ta' stralċ;

(b)

l-ammont li huwa meħtieġ jitħallas mal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(c)

id-distribuzzjonijiet imħallsa fuq dik l-entrata.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(e)(ii), il-provvedimenti li jirregolaw il-konverżjoni f'entrati ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punti (a) (i) jew (ii) tal-Artikolu 69 jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rata ta' konverżjoni u limitu fuq l-ammont awtorizzat ta' konverżjoni;

(b)

medda li fiha l-istrumenti se jikkonvertu fl-entrata ta' fondi proprji bażiċi elenkata fil-punti (a)(i) jew (ii) tal-Artikolu 69.

7.   L-ammont nominali jew prinċipali tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi jassorbi t-telf fl-event skattatur. L-assorbiment tat-telf li jirriżulta mit-tħassir tad-distribuzzjonijiet jew it-tnaqqis fihom ma jitqiesx li huwa biżżejjed biex jitqies li huwa mekkaniżmu ta' assorbiment tat-telf ta' kapital skont il-paragrafu (1)(e).

8.   L-event skattatur imsemmi fil-paragrafu (1)(e)ijkun nuqqas serju ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jiġi kkunsidrat importanti meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont ta' entrati ta' fondi proprji eliġibbli biex ikun kopert ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza huwa 75 % jew inqas tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(b)

l-ammont ta' entrati ta' fondi proprji eliġibbli biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali Minimu huwa daqs ir-Rekwiżit Kapitali Minimu jew inqas;

(c)

il-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma terġax tiġi stabbilita fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ewwel darba meta nstab in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazjoni jistgħu jispeċifikaw, fil-provvedimenti li jirregolaw l-istrument event skattatur wieħed jew iktar minbarra l-każijiet msemmijin fil-punti (a) sa (c).

9.   Għall-finijiet tal-punti (d), (j) u (l) tal-paragrafu 1, ir-referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Artikolu 72

Fondi proprji Bażiċi tal-Grad 2 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala Grad 2 meta l-entrati li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 73:

(a)

is-sehem eċċessiv ta' assi fuq obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 75 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:

(i)

il-kapital azzjonarju ordinarju u l-kont relatat tal-primjum tal-azzjonijiet;

(ii)

il-fondi inizjali, il-kontribuzzjonijiet tal-membri jew l-entrata ekwivalenti ta' fondi proprji bażiċi għal impriżi mutwi u tat-tip mutwu;

(iii)

il-kontijiet ta' membri mutwi subordinati;

(iv)

ishma preferenzjali u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(b)

obbligazzjonijiet subordinati vvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 73

Fondi proprji bażiċi tal-Grad 2 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

1.   Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 72 ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tikklassifika wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-poloz u kredituri mhux subordinati;

(b)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi;

(c)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi mhijiex datata jew għandha maturità oriġinali ta' tal-inqas 10 snin; l-ewwel opportunità kuntrattwali għall-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma sseħħx qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ;

(d)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel;

(e)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tinkludi inċentivi limitati biex titħallas lura jew tinfeda dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, diment li dawn ma jseħħux qabel 10 snin mid-data ta' ħruġ;

(f)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tipprovdi għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunx se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(g)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 72, l-arranġamenti legali jew kuntrattwali li jirregolaw l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali jippermettu sabiex jiġu differiti d-distribuzzjonijiet marbutin ma' dik l-entrata meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(ii)

fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (iii) u (iv) u l-punt (b) tal-Artikolu 72, it-termini tal-arranġament kuntrattwali li jirregolaw l-entrata ta' fondi proprji bażiċi jipprovdu sabiex id-distribuzzjonijiet fir-rigward ta' dik l-entrata jiġu differeriti meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(h)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti biss sabiex issir distribuzzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew id-distribuzzjoni fuq entrata ta' fondi proprji bażiċi tkun twassal għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għad-differiment tad-distribuzzjoni;

(ii)

il-ħlas ma jdgħajjifx il-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(iii)

tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara li ssir id-distribuzzjoni.

(i)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li meta tiġi kkunsidrata mal-entrata ta' fondi proprji bażiċi, tista' twassal sabiex dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma jikkonformax mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

(j)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi turi l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 71 li huma rilevanti għall-entrati ta' fondi proprji bażiċi msemmijin fil-punti (a)(iii), (v) u (b) tal-Artikolu 69, iżda taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 82(3).

Minkejja l-punt (f), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti li titħallas lura jew tinfeda dik l-entrata biss meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(ii)

l-entrata hija skambjata għal jew hija kkonvertita f'entrata oħra ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 jew Grad 2 li tal-inqas hija tal-istess kwalità;

(iii)

tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħrajn tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 2 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi tal-inqas tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3.   Għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-paragrafu 1, ir-referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

4.   Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-impriżi jikkunsidraw inċentivi għat-tifdija fil-forma ta' żieda fir-rata tal-imgħax assoċjata ma' opzjoni eżerċitabbli kif limitata meta ż-żieda ssir fil-forma ta' żieda ta' darba fir-rata tal-kupun u tirriżulta f'żieda fir-rata inizjali li mhijiex ikbar mill-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a)

100 punt bażi, meta titnaqqas il-firxa tal-iswap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda;

(b)

50 % tal-firxa tal-kreditu inizjali, meta titnaqqas il-firxa ta' swap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda.

Artikolu 74

Fondi proprji anċillari tal-Grad 2 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 96 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-entrati ta' fondi proprji anċillari li ġejjin jitqiesu li jħaddnu b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala Grad 2, meta l-entrati li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 75:

(a)

kapital azzjonarju ordinarju eżerċitabbli fuq talba ma jkunx imħallas u ma jkunx mitlub;

(b)

fondi inizjali mhux imħallsin u mhux mitlubin, kontribuzzjonijiet tal-membri jew l entrata ta' fondi proprji bażiċi ekwivalenti għal impriżi mutwi u tat-tip mutwu, eżerċitabbli fuq talba;

(c)

ishma preferenzjali eżerċitabbli fuq talba ma jkunux imħallsin u ma jkunux mitlubin;

(d)

impenn li jorbot legalment għas-sottoskrizzjoni u l-ħlas għal obbligazzjonijiet subordinati fuq talba;

(e)

ittri ta' kreditu u garanziji li jinżammu f'kont fiduċjarju għall-benefiċċju ta' kredituri tal-assigurazzjoni minn trustee indipendenti u pprovduti minn istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(f)

ittri ta' kreditu u garanziji diment li l-entrati jistgħu jiġu eżerċitati fuq talba u huma ħielsa minn gravami;

(g)

kwalunkwe pretensjoni fil-ġejjieni li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu ta' sidien ta' bastimenti b'kontribuzzjonijiet varjabbli li jassiguraw biss riskji elenkati fil-klassijiet numru sitta, 12 u 17 fil-Parti A tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/138/KE jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien it-12-il xahar ta' wara;

(h)

kwalunkwe pretensjoni fil-ġejjieni li assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu jista' jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien it-12-il xahar ta' wara, diment li sejħa tista' ssir fuq talba u hija ħielsa minn gravami;

(i)

impenji oħrajn li jorbtu legalment riċevuti mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, diment li l-entrata tista' tiġi eżerċitata fuq talba u tkun ħielsa minn gravami.

Artikolu 75

Fondi proprji anċillari tal-Grad 2 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

Sabiex jiġu kklassifikati bħala tal-Grad 2, l-entrati ta' fondi proprji anċillari elenkati fl-Artikolu 74 juru l-karatteristiċi ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi kklassifikata fil-Grad 1 skont l-Artikoli 69 u 71 ladarba dik l-entrata tkun ġiet mitluba u tħallset.

Artikolu 76

Fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 — Lista ta' entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin jitqiesu li jħaddnu l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva, u jiġu kklassifikati bħala tal-Grad 3 meta l-entrati kollha li ġejjin juru l-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 77:

(a)

is-sehem eċċessiv ta' assi fuq obbligazzjonijiet, ivvalutat b'konformità mat-Taqsima 1 u 2 tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-entrati li ġejjin:

(i)

il-kontijiet ta' membri mutwi subordinati;

(ii)

ishma preferenzjali u l-kont tal-primjum tal-azzjonijiet relatat;

(iii)

ammont daqs il-valur tal-assi netti ta' taxxa differita;

(b)

obbligazzjonijiet subordinati vvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 77

Fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 — Karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni

1.   Il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 76 ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tikklassifika wara l-pretensjonijiet tad-detenturi u l-benefiċjarji kollha tal-poloz u kredituri mhux subordinati;

(b)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi ma tinkludix karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw l-insolvenza tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew li jistgħu jħaffu l-proċess li bih l-impriża ssir insolventi;

(c)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, mhijiex datata jew għandha maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin, meta d-data ta' maturità tkun l-ewwel opportunità kuntrattwali biex titħallas lura jew tinfeda l-entrata ta' fondi proprji bażiċi;

(d)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tista' titħallas lura jew tinfeda biss bl-għażla tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-ħlas lura jew it-tifdija tal-entrata ta' fondi proprji bażiċi huma soġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel;

(e)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tista' tinkludi inċentivi limitati għall-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata ta' fondi proprji bażiċi;

(f)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a)(i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tipprovdi għas-sospensjoni ta' ħlas lura jew tifdija meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-ħlas lura jew it-tifdija ma jkunux se jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(g)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi, fil-każ tal-entrati msemmijin fil-punti (a) (i) u (ii) u l-punt (b) tal-Artikolu 76, tipprovdi għad-differiment tad-distribuzzjonijiet meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jew id-distribuzzjoni tkun se twassal għat-tali nuqqas ta' konformità sakemm l-impriża tikkonforma mar-Rekwiżit Kapitali Minimu u d-distribuzzjoni ma tkunx se twassal għan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(h)

l-entrata ta' fondi proprji bażiċi hija ħielsa minn gravami u mhijiex marbuta ma' xi tranżazzjoni oħra, li tista' xxekkel il-karatteristiċi li l-entrata huwa meħtieġ ikollha skont dan l-Artikolu.

Minkejja l-punt (f), l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tista' tippermetti l-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata biss meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew jekk il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu se jwasslu għat-tali nuqqas ta' konformità, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità superviżorja rrinunzjat b'mod eċċezzjonali għas-sospensjoni tal-ħlas lura jew it-tifdija ta' dik l-entrata;

(ii)

l-entrata hija skambjata ma' jew ikkonvertita f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1, Grad 2 jew entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 li tal-inqas hija tal-istess kwalità;

(iii)

tinżamm konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu wara l-ħlas lura jew it-tifdija.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-iskambju jew il-konverżjoni ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi f'entrata ta' fondi proprji bażiċi oħra tal-Grad 1, Grad 2 jew entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 jew il-ħlas lura jew it-tifdija ta' entrata ta' fondi proprji bażiċi tal-Grad 3 mir-rikavat ta' entrata ġdida ta' fondi proprji bażiċi li tal-inqas hija tal-istess kwalità ma jitqiesux li huma ħlas lura jew tifdija, diment li l-iskambju, il-konverżjoni, il-ħlas lura jew it-tifdija jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3.   Għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 1, referenzi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jinqraw bħala referenzi għar-Rekwiżit Kapitali Minimu meta n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jseħħ qabel in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

4.   Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-impriżi jikkunsidraw inċentivi għat-tifdija fil-forma ta' żieda fir-rata tal-imgħax assoċjata ma' opzjoni eżerċitabbli kif limitata meta ż-żieda ssir fil-forma ta' żieda ta' darba fir-rata tal-kupun u tirriżulta f'żieda fir-rata inizjali li mhijiex ikbar mill-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a)

100 punt bażi, meta titnaqqas il-firxa tal-iswap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda;

(b)

50 % tal-firxa tal-kreditu inizjali, meta titnaqqas il-firxa ta' swap bejn il-bażi tal-indiċi inizjali u l-bażi tal-indiċi miżjuda.

Artikolu 78

Fondi proprji anċillari tal-Grad 3 — Lista tal-entrati ta' fondi proprji

L-entrati ta' fondi proprji anċillari li ġew approvati mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, u li ma jurux il-karatteristiċi kollha stipulati fl-Artikolu 75 jiġu kklassifikati bħala fondi proprji anċillari tal-Grad 3.

Artikolu 79

Approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta entrata ta' fondi proprji ma tkunx inkluża fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stabbilita fl-Artikoli 69, 72, 74, 76 u 78 l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jqisu biss dik l-entrata bħala fond proprju, meta l-awtorità superviżorja tkun tat approvazzjoni tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrata.

2.   Fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, l-awtorità superviżorja tivvaluta kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin meta tapprova l-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji mhux inklużi fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stabbilita fl-Artikoli 69, 72, 74, 76 u 78:

(a)

meta l-impriża tkun qed tapplika għal approvazzjoni għall-klassifikazzjoni fil-Grad 1, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(b)

meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji bażiċi fil-Grad 2, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(c)

meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji anċillari fil-Grad 2, jekk l-entrata ta' fondi proprji anċillari tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(d)

meta l-impriża tkun qed tapplika għal klassifikazzjoni fil-fondi proprji bażiċi fil-Grad 3, jekk l-entrata ta' fondi proprji bażiċi tħaddanx b'mod sostanzjali l-karatteristiċi fl-Artikolu 93(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2) ta' dik id-Direttiva;

(e)

l-infurzabbiltà legali tat-termini kuntrattwali tal-entrata ta' fondi proprji fil-ġuriżdizzjonijiet kollha rilevanti;

(f)

jekk l-entrata ta' fondi proprji tħallsitx bis-sħiħ.

3.   Entrati ta' fondi proprji bażiċi mhux inklużi fil-lista ta' entrati ta' fondi proprji stipulata fl-Artikoli 69, 72 u 76 jiġu kklassifikati bħala fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 meta jitħallsu bis-sħiħ.

4.   L-inklużjoni ta' entrati ta' fondi proprji approvati mill-awtorità superviżorja skont dan l-Artikolu tkun soġġetta għal limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 82.

TAQSIMA 3

Eliġibbiltà tal-fondi proprji

Subtaqsima 1

Fondi ring-fenced

Artikolu 80

Fondi ring-fenced li jeħtieġu aġġustamenti

1.   Tnaqqis tar-riżerva ta' rikonċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 70(1)(e) ikun meħtieġ meta l-entrati ta' fondi proprji f'fond ring-fenced għandhom kapaċità mnaqqsa sabiex jassorbu bis-sħiħ it-telf fuq il-bażi ta' negozju attiv minħabba n-nuqqas ta' trasferibbiltà tagħhom fl-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni minħabba waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a)

l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fuq sehem definit tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(b)

l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fir-rigward ta' ċerti detenturi jew benefiċjarji ta' polza;

(c)

l-entrati jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf li jirriżulta minn riskji jew obbligazzjonijiet partikolari.

2.   L-entrati ta' fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 1 (minn hawn 'il quddiem imsejħin 'entrati ta' fondi proprji ristretti'), ma jinkludux il-valur tat-trasferimenti futuri li jistgħu jiġu attribwiti lill-azzjonisti.

Artikolu 81

Aġġustament għall-fondi ring-fenced u portafolli tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' rikonċiljazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jnaqqsu l-insolvenza msemmija fl- Artikolu 70 billi jqabblu l-ammonti li ġejjin:

(a)

l-entrati ta' fondi proprji ristretti fil-fond ring-fenced jew il-portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza;

(b)

ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza għall-fond ring-fenced jew il-portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza.

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi tuża l-formula standard, ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza jiġi kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 217.

Meta l-impriża tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza billi tuża mudell intern, ir-Rekwiżit Kapitali nozzjonali tas-Solvenza għandu jiġi kkalkulat billi jintuża l-mudell intern, daqslikieku l-impriża kellha biss dak in-negozju inkluż fil-fond ring-fenced jew portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta l-assi, l-obbligazzjonijiet u r-riskju f'fond ring-fenced ma jkunux materjali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jnaqqsu r-riżerva ta' rikonċiljazzjoni bl-ammont totali ta' entrati ta' fondi proprji ristretti.

Subtaqsima 2

Limiti kwantitattivi

Artikolu 82

Eliġibbiltà u limiti applikabbli għall-Gradi 1, 2 u 3

1.   F'dak li għandu x'jaqsam mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 3 ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi kollha li ġejjin:

(a)

l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 1 ikun tal-inqas nofs ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(b)

l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 3 ikun inqas minn 15 % tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(c)

is-somma tal-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 u l-Grad 3 ma taqbiżx il-50 % tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

2.   F'dak li għandu x'jaqsam ma' konformità mar-Rekwiżiti Kapitali Minimi, l-ammonti eliġibbli ta' entrati tal-Grad 2 ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a)

l-ammont eliġibbli ta' entrati tal-Grad 1 ikun tal-inqas 80 % tar-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(b)

l-ammonti eliġibbli tal-Grad 2 ma jaqbżux l-20 % tar-Rekwiżit Kapitali Minimu;

3.   Fil-limitu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-punt (a) tal-paragrafu 2, is-somma tal-entrati ta' fondi proprji bażiċi li ġejjin tifforma inqas minn 20 % tal-ammont totali tal-entrati tal-Grad 1:

(a)

entrati msemmijin fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 69;

(b)

entrati msemmijin fil-punt (a)(v) tal-Artikolu 69;

(c)

entrati msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 69;

(d)

entrati li huma inklużi fil-fondi proprji bażiċi tal-Grad 1 skont l-arranġament tranżitorju stipulat fl-Artikolu 308b(9) tad-Direttiva 2009/138/KE.

KAPITOLU V

FORMULA STANDARD TAR-REKWIŻIT KAPITALI TAS-SOLVENZA

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Subtaqsima 1

Kalkoli bbażati fuq ix-xenarji

Artikolu 83

1.   Meta l-kalkolu ta' modulu jew submodulu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jkun imsejjes fuq l-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, is-suppożizzjonijiet kollha li ġejjin isiru f'dak il-kalkolu:

(a)

ix-xenarju ma jibdilx l-ammont tal-marġni ta' riskju inkluż fil-provvedimenti tekniċi;

(b)

ix-xenarju ma jibdilx il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita;

(c)

ix-xenarju ma jibdilx il-valur ta' benefiċċji diskrezzjonali futuri inklużi fil-provvedimenti tekniċi;

(d)

ma tittieħed ebda azzjoni ta' ġestjoni mill-impriża matul ix-xenarju.

2.   Il-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi li jirriżultaw wara s-sejbien tal-impatt ta' xenarju fuq il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jibdilx il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonali tal-ġejjieni, u jieħu f'kunsiderazzjoni dawn kollha li ġejjin:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-paragrafu 1, azzjonijiet ta' ġestjoni futuri wara x-xenarju, diment li jikkonformaw mal-Artikolu 23;

(b)

kwalunkwe impatt avvers materjali tax-xenarju jew l-azzjonijiet ta' ġestjoni msemmijin fil-punt (a) fuq il-probabbiltà li d-detenturi ta' poloz se jeżerċitaw opzjonijiet kuntrattwali.

3.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw metodi ssimplifikati biex jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi li jirriżultaw wara d-determinazzjoni tal-impatt ta' xenarju kif stipulat fil-paragrafu 1, diment li l-metodu ssimplifikat ma jwassalx għal dikjarazzjoni skorretta tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tista' tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent tal-informazzjoni relatata mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm il-kalkolu ssimplifikat ma jwassalx għal Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jaqbeż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta mill-kalkolu skont il-formula standard.

4.   Il-kalkolu ta' assi u obbligazzjonijiet li jirriżulta wara s-sejbien tal-impatt ta' xenarju kif stipulat fil-paragrafu 1 jieħu f'kunsiderazzjoni l-impatt tax-xenarju fuq il-valur ta' kwalunkwe strument rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskji fil-pussess tal-impriża li jikkonforma mal-Artikoli 209 sa 215.

5.   Meta x-xenarju jkun se jirriżulta f'żieda fil-fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kalkolu tal-modulu jew is-submodulu jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li x-xenarju ma għandu ebda impatt fuq il-fondi proprji bażiċi.

Subtaqsima 2

Approċċ ta' trasparenza

Artikolu 84

1.   Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kull wieħed mill-assi sottostanti ta' impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti oħrajn aggregati bħala fondi (approċċ ta' trasparenza).

2.   L-approċċ ta' trasparenza msemmi fil-paragrafu 1 japplika għal dawn li ġejjin ukoll:

(a)

skoperturi indiretti għar-riskju tas-suq minbarra impriżi ta' investiment kollettiv u investimenti aggregati bħala fondi;

(b)

skoperturi indiretti għas-sottoskrizzjoni tar-riskju;

(c)

skoperturi indiretti għar-riskju tal-kontroparti.

3.   Meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx jista' jiġi applikat għal impriżi ta' investiment kollettiv jew aggregati bħala fondi, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-allokazzjoni tal-assi sottostanti fil-mira tal-impriża jew il-fond ta' investiment kollettiv, diment li t-tali allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża fil-livell ta' granularità meħtieġ sabiex jiġu kkalkulati s-submoduli u x-xenarji kollha rilevanti tal-formula standard, u l-assi sottostanti jkunu maniġġjati strettament skont din l-allokazzjoni fil-mira. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, jistgħu jintużaw raggruppamenti ta' dejta, diment li jkunu applikati b'mod prudenti, u li ma japplikawx għal iktar minn 20 % tal-valur totali tal-assi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

4.   Il-paragrafu 2 ma japplikax għal investimenti f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Subtaqsima 3

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali

Artikolu 85

Il-kundizzjonijiet għal kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jkunu li ma hemm ebda differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dawn u skoperturi għall-gvern ċentrali, minħabba s-saħħa speċifika tal-gvernijiet reġjonali li jiġbru dħul, u jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi, li l-effett tagħhom huwa li jonqos ir-riskju ta' inadempjenza.

Subtaqsima 4

Riskju ta' bażi materjali

Artikolu 86

Minkejja l-Artikolu 210(2), meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jittrasferixxu riskju tas-sottoskrizzjoni billi jużaw kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali li huma soġġetti għal riskju ta' bażi materjali minn diskrepanza fil-muniti bejn ir-riskju tas-sottoskrizzjoni u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, diment li t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tikkonforma mal-Artikolu 209, l-Artikolu 210(1), (3) u (4) u l-Artikolu 211, u l-kalkolu jitwettaq kif ġej:

(a)

ir-riskju ta' bażi li jirriżulta minn diskrepanza fil-muniti bejn ir-riskju ta' sottoskrizzjoni u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju jiġi kkunsidrat fil-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju tar-riskju ta' sottoskrizzjoni rilevanti tal-formula standard fl-iktar livell granulari billi mar-rekwiżit kapitali kkalkulat skont il-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju rilevanti tiżdied 25 % tad-differenza bejn dawn li ġejjin:

(i)

ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għall-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju ta' riskju tas-sottoskrizzjoni rilevanti li jirriżulta minn okkorrenza simultanja tax-xenarju definit fl-Artikolu 188;

(ii)

ir-rekwiżit kapitali għall-modulu, is-submodulu jew ix-xenarju ta' riskju tas-sottoskrizzjoni rilevanti.

(b)

meta t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tkopri iktar minn modulu, submodulu jew xenarju wieħed, il-kalkolu msemmi fil-punt (a) isir għal kull wieħed minn dawk il-moduli, submoduli u xenarji. Ir-rekwiżit kapitali li jirriżulta minn dawk il-kalkoli ma jaqbiżx il-25 % tal-kapaċità tal-kuntratt tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonat jew il-veikolu bi skop speċjali.

Subtaqsima 5

Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza

Artikolu 87

Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza jinkludi modulu tar-riskju għal riskju ta' assi intanġibbli.u jirriżulta minn dan li ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma, Corri,j , SCRi u SCRj hija kif stipulat fil-punt (1) tal-Anness IV għad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

SCRintangibles tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' assi intanġibbli msemmi fl-Artikolu 203.

Subtaqsima 6

Proporzjonalità u simplifikazzjonijiet

Artikolu 88

Proporzjonalità

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 109, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu jekk il-kalkolu ssimpifikat huwiex proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji billi jwettqu valutazzjoni li tinkludi dawn kollha li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji tal-impriża li jaqgħu taħt il-modulu jew submodulu rilevanti;

(b)

evalwazzjoni f'termini kwalitattivi jew kwantitattivi, kif xieraq, tal-iżball imdaħħal fir-riżultati tal-kalkolu ssimplifikat minħabba xi devjazzjoni bejn dawn li ġejjin:

(i)

is-suppożizzjonijiet li jsawru l-kalkolu ssimplifikat b'rabta mar-riskju;

(ii)

ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmijin fil-punt (a).

2.   Kalkolu ssimplifikat ma jiġix ikkunsidrat proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji meta l-iżball imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 iwassal għal dikjarazzjoni skorretta tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li tista' tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utent tat-tagħrif marbut mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm il-kalkolu ssimplifikat ma jwassalx għal Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jaqbeż ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza li jirriżulta mill-kalkolu standard.

Artikolu 89

Dispożizzjonijiet ġenerali għas-simplifikazzjonijiet għal kumpaniji ristretti

L-impriżi tal-assigurazzjoni ristretti u l-impriżi tar-riassigurazzjoni ristretti kif definiti fil-punti (2) u (5) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE jistgħu jużaw il-kalkoli ssimplifikati stabbiliti fl-Artikoli 90, 103, 105 u 106 ta' dan ir-Regolament meta tinżamm konformità mal-Artikolu 88 ta' dan ir-Regolament u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni captive jew l-impriża tar-riassigurazzjoni captive, il-persuni u l-benefiċjarji assigurati kollha huma entitajiet ġuridiċi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni ristretta hija parti minnu;

(b)

fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive, il-persuni u l-benefiċjarji assigurati kollha tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma l-bażi tal-obbligi tar-riassigurazzjoni huma entitajiet ġuridiċi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni captive hija parti minnu;

(c)

l-obbligi tal-assigurazzjoni u l-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma l-bażi tal-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni captive jew tar-riassigurazzjoni captive mhumiex marbutin ma' xi assigurazzjoni obbligatorja ta' responsabbiltà ta' parti terza.

Artikolu 90

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni captive

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive u r-riassigurazzjoni captive jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja kif ġej:

Formula

meta s tkopri s-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' riżerva u primjum mhux tal-ħajja ta' segment partikolari s stabbilit fl-Anness II jinstabu kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-segment s ikkalkulat skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 116;

(b)

V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment ikkalkulat skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 116.

Artikolu 91

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità tal-ħajja kif ġej:

Formula

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)

CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i)

is-somma ta':

l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta' mewta f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii)

l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)

q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(c)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet pagabbli mal-mewt inklużi fl-aħjar stima;

(d)

ik tirrappreżenta r-rata spot annwalizzata għall-maturità k tal-istruttura tat-terminu rilevanti mingħajr riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43.

Artikolu 92

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' lonġevità tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tal-ħajja kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn, fir-rigward tal-poloz imsemmijin fl-Artikolu 138(2):

(a)

q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(b)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet lil benefiċjarji inklużi fl-aħjar stima;

(c)

BElong tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' lonġevità.

Artikolu 93

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' diżabilità-morbidità fil-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità tal-ħajja kif ġej:

SCRdisability-morbidity =

0,35 · CAR 1 · d 1 + 0,25 · 1,1 (n – 3)/2 · (n – 1) · CAR 2 · d 2 + 0,2 · 1,1 (n –1)/2 · t · n · BEdis

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)

CAR1 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i)

is-somma ta':

l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt jew diżabilità tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas fil-ġejjieni fil-każ ta mewta jew diżabilità f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii)

l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)

CAR2 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju kif iddefinit fil-punt (a) wara 12-il xahar;

(c)

d1 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(d)

d2 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità fit-12-il xahar ta' wara t-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(e)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ħlasijiet fuq id-diżabilità-morbidità inklużi fl-aħjar stima;

(f)

t tirrappreżenta r-rati ta' terminazzjoni mistennija matul it-12-il xahar ta' wara;

(g)

BEdis tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' diżabilità-morbidità.

Artikolu 94

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

EI tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrbin fis-servizzj ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa matul l-aħħar sena;

(b)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fis-snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi;

(c)

i tirrappreżenta r-rata ta' inflazzjoni medja ponderata fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, fejn il-piż huwa bbażat fuq il-valur preżenti tal-ispejjeż inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima għas-servizzj ta' obbligi tal-ħajja eżistenti.

Artikolu 95

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal bidliet permanenti fir-rati ta' skadenza

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

lup tirrappreżenta l-ogħla mir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment u s-67 %;

(b)

nup tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)

Sup tirrappreżenta s-somma tad-differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment.

2.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

ldown tirrappreżenta l-ogħla minn fost ir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment u l-40 %;

(b)

ndown tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)

Sdown tirrappreżenta s-somma tad-differenza negattiva tal-valur ta' ċediment.

3.   Id-differenza -tal-valur ta' ċediment ta' polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija d-differenza bejn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont li jrid jitħallas bħalissa mill-impriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur itemm il-polza, nett wara kwalunkwe ammont rekuperabbli minn detenturi ta' polza jew intermedjarji;

(b)

l-ammont ta' provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju.

Artikolu 96

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi l-poloz kollha b'kapital f'riskju pożittiv;

(b)

CARi tirrappreżenta l-kapital f'riskju tal-polza i, jiġifieri l-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i)

is-somma ta':

l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta' mewta f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii)

l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.

Artikolu 97

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għal riskju tal-mortalità tas-saħħa kif ġej:

Formula

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)

CAR tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, jiġifieri s-somma, fir-rigward ta' kull kuntratt, tal-ogħla miż-żero, u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i)

is-somma ta':

l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta' mewta f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii)

l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)

q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(c)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet pagabbli mal-mewt inklużi fl-aħjar stima;

(d)

ik tirrappreżenta r-rata spot annwalizzata għall-maturità k tal-istruttura tat-terminu rilevanti mingħajr riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43.

Artikolu 98

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità tas-saħħa kif ġej:

Formula

fejn, fir-rigward tal-poloz imsemmijin fl-Artikolu 138(2):

(a)

q tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' mortalità tal-persuni assigurati matul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(b)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-ħlasijiet lil benefiċjarji inklużi fl-aħjar stima;

(c)

BElong tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' lonġevità.

Artikolu 99

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż mediċi ta' diżabilità-morbidità kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

MP tirrappreżenta l-ammont ta' ħlasijiet mediċi matul l-aħħar sena fuq obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal spejjeż mediċi tul l-aħħar sena;

(b)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi;

(c)

i tirrappreżenta r-rata medja tal-inflazzjoni fuq il-ħlasijiet mediċi inklużi fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, fejn il-piż huwa bbażat fuq il-valur preżenti tal-ħlasijiet mediċi inkluż fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi.

Artikolu 100

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' protezzjoni tad-dħul f'diżabilità-morbidità

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' protezzjoni tad-dħul f'diżabilità-morbidità kif ġej:

SCRincome-protection-disability-morbidity =

0,35 · CAR 1 · d 1 + 0,25 · 1,1 (n – 3)/2 · (n – 1) · CAR 2 · d 2 + 0,2 · 1,1 (n –1)/2 · t · n · BEdis

fejn, fir-rigward tal-poloz tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni b'kapital pożittiv f'riskju:

(a)

CAR1 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju, u dan ifisser li s-somma tal-kuntratti kollha tal-ogħla miż-żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i)

is-somma ta':

l-ammont li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollha tħallas bħalissa f'każ ta' mewt jew diżabilità tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

il-valur preżenti mistenni tal-ammonti mhux koperti fl-inċiż ta' qabel li l-impriża jkollha tħallas fil-ġejjieni f'każ ta mewt jew diżabilità f'daqqa tal-persuni assigurati skont il-kuntratt wara tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(ii)

l-aħjar stima tal-obbligi korrispondenti wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali;

(b)

CAR 2 tirrappreżenta l-kapital totali f'riskju kif iddefinit fil-punt (a) wara 12-il xahar;

(c)

d 1 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità tul it-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(d)

d 2 tirrappreżenta r-rata medja mistennija ta' diżabilità-morbidità fit-12-il xahar ta' wara t-12-il xahar ta' wara ppeżata skont is-somma assigurata;

(e)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-ħlasijiet fuq id-diżabilità-morbidità inklużi fl-aħjar stima;

(f)

t tirrappreżenta r-rati ta' terminazzjoni mistennija matul it-12-il xahar ta' wara;

(g)

BEdis tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi soġġetti għar-riskju ta' diżabilità-morbidità.

Artikolu 101

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tas-saħħa kif ġej:

Formula

fejn:

(1)

EI tirrappreżenta l-ammont ta' spejjeż imġarrbin fis-servizz tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa matul l-aħħar sena;

(2)

n tirrappreżenta d-durata mmodifikata fi snin tal-flussi tal-flus inklużi fl-aħjar stima ta' dawk l-obbligi;

(3)

i tirrappreżenta r-rata ta' inflazzjoni medja ponderata inkluża fil-kalkolu tal-aħjar stima ta' dawk l-obbligi, ppeżata skont il-valur preżenti tal-ispejjeż imġarrbin fil-kalkolu tal-aħjar stima għas-servizz ta' obbligi eżistenti tas-saħħa.

Artikolu 102

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal riskju ta' skadenza tas-saħħa SLT

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza msemmijin fl-Artikolu 159(1)(a) kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

lup tirrappreżenta l-ogħla mir-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment u t-83 %;

(b)

nup tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)

Sup tirrappreżenta s-somma tad-differenza pożittiva tal-valur ta' ċediment.

2.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza msemmijin f'159(1)(b) kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

ldown tirrappreżenta r-rata ta' skadenza medja tal-poloz b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment;

(b)

ndown tirrappreżenta l-perjodu medju fi snin li l-poloz mifruxin fuqu b'differenza negattiva tal-valur ta' ċediment jispiċċaw;

(c)

Sdown tirrappreżenta s-somma tad-differenza negattiva tal-valur ta' ċediment.

3.   Id-d-differenza tal-valur ta' ċediment ta' polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafi (1) u (2) hija d-differenza bejn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont li jrid jitħallas bħalissa mill-impriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur itemm il-polza, nett wara kwalunkwe ammont rekuperabbli minn detenturi ta' polza jew intermedjarji;

(b)

l-ammont ta' provvedimenti tekniċi mingħajr marġni ta' riskju.

Artikolu 103

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax msemmi fl-Artikolu 165 kif ġej:

(a)

is-somma, għal kull valuta, ta' rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)

is-somma, għal kull valuta, ta' rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax kif stipulat fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jiġi kkalkulat hekk:

Formula

fejn:

(a)

l-ewwel somma tkopri l-intervalli kollha ta' maturità i stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(b)

MVALi tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE ta' assi meta mnaqqsa l-obbligazzjonijiet minbarra l-provvedimenti tekniċi għall-intervall ta' maturità i;

(c)

duri tirrappreżenta d-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(d)

ratei tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(e)

stress(i,up) tirrappreżenta l-istress relattiv 'il fuq tar-rata tal-imgħax għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(f)

it-tieni somma tkopri l-linji operatorji kollha stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(g)

BElob tirrappreżenta l-aħjar stima għal-linja operatorja lob;

(h)

durlob tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-aħjar stima fil-linja operatorja lob;

(i)

ratelob tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata mmodifikata fil-linja operatorja lob;

(j)

stress(lob,up) tirrappreżenta l-istress relattiv 'il fuq tar-rata tal-imgħax għad-durata mmodifikata durlob .

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax għal munita partikolari jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

l-ewwel somma tkopri l-intervalli kollha ta' maturità i stipulati fil-paragrafu 4;

(b)

MVALi tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE ta' assi meta mnaqqsa l-obbligazzjonijiet minbarra l-provvedimenti tekniċi għall-intervall ta' maturità i;

(c)

duri tirrappreżenta d-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(d)

ratei tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(e)

stress(i,down) tirrappreżenta l-istress relattiv 'l isfel tar-rata tal-imgħax għad-durata ssimplifikata tal-intervall ta' maturità i;

(f)

it-tieni somma tkopri l-linji operatorji kollha stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(g)

BElob tirrappreżenta l-aħjar stima għal-linja operatorja lob;

(h)

durlob tirrappreżenta d-durata mmodifikata tal-aħjar stima fil-linja operatorja lob;

(i)

ratelob tirrappreżenta r-rata rilevanti mingħajr riskju għad-durata mmodifikata fil-linja operatorja lob;

(j)

stress(lob, down) tirrappreżenta l-istress 'l isfel relattiv tar-rata tal-imgħax għad-durata mmodifikata dur(lob) .

4.   L-intervalli ta' maturità i u d-durata ssimplifikata duri imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2 u fil-punt (a) u (c) tal-paragrafu 3 ikunu kif ġej:

(a)

sal-maturità ta' sena, id-durata ssimplifikata tkun ta' 0,5 ta' sena;

(b)

bejn maturitajiet ta' sena u tliet snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' sentejn;

(c)

bejn maturitajiet ta' tlieta u ħames snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' erba' snin;

(d)

bejn maturitajiet ta' ħames u 10 snin, id-durata ssimplifikata tkun ta' seba' snin;

(e)

minn maturità ta' 10 snin u iktar, id-durata ssimplifikata tkun ta' 12-il sena.

Artikolu 104

Kalkolu ssimplifikat għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa imsemmijin fl-Artikolu 176 ta' dan ir-Regolament kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SCRbonds tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self;

(b)

MVbonds tirrappreżenta l-valur b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-assi soġġetti għal rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' firxa fuq bonds u self;

(c)

%MVi bonds tirrappreżenta s-sehem tal-portafoll tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, meta ECAI nominata tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni valutazzjoni tal-kreditu għal dawk l-assi;

(d)

%MVnorating bonds tirrappreżenta s-sehem tal-portafoll tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self li għalihom ma tqiegħdet għad-dispożizzjoni ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata;

(e)

duri u durnorating jirrappreżentaw id-durata mmodifikata denominata fis-snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds u self meta ma tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata;

(f)

stressi tirrappreżenta funzjoni tal-iskala tal-kwalità kreditizja i u tad-durata mmodifikata denominata fi snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, kif stipulat fil-paragrafu 2;

(g)

ΔLiabul tirrappreżenta ż-żieda fil-provvedimenti tekniċi meta mnaqqas il-marġni ta' riskju għal poloz meta d-detenturi tal-poloz iġarrbu r-riskju ta' investiment b'opzjonijiet u garanziji inkorporati li jirriżultaw minn tnaqqis f'daqqa fil-valur tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds ta':

Formula

.

2.   imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, għal kull skala tal-kwalità kreditizja i, għandu jiġi kkalkulat hekk: duri bi ,Formulafejn duri hija d-durata mmodifikata denominata fi snin tal-assi soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju tal-firxa fuq bonds u self bi skala tal-kwalità kreditizja i, u bi hija ddeterminata skont it-tabella li ġejja:

Skala tal-kwalità kreditizja i

0

1

2

3

4

5

6

bi

0,9 %

1,1 %

1,4 %

2,5 %

4,5 %

7,5 %

7,5 %

3.   durnorating imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u duri imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux inqas minn sena.

Artikolu 105

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa fuq bonds u self għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive

Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jsejsu l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-firxa imsemmi fl-Artikolu 176 fuq is-suppożizzjoni li l-assi kollha huma assenjati fl-iskala 3 tal-kwalità kreditizja.

Artikolu 106

Kalkolu ssimplifikat tar-rekwiżit kapitali għal konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive

Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 89, l-impriżi tal-assigurazzjoni captive jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jużaw is-simplifikazzjonijiet kollha minn dawk li ġejjin għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-konċentrazzjoni:

(1)

arranġamenti tal-ippuljar ta' assi intragrupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive jistgħu jiġu eżentati mill-bażi ta' kalkolu msemmija fl-Artikolu 184(2) jekk ikun hemm termini kuntrattwali infurzabbli bil-liġi li jiżguraw li l-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive se jitpaċu bl-iskoperturi intragrupp li għandha kontra entitajiet oħra tal-grupp.

(2)

il-livell limitu tal-iskopertura eċċessiva rilevanti msemmi fl-Artikolu 184(1)(c) ikun ta' 15 % għall-iskoperturi b'isem wieħed li ġejjin:

(a)

skoperturi għal istituzzjonijiet tal-kreditu li ma jappartjenux fl-istess grupp u li ġew assenjati fl-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu;

(b)

skoperturi għal entitajiet tal-grupp li jieħu ħsieb il-flus tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni captive li ġew assenjati fl-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu.

Artikolu 107

Kalkolu ssimplifikat tal-effett li jimmitiga r-riskji għal titolizzazzjoni jew arraġamenti ta' riassigurazzjoni

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett li jimmitiga r-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni ta' titolizzazzjoni jew arranġament tar-riassigurazzjoni i msemmi fl-Artikolu 196 kif ġej:

Formula

fejn

(a)

RMre,all tirrappreżenta l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tat-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni għall-kontropartijiet kollha kkalkulat skont il-paragrafu 2,

(b)

Recoverablesi tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mit-titolizzazzjoni jew l-arranġament ta' riassigurazzjoni u d-debituri korrispondenti għall-kontroparti i u Recoverablesall tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mit-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni u d-debituri korrispondenti għall-kontropartijiet kollha.

2.   L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tat-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti ta' riassigurazzjoni għall-kontropartijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 1 huwa d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit kapitali ipotetiku għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jekk ma jeżisti ebda wieħed mit-titolizzazzjonijiet u l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 108

Kalkolu ssimplifikat tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji għal arranġamenti tar-riassigurazzjoni proporzjonali

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni j ta' arranġament tar-riassigurazzjoni proporzjonali għall-kontroparti i msemmi fl-Artikolu 196 kif ġej:

Formula

fejn

(a)

BE tirrappreżenta l-aħjar stima tal-obbligi gross mill-ammonti rekuperabbli,

(b)

Recoverablesi tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabbli mill-arranġament tar-riassigurazzjoni proporzjonali u d-debituri korrispondenti għall-kontroparti i,

(c)

Recoverablesall tirrappreżenta l-aħjar stima tal-ammonti rekuperabli mill-arranġamenti tar-riassigurazzjoni proporzjonali u d-debituri korrispondenti għall-kontropartijiet kollha

(d)

SCRj tirrappreżenta r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni j tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 109

Kalkoli ssimplifikati għall-arranġamenti tal-ippuljar

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jużaw il-kalkoli ssimplifikati li ġejjin għall-finijiet tal-Artikoli 193, 194 u 195:

(a)

L-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 194(1)(d) tista' tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn BEU tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-arranġament tal-ippuljar mill-impriża fl-arranġament tal-ippuljar, netta minn kwalunkwe ammont riassigurat ma' kontropartijiet li mhumiex fl-arranġament tal-ippuljar.

(b)

L-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 195(c) tista' tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn BECEP tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-kontroparti esterna mill-pula, fir-rigward tar-riskju ċedut lill-pula mill-impriża.

(c)

L-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji msemmi fl-Artikolu 195(d) jista' jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(i)

BECE tirrappreżenta l-aħjar stima tar-responsabbiltà ċeduta lill-kontroparti esterna mill-arranġament tal-ippuljar sħiħ;

(ii)

ΔRMCEP tirrappreżenta l-kontribut tal-kontropartijiet esterni kollha għall-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji tal-arranġament tal-pula fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża;

(d)

Il-membri tal-pula kontroparti u l-kontropartijiet esterni għall-pula jistgħu jinġabru fi grupp skont il-valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, diment li jkun hemm raggruppamenti separati għall-iskoperturi tal-pula tat-tip A, it-tip B u t-tip C.

Artikolu 110

Kalkolu ssimplifikat — raggruppament ta' skoperturi b'isem wieħed

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw it-telf fil-każ ta' inadempjenza stipulat fl-Artikolu 192 għal grupp ta' skoperturi b'isem wieħed. F'dak il-każ, il-grupp ta' skoperturi b'isem wieħed jiġi assenjat l-ogħla probabilità tal-inadempjenza assenjata lil skoperturi b'isem wieħed inklużi fil-grupp b'konformità mal-Artikolu 199.

Artikolu 111

Kalkolu ssimplifikat tal-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji

Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkulaw l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskji fuq ir-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq ta' derivattiv, titolizzazzjoni u arranġament tar-riassigurazzjoni msemmijin fl-Artikolu 196 bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a)

is-somma tar-rekwiżit kapitali ipotetiku għas-submoduli tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni affettwata mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskji, bħallikieku l-arranġament tar-riassigurazzjoni, titolizzazzjoni jew derivattiv ma kinux jeżistu;

(b)

is-somma tar-rekwiżiti kapitali għas-submoduli tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni u tas-suq tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni affettwata mit-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju.

Artikolu 112

Kalkolu ssimplifikat tal-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-effett ekonomiku tal-kollateral

1.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 88, u meta r-rekwiżit tal-kontroparti u r-rekwiżit tal-parti terza msemmija fl-Artikolu 197(1) it-tnejn li huma jkunu ssodisfati, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu, għall-għanijiet tal-Artikolu 197, jikkalkulaw il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), bħala 85 % tal-valur tal-assi miżmuma bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.   Meta jkun hemm konformità mal-Artikoli 88 u 214 ta' dan ir-Regolament, u meta r-rekwiżit tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 197(1) ikun issodisfat u r-rekwiżit tal-parti terza msemmi fl-Artikolu 197(1) ma jkunx issodisfat, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jistgħu, għall-finijiet tal-Artikolu 197, jikkalkulaw il-valur aġġustat għar-riskju ta' kollateral ipprovdut permezz ta' titolu kif imsemmi fl-Artikolu 1(26)(b), bħala 75 % tal-valur tal-assi miżmuma bħala kollateral, ivvalutati b'konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Subtaqsima 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni

Artikolu 113

Għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja, ir-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja u r-riskju tas-sottoskrizzjoni tas-saħħa, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:.

(a)

il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għal obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tas-saħħa;

(b)

il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-ħajja minbarra obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa

(c)

il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tas-saħħa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa;

TAQSIMA 2

Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja

Artikolu 114

Modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja

1.   Il-modulu tar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja jikkonsisti fis-submoduli li ġejjin:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja msemmi fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

il-modulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)

CorrNL(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju tas-sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja għas-submoduli i u j;

(c)

SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.   Il-parametru ta' korrelazzjoni CorrNL(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 jirrappreżenta l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:

j

i

Primjum u riżerva mhux tal-ħajja

Katastrofi mhux tal-ħajja

Skadenza mhux tal-ħajja

Primjum u riżerva mhux tal-ħajja

1

0,25

0

Katastrofi mhux tal-ħajja

0,25

1

0

Skadenza mhux tal-ħajja

0

0

1

Artikolu 115

Submodulu tar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

σnl tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja misjub b'konformità mal-Artikolu 117;

(b)

Vnl tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja misjub b'konformità mal-Artikolu 116.

Artikolu 116

Daqs tal-volum għal riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja

1.   Id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja ikun daqs is-somma tad-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva tas-segmenti stabbiliti fl-Anness II.

2.   Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s;

(b)

V(res,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riserva tas-segment s;

(c)

DIVs tirrappreżenta l-fattur ta' diversifikazzjoni ġeografika tas-segment s.

3.   Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

Ps tirrappreżenta stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara;

(b)

P(last,s) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar;

(c)

FP(existing,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s wara t-12-il xahar ta' wara għall-kuntratti eżistenti;

(d)

FP(future,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s għall-kuntratti li d-data ta' rikonoxximent inizjali tagħhom taħbat fit-12-il xahar ta' wara iżda esklużi l-primjums li jridu jiġu ggwadanjati matul it-12-il xahar wara d-data ta' rikonoxximent inizjali.

4.   Bħala alternattiva għall-kalkolu stipulat fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s skont il-formuli li ġejjin:

Formula

diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ddeċieda li l-primjums iggwadanjati tiegħu fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara mhumiex se jaqbżu Ps ;

(b)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni stabbilixxiet mekkaniżmi effettivi ta' kontroll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti fuq primjums iggwadanjati msemmijin fil-punt (a);

(c)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għarrfet lill-awtorità superviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u r-raġunijiet għaliha.

Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, it-termini Ps , FP(existing,s) u FP(future,s) ikunu rappreżentati skont il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3.

5.   Għall-finijiet tal-kalkoli stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-primjums ikunu netti, wara tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. Il-primjums li ġejjin għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni ma jitnaqqsux:

(a)

primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3);

(b)

primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213.

6.   Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment partikolari għandu jiġi kkalkulat bħala l-aħjar stima tal-provvedimenti għal pretensjonijiet pendenti għas-segment, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, diment li l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew veikoli bi skop speċjali jikkonformaw mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. Id-daqs tal-volum ma jkunx ammont negattiv.

7.   Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, il-fattur prestabbilit għad-diversifikazzjoni ġeografika ta' segment partikolari jkun ta' 1 jew ikkalkulat skont l-Anness III.

Artikolu 117

Devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja

1.   Id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

Vnl tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja;

(b)

is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (s,t) tas-segmenti stabbiliti fl-Anness II;

(c)

CorrS(s,t) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja għas-segment s u s-segment t stabbiliti fl-Anness IV;

(d)

σs u σt jirrappreżentaw devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' primjum u tar-riżerva mhux tal-ħajja tas-segmenti s u t rispettivament;

(e)

Vs u Vt jirrappreżentaw daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' primjum u riżerva tas-segmenti s u t, imsemmijin fl-Artikolu 116, rispettivament.

2.   Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum u riżerva mhux tal-ħajja ta' segment partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja tas-segment s stabbilit skont il-paragrafu 3;

(b)

σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva mhux tal-ħajja tas-segment s kif speċifikat fl-Anness II;

(c)

V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 116;

(d)

V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 116.

3.   Għas-segmenti kollha stabbiliti fl-Anness II, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum mhux tal-ħajja ta' segment partikolari tkun daqs il-multipikazzjoni tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross mhux tal-ħajja tas-segment stipulat fl-Anness II u l-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali. Għas-segmenti 1, 4 u 5 stipulati fl-Anness II il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 80 %. Għas-segmenti kollha l-oħrajn stabbiliti fl-Anness, il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 100 %.

Artikolu 118

Submodulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja

1.   Ir-rekwiżit kapitali għas-submodulu tar-riskju ta' skadenza mhux tal-ħajja msemmi f'114(1)(c) jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi istantanji li ġejjin:

(a)

it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom il-waqfien jirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju;

(b)

meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.   L-eventi imsemmijin fil-paragrafu 1 japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kollha kkonċernati. Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

3.   Sabiex jinstab it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-event imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-impriża għandha ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li l-iktar li jaffetta ħażin il-fondi proprji bażiċi tal-impriża fuq il-bażi ta' kull polza.

Artikolu 119

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja

1.   Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi mhux tal-ħajja għandu jikkonsisti fis-submoduli kollha li ġejjin:

(a)

is-submodulu għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni tal-proprjetà mhux proporzjonali;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmula mill-bniedem;

(c)

the man-made catastrophe risk sub-module;

(d)

is-submodulu għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja.

2.   The capital requirement for the non-life catastrophe underwriting risk module shall be equal to the following:

Formula

fejn:

(a)

SCRnatCAT tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali;

(b)

SCRnpproperty tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali;

(c)

SCRmmCAT tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi magħmul mill-bniedem;

(d)

SCRCATother tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja.

Artikolu 120

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi naturali

1.   Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi naturali jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' rwiefen;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' terremot;

(c)

is-submodulu tar-riskju ta' għargħar;

(d)

is-submodulu tar-riskju ta' silġ;

(e)

is-submodulu tar-riskju ta' sussistenza.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi naturali jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet possibbli kollha tas-submoduli i stipulati fil-paragrafu 1;

(b)

SCRi tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għas-submodulu i.

Artikolu 121

Submodulu tar-riskju ta' rwiefen

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness V;

(b)

CorrWS(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness V;

(c)

SCR(windstorm,r) u SCR(windstorm,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r u s rispettivament;

(d)

SCR(windstorm,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjuni oħrajn u mhux dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r jkun l-ikbar wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r skont ix-xenarju A kif stipulat fil-paragrafu 3;

(b)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen fir-reġjun r skont ix-xenarju B kif stipulat fil-paragrafu 4.

3.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a)

telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammont rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa ta' 80 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r;

(b)

telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, hija ta' 40 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r.

4.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a)

telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammont rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa ta' 100 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r;

(b)

telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, hija ta' 20 % tat-telf speċifikat minħabba rwiefen fir-reġjun r.

5.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V, it-telf speċifikat minħabba rwiefen f'reġjun partikolari r jkun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

Q(windstorm,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' rwiefen għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness V;

(b)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX;

(c)

Corr(windstorm,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXII;

(d)

WSI(windstorm,r,i) u WSI(windstorm,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

6.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness XI, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' rwiefen f'żona ta' rwiefen partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

W(windstorm,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' rwiefen fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)

SI(windstorm,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' rwiefen fiż-żona ta' rwiefen i tar-reġjun r.

7.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness V u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness XI, is-somma assigurata għar-riskju ta' rwiefen f'żona ta' rwiefen partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru riskju ta' rwiefen u fejn ir-riskju jkun jinsab f'żona tar-riskju i tar-reġjun r;

(b)

SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn rwiefen u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

8.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' rwiefen f'reġjuni li mhumiex fost dawk stipulati fl-Anness XIII ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa fir-rigward ta' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri kwalunkwe wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' rwiefen u meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b)

obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn rwiefen u meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

9.   L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

DIVwindstorm hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 8 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fil-punt (8) tal-Anness III;

(b)

Pwindstorm hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-paragrafu 8 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 122

Submodulu tar-riskju ta' terremot

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VI;

(b)

CorrEQ(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' terremot għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VI;

(c)

SCR(earthquake,r) u SCR(earthquake,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' terremot fir-reġjun r u s rispettivament;

(d)

SCR(earthquake,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjun partikolari r ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

Q(earthquake,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' terremot għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VI;

(b)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX;

(c)

Corr(earthquake,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' rwiefen fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXIII;

(d)

WSI(earthquake,r,i) u WSI(earthquake,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' terremot fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

3.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VI u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' terremot f'żona ta' terremot partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

W(earthquake,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' terermot fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)

SI(earthquake,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' terremot fiż-żona ta' terremot i tar-reġjun r.

4.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VI u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' terremot f'żona ta' terremot partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru riskju ta' terremot u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(b)

SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn terremot u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

5.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' terremot f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' terremot, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b)

obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn terremot, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

6.   L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 5 jkun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

DIVearthquake hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fl-Anness III;

(b)

Pearthquake hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiggwadanjaw għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 123

Submodulu tar-riskju ta' għargħar

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VII;

(b)

CorrFL(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' għargħar għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VII;

(c)

SCR(flood,r) u SCR(flood,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r u s rispettivament;

(d)

SCR(flood,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r ikun l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r skont ix-xenarju A kif stipulat fil-paragrafu 3;

(b)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar fir-reġjun r skont ix-xenarju B kif stipulat fil-paragrafu 4.

3.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a)

telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 65 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r;

(b)

telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 45 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r.

4.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B għandu jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza ta' eventi li ġejja:

(a)

telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r;

(b)

telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 10 % tat-telf speċifikat minħabba għargħar fir-reġjun r.

5.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII, it-telf speċifikat minħabba għargħar f'reġjun partikolari r ikun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

Q(flood,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' silġ għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VII;

(b)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX;

(c)

Corr(flood,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' għargħar fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXISCR (flood,r);

(d)

WSI(flood,r,i) u WSI(flood,r,j) jirrappreżentaw is-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' għargħar fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

6.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' għargħar f'żona partikolari ta' għargħar i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

W(flood,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' għargħar fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)

SI(flood,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' għargħar f'żona ta' għargħar i tar-reġjun r.

7.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma assigurata għal żona ta' għargħar partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(b)

SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn għargħar u meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

(c)

SI(motor,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 5 u 17 kif stipulat fl-Anness I fir-rigward ta' kuntratti li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

8.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' għargħar f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII, ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri kwalunkwe wieħed mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin:

(a)

obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b)

obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minn għargħar, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(c)

obbligi tal-linji operatorji 5 jew 17 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' għargħar, meta r-riskju ma jknx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

9.   L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

DIVgħargħar hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda fuq il-bażi tal-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 u ristretti għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fil-punt (8) tal-Anness III;

(b)

Pflood hija stima tal-primjums li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiggwadanjaw għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 tul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 124

Submodulu tar-riskju ta' silġ

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli (r,s) tar-reġjuni stipulati fl-Anness VIII;

(b)

CorrHL(r,s) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' silġ għar-reġjun r u r-reġjun s kif stipulat fl-Anness VIII;

(c)

SCR(hail,r) u SCR(hail,s) jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' borra fir-reġjuni r u s rispettivament;

(d)

SCR(hail,other) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII.

2.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r ikun l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ fir-reġjun r skont ix-xenarju A;

(b)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' borra fir-reġjun r skont ix-xenarju B.

3.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju A jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza tal-eventi li ġejja:

(a)

telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 70 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r;

(b)

telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 50 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r.

4.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' silġ f'reġjun partikolari r skont ix-xenarju B ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mis-sekwenza tal-eventi li ġejja:

(a)

telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r;

(b)

telf ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 20 % tat-telf speċifikat minħabba silġ fir-reġjun r.

5.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII, it-telf speċifikat minħabba silġ f'reġjun partikolari r ikun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

Q(hail,r) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju ta' silġ għar-reġjun r kif stipulat fl-Anness VIII;

(b)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) tar-reġjun r stipulata fl-Anness IX;

(c)

Corr(hail,r,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' silġ fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness XXV;

(d)

WSI(hail,r,i) u WSI(silġ,r,j) jirrappreżentaw is-somom ippeżati assigurati għar-riskju ta' borra fiż-żoni ta' riskju i u j tar-reġjun r stipulat fl-Anness IX.

6.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII u ż-żoni kollha ta' riskju ta' dawk ir-reġjuni stipulati fl-Anness IX, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' silġ f'żona ta' silġ partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

W(hail,r,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' silġ fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r stipulat fl-Anness X;

(b)

SI(hail,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata għar-riskju ta' silġ fiż-żona ta' silġ i tar-reġjun r.

7.   Għar-reġjuni kollha stipulati fl-Anness VIII u ż-żoni kollha ta' silġ, is-somma assigurata għar-riskju ta' silġ f'żona ta' silġ partikolari i ta' reġjun partikolari r tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SI(property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' silġ, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(b)

SI(onshore-property,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 6 u 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru ħsara fuq proprjetà fuq l-art mir-riskju ta' silġ, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r;

(c)

SI(motor,r,i) tirrappreżenta s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 5 u 17 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju jkun jinsab fiż-żona ta' riskju i tar-reġjun r.

8.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' borra f'reġjuni oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness XIII, ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkopri wieħed jew iktar mill-obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li ġejjin:

(a)

obbligi tal-linji operatorji 7 jew 19 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(b)

obbligi tal-linji operatorji 6 jew 18 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' ħsara fuq proprjetà fuq l-art minħabba silġ, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII;

(c)

obbligi tal-linji operatorji 5 jew 17 kif stipulat fl-Anness I li jkopru r-riskju ta' borra, meta r-riskju ma jkunx jinsab f'wieħed mir-reġjuni stipulati fl-Anness XIII.

9.   L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 8 jkun daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

DIVhail hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda bbażata fuq il-primjums marbutin mal-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 u ristretta għar-reġjuni 5 sa 18 stipulati fl-Anness III;

(b)

Phail hija stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 8 matul it-12-il xahar ta' wara: għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 125

Submodulu tar-riskju ta' sussistenza

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sussistenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli taż-żoni ta' riskju (i,j) ta' Frnza stipulat fl-Anness IX;

(b)

Corr(subsidence,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sussistenza fiż-żoni ta' riskju i u j stipulati fl-Anness XXVI;

(c)

WSI(subsidence,i) u WSI(subsidence,j) tirrappreżenta s-somom ponderati assigurati għar-riskju ta' sussistenza fiż-żoni ta' riskju i u j ta' Franza stipulati fl-Anness IX.

2.   Għaż-żoni kollha ta' sussistenza, is-somma ppeżata assigurata għar-riskju ta' sussistenza f'żona ta' riskju partikolari i ta' Franza stipulata fl-Anness IX tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

W(subsidence,i) tirrappreżenta l-piż tar-riskju għar-riskju ta' sussistenza fiż-żona ta' riskju i stipulata fl-Anness X;

(b)

SI(subsidence,i) tirrappreżenta s-somma assigurata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għal-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I b'rabta ma' kuntratti li jkopru r-riskju ta' sussistenza ta' bini residenzjali fiż-żona ta' sussistenza i.

Artikolu 126

Interpretazzjoni tax-xenarji ta' katastrofi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 121(3) u (4), l-Artikolu 123(3) u (4) u l-Artikolu 124(3) u (4), l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsejsu l-kalkolu tar-rekwiżit kapitali fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żewġ eventi konsekuttivi msemmijin f'dawk l-Artikoli huma indipendenti;

(b)

l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jidħlux f'tekniki ġodda tal-assigurazzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskji bejn iż-żewġ eventi.

2.   Minkejja l-punt (d) tal-Artikolu 83(1), meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni attwali jippermettu r-ristabbilimenti, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieħdu f'kunsiderazzjoni azzjonijiet maniġerjali tal-ġejjieni marbutin mar-ristabbilimenti bejn l-ewwel u t-tieni event. Is-suppożizzjonijiet fuq azzjonijiet ta' ġestjoni futuri jkunu realistiċi, oġġettivi u verifikabbli.

Artikolu 127

Submodulu għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi ta' riassigurazzjoni ta' proprjetà mhux proporzjonali jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa b'rabta ma' kull kuntratt tar-riassigurazzjoni li jkopri l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 stipulat fl-Anness I.

2.   L-ammont tat-telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

DIVnpproperty hija kkalkulata skont l-Anness III, iżda bbażata fuq il-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni iggwadanjat fil-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I, minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linja operatorja 9 u 21 kif stipulat fl-Anness I;

(b)

Pproperty hija stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja matul it-12-il xahar ta' wara għal kull kuntratt li jkopri l-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-linja operatorja 28 kif stipulat fl-Anness I minbarra obbligi tar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali marbutin mal-obbligi tal-assigurazzjoni inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 kif stipulat fl-Anness I; għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

Artikolu 128

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmulin mill-bniedem

1.   Is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi magħmula mill-bniedem jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi;

(b)

is-submodulu tar-riskju marittimu;

(c)

is-submodulu tar-riskju tal-avjazzjoni;

(d)

is-submodulu tar-riskju ta' nirien;

(e)

is-submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà;

(f)

is-submodulu tar-riskju ta' kreditu u garanzija.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' katastrofi magħmulin mill-bniedem jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi s-submoduli kollha stipulati fil-paragrafu 1;

(b)

SCRi tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għas-submodulu i.

Artikolu 129

Submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà tal-vetturi jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs l-ammont f'euro li ġej:

Formula

fejn:

(a)

Na huwa n-numru ta' vetturi assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 4 u 16 kif stipulat fl-Anness I b'limitu tal-polza preżunt ogħla minn EUR 24 000 000;

(b)

Nb huwa n-numru ta' vetturi assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 4 u 16 kif stipulat fl-Anness I b'limitu tal-polza preżunt ta' EUR 24 000 000 jew inqas.

In-numru ta' vetturi koperti mill-obbligi tar-riassigurazzjoni proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkun ippeżat mis-sehem relattiv tal-obbligi tal-impriża fir-rigward tas-somma assigurata tal-vetturi.

2.   Il-limitu tal-polza preżunt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun il-limitu ġenerali tal-polza tal-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' vettura jew, meta ma jkun speċifikat ebda limitu ġenerali bħal dan fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-polza, is-somma tal-limiti għall-ħsara fuq il-proprjetà u korriment personali. Meta l-limitu tal-polza jkun speċifikat bħala massimu għal kull vittma, il-limitu tal-polza preżunt ikun imsejjes fuq is-suppożizzjoni ta' għaxar vittmi.

Artikolu 130

Submodulu tar-riskju marittimu

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju marittimu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SCRtanker hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kolliżjoni ta' tanker;

(b)

SCRplatform hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' splużjoni ta' pjattaforma.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kolliżjoni ta' tanker ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

Image

fejn:

(a)

il-massimu huwa marbut mat-tankers taż-żejt u tal-gass kollha assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-kolliżjoni ta' tanker fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I;

(b)

SI(hull,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-buq marittimu fir-rigward ta' tanker t;

(c)

SI(liab,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-obbligazzjoni marittima fir-rigward ta' tanker t;

(d)

SI(pollution,t) hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tat-tniġġis biż-żejt fir-rigward tat-tanker t.

3.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' splużjoni ta' pjattaforma jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

Image

fejn:

(a)

il-massimu huwa marbut mal-pjattaformi kollha taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta li huma assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward ta' splużjoni tal-pjattaforma fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I;

(b)

SIp hija s-somma akkumulata assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li ġejjin fir-rigward tal-pjattaforma p:

(i)

obbligi biex jikkumpensaw għall-ħsara fuq proprjetà;

(ii)

obbligi biex jikkumpensaw għall-ispejjeż għat-tneħħija ta' relitt;

(iii)

obbligi biex jikkumpensaw għat-telf ta' dħul mill-produzzjoni;

(iv)

obbligi biex jikkumpensaw għall-ispejjeż għas-siġillar tal-bir jew sabiex il-bir isir sigur;

(v)

obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' responsabbiltà.

Artikolu 131

Submodulu tar-riskju tal-avjazzjoni

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-avjazzjoni jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

Image

fejn:

(a)

il-massimu huwa relatat mal-inġenji tal-ajru kollha assigurati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 6, 18 u 27 stipulat fl-Anness I;

(b)

SIa hija s-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-buq tal-avjazzjoni u l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tar-responsabbiltà tal-avjazzjoni fir-rigward ta' inġenju tal-ajru a.

Artikolu 132

Submodulu tar-riskju ta' nirien

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' nirien ikun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa daqs is-somma assigurata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fir-rigward tal-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' nirien.

2.   L-ikbar konċentrazzjoni tar-riskju ta' nirien ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija s-sett ta' binjiet bl-ikbar somma assigurata li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha obbligi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fil-linji operatorji 7 u 19 kif stipulat fl-Anness I, fir-rigward ta' kull bini li jkopru ħsara minħabba nirien jew splużjoni, anki dawk konsegwenza ta' attakki terroristiċi.

(b)

il-binjiet kollha jinsabu kompletament jew f'parti minnhom f'medda ta' 200 metru.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, is-sett ta' binjiet jista' jkun kopert minn kuntratt wieħed jew iktar tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Artikolu 133

Submodulu tar-riskju ta' responsabbiltà

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà jkun ugwali għal:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tinkludi t-taħlitiet kollha possibbli ta' gruppi ta' riskju ta' responsabbiltà (i,j) kif stipulat fl-Anness XI;

(b)

Corr(liability,i,j) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' responsabbiltà tal-gruppi ta' riskju ta' responsabbiltà i u j kif stipulat fl-Anness XI;

(c)

SCR(liability,i) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà tal-grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i.

2.   Għall-gruppi kollha ta' riskju ta' responsabbiltà stipulati fl-Anness XI, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' responsabbiltà ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà partikolari i jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

f(liability,i) tirrappreżenta l-fattur ta' riskju għall-grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i kif stipulat fl-Anness XI;

(b)

P(liability,i) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ggwadanjat matul it-12-il xahar ta' wara b'rabta mal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fi grupp tar-riskju ta' responsabbiltà i; għal dan l-għan, il-primjums ikunu gross, mingħajr tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

3.   Il-kalkolu tat-telf f'fondi proprji bażiċi msemmi fil-paragrafu 2 ikun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-telf ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i huwa kkaġunat minn ni pretensjonijiet u t-telf ikkaġunat minn dawn il-pretensjonijiet huwa rappreżentattiv għan-negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i u jammonta għat-telf ta' grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i;

(b)

in-numru ta' pretensjonijiet ni huwa daqs l-inqas numru sħiħ li jaqbeż l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(i)

f(liability,i) u P(liability,i) huma definiti fil-paragrafu 2;

(ii)

Lim(i,1) tirrappreżenta l-ikbar limitu ta' responsabbiltà ta' indennizz ipprovdut mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i;

(c)

meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tipprovdi kopertura mingħajr limitu fi grupp ta' riskju ta' responsabbiltà i, in-numru ta' pretensjonijiet ni ikun wieħed.

Artikolu 134

Submodulu tar-riskju ta' kreditu u garanzija

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' kreditu u garanzija jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SCRdefault hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kreditu kbira;

(b)

SCRrecession hija r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riċessjoni.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' inadempjenza ta' kreditu kbira jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn inadempjenza f'daqqa tal-ikbar żewġ skoperturi marbutin mal-obbligi inklużi fil-linji operatorji 9 u 21 ta' impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali jkun imsejjes fuq is-suppożizzjoni li t-telf fil-każ ta' inadempjenza, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, ta' kull skopertura huwa 10 % tas-somma assigurata fir-rigward tal-iskopertura.

3.   L-ikbar żewġ skoperturi tal-assigurazzjoni ta' kreditu msemmijin fil-paragrafu 2 ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta' tqabbil tat-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-iskoperturi tal-assigurazzjoni ta' kreditu, jiġifieri t-telf fil-każ ta' inadempjenza wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali.

4.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riċessjoni jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa ta' ammont li, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, huwa 100 % tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni iggwadanjat matul it-12-il xahar ta' wara fil-linji operatorji 9 u 21.

Artikolu 135

Submodulu għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja

Ir-rekwiżit kapitali għal riskju ieħor ta' katastrofi mhux tal-ħajja jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn telf f'daqqa, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, li huwa daqs l-ammont li ġej:

Formula

fejn:

(a)

P1, P2, P3, P4 u P5 jirrappreżentaw stimi tal-primjum gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni, li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni hija mistennija tikseb matul it-12-il xahar ta' wara fir-rigward tal-gruppi tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni 1 sa 5 stipulati fl-Anness XII;

(b)

c 1, c 2, c 3, c 4 u c 5 jirrappreżentaw il-fatturi ta' riskju għall-gruppi tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni 1 sa 5 stipulati fl-Anness XII.

TAQSIMA 3

Riskju tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja

Artikolu 136

Koeffiċjenti ta' korrelazzjoni

1.   Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja jikkonsisti mis-submoduli li ġejjin kollha:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' mortalità msemmi fil-punt (a) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' lonġevità msemmi fil-punt (b) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

is-submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità msemmi fil-punt (c) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d)

is-submodulu tar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja msemmi fil-punt (d) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e)

is-submodulu tar-riskju ta' reviżjoni msemmi fil-punt (e) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(f)

is-submodulu tar-riskju ta' skadenza msemmi fil-punt (f) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(g)

is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tal-ħajja msemmi fil-punt (g) tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 105(3) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)

CorrNL(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-ħajja għas-submoduli i u j;

(c)

SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.   Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni Corri,j imsemmija fil-punt 3 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:

j

i

Mortalità

Lonġevità

Diżabilità

Spejjeż tal-ħajja

Reviżjoni

Skadenza

Katastrofi tal-ħajja

Mortalità

1

– 0,25

0,25

0,25

0

0

0,25

Lonġevità

– 0,25

1

0

0,25

0,25

0,25

0

Diżabilità

0,25

0

1

0,5

0

0

0,25

Spejjeż tal-ħajja

0,25

0,25

0,5

1

0,5

0,5

0,25

Reviżjoni

0

0,25

0

0,5

1

0

0

Skadenza

0

0,25

0

0,5

0

1

0,25

Katastrofi tal-ħajja

0,25

0

0,25

0,25

0

0,25

1

Artikolu 137

Submodulu tar-riskju tal-mortalità

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-mortalità msemmija fl-Artikolu 105(3)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 15 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi

2.   Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-indennizz ta' poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju jista' jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b)

meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.   Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità tapplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti u titwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 138

Submodulu tar-riskju ta' lonġevità

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' lonġevità msemmija fl-Artikolu 105(3)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 20 % fir-rati ta' mortalità użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

2.   It-tnaqqis fir-rati ta' mortalità msemmi fil-paragrafu 1 japplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju. L-identifikazzjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom tnaqqis fir-rati ta' mortalità jwassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju tista' tkun imsejsa fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b)

meta l-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità jista' jkun imsejjes ukoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok poloz waħedhom, diment li dan irendi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.   Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont tnaqqis fir-rati ta' mortalità japplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u jitwettaq skont il-paragrafu 2.

Artikolu 139

Submodulu tar-riskju ta' diżabilità-morbidità

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' diżabilità-morbidità msemmi fl-Artikolu 105(3)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita tal-bidliet permanenti f'daqqa li ġejjin:

(a)

żieda ta' 35 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' diżabilità u morbidità fit-12-il xahar ta' wara;

(b)

żieda ta' 25 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' diżabilità u morbidità għax-xhur kollha wara t-12-il xahar ta' wara;

(c)

tnaqqis ta' 20 % fir-rati ta' diżabilità u morbidità li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi fir-rigward tat-12-il xahar ta' wara u għas-snin kollha ta' wara.

Artikolu 140

Submodulu tar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' spejjeż tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 105(3)(d) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta mit-taħlita ta' bidliet permanenti f'daqqa li ġejjin:

(a)

żieda ta' 10 % fl-ammont ta' spejjeż meqjusa fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;

(b)

żieda ta' punt perċentwali fir-rata ta' inflazzjoni tal-ispejjeż (mogħtija bħala perċentwal) użata għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi.

Fir-rigward tal-obbligi tar-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japplikaw dawk il-bidliet għall-ispejjeż tagħhom stess u, fejn rilevanti, għall-ispejjeż tal-impriżi ċedenti.

Artikolu 141

Submodulu tar-riskju ta' reviżjoni

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' reviżjoni msemmi fl-Artikolu 105(3)(e) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 3 % fl-ammont ta' benefiċċji tal-annwalità biss fuq obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-annwalità meta l-benefiċċji pagabbli skont il-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti jistgħu jiżdiedu minħabba bidliet fl-ambjent legali jew fl-istat tas-saħħa tal-persuna assigurata.

Artikolu 142

Submodulu tar-riskju ta' skadenza

1.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:

(a)

the capital requirement for the risk of a permanent increase in lapse rates;

(b)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza;

(c)

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' żieda permanenti fir-rati ta' skadenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta'eżerċizzju tal-opzjoni tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafi 4 u 5. Minkejja dan, ir-rati miżjudin ta' eżerċizzju tal-opzjoni ma jaqbżux il-100 % u ż-żieda fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni japplikaw biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju tal-opzjoni jirriżulta f'żieda tal-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.

3.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' tnaqqis permanenti fir-rati ta' skadenza jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn tnaqqis permanenti f'daqqa ta' 50 % fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni tal-opzjonijiet rilevanti stipulati fil-paragrafu 4 u 5. Minkejja dan, it-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni ma jaqbiżx l-20 punt perċentwali u t-tnaqqis fir-rati ta' eżerċizzju tal-opzjoni japplika biss għal dawk l-opzjonijiet rilevanti li għalihom l-eżerċizzju tal-opzjoni jirriżulta fi tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju.

4.   L-opzjonijiet rilevanti għall-fini tal-paragrafi 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:

(a)

id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jtemm, iċedi, inaqqas, jillimita jew jissospendi bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-assigurazzjoni jkopru jew jippermettu li tiskadi l-polza tal-assigurazzjoni;

(b)

id-drittijiet legali jew kuntrattwali kollha tad-detentur tal-polza li jistabbilixxi, iġedded, iżid, jestendi jew ikompli bis-sħiħ jew b'mod parzjali l-kopertura tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-bidla fir-rata ta' eżerċizzju tal-opzjoni msemmija fi-paragrafi 2 u 3 tiġi applikata għar-rata li tirrifletti l-opzjoni rilevanti mhijiex eżerċitata.

5.   Fir-rigward ta' kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-opzjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 2 u 3 ikunu dawn li ġejjin:

(a)

id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi ta' poloz tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(b)

id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 tad-detenturi tal-polza tal-kuntratti tar-assigurazzjoni li fuqhom huma msejsin il-kuntratti tar-riassigurazzjoni;

(c)

meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, id-dritt tad-detenturi ta' poloz potenzjali li ma jikkonkludux dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

6.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tal-massa jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn taħlita tal-eventi f'daqqa li ġejjin:

(a)

it-terminazzjoni ta' 70 % tal-poloz tal-assigurazzjoni barra mill-ambitu tal-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(b)(iii) u (iv) tad-Direttiva 2009/138/KE, li għalihom it-terminazzjoni twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju u meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-detentur ta' polza ma jkunx persuna fiżika u t-terminazzjoni tal-polza ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni mill-benefiċjarji tal-fond tal-pensjonijiet;

(ii)

id-detentur ta' polza jkun persuna fiżika li taġixxi għall-benefiċċju tal-benefiċjarji tal-polza, ħlief meta jkun hemm relazzjoni famijari bejn dik il-persuna fiżika u l-benefiċjarji, jew meta l-polza tkun effettwata għall-finijiet ta' wirt jew ippjanar ta' beni privati u n-numru ta' benefiċjarji skont il-polza ma jaqbiżx l-20;

(b)

it-terminazzjoni ta' 40 % tal-poloz tal-assigurazzjoni minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punt (a) li għalihom it-terminazzjoni tirriżulta f'żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju;

(c)

meta l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jkopru kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li se jinkitbu fil-ġejjieni, it-tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tal-ġejjieni użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

L-eventi imsemmijin fl-ewwel subparagrafu japplikaw b'mod uniformi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kkonċernati kollha. Fir-rigward tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni, l-event imsemmi fil-punt (a) japplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

Għall-finijiet ta' determinazzjoni tat-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni fl-eventi imsemmijin fil-punti (a) u (b), l-impriża ssejjes il-kalkolu fuq it-tip ta' terminazzjoni li taffettwa bl-iktar mod negattiv il-fondi proprji bażiċi tal-impriżi fuq bażi ta' kull polza.

7.   Meta l-ikbar rekwiżiti kapitali msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ikbar wieħed mir-rekwiżiti kapitali korrispondenti kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament mhumiex ibbażati fuq l-istess xenarju, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza msemmi fl-Artikolu 105(3)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun ir-rekwiżit kapitali msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li għalihom ir-riżultati tax-xenarju sottostanti fl-ikbar rekwiżit kapitali korrispondenti kkalkulat b'konformità mal-Artikolu 206(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 143

Submodulu tar-riskju ta' katastrofi tal-ħajja

1.   Ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' katastrofi tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 105(3)(g) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun daqs it-telf f'fondi proprji bażiċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirriżulta minn żieda f'daqqa ta' 0,15-il punt perċentwali fir-rati ta' mortalità (mogħtija bħala perċentwali) li jintużaw fil-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara.

2.   Iż-żieda fir-rati ta' mortalità msemmija fil-paragrafu 1 tapplika biss għal dawk il-poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità li jintużaw biex tiġi riflessa l-esperjenza ta' mortalità fit-12-il xahar ta' wara twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi. L-indennizz ta' poloz tal-assigurazzjoni li għalihom żieda fir-rati ta' mortalità twassal għal żieda fil-provvedimenti tekniċi mingħajr il-marġni ta' riskju jista' jkun imsejjes fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

poloz tal-assigurazzjoni multipli fir-rigward tal-istess persuna assigurata jistgħu jitqiesu daqslikieku kienu polza tal-assigurazzjoni waħda;

(b)

meta l-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi jkun imsejjes fuq gruppi ta' poloz kif imsemmi fl-Artikolu 35, l-identifikazzjoni tal-poloz li għalihom jiżdiedu l-provvedimenti tekniċi skont żieda fir-rati ta' mortalità tista' tkun imsejsa wkoll fuq dawk il-gruppi ta' poloz minflok il-poloz waħedhom, diment li dan jipprovdi riżultat li ma jkunx materjalment differenti.

3.   Fir-rigward tal-poloz tar-riassigurazzjoni, l-indennizz tal-poloz li għalihom il-provvedimenti tekniċi jiżdiedu skont żieda fir-rati ta' mortalità japplika għall-poloz tal-assigurazzjoni sottostanti biss u jitwettaq biss skont il-paragrafu 2.

TAQSIMA 4

Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa

Artikolu 144

Modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa

1.   Il-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa jikkonsisti mis-submoduli kollha li ġejjin:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa SLT;

(c)

is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (i,j) tas-submoduli stipulati fil-paragrafu 1;

(b)

CorrH(i,j) tirrappreżenta l-parametru ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa għas-submoduli i u j;

(c)

SCRi u SCRj jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kapitali għas-submodulu tar-riskju i u j rispettivament.

3.   Il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni CorrH(i,j) imsemmi fil-paragrafu 2 jirrappreżenta l-entrata stipulata fir-ringiela i u fil-kolonna j tal-matriċi ta' korrelazzjoni li ġejja:

j

i

Sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT

Sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT

Katastrofi tas-saħħa

Sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT

1

0,5

0,25

Sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT

0,5

1

0,25

Katastrofi tas-saħħa

0,25

0,25

1

4.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa inklużi fil-linji operatorji 1, 2, 3, 13, 14, 15 u 25 kif stipulat fl-Anness I;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa SLT għall-obbligu tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa inklużi fil-linji operatorji 29, 33 u 35 kif stipulat fl-Anness I;

(c)

is-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa għall-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tas-saħħa.

Artikolu 145

Submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT

1.   Is-submodulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT jikkonsisti fis-submoduli li ġejjin:

(a)

is-submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT;

(b)

is-submodulu tar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT.

2.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa NSLT jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SCR(NSLTh,pr) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT;

(b)

SCR(NSLTh,lapse) tirrappreżenta r-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' skadenza tas-saħħa NSLT.

Artikolu 146

Submodulu tar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

σNSLTh tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT misjub b'konformità mal-Artikolu 148;

(b)

VNSLTh tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT misjub b'konformità mal-Artikolu 147.

Artikolu 147

Daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT

1.   Id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT ikun daqs is-somma tad-daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-segmenti stipulati fl-Anness XIV.

2.   Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s;

(b)

V(prem,s) tirrappreżenta l-miżura tal-volum għall-primjum tar-riskju tas-segment s;

(c)

DIVs tirrappreżenta l-fattur ta' diversifikazzjoni ġeografika tas-segment s.

3.   Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

Ps tirrappreżenta stima tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara;

(b)

P(last,s) tirrappreżenta l-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s tul l-aħħar 12-il xahar;

(c)

FP(existing,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s wara t-12-il xahar ta' wara għall-kuntratti eżistenti;

(d)

FP(future,s) tirrappreżenta l-valur preżenti mistenni tal-primjums li l-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandha tiggwadanja fis-segment s għall-kuntratti li d-data ta' rikonoxximent inizjali tagħhom taħbat fit-12-il xahar ta' wara iżda esklużi l-primjums li jridu jiġu ggwadanjati matul it-12-il xahar wara d-data ta' rikonoxximent inizjali.

4.   Bħala alternattiva għall-kalkolu stipulat fil-paragrafu 3 għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw id-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment partikolari s skont il-formula li ġejja:

Formula

diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni ddeċieda li l-primjums iggwadanjati tiegħu fis-segment s matul it-12-il xahar ta' wara mhumiex se jaqbżu Ps ;

(b)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni stabbilixxiet mekkaniżmi effettivi ta' kontroll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti fuq primjums iggwadanjati msemmijin fil-punt (a);

(c)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għarrfet lill-awtorità superviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u r-raġunijiet għaliha.

Għall-finijiet ta' dan il-paragarfu, it-termini Ps , FP(existing,s) u FP(future,s) ikunu rappreżentati skont il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3.

5.   Għall-finijiet tal-kalkoli stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-primjums ikunu netti, wara tnaqqis tal-primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni. Il-primjums li ġejjin għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni ma jitnaqqsux:

(a)

primjums relatati ma' eventi mhux ta' assigurazzjoni jew pretensjonijiet ta' assigurazzjoni ssettiljati li mhumiex meqjusin fil-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 41(3);

(b)

primjums għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213.

6.   Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment partikolari jkun daqs l-aħjar stima għall-provvediment għal pretensjonijiet pendenti għas-segment, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u veikoli bi skop speċjali, diment li l-kuntratti tar-riassigurazzjoni jew il-veikoli bi skop speċjali jikkonformaw mal-Artikoli 209, 210, 211 u 213. Id-daqs tal-volum ma jkunx ammont negattiv.

7.   Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, il-fattur predefinit għad-diversifikazzjoni ġeografika jkun jew ugwali għal wieħed jew ikkalkulat skont l-Anness III.

Artikolu 148

Devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT

1.   Id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

VNSLTh tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT;

(b)

is-somma tkopri t-taħlitiet kollha possibbli (s,t) tas-segmenti stipulati fl-Anness XIV;

(c)

CorrHS(s,t) tirrappreżenta l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT għal segment s u segment t stipulati fl-Anness XV;

(d)

σs u σt jirrappreżentaw devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT tas-segmenti s u t rispettivament;

(e)

Vs u Vt jirrappreżentaw daqsijiet tal-volum għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-segmenti s u t, imsemmijin fl-Anness XIV, rispettivament.

2.   Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT ta' segment partikolari s tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' segment s misjuba skont il-paragrafu 3;

(b)

σ(res,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT ta' segment s kif stipulat fl-Anness XIV;

(c)

V(prem,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 147;

(d)

V(res,s) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' riżerva ta' segment s imsemmi fl-Artikolu 147.

3.   Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' segment partikolari tkun daqs il-multiplikazzjoni tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum gross tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV u l-fattur ta' aġġustament għal riassigurazzjoni mhux proporzjonali. Għas-segmenti kollha stipulati fl-Anness XIV, il-fattur ta' aġġustament għar-riassigurazzjoni mhux proporzjonali jkun ta' 100 %.

Artikolu 149

Sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa għas-sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa ('HRES') jiġu identifikati, ġestiti u organizzati b'mod separat mill-attivitajiet l-oħrajn tal-impriżi tal-assigurazzjoni, bla ebda possibbiltà ta' trasferiment għall-obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li mhumiex soġġetti għall-HRES.

2.   Id-devjazzjonijiet standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT tas-segments 1, 2 u 3 fl-Anness XIV għal negozju li huwa soġġett għal HRES jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin;

(a)

id-devjazzjonijiet standard jiġu determinati b'mod separat għal kull segment minn 1,2 u 3 fl-Anness XIV, u separatement mill-primjum u r-rskju ta' riżerva;

(b)

għal kull wieħed mis-segmenti stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum hija l-inqas waħda mill-ammonti li ġejjin:

(i)

id-devjazzjoni standard għar-riskju tal-primjum tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV;

(ii)

l-ogħla wieħed mill-ammonti li ġejjin:

A.

terz tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV;

B.

stima tad-devjazzjoni standard rappreżentattiva ta' proporzjon ikkombinat ta' impriża tal-assigurazzjoni, li jkun il-proporzjon tal-ammonti annwali li ġejjin:

is-somma tal-ħlasijiet, inklużi l-ispejjeż relatati, u l-provvedimenti tekniċi stabbiliti għall-pretensjonijiet imġarrbin matul is-sena għan-negozju soġġett għall-HRES, inkluża kwalunkwe bidla minħabba l-HRES;

il-primjum iggwadanjat tas-sena għan-negozju soġġett għall-HRES;

(c)

għal kull wieħed mis-segmenti stipulati fl-Anness XIV, id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva hija l-inqas waħda mill-ammonti li ġejjin:

(i)

id-devjazzjoni standard għar-riskju tal-primjum tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV;

(ii)

l-ogħla mill-ammonti li ġejjin;

A.

terz tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva tas-saħħa NSLT ta' dak is-segment stipulat fl-Anness XIV:

B.

stima tad-devjazzjoni standard rappreżentattiva tal-proporzjon mifrux tal-impriża tal-assigurazzjoni, li jkun il-proporzjon tal-ammonti annwali li ġejjin:

is-somma tal-provvediment bl-aħjar stima fi tmiem is-sena għal pretensjonijiet li kienu pendenti fil-bidu tas-sena u kwalunkwe pretensjoni u ħlas ta' spejjeż li jsiru matul is-sena għal pretensjonijiet li kienu pendenti fil-bidu tas-sena: iż-żewġ ammonti jinkludu kwalunkwe emenda dovuta għall-HRES;

il-provvediment bl-aħjar stima fil-bidu tas-sena għal pretensjonijiet pendenti tan-negozju soġġett għall-HRES, inkluż kwalunkwe emenda minħabba l-HRES;

(d)

is-sejbien tad-devjazzjoni standard hija msejsa fuq tekniki attwarji u statistiċi adegwati, applikabbli u rilevanti;

(e)

is-sejbien tad-devjazzjoni standard hija msejsa fuq dejta sħiħa, preċiża u xierqa li hija direttament rilevanti għan-negozju soġġett għall-HRES u tirrifletti l-grad medju ta' diversifikazzjoni fil-livell tal-impriżi tal-assigurazzjoni;

(f)

is-sejbien tad-devjazzjoni standard huwa bbażat fuq tagħrif attwali u kredibbli u suppożizzjonijiet realistiċi;

(g)

is-sejbien tad-devjazzjoni standard iqis ukoll kwalunkwe riskju li ma jkunx immitigat mill-HRES, b'mod partikolari r-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE u riskji li mhumiex riflessi fis-submodulu tar-riskju ta' katastrofi tas-saħħa u li jistgħu jaffettwaw numru kbir ta' impriżi tal-assigurazzjoni soġġetti għall-HRES fl-istess ħin;

(h)

il-metodoloġija għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard u l-kalkolu tad-devjazzjoni standard hija disponibbli b'mod pubbliku.

3.   Meta l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 109a(4) tad-Direttiva 2009/138/KE jsib devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tal-assigurazzjoni tas-saħħa NSLT għal negozju soġġett għal HRES li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw din id-devjazzjoni standard minflok id-devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment stipulat fl-Anness XIV ta' dan ir-Regolament għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) ta' dan ir-Regolament.

Meta parti biss minn negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni f'segment s tkun soġġetta għall-HRES, l-impriża għandha tuża devjazzjoni standard għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tas-segment fil-kalkolu tad-devjazzjoni standard għar-riskju ta' riżerva u primjum tas-saħħa NSLT imsemmi fl-Artikolu 148(1) li hija kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

σ(prem,s) tirrappreżenta d-devjazzjoni standard għas-segment s tar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT stipulat fl-Anness XIV;

(b)

V(prem,s,nHRES) tirrappreżenta d-daqs tal-volum għar-riskju ta' primjum tas-saħħa NSLT tan-negozju fis-segment s<