02010R0206 — MT — 01.01.2021 — 027.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 073 20.3.2010, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Is-Suġġett u l-Ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji li fihom l-annimali ħajjin jew il-laħam frisk li ġejjin:
annimali ungulati;
l-annimali elenkati fil-Parti 2 tal-Anness IV;
laħam frisk għall-konsum mill-bniedem, li jeskludi preparazzjonijiet tal-laħam, ta’ annimali ungulati u ekwidi.
▼M18 —————
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“annimali ungulati” tfisser annimali ungulati kif definita fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2004/68/KE;
“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definita fil-punt 1.10 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“ekwidi” tfisser ekwidi kif definita fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 90/426/KEE ( 1 );
“stabbiliment” tfisser razzett jew intrapriżi oħra agrikoli, industrijali jew kummerċjali uffiċjalment sorveljati, li jinkludu ġonna żooloġiċi, parks tad-divertiment u riservi naturali jew għall-kaċċa fejn annimali ħajjin huma miżmuma u mrobbija b’mod regolari.
KAPITOLU II
KONDIZZJONIJIET GĦALL-INTRODUZZJONI TA’ ANNIMALI ĦAJJIN FL-UNJONI
Artikolu 3
Kondizzjonijiet ġenerali għall-introduzzjoni ta’ annimali ungulati fl-Unjoni
Konsenji ta’ annimali ungulati għandhom jiġu biss introdotti fl-Unjoni jekk huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
huma ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1, 2 u 3 tat-tabella mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I li għalihom hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-kunsinna kkonċernata elenkata fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I;
huma akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju adattat, imħejji b’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju rilevanti stipulat fil-Parti 2 tal-Anness 1 b’kunsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, u li huwa komplut u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li qed jesporta;
huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (b), inklużi:
il-garanziji supplimentari stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat fejn indikat fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I;
ir-rekwiżiti kollha addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja li l-Istat Membru bħala l-pajjiż tad-destinazzjoni jista’ jimponi b’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li huma inklużi fiċ-ċertifikat.
Artikolu 3a
Kundizzjonijiet għad-dħul ta' annimali ungulati maħsubin għal korp, istitut jew ċentru approvat
B'deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu ta' konsenji ta' annimali ungulati tal-ispeċijiet elenkati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness VI meta dawn il-konsenji jkunu destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat, sakemm jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
tkun twettqet valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-annimali li tista' tippreżenta kull konsenja għall-Unjoni, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni;
il-konsenji kkonċernati jkunu ġejjin minn pajjiż terz, minn territorju jew parti minnu li jkun elenkat f'waħda mil-listi stabbiliti:
fil-Parti 1 tal-Anness I jew fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament,
l-annimali ungulati jkunu joriġinaw minn korp, istitut jew ċentru f'pajjiż terz, f'territorju jew parti minnu msemmi fil-punt (a), li jkun elenkat f'lista stabbilita skont l-Artikolu 3c;
l-annimali ungulati jkunu ddaħħlu għall-kwarantina f'faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbiliment tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru msemmi fil-punt (c) għall-perjodu stipulat fiċ-ċertifikati rilevanti;
l-annimali ungulati jitwasslu direttament lejn korp, istitut jew ċentru fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;
l-annimali ungulati jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju validu, miktub skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikati veterinarji msemmijin fit-Tabelli 1, 2 u 3 fil-Parti 1 tal-Anness VI u stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness;
l-annimali ungulati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (f).
L-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali bl-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-ewwel sottoparagrafu, qabel ma jiddaħħlu l-annimali ungulati fit-territorji tagħhom.
Fejn tkun impossibbli l-konformità mal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tista' tawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu ta' annimali ungulati tal-ispeċijiet elenkati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness VI minn impriżi oħrajn li mhumiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dawk il-punti, sakemm jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (e) sa (g) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
tkun saret applikazzjoni minn qabel mis-sid jew minn persuna fiżika li tirrappreżenta lis-sid, u l-Istat Membru ta' destinazzjoni jkun ta l-permess wara li jkun wettaq valutazzjoni tar-riskji li tkun uriet li d-dħul tal-annimali ungulati inkwistjoni fit-territorju tiegħu ma jikkostitwix riskju għas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni;
l-annimali ungulati jkunu ddaħħlu fil-kwarantina fil-pajjiż terz, fit-territorju jew fil-parti tat-territorju tal-oriġini taħt superviżjoni uffiċjali għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (f):
f'post approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju tal-oriġini tal-annimali;
skont l-arranġamenti preskritti fil-permess li għandu jistipula mill-inqas l-istess garanziji bħal dawk stipulati fil-punti (a), (b) u (e) sa (g) tal-paragrafu 1.
Meta l-annimali ungulati jiddaħħlu fl-Unjoni skont l-ewwel sottoparagrafu, għandhom jiddaħlu għall-kwarantina f'post ta' korp, istitut jew ċentru approvat ta' destinazzjoni għal mill-inqas sitt xhur minn meta jiddaħħlu fl-Unjoni, u matul dan il-perjodu, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti.
L-Istat Membru li jkun qed jawtorizza d-dħul tal-annimali ungulati skont l-ewwel sottoparagrafu għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali bl-awtorizzazzjoni qabel ma jiddaħħlu l-annimali ungulati fit-territorji tiegħu.
Artikolu 3b
Il-kundizzjonijiet għad-dħul u t-transitu tal-annimali ungulati maħsubin għal korp, istitut jew ċentru approvat, mit-territorju ta' Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' destinazzjoni
It-transitu tal-annimali ungulati msemmijin fl-Artikolu 3a minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' destinazzjoni jingħata permess biss suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' transitu. Din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji minn dik l-awtorità kompetenti, fuq l-informazzjoni li tingħata mill-Istat Membru ta' destinazzjoni.
L-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, qabel ma jseħħ it-transitu, meta jawtorizza d-dħul tal-annimali skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3a."
Artikolu 3c
Lista ta' korpi, istituti jew ċentri approvati f'pajjiżi terzi, f'territorji u f'partijiet minn territorji
Korp, istitut jew ċentru f'pajjiż terz, f'territorju jew f'parti minnu jista' biss jiġi elenkat fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 meta jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti 3 tal-Anness VI;
il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru jkun approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju fejn ikun ikkollokat dak il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru;
l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju tagħti biżżejjed garanziji li l-kundizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' korpi, istituti jew ċentri stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness VI huma ssodisfatti.
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għaċ-ċentri tal-ġbir għal ċerti konsenji ta’ annimali ungulati
Artikolu 5
Protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u għall-proċeduri għall-ġabra ta’ kampjuni u għall-ittestjar ta’ annimali ungulati
Fejn jeħtieġ li jinġabru kampjuni u jsir ittestjar għaċ-ċertifikati veterinarji elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għall-mard elenkat fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness, għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ungulati, dan il-ġbir ta’ kampjuni u l-ittestjar għandhom jsiru minn jew bil-kontroll ta’ awtorità kompetenti mill-pajjiż terz ta’ oriġini b’konformità mal-protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u proċeduri għall-ittestjar stipulati fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet speċjali għal ċerti konsenji ta’ annimali ungulati importati f’St Pierre u Miquelon u introdotti fl-Unjoni
Konsenji ta’ annimali ungulati tal-ispeċi elenkati fit-tabella fil-Parti 7 tal-Anness I u li ddaħħlu f’St Pierre u Miquelon inqas minn sitt xhur qabel id-data tal-ġarr bil-baħar tagħhom minn St Pierre u Miquelon lejn l-Unjoni jistgħu jiġu biss introdotti fl-Unjoni jekk
huma konfromi mar-rekwiżiti tar-residenza u tal-kwarantina stipulati fil-Kapitolu 1 ta’ dik il-Parti;
ġew ittestjati b’konformità mar-rekwiżiti għall-ittestjar tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu 2 ta’ din il-Parti.
Artikolu 7
Kondizzjonijiet ġenerali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti speċi ta’ naħal
Konsenji ta’ naħal tal-ispeċi elenkati fit-tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness IV għandhom jiġu introdotti biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji:
elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II;
jekk il-preżenza ta’ batteri tal-larvi tan-naħal (foulbrood) Amerikani, il-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida) u d-dudu Tropilaelaps (Tropilaelaps spp.) huma soġġetti għal notfikazzjoni obbligatorja fit-territorju kollu tal-pajjiż terz jew tat-territtorju kkonċernat.
B’deroga għall-paragrafu 1(a), il-konsenji ta’ naħal jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni minn parti ta’ pajjiż terz jew minn territorju elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II li huwa:
parti ġeografikament u epidemjoloġikament iżolata minn pajjiż terz jew territorju
elenkat fit-tielet kolonna fit-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV.
Meta din id-deroga tiġi applikata, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ naħal għandha tiġi pprojbita mill-partijiet l-oħra kollha tal-pajjiż terz jew tat-territorju kkonċernat mhux elenkat fit-tielet kolonna tat-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV.
Konsenji ta’ naħal tal-ispeċi elenkati fit-tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness IV għandhom jikkonsistu jew minn:
gaġeġ ta’ naħal irġejjen (Apis mellifera u Bombus spp.), kull waħda fiha naħla reġina waħda b’massimu ta’ 20 attendent li jakkumpanjawha; jew
kontenituri ta’ naħal bagħal (Bombus spp.), kull wieħed fih kolonja ta’ massimu ta’ 200 naħla bagħla adulti.
Konsenji ta’ naħal tal-ispeċi elenkati fit-tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness IV għandhom:
ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju adattat, imħejji b’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju rilevanti stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV, u li huwa komplut u ffirmat minn spettur uffiċjali tal-pajjiż terz li qed jesporta;
ikunu konformi mar-rekwiżiti veterinarji stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (a).
Artikolu 8
Kondizzjonijiet ġenerali dwar it-trasport ta’ annimali ħajjin lejn l-Unjoni
Waqt il-perjodu wara t-tagħbija fil-pajjiż terz tal-oriġini u qabel il-wasla mal-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni, konsenji ta’ annimali ħajjin m’għandhomx:
jiġu trasportati flimkien ma’ annimali ħajjin oħra li:
mhumiex intenzjonati għall-introduzzjoni fl-Unjoni; jew
li għandhom stat ta’ saħħa aktar baxx.
imħattin, jew, meta dawn jitwasslu bl-ajru, ittrasferiti f'inġenju tal-ajru ieħor, jew jiġu ttrasportati f'vettura tat-triq, fuq ferrovija, jew bil-mixi minn pajjiż terz, territorju jew parti minnu li ma jkunx awtorizzat għall-importazzjoni tal-annimali kkonċernati fl-Unjoni.
Artikolu 9
Limitu ta’ żmien għall-perjodu tat-trasport ta’ annimali ħajjin lejn l-Unjoni
Konsenji ta’ annimali ħajjin jistgħu jiġu biss introdotti fl-Unjoni jekk il-kunsinna tasal l-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat veterinarju adattat.
Fil-każ ta’ trasport bil-baħar, dan il-perjodu ta’ 10 ijiem jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għat-tul tal-vjaġġ bil-baħar, kif ċertifikat permezz ta’ dikjarazzjoni ffirmata minn sid il-vapur, imħejjija b’konformità mal-Parti 3 tal-Anness I li tiġi mehmuża fil-forma oriġinali tagħha maċ-ċertifikat veterinarju.
Artikolu 10
Kondizzjonijiet speċjali dwar il-bexx ta’ konsenji ta’ annimali ħajjin trasportati bl-ajru lejn l-Unjoni
Jekk konsenji ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ konsenji ta’ naħal, jiġu trasporti bl-ajru, il-kaxxa jew kontenitur li fih jiġu trasportati u ż-żona fil-madwar għandhom jiġu mibxuxa b’insettiċida adattat.
Dan il-bexx għandu jsir immedjatament qabel ma jingħalqu l-bibien tal-ajruplan wara t-tagħbija, u wara kull ftuħ sussegwenti tal-bibien f’pajjiż terz, sakemm l-ajruplan jasal fid-destinazzjoni finali.
Il-kaptan tal-ajruplan għandu jiċċertifika li l-bexx ikun sar billi jiffirma dikjarazzjoni, imħejjija b’konformità mal-Parti 4 tal-Anness I u tiġi mehmuża fil-forma oriġinali tagħha maċ-ċertifikat veterinarju.
Artikolu 11
Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati wara l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ungulati
Dawk l-annimali ungulati għandhom jibqgħu f’dan l-istabbilment għall-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum, sakemm ma jintbagħtux direttament lejn biċċerija.
Artikolu 12
Kondizzjonijiet speċifiċi dwar it-tranżitu minn pajjiżi terzi ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ungulati
Fejn il-kondizzjoni I tal-Parti I tal-Anness I tapplika b’mod speċifiku, sabiex jiġu permessi konsenji tal-annimali ungulati msemmija f’dik il-kondizzjoni li joriġinaw minn Stat Membru wieħed u huma destinati lejn Stat Membru ieħor li jgħaddu minn pajjiż terz, territorju jew parti tiegħu li huma elenkati fit-tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness I iżda li għalhom m’hemm l-ebda mudell ta’ ċertifikat veterinarju korrisponedenti għal konsenji tal-annimali ungulati konċernati indikati fil-kolonna 4 ta’ dik it-tabella, japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
għal annimali bovini tas-simna:
l-istabbilimenti tad-destinazzjoni finali għandhom jiġu indikati minn qabel minn awtorità kompetenti bħala d-destinazzjoni finali;
l-annimali ħajjin li jagħmlu parti mill-kunsinna m’għandhomx jiġu trasferiti mill-istabbiliment għall-aħħar destinazzjoni jekk mhux ser jiġu maqtula għal-laħam immedjatament;
iċ-ċaqliq kollu tal-annimali ħajjin ġewwa u barra l-istabbiliment tad-destinazzjoni finali stess jew 'l barra minnu għandhom isiru bil-kontroll tal-awtorità kompetenti sakemm l-annimali li jagħmlu parti mill-kunsinna jibqgħu jinżammu fl-istabbiliment
għal annimali ungulati għall-qtil immedjat għal-laħam għandu japplika l-Artikolu 11(2).
Artikolu 12a
Deroga għat-tranżitu mil-Litwanja ta' ċerti konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u għall-produzzjoni
It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni ġejjin mir-reġjun Russu ta' Kaliningrad u kkonsenjati f'destinazzjoni barra mill-Unjoni għandu jkun awtorizzat suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali jidħlu l-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai u joħorġu mil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Medininkai;
l-annimali jiġu ttrasportati f'kontejners fuq vetturi tat-triq ssiġillati b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni fi triq Kybartai, mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti tal-Litwanja;
id-dokumenti msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, inkluż iċ-ċertifikat veterinarju mimli kif xieraq skont iċ-ċertifikat veterinarju mudell “BOV-X-TRANSIT-RU” stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u li jakkumpanjaw l-annimali mill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai sal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera Medininkai jkunu ttimbrati “GĦAT-TRANŻITU BISS MINN ĠOL-LITWANJA META ĠEJ MIR-REĠJUN RUSSU TA' KALININGRAD” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;
▼M31 —————
l-annimali jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jippermetti dħul bla xkiel fil-Bjelorussja u b'ċertifikat veterinarju maħruġ għall-post ta' destinazzjoni tal-annimali fir-Russja.
▼M31 —————
▼M31 —————
Artikolu 13
Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni wara l-introduzzjonifl-Unjoni ta’ konsenji ta’ naħal imsemmija fl-Artikolu 7
Il-gaġeġ, l-attendenti u materjal ieħor li akkumpanja n-naħal irġejjen mill-pajjiż terz tal-oriġini għandhom jinbagħtu f’laboratorju indikat mill-awtorità kompetenti għall-eżaminazzjoni għall-preżenza:
tal-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida), il-bajd jew il-larva tagħha;
sinjali tad-dudu ta’ Tropilaelaps (Tropilaelaps spp.)
Wara din l-eżaminazzzjoni fil-laboratorju, il-gaġeġ, l-attendenti u l-materjal għandhom jiġu meqruda.
Konsenji ta’ naħal bagħal (Bombus spp.) imsemmi fl-Artikolu 7(3)(b) għandhom jiġu trasportat mingħajr telf ta’ żmien lejn il-post ta’ destinazzjoni indikat.
Dan in-naħal bagħla jista’ jibqa’ fil-kontenitur li fih ġie introdott fl-Unjoni sakemm iddum ħajja l-kolonja.
Dan il-kontenituri u l-materjal li akkumpanja n-naħal bagħal mill-pajjiż terz ta’ oriġini għandhom jiġu meqruda l-aktar tard fl-aħħar tal-perjodu kemm iddum ħajja l-kolonja.
Artikolu 13a
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati wara d-dħul ta' konsenji ta' annimali ungulati maħsubin għal korpi, istituti jew ċentri approvati
L-annimali li jiddaħħlu għand korp, istitut jew ċentru approvat jistgħu jintbagħtu f'destinazzjoni li ma tkunx korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, sakemm:
ikunu għaddew mill-inqas sitt xhur minn meta ddaħħlu fl-Unjoni, u
it-trasferiment isir skont il-paragrafu 4 tal-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE.
B'deroga mill-paragrafu 3, l-annimali jistgħu joħorġu mingħand korp, istitut jew ċentru approvat qabel ma jispiċċa l-perjodu ta' sitt xhur stipulat f'dak il-paragrafu, biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali jiġu esportati f'pajjiż terz, f'territorju jew f'parti minnu;
biex jiġu esportati, kif imsemmi f'a), l-annimali jridu jiġu trasportati f'mezzi ta' trasport li jkunu protetti kontra l-vetturi u li jkunu mibnija b'mod li l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu, u r-rawt, l-awrina, l-imfierex, l-għalf, l-iskart jew kull materjal ieħor ma jkunx jista' jnixxi jew jaqa' minn ġol-vettura jew mill-kontejner waqt it-trasportazzjoni.
KAPITOLU III
KONDIZZJONIJIET GĦALL-INTRODUZZJONI TA’ LAĦAM FRISK FL-UNJONI
Artikolu 14
Kondizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni ta’ laħam frisk
Konsenji ta’ laħam frisk għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu biss impurtati fl-Unjoni jekk huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
huma ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1, 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II li għalihom hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II;
huma jiġu preżentati fl-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju adattat, imħejji b’konformità mal-mudell ta’ ċertifikat veterinarju rilevanti stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, u jiġi komplut u ffirmat minn veterinarju uffiċjali mill-pajjiż terz li qed jesporta;
ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (b), li jinkludu:
il-garanziji supplimentari stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat, kienu indikati fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II;
ir-rekwiżiti kollha addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja li l-Istat Membru bħala l-pajjiż tad-destinazzjoni jista’ jimponi b’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li huma inklużi fiċ-ċertifikat.
Artikolu 15
Kondizzjonijiet applikabbli wara l-importazzjoni ta’ karkassi mhux imqaxxra ta’ bhejjem tal-kaċċa bid-difer mifruq
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 97/78/KE ( 8 ), konsenji ta’ karkassi mhux imqaxxra ta’ bhejjem tal-kaċċa bid-difer mifruq għall-konsum mill-bniedem wara aktar ipproċessar għandhom jiġu ttrasportati mingħajr telf ta’ żmien lejn l-istabbiliment destinat għall-ipproċessar.
Artikolu 16
Tranżitu u ħażna ta’ laħam frisk
L-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk mhux intenzjonati għall-importazzjoni fl-Unjoni iżda destinati għal pajjiż terz jew permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara l-ħażna fl-Unjoni skont l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, jistgħu jiġu biss awtorizzati jekk il-konsenji huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom elenkati fil-kolonni 1, 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II, li għalihom hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna konċernata elenkata fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II;
huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għas-saħħa tal-annimali għall-kunsinna konċernata, kif stipulat fil-mudell ta’ ċertifikat veterinarju rilevanti msemmi fil-punt (a);
jiġu akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju, mħejjija b’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stipulat fl-Anness III, u li jiġi komplut u ffirmat minn veterinarju uffiċjali mill-pajjiż terz;
huma ċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, inkluż għall-ħażna kif meħtieġ, fid-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 9 ), li ġie ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
Artikolu 17
Deroga għat-tranżitu fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja
B’deroga għall-Artikolu 16 it-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni, bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera indikati fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 10 ), ta’ konsenji ġejjin minn jew destinati lejn ir-Russja direttament jew billi jgħaddu minn pajjiż terz ieħor jista’ jiġi awtorizzat, jekk ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti.
▼M31 —————
▼M31 —————
Artikolu 17a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
B’deroga mill-Artikolu 16, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.
▼M31 —————
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻITORJI U FINALI
Artkolu 18
Ċertifikazzjoni
Iċ-ċertifikati veterinarji meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom jiġu kompluti b’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fl-Anness V.
Madanakollu din il-kondizzjoni ma tippermettix l-użu ta’ ċertifikazzjoni elettronika jew minn sistemi oħra miftehma, armonizzati f uq il-livell tal-Unjoni.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Għal perjodu ta’ transizzjoni, dawk il-kunsinni ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ naħal li jkun ġej mill-Istat tal-Ħawaii, u laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem iċċertifikat qabel it-30 ta’ Novembru 2010 skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE u 2003/881/KE jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni sal-31 ta’ Mejju 2011.
Artikolu 20
Abrogazzjoni
Id-Deċiżjoni 2003/881/KE ġiet abrogata.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ANNIMALI UNGULATI
PARTI 1
Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom (*1)
|
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz |
Kodiċi tat-Territorju |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
|
|
Mudell(i) |
SG |
||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
▼M28 ————— |
|||||
|
CA — il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
POR-X, BOV-X, OVI-X, OVI-Y, RUM (*2) |
|
IVb IX V XIII (*5) |
|
CH – l-Isvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
|
|
CL – iċ-Ċilì |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X,OVI-X, RUM |
|
|
|
POR-X, SUI |
B |
||||
|
GB – Ir-Renju Unit (*6) |
GB-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
|
|
GB-1 |
L-Ingilterra u Wales |
BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y, POR-X, POR-Y, RUM, SUI |
|
III, IVa, V, IX, XI |
|
|
GB-2 |
L-Iskozja |
BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y, POR-X, POR-Y, RUM, SUI |
|
II, III, IVa, V, IX, XI |
|
|
GG-Guernsey |
GG-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, OVI-X, POR-X RUM |
|
V, IX |
|
GL – il-Groenlandja |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
OVI-X, RUM |
|
V |
|
IM – Isle of Man |
IM-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y |
|
II, III, IVa, V, IX |
|
▼M16 ————— |
|||||
|
IS – l-Islanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y RUM, OVI-X, OVI-Y |
|
|
|
POR-X, POR-Y |
B |
||||
|
JE – Jersey |
JE-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y |
|
IVa |
|
ME – il-Montenegro |
ME-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
I |
|
MK – Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq |
MK-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
I |
|
NZ — New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y |
|
III V XII |
|
PM – St Pierre u Miquelon |
PM-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM |
|
|
|
RS – Is-Serbja (*4) |
RS-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
I |
|
RU – ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
|
|
RU-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta' Kaliningrad |
|
|
|
|
|
RU-2 |
Ir-Regjun ta’ Kaliningrad |
BOV-X-TRANSIT-RU |
|
X |
|
|
US – L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
POR-X |
D |
|
|
(*1)
Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni pprovduti minn kwalunkwe ftehim rilevanti bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
(*2)
Esklużivament għal annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi taċ-cervidae.
(*3)
Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).
(*4)
Ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.
(*5)
►M30 Kanada: il-perjodu staġjonalment ħieles mill-bluetongue u mill-marda emorraġika epiżootika huwa bejn l-1 ta' Novembru u l-15 ta' Mejju, f'konformità mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE. ◄
►M33
(*6)
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq. ◄ |
|||||
Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ f’kull ċertifikat):
|
“I” |
: |
għat-tranżitu mit-territorju ta’ pajjiż terz ta’ annimali ħajjin għall-qtil immedjat jew ta’ annimali bovini ħajjin għas-simna li jiġu kkonsenjati minn Stat Membru u li jkunu ddestinati għal Stat Membru ieħor fi trakkijiet li jkunu ġew issiġillati permezz ta’ siġill innumerat b’numru ta’ serje. In-numru tas-siġill għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ skont il-mudell li jidher fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE ( 11 ) għal annimali bovini ħajjin għall-qtil u skont il-Mudell I tal-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE ( 12 ) għal annimali ovini u kaprini għall-qtil. Barra minn hekk, is-siġill għandu jkun sħiħ meta jasal fl-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera indikat għad-dħul fl-Unjoni u n-numru tas-siġill għandu jiġi rreġistrat fis-sistema integrata veterinarja kompjuterizzata tal-Unjoni (TRACES). Iċ-ċertifikat għandu jiġi ttimbrat fil-post tal-ħruġ mill-Unjoni mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-tranżitu lejn pajjiż terz jew iktar bil-kliem li ġej “ESKLUŻIVAMENT GĦAL TRANŻITU BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TAL-UNJONI EWROPEA BI TRANŻITU MIR-REPUBBLIKA TAL-MAĊEDONJA TA' FUQ/MILL-MONTENEGRO/MIS-SERBJA ( *1 ) ( *2 )”. Annimali bovini għas-simna għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn l-istabbiliment destinatarju indikat mill-awtorità veterinarja kompetenti għad-destinazzjoni. Dawn l-annimali m’għandhomx jinħarġu mill-istabbiliment jekk ma jkunux għall-qtil immedjat. |
|
“II” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X. |
|
“III” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV- X. |
|
“IVa” |
: |
territorju rikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina (EBL) għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X. |
|
“IVb” |
: |
rikonoxxut li għandu merħliet uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE għal finijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV–X. |
|
“V” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat OVI- X. |
|
“VI” |
: |
Restrizzjonijiet ġeografiċi: |
|
“VII” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM. |
|
“VIII” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM. |
|
“IX” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-marda ta’ Aujeszky għal finijiet ta’ esportazzjonjiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat POR-X |
|
“X” |
: |
Għat-tranżitu mil-Litwanja ta' annimali bovini għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad għal reġjuni oħra fir-Russja. |
|
“XI” |
: |
ħnieżer tal-ħalib domestiċi li għandhom inqas minn ħames ġimgħat huma eżentati mill-ittestjar għat-Trichinella. |
|
“XII” |
: |
territorju rikonoxxut li għandu merħliet bovini uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi ekwivalenti għal dawk rikonoxxuti abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE, għall-finijiet tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju BOV-X jew BOV-Y. |
|
“XIII” |
: |
it-territorju huwa rikonoxxut li għandu status uffiċjali staġjonalment ħieles mill-bluetongue u mill-marda emorraġika epiżootika għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju BOV-X, OVI-X, OVI-Y jew RUM. |
PARTI 2
Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji
Mudelli:
|
“BOV-X” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni. |
|
“BOV-Y” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni. |
|
“BOV-X-TRANSIT-RU” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad lejn reġjuni oħra tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja. |
|
“OVI-X” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni. |
|
“OVI-Y” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni. |
|
“POR-X” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni jew maħsuba għat-tranżitu mill-Unjoni minn pajjiż terz għall-ieħor. |
|
“POR-Y” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni. |
|
“RUM” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal annimali tal-ordni Artiodactyla (bl-eċċezzjoni ta’ annimali bovini (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae. |
|
“SUI” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal Suidae mhux domestiċi, Tayassuidae u Tapiridae. |
|
“CAM” |
: |
Mudell ta' attestazzjoni speċifika għal annimali impurtati minn St Pierre u Miquelon bil-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 7 tal-Anness I. |
SG (Garanziji supplementari):
|
“A” |
: |
garanziji dwar testijiet għall-bluetongue u għall-marda Epiżootika emorraġika fuq annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X (il-punt II.2.1(d)), OVI-X (il-punt II.2.1.(d)) u RUM (il-punt II.2.1.(c)). |
|
“B” |
: |
garanziji dwar testijiet għall-marda vesikulari tal-ħnieżer u l-marda klassika tal-ħnieżer fuq annimali ċċertifikati skoni il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 B) u SUI (il-punt II.2.4 B). |
|
“C” |
: |
garanziji rigward it-test tal-Bruċellożi fuq l-annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 C) u SUI (il-punt II.2.4 C). |
|
“D” |
: |
garanziji fir-rigward tat-test tal-istomatite vesikulari fuq annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju POR-X (il-punt II.2.1 (b)). |
Il-Mudell BOV-X