16.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 11/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4896 — CVC Capital Partners/Katopé International)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 11/07)
1. |
Fl-4 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni irċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u skond referenza għal Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża De Weide Blik N.V. (“De Weide Blik”, il-Belgju), ikkontrollata minn CVC Capital Partners Group S.a.r.l. (“CVC”, il-Lussemburgu) tikseb fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Katopé International SA (“Katopé”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax ((32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4896 — CVC Capital Partners/Katopé International, fl-indirizz li ġej:
|