23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/7 |
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, IT-23 TA’ NOVEMBRU 2011
2012/C 145/03
Werrej
1. |
Suġġett urġenti Nru 2: L-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq stati Sub-Saħarjani tal-viċinat… |
2. |
Rapporti ta’ sinteżi mill-workshops… |
3. |
Rapport tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali… |
4. |
Stqarrija ta’ Oryem Henry Okello, Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali, Ministru tal-Affarijiet Barranin (l-Uganda), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP… |
5. |
Stqarrija ta’ Krzysztof Stanowski, Sotto-Segretarju tal-Istat għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (il-Polonja), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE… |
6. |
Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill… |
7. |
Dibattitu mal-Kunsill – catch-the-eye… |
8. |
Approvazzjoni tal-minuti tat-Tlieta, 22 ta' Novembru 2011, filgħodu u waranofsinhar… |
9. |
Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti… |
10. |
Votazzjoni dwar mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjonijiet… |
11. |
Votazzjonijiet dwar l-emendi għar-regolament tal-AKP… |
12. |
Affarijiet oħrajn… |
13. |
Data u post tat-23 seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta… |
Anness I |
Lista alfabetika tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta… |
Anness II |
Reġistru tal-attendenza tat-22 seduta tal-21 sal-23 ta’ Mejju 2011 f’Lomé (it-Togo)… |
Anness III |
Akkreditar tad-delegati mhux parlamentari… |
Anness IV |
Testi adottati… |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq is-Sħubija AKP-UE (ACP-UE/101.082/11/fin.)… |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP (ACP-UE/101.079/11/fin.)… |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilitajiet f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (ACP-UE/100.954/11/fin.)… |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq l-istati sub-Saħarjani tal-viċinat (ACP-UE/101.111/11/fin.)… |
— |
Riżoluzzjoni dwar il-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika, speċjalment fis-Somalja (ACP-UE/101.112/11/fin.)… |
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA 23 TA' NOVEMBRU 2011
(Is-seduta nfetħet fid-9.00 a.m.)
IPPRESIEDA: Assarid IMBARCAOUANE
Kopresident
1. Suġġett urġenti Nru 2: L-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq l-istati sub-Saħarjani tal-viċinat
José Costa Pereira (SEAE) introduċa d-dibattitu.
Kelliema: Bobbo Hamatoukour (il-Kamerun), Mariya Nedelcheva, Teshome Toga (l-Etjopja), Véronique De Keyser, Olle Schmidt, Gabriele Zimmer, Francesco Enrico Speroni, Edit Bauer, Assarid Imbarcaouane (Mali), Zita Gurmai, Frank Engel, Younoussa Tondy (in-Niġer), Edward Scicluna, Zuzana Roithova, Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe) u Sérgio de Sousa Mendes dos Santos (l-Angola).
L-iżviluppi tal-2011 fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani kellhom riperkussjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi tal-AKP u fl-Ewropa. Intwera appoġġ għall-proċess li għadu għaddej ta’ bidla demokratika fir-reġjun.
2. Rapporti ta’ sinteżi mill-workshops
Ir-Rapporteurs ippreżentaw ir-rapporti tagħhom fi tliet workshops:
|
Eleni Theocharus: Sfidi tal-enerġija għal pajjiżi li qed jiżviluppaw: prospetti futuri |
|
L-aċċess għall-enerġija f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kien kruċjali għall-kisba b’suċċess tal-MDGs kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji għall-iżvilupp fil-livelli nazzjonali u internazzjonali . |
|
Attiat Mustafa Abdelhaleim Ahmed (is-Sudan): Problemi dwar is-saħħa pubblika: il-malarja u l-impatt soċjoekonomiku tagħha |
|
Sar sforz kbir għall-prevenzjoni tal-malarja, iżda xorta kienet meħtieġa d-distribuzzjoni tax-xbieki għal kontra n-nemus b'mod aktar mifrux; in-nisa u t-tfal baqgħu il-prijorità. |
|
Zita Gurmai: L-approċċ parteċipattiv taż-żgħażagħ għall-proċess tal-iżvilupp: strateġija għat-tnaqqis tal-faqar u t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ |
|
Ir-rivoluzzjoni Għarbija uriet l-importanza li jkun hemm reazzjoni għall-aspirazzjonijiet leġittimi taż-żgħażagħ. |
|
Kelliem: Patrick Gamedze (is-Sważiland). |
3. Rapport tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali
Brenda King, il-President tal-Kumitat ta' Segwitu AKP tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għamlet preżentazzjoni.
Kelliema: Domenico Rosa (il-Kummissjoni Ewropea), Michael Gahler, Komi Selom Klassou (it-Togo), Ali Soubaneh Atteye (Ġibuti), Michèle Striffler, Boniface Yehouetome (il-Benin), Ibrahim Bundu (Sjerra Leone), Miguel Angel Martínez Martínez, Véronique De Keyser u Brenda King.
L-iżvilupp ta’ djalogu soċjali, id-drittijiet tan-nisa, is-sigurtà alimentari u l-aċċess għall-enerġija għandhom jitpoġġew fil-quċċata tal-aġenda.
4. Stqarrija ta’ Oryem Henry Okello, Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali, Ministru tal-Affarijiet Barranin (l-Uganda), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP
Oryem Henry Okello indirizza l-Assemblea, u ffoka fuq in-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, ratifika tat-tieni reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou, il-pjan tal-Unjoni Ewropea li telimina l-kwoti taz-zokkor għall-pajjiżi tal-AKP u l-laqgħa ta’ Durban COP 17 UNFCCC.
5. Stqarrija ta’ Krzysztof Stanowski, Sotto-Segretarju tal-Istat għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (il-Polonja), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE
Krzysztof Stanowski indirizza l-Assemblea, u ffoka fuq ir-rwol tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bħala pjattaforma għad-djalogu Tramuntana-Nofsinhar u Nofsinhar-Nofsinhar, il-laqgħa ta’ Durban, ir-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna ta’ Busan, u l-impenn tal-Unjoni Ewropea, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja, biex tikkoopera mal-imsieħba tal-AKP.
6. Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill
Oryem Henry Okello wieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin u l-mistoqsijiet supplimentari:
|
Mistoqsija Nru 1 minn Norbert Neuser dwar l-aċċess universali għall-enerġija. |
|
Mistoqsija Nru 2 minn Olle schmidt dwar Dawik Isaak, impriġunat għal għaxar snin. |
|
Mistoqsija Nru 3 minn Michael Cashman (li ġie sostitwit minn Jutta Haug) dwar ir-ratifika tat-tieni reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou. |
|
Mistoqsija Nru 4 minn Catherine Bearder (li ġiet sostitwita minn Olle schmidt) dwar il-Kaċċa Mhux Sostenibbli u Illegali tal-Organiżmi Slavaġ. |
Krzysztof Stanowski wieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin u l-mistoqsijiet supplimentari:
|
Mistoqsija Nru 13 minn Filip Kaczmarek dwar l-aċċess universali għall-enerġija. |
|
Mistoqsija Nru 5 minn Assarid Ag Imbarcaouane (Mali) dwar il-futur tal-FEŻ jew il-protokoll finanzjarju li jmiss. |
|
Mistoqsija Nru 6 minn Amadou Ciré Sall (is-Senegal) dwar il-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Diċembru 2011 u riżultati konkreti għal-LDCs. |
|
Mistoqsija Nru 7 minn Olle Schmidt dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea. |
|
Mistoqsija Nru 8 minn Horst Schnellhardt dwar il-politiċizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja. |
|
Mistoqsija Nru 9 minn Michael Cashman (li ġie sostitwit minn Jutta Haug) dwar ir-ratifika tat-tieni reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou. |
|
Mistoqsija Nru 10 minn Gabriele Zimmer dwar l-akkwist u l-kera tal-art f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. |
|
Il-mistoqsija Nru 11 ma ngħatatx tweġiba peress li l-awtur ma kienx preżenti. |
|
Mistoqsija Nru 12 minn Catherine Bearder (li ġiet sostitwita minn Olle Schmidt) dwar il-Vjeġġi ta’ Skart Tossiku Illegali mill-UE għall-Pajjiżi tal-AKP. |
|
Mistoqisja Nru 14 minn Fiona Hall (li ġiet sostitwita minn Olle Schmidt) dwar il-COP17 f’Durban. |
|
Mistoqisja Nru 15 minn Jo Leinen (li ġiet sostitwita minn Jutta Haug) dwar in-negozjati dwar il-klima f’Durban. |
7. Dibattitu mal-Kunsill – catch-the-eye
Kelliema: Musikari Kombo (il-Kenja), Alfred Sanou (il-Burkina Faso), Hamadaou Sylla (Mali), Ismael El Hag Musa (is-Sudan), Eunice Kazembe (il-Malawi), Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Charles W.Kakoma (iż-Żambja), Patrick Gamedze (is-Sważiland), Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe), Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja) u Michèle Rivasi.
Oryem Henry Okello u Krzysztof Stanowski wieġbu għall-mistoqsijiet dwar suġġetti varjati bħall-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, l-aċċess għall-enerġija, it-tibdil fil-klima u s-sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-Qarn tal-Afrika.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.30, ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
IPPRESIEDA: Louis MICHEL
Kopresident
8. Approvazzjoni tal-minuti tat-Tlieta, 22 ta' Novembru 2011, filgħodu u waranofsinhar
Il-minuti ġew approvati.
9. Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti
Il-Kopresident ifakkar il-proċeduri ta’ votazzjoni lill-Assemblea.
— |
L-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq is-Sħubija AKP-UE (AKP-UE/101.082/11/fin.) Rapport ta’ Raphael Mangouala (il-Gabon) u Mariya Nedelcheva Il-Kumitat għall-Affarijiet Politiki Emenda adottata: 1. Emendi rrifjutati: 2, 3 u l-premessa O. Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’unanimità. |
— |
L-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP (ACP-UE/101.079/11/fin.) Rapport ta’ Amadou Ciré Sall (is-Senegal) u Robert Sturdy Il-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ Emendi adottati: 1, 2, paragrafu 9 (l-ewwel parti). Emenda rrifjutata: paragrafu 9 (it-tieni parti). Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’unanimità b’astensjoni waħda. |
— |
L-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilitajiet f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (ACP-UE/100.954/11/fin.) Rapport ta’ Musikari Kombo (il-Kenja) u Catherine Bearder Il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent Emendi adottati: 1, paragrafu 4 (l-ewwel u t-tieni parti), 2 u 3. Emenda rrifjutata: paragrafu 4 (it-tielet parti). Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’unanimità. |
10. Votazzjoni dwar mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjonijiet
— |
Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar il-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika, speċjalment fis-Somalja (ACP-UE/101.112/11/fin.) Emenda adottata: 1. Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’unanimità. |
— |
Mozzjoni urġenti għal riżoluzzjoni dwar l-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq l-istati sub-Saħarjani tal-viċinat (ACP-UE/101.111/11/fin.) Emendi adottati: 1, 2, 3, 5 (b’emenda orali), il-paragrafu 9 (b’emenda orali), 7. Emendi rrifjutati: 4, paragrafu 13. Emenda rtirata: 6. Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’unanimità. |
11. Votazzjonijiet dwar l-emendi għar-regolament tal-AKP
Assarid Imbarcaouane (Kopresident) talab formalment - f’isem l-Assemblea Parlamentari tal-AKP - li jiġi pospost il-vot sabiex jiġi analizzat aħjar il-kontenut tal-emendi. Wara skambju ta’ fehmiet bejn iż-żewġ Kopresidenti, il-vot ġie pospost.
12. Affarijiet oħrajn
Il-Kopresident ħabbar li Musikari Kombo (il-Kenja) inħatar bħala l-Kopresident li jmiss tal-AKP tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, mill-24 ta’ Novembru 2011.
Kelliem: Musikari Kombo (il-Kenja).
Il-Kopresident informa lill-Assemblea dwar żewġ stqarrijiet konġunti tal-Kopresidenti, adottati wara deċiżjonijiet tal-Bureau, waħda dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja u l-oħra dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea.
Kelliema: Mussa Hussein Naib (l-Eritrea), Zuzana Roithová u Louis Michel.
Assarid Imbarcaouane (Kopresident) ħabbar li l-Assemblea tal-AKP adottat stqarrija ta’ appoġġ għal Louis Michel wara t-tentattiv ta’ distribuzzjoni ta’ nota malafamanti tal-Alliance nationale pour le changement (ANC).
Kelliema: Miguel Angel Martínez Martínez, Jutta Haug u Louis Michel.
13. Data u post tat-23 seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE
Il-Kopresident jirringrazzja lill-awtoritajiet tat-Togo għall-ospitalità tagħhom u l-organizzazzjoni eċċellenti. Komi Selom Klassou (Viċi President tal-Assemblea nazzjonali tat-Togo) jirringrazzja lill-membri għall-parteċipazzjoni attiva tagħhom.
L-Assemblea osservat minuta silenzju b’tifkira ta’ Danielle Mitterrand, li mietet fit-22 ta' Novembru 2011.
It-23 seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta se ssir mit-28 sat-30 ta’ Mejju 2012 f’Horsens (id-Danimarka). Camilla Sorensen (rappreżentant tal-gvern Daniż) infurmat lill-membri dwar il-progress tat-tħejjijiet.
Rabindre T. Parmessar (is-Surinam) jinforma lill-Assemblea li r-reġjun tal-Karibew se jieħu deċiżjoni fuq il-post fl-24 seduta matul it-tielet ġimgħa tax-xahar ta’ Diċembru.
(Is-seduta ntemmet fl-16.00)
Assarid Ag IMBARCAOUANE u
Louis MICHEL
Kopresidenti
Mohamed Ibn CHAMBAS u
Luis Marco AGUIRIANO NALDA
Kosegretarji Ġenerali
ANNESS I
LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA
Rappreżentanti tal-AKP |
Rappreżentanti tal-PE |
ASSARID IMBARCAOUANE (MALI), Aġent Kopresident |
MICHEL, Kopresident |
IL-BOTSWANA (VP) |
ARIF (VP) |
IL-BURUNDI (VP) |
ŠŤASTNÝ (VP) |
IL-KAMERUN (VP) |
HOARAU (VP) |
IL-KONGO (ir-Repubblika tal-) (VP) |
KLAß (VP) |
IL-GUJANA (VP) |
McAVAN (VP) |
IL-GŻEJJER COOK (VP) |
NICHOLSON (VP) |
IL-ĠAMAJKA (VP) |
RONZULLI (VP) |
IL-LESOTO (VP) |
GOERENS (VP) |
IL-LIBERJA (VP) |
SPERONI (VP) |
IT-TANZANIJA (VP) |
ROITHOVÁ (VP) |
TUVALU (VP) |
OUZKÝ (VP) |
IŻ-ŻAMBJA (VP) |
RIVASI (VP) |
L-AFRIKA T’ISFEL |
ALFONSI |
L-ANGOLA |
ALVES |
ANTIGWA U BARBUDA |
BAUER |
IL-BAĦAMAS |
BEARDER |
IL-BARBADOS |
BOVÉ |
IL-BELIŻE |
BULLMANN |
IL-BENIN |
CALLANAN |
IL-BURKINA FASO |
CARVALHO |
IL-KAP-VERDE |
CASA |
IL-KOMOROS |
CASINI |
IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika tal-) |
CASPARY |
IL-CÔTE D'IVOIRE |
CASTEX |
ĠIBUTI |
CHRISTENSEN |
DOMINIKA |
COELHO |
L-ERITREA |
DE KEYSER |
L-ETJOPJA |
DE MITA |
FIĠI |
DE SARNEZ |
IL-GABON |
DELVAUX |
IL-GAMBJA |
DURANT |
IL-GANA |
ENGEL |
GRENADA |
ESTARÀS FERRAGUT |
IL-GINEA |
FERREIRA, Elisa |
IL-GINEA BISSAU |
FERREIRA, João |
IL-GINEA EKWATORJALI |
FORD |
ĦAITI |
GAHLER |
IL-GŻEJJER MARSHALL (ir-Repubblika tal-) |
GRIESBECK |
IL-GŻEJJER SOLOMON |
GUERRERO SALOM |
IL-KENJA |
HALL |
KIRIBATI |
HÄNDEL |
IL-MADAGASKAR |
HANNAN |
IL-MALAWI |
HAUG |
IL-MAWRIZJU |
JENSEN |
IL-MAWRITANJA |
JOLY |
IL-MIKRONEŻJA (L-Istati Federali tal-) |
KACZMAREK |
IL-MOŻAMBIK |
KIIL-NIELSEN |
IN-NAMIBJA |
KORHOLA |
NAURU (ir-Repubblika ta’) |
KUHN |
IN-NIĠER |
LE PEN |
IN-NIĠERJA |
LEGUTKO |
NJU |
LÓPEZ AGUILAR |
L-UGANDA |
MANDERS |
IL-PALAW |
MARTIN |
IL-PAPWA GINEA ĠDIDA |
MARTÍNEZ MARTÍNEZ |
IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA |
MATO ADROVER |
IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA |
MAYER |
IR-RWANDA |
McMILLAN-SCOTT |
SAINT KITTS U NEVIS |
MITCHELL |
SANTA LUĊIJA |
MOREIRA |
SAINT VINCENT U L-GRENADINI |
NEDELCHEVA |
SAMOA |
NEUSER |
SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE |
ROSSI |
IS-SENEGAL |
SCHLYTER |
IS-SEYCHELLES |
SCHMIDT |
SIERRA LEONE |
SCHNELLHARDT |
IS-SOMALJA |
SCICLUNA |
IS-SUDAN |
SCOTTÀ |
IS-SURINAM |
SENYSZYN |
IS-SWAŻILAND |
STRIFFLER |
IĊ-ĊAD |
STURDY |
TIMOR LESTE |
TIROLIEN |
IT-TOGO |
TOIA |
TONGA |
VLASÁK |
TRINIDAD U TOBAGO |
WIELAND |
IL-VANWATU |
ZANICCHI |
IŻ-ŻIMBABWE |
ZIMMER |
IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI
Membri tal-AKP |
Membri tal-PE |
JEAN MARIE (SANTA LUĊIJA) Kopresident |
CASA, Kopresident |
TAMAPUA (SAMOA), VC |
KORHOLA, VC |
YEHOUETOME (IL-BENIN), VC |
CASTEX, VC |
ANTIGWA U BARBUDA |
ALFONSI |
IBOVI (IL-KONGO, ir-Repubblika tal-) |
CALLANAN |
IL-CÔTE D'IVOIRE |
CASINI |
ATEYE (ĠIBUTI) |
DE KEYSER |
TOGA (ETJOPJA) |
DURANT |
IL-FIĠI |
FERREIRA, Elisa |
ROGOMBE (IL-GABON) |
GAHLER |
IL-GINEA BISSAW |
GRIESBECK |
IL-GUJANA |
HANNAN |
BEAUPLAN (ĦAITI) |
HÄNDEL |
LEBAJOA (IL-LESOTO) |
KACZMAREK |
KOLLIE (IL-LIBERJA) |
LE PEN |
SERAMILA (IL-MADAGASKAR) |
LÓPEZ AGUILAR |
IMBARCAOUANE (MALI) |
MANDERS |
VAN DER WALT (IN-NAMIBJA) |
MARTÍNEZ MARTÍNEZ |
NAURU |
MOREIRA |
NJU |
NEDELCHEVA |
IL-PAPWA GINEA ĠDIDA |
NICHOLSON |
IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA |
ROITHOVÁ |
MUSA (IS-SUDAN) |
SCHMIDT |
PARMESSAR (IS-SURINAM) |
SPERONI |
KLASSOU (IT-TOGO) |
STRIFFLER |
HLONGWANE (IŻ-ŻIMBABWE) |
WIELAND |
IL-KUMMISSJONI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ
Membri tal-AKP |
Membri tal-PE |
IL-KONGO (ir-Repubblika Demokratika tal-), Kopresident |
CARVALHO, Kopresident |
OULANYAH (L-UGANDA), VC |
LEGUTKO, VC |
SIERRA LEONE, VC |
ALVES, VC |
KLOPPER (L-AFRIKA T’ISFEL) |
ARIF |
DE SOUSA MENDES DO SANTOS (L-ANGOLA) |
BOVÉ |
IL-BAĦAMAS |
BULLMANN |
IL-BELIŻE |
CASPARY |
NAIB (L-ERITREA) |
ENGEL |
BANDUA (IL-GANA) |
FORD |
IL-GINEA EKWATORJALI |
GOERENS |
IL-GŻEJJER COOK |
GUERRERO SALOM |
IL-ĠAMAJKA |
HOARAU |
KAZEMBE (IL-MALAWI) |
JENSEN |
DEERPALSING (IL-MAWRIZJU) |
KUHN |
OULD GUELAYE (IL-MAWRITANJA) |
MARTIN |
MUKHTAR AHMED (IN-NIĠERJA) |
MATO ADROVER |
IL-PALAW |
MAYER |
POLISI (IR-RWANDA) |
McMILLAN-SCOTT |
SAINT KITTS U NEVIS |
MICHEL |
SLATER (SAINT VINCENT U L-GRENADINI) |
MITCHELL |
SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE |
SCHLYTER |
SALL (IS-SENEGAL) |
ŠŤASTNÝ |
POOL (IS-SEYCHELLES) |
SCICLUNA |
TONGA |
STURDY |
LEVELU (TUVALU) |
TIROLIEN |
KAKOMA (IŻ-ŻAMBJA) |
ZANICCHI |
IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT
Membri tal-AKP |
Membri tal-PE |
SITHOLE (IL-MOŻAMBIK), Kopresident |
RIVASI, Kopresident |
KOMBO (IL-KENJA), VC |
BAUER, VC |
NOEL (GRENADA), VC |
SCHNELLARDT, VC |
THOMPSON (IL-BARBADOS) |
BEARDER |
MOTSHOME (IL-BOTSWANA) |
CHRISTENSEN |
SANOU (IL-BURKINA FASO) |
COELHO |
KARERWA (IL-BURUNDI) |
DELVAUX |
HAMATOUKOUR (IL-KAMERUN) |
DE MITA |
IL-KAP VERDE |
DE SARNEZ |
IL-KOMOROS |
ESTARÀS FERRAGUT |
DOMINIKA |
FERREIRA, João |
BALDEH (IL-GAMBJA) |
HALL |
IL-GINEA BISSAW |
HAUG |
IL-GŻEJJER MARSHALL |
KILL-NIELSEN |
IL-GŻEJJER SOLOMON |
JOLY |
KIRIBATI |
KLAß |
IL-MIKRONEŻJA (l-Istati Federali tal-) |
McAVAN |
TONDYI (IN-NIĠER) |
NEUSER |
JÍMENEZ (IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA) |
OUZKÝ |
IS-SOMALJA |
RONZULLI |
GAMEDZE (IS-SWAŻILAND) |
ROSSI |
NDUGAI (IT-TANZANIJA) |
SCOTTÀ |
WEIDOU (IĊ-ĊAD) |
SENYSZYN |
TIMOR LESTE |
TOIA |
TRINIDAD U TOBAGO |
VLASÁK |
BUTUSOL (IL-VANWATU) |
ZIMMER |
ANNESS II
LISTA TA’ ATTENDENZA TAS-SEDUTA TAL-21 SAT-23 TA' NOVEMBRU
F’LOMÉ (IT-TOGO)
ASSARID IMBARCAOUANE (MALI), Aġent Kopresident |
MICHEL, Kopresident |
KLOPPER (l-Afrika t’Isfel) (1) DOS SANTOS (l-Angola) THOMSON (Il-Barbados) YEHOUETOME (il-Benin) MOTSHOME (il-Botswana) (VP) (1) SANOU (il-Burkina Faso) KARERWA (il-Burundi) (VP) HAMATOUKOUR (il-Kamerun) (VP) MBUKU LAKA (il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-) IBOVI (il-Kongo, ir-Repubblika tal-) (VP) SOUBANEH ATTEYE (Ġibuti) NAIB (l-Eritrea) TOGA (l-Etjopja) VOCEA (Fiġi) (1) ROGOMBE (il-Gabon) BALDEH (il-Gambja) BANDUA (il-Gana) NOEL (Grenada) BEAUPLAN (Ħaiti) KOMBO (il-Kenja) LEBAJOA (il-Lesoto) (VP) KOLLIE (il-Liberja) (VP) KAZEMBE (il-Malawi) ASSARID IMBARCAOUANE (Mali) (VP) DEERPALSING (il-Mawrizju) OULD GUELAYE (Il-Mawritanja) SITHOLE (il-Możambik) VAN DER WALT (In-Namibja) AHMED (In-Niġerja) OULANYAH (l-Uganda) JÍMENEZ (ir-Repubblika Dominikana) POLISI (ir-Rwanda) (VP) JEAN MARIE (Santa Luċija) SLATER (Saint Vincent u l-Grenadini) TAMAPUA (Samoa) SALL (is-Senegal) POOL (is-Seychelles) BUNDU (Sierra Leone) MUSA (is-Sudan) PARMESSAR (is-Surinam) GAMEDZE (is-Sważiland) NDUGAI (it-Tanzanija (VP) WEIDOU (iċ-Ċad) SANTOS (Timor Leste) KLASSOU (it-Togo) BAKER (Trinidad u Tobago) LEUELU (Tuvalu) (VP) (1) BUTUSOL (il-Vanwatu) KAKOMA (iż-Żambja) (VP) HLONGWANE (iż-Żimbabwe) |
ATTARD-MONTALTO (2) (għal MARTIN) BAUER BINEV (għal LE PEN) CHRISTENSEN DE KEYSER ENGEL GAHLER GURMAI (għal FERREIRA, E.) HAUG KACZMAREK KLAß (VP) LEGUTKO MORGANTI (3), (4) (għal ROSSI) NEUSER PONGA (għal CARVALHO) PROTASIEWICZ (għal KORHOLA) RIVASI (VP) ROITHOVA (VP) SCHMIDT SCHNELLHARDT SCICLUNA STRIFFLER THEOCHARUS (għal CASINI) WŁOSOWICZ (għal NICHOLSON) ZIMMER |
OSSERVATURI: |
|
KUBA REGUEIFEROS LINARES |
|
IL-MADAGASKAR SERAMILA |
|
IN-NIĠER TONDYI |
|
MISTIEDNA: |
|
IS-SUDAN T’ISFEL GARANG DEG ABYEI AJONGO BAYEH DERE VUGA |
Preżenti wkoll:
L-AFRIKA T’ISFEL
MANAMELA
MULDER
SOOKLAL
L-ANGOLA
DA SILVA
IL-BARBADOS
CHANDLER
IL-BENIN
DAYORI
HOUNGNIGBO
AKPOE
FIODENDJI
IL-BURKINA FASO
OUEDRAOGO
IL-BURUNDI
NIYUNGEKO
IL-KAMERUN
DAOUDA
KOMBO GBERI
OWONA KONO
ĠIBUTI
OMAR ABDI SAID
L-ERITREA
TEKLE
L-ETJOPJA
DABA
SEID
IL-FIĠI
VOCEA
IL-GABON
MILEBOU
MABEDI
MANGOUALA
IL-GANA
ANTWI
ĦAITI
RICHE
LOUIS-JEUNE
DOLE
DENIUS
CHERY
DOREUS
IL-KENJA
AFFEY
KEMBI-GITTURA
LABOSO
IL-LIBERJA
DUNAH
IL-MALAWI
CITEYEYE
MALI
BA
SYLLA
IL-MAWRIZJU
KOONJUL
IL-MAWRITANJA
ABDELLA
BILAL
GUELADIO
OULD HAMOUD
OULD ZAMEL
IL-MOŻAMBIK
MALENDZA
MANUEL
IN-NAMIBJA
NAHOLO
IN-NIĠERJA
BARAYA
IBRAHIM
MADWATTE
OKORIE
HAMZA
ESEDEME
BUKUOLA
L-UGANDA
AKOL
BIHANDE-BWAMBALE
MUJUNGU
KATENTA-APULI
IR-RWANDA
MUKANKUSI
SAMOA
CHAN TUNG
IS-SENEGAL
SOW
IS-SEYCHELLES
FOCK TAVE
SIERRA LEONE
KAMARA
TORTO
IS-SUDAN
ABDEL MAGID AMIR
ABEL HALIM
OMER
OSMAN
IS-SURINAM
CASTELEN
WANGSABESARI
ASABINA
SOMOHADJO
IT-TANZANIJA
MWANJELWA
IĊ-ĊAD
ADJI
TEKILIO
DINGAOMAIBE
MOG-NANGAR
AFFONO
IT-TOGO
AHOLOU
KPOYI
PENN
MENSAH
TSIMESSE
SOMENU
DRAMANI
AMEGNONAN
ANANI
GBONE
SAGBO
BEDABA
IL-VANWATU
JOY
IŻ-ŻIMBABWE
MLOTSHWA
MNKANDHLA
MUCHADA
IL-KUNSILL AKP
OKELLO, Il-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin (l-Uganda), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP.
IL-KUNSILL TAL-UE
STANOWSKI, Sottosegretarju tal-Istat għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (il-Polonja), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE
KUMITAT TA’ AMBAXXATURI TAL-AKP
KATENTA-APULI
KUMMISSJONI EWROPEA
PIEBALGS, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp
SEAE
COSTA PEREIRA
KESE
KING
FORNEA
COMESA
NKANAGU
SEGRETARJAT TAL-AKP
CHAMBAS, Kosegretarju ġenerali
SEGRETARJAT TAL-UE
AGUIRIANO NALDA, Kosegretarju ġenerali
(1) Pajjiż rappreżentat minn persuna apparti Membru tal-Parlament.
(2) Preżenti fil-21 ta’ Novembru 2011
(3) Preżenti fit-22 ta’ Novembru 2011
(4) Preżenti fit-23 ta’ Novembru 2011
ANNESS III
ANNESS GĦAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 21 TA' NOVEMBRU 2011
Akkreditar tad-delegati mhux parlamentari
1. Il-Botswana
Mme Tebogo Lily MOTSHOME
Ambaxxatur maħtur
Ambaxxata tal-Botswana
Kap tad-delegazzjoni
2. Il-Fiġi
S.E. M. Peceli V. VOCEA
Ambaxxatur
Ambaxxata tal-Gżejjer Fiġi
Kap tad-delegazzjoni
3. L-Afrika t’Isfel
M. Lorenci KLOPPER
Il-Kunsillier - Politika
Ambaxxata tal-Afrika t’Isfel
Kap tad-delegazzjoni
4. Tuvalu
H.E. Mr Tine LEUELU
Ambaxxatur
L-Ambaxxata ta’ Tuvalu
Kap tad-delegazzjoni
ANNEXX IV
— |
Riżoluzzjoni dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq is-sħubija AKP-UE (ACP-UE/101.082/11/fin.) |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fill-pajjiżi tal-AKP (ACP-UE/101.079/11/fin.) |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilitajiet f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (ACP-UE/100.954/11/fin.) |
— |
Riżoluzzjoni dwar il-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika, speċjalment fis-Somalja (ACP-UE/101.112/11/fin.) |
— |
Riżoluzzjoni dwar l-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq l-istati sub-Saħarjani tal-viċinat (ACP-UE/101.111/11/fin.) |
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq is-Sħubija AKP-UE
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
— |
wara li ltaqgħet f’Lomé (it-Togo) bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru 2011 |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, |
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta’ Sħubija tal-AKP-UE (“Il-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou”), |
— |
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta’ Georgetown, li tistabbilixxi formalment il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 208 tat-TFUE, |
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (ACP-EU/101.082/11/fin.), |
A. |
billi l-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou tal-AKP-UE għadha l-aqwa eżempju ta’ approċċ komprensiv lejn il-koperazzjoni, li l-valur miżjud tagħha għandu jiġi salvagwardjat, u billi din is-sħubija għandha tissaħħaħ, u mhux tiddgħajjef, billi jiżdied il-valur tagħha bħala impenn politiku reċiproku; |
B. |
billi l-pajjiżi tal-AKP ilhom ħafna żmien imsieħba privileġġjati tal-Unjoni Ewropea u billi, fit-Trattat ta’ Lisbona, is-solidarjetà mal-pajjiżi tan-Nofsinhar u l-appoġġ għalihom ġew ikkunsidrati għall-ewwel darba bħala aspett essenzjali tal-identità tal-Unjoni Ewropea; |
C. |
billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jagħti poteri ikbar lill-Parlament Ewropew, b’responsabilità kondiviża mal-Kunsill Ewropew, f’erbgħin qasam essenzjali ġdid tal-politiki u l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; |
D. |
billi t-tneħħija tar-referenza espliċita għall-pajjiżi tal-AKP fit-Trattat ta’ Lisbona tfisser li ż-żewġ partijiet għandhom jiddefinixxu mill-ġdid l-interessi komuni tagħhom sabiex jiżguraw li jissaħħaħ il-valur tas-sħubija, li ilha teżisti mill-1975; |
E. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi għal koordinazzjoni ikbar tal-azzjoni esterna tal-UE; |
F. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona ġab miegħu bidliet fil-mod operattiv li bih l-UE, permezz tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tagħha, issa tinteraġixxi mal-Grupp AKP; billi dawk il-bidliet, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ unità tal-AKP fi ħdan is-SEAE u l-istruttura interna tad-Direttorat Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni – EuropeAid (DĠ DEVCO), se jkollhom impatt fuq is-sħubija speċjali mal-pajjiżi tal-AKP; |
G. |
billi r-relazzjonijiet AKP-UE huma bbażati fuq firxa sħiħa ta’ elementi, li jvarjaw mill-iżvilupp għall-prevenzjoni ta’ konflitti, mis-sigurtà u l-istabilità għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; |
H. |
billi ż-żieda tal-ekonomiji emerġenti, il-bidla fil-bilanċ tal-poter fis-sistema internazzjonali u n-numru dejjem jiżdied ta’ oqfsa ta’ politika bħall-G77 u l-G24 urew il-ħieġa li jiġi analizzat l-aħjar mod kif il-Grupp AKP jista’ jilħaq l-objettivi politiċi u ekonomiċi tiegħu b’mod parallel mal-qafas ta’ politika pprovdut mir-relazzjonijiet UE-AKP; |
I. |
billi l-influwenza tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (JPA) fuq id-deċiżjonijiet politiċi u l-għażliet strateġiċi relatati mal-iżvilupp fil-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali għadha limitata ħafna, minkejja r-rwol uniku tagħha fid-djalogu Tramuntana-Nofsinhar; |
J. |
billi l-Grupp AKP jirrappreżenta kważi nofs l-istati tad-dinja iżda ma jistax isemma leħnu fil-fora tal-governanza globali bħall-G20, li jeskludu l-ifqar pajjiżi; |
K. |
billi għalkemm l-appoġġ mogħti mill-UE kien vitali, il-pajjiżi tal-AKP għandhom ukoll jaħtfu l-opportunitajiet li joffru l-koperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u s-sħubijiet mal-ekonomiji emerġenti taċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil sabiex japprofittaw mis-swieq enormi tagħhom bħala mezz biex joħorġu mill-faqar; |
L. |
billi, fir-rigward tal-pajjiżi tal-AKP, id-diversità tas-sħab hija irreversibbli u ġeneralment ta’ benefiċċju, iżda billi l-esportazzjoni ta’ materja prima mingħajr valur miżjud, anki lil firxa ta’ sħab, tnaqqas ir-rata tad-diversifikazzjoni u l-iżvilupp reali tal-ekonomiji tal-AKP; |
M. |
billi l-UE żviluppat strateġiji reġjonali ma’ kull reġjun tal-Grupp AKP, liema strateġiji jinsabu fi stadji differenti ta’ żvilupp u tnejn minnhom saru strateġiji konġunti, f’konformità mat-tradizzjoni ta’ Cotonou; billi dawn l-istrateġiji jistgħu jsiru tliet relazzjonijiet immaniġġjati separatament meta l-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou tiskadi fl-2020; |
N. |
billi l-futur tal-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou se jiġi wkoll iddeterminat min-negozjati li jikkontribwixxu għall-Qafas ta’ Finanzjament Multiannwali li jmiss għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi l-finanzjament għall-politika esterna tagħha; |
1. |
Tfakkar li l-objettivi ewlenin tal-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou, li għadha kif ġiet riveduta għat-tieni darba, huma l-eliminazzjoni tal-faqar, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi tal-AKP fl-ekonomija globali; |
2. |
Tistieden lill-Grupp AKP u lill-Unjoni Ewropea biex jieħdu l-opportunità offruta permezz tat-tneħħija tar-għaldaqstant tappella biex jiġu definiti l-oqsma ta’ interess komuni, bħall-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni;referenza espliċita għall-AKP fit-Trattat ta’ Lisbona biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lis-sħubija tagħhom |
3. |
Tirrikonoxxi t-Trattat ta’ Lisbona bħala pass ’il quddiem fil-proċess demokratiku li jippermetti li l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tkun iktar effikaċi fil-ħidma tagħha biex iġġib bidliet pożittivi għaż-żewġ partijiet; |
4. |
Tittama li l-politika esterna tal-UE, li l-eliminazzjoni tal-faqar u għalhekk il-politika ta’ żvilupp jagħmlu parti integrali minnha, tikkombina l-istrumenti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tippromwovi politika ta’ paċi; |
5. |
Hija tal-fehma li l-Grupp AKP jeħtieġ li jissaħħaħ fil-livell politiku, filwaqt li l-UE għandha tkun lesta li tirrevedi u ġġedded is-sħubija tagħha mal-pajjiżi tal-AKP u tittrasformaha minn relazzjoni ta’ donatur-riċevitur f’relazzjoni sieħeb-sieħeb; |
6. |
Tilqa’ t-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma tal-Ambaxxaturi dwar il-Perspettivi Futuri tal-Grupp AKP wara l-2020; |
7. |
Tilqa’ t-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma informali bejn is-SEAE u d-DĠ DEVCO bl-għan li tissaħħaħ is-sħubija AKP-UE; tistieden lil dan il-grupp biex iżomm lill-membri tal-JPA infurmati regolarment dwar il-ħidma tiegħu; |
8. |
Tistieden lill-UE biex tagħti l-għajnuna tagħha għat-tisħiħ tal-koperazzjoni intra-AKP fost ir-reġjuni differenti f’oqsma bħas-sigurtà alimentari, it-trasferiment teknoloġiku, l-infrastruttura, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, il-kummerċ, ix-xjenza, il-paċi, is-sigurtà u d-demokratizzazzjoni; |
9. |
Temmen li l-monitoraġġ tar-rapporti adottati huwa għodda ta’ ħidma importanti għat-tisħiħ tal-JPA fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet; tissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li ż-żewġ korapporteurs isegwu r-riżoluzzjonijiet u jinformaw fuq bażi regolari lill-kumitati rispettivi tagħhom bil-progress li jkun sar u bi kwalunkwe diffikultà li jiltaqgħu magħha; |
10. |
Temmen li fl-aħħar mill-aħħar jetħieġ li l-pajjiżi tal-AKP jidħlu fi sħubijiet internazzjonali li jkunu konformi mal-aspirazzjonijiet u l-kapaċitajiet ta’ żvilupp tagħhom; |
11. |
Tfakkar li l-grupp tal-pajjiżi tal-AKP jirrappreżenta 40 % tal-membri tan-Nazzjonijiet Uniti; tenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li l-Grupp AKP isaħħaħ l-identità tiegħu biex tinħass il-preżenza tiegħu fix-xena internazzjonali; |
12. |
Hija wkoll tal-fehma li kemm l-AKP kif ukoll l-UE għad fadlilhom ħafna biex jilħqu l-potenzjal sħiħ li toffri s-sħubija privileġġjata tagħhom sabiex ikollhom influwenza fuq kwistjonijiet bħar-riforma tan-NU, tal-Bank Dinji u tal-FMI, il-G20 u n-negozjati tal-UNFCCC, u għandhom jagħmlu kull sforz biex jimxu ’l quddiem f’dik id-direzzjoni; |
13. |
Tistieden lill-pajjiżi tal-Grupp AKP biex jagħmlu użu estensiv mill-Artikolu 12 tal-Ftehima ta’ Cotonou biex jieħdu l-massimu tal-benefiċċju mill-possibilità li jinfluwenzaw dawk il-politiki Komunitarji li għandhom impatt fuq l-iżvilupp tagħhom; għaldaqstant, tistieden lill-membri parlamentari AKP biex jistabbilixxu rabtiet iktar mill-qrib mal-membri tal-PE sħabhom; |
14. |
Titlob li jingħata rwol ċentrali u strateġiku lid-Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiż (DSPs) u lid-Dokumenti Strateġiċi Reġjonali (RSPs) fil-ħidma tal-kumitati JPA sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fit-tħejjija u l-ilħuq tal-miri stabbiliti f’dawn id-dokumenti; |
15. |
Hija tal-fehma li, bħal fil-każ tar-rwol imsaħħaħ tal-parlamenti nazzjonali tal-Ewropa stabbilit mit-Trattat ta’ Lisbona, il-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tal-AKP għandhom jasserixxu lilhom infushom iktar biex isaħħu l-influwenza tagħhom fil-proċessi nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet; |
16. |
Temmen li l-AKP tissaħħaħ bħala blokk billi jiġu promossi l-interessi komuni tal-membri tagħha fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ladarba blokk iktar b’saħħtu jista’ jinfluwenza l-prezzijiet tal-komoditajiet u tal-ikel, jiżgura l-protezzjoni tas-swieq importanti u jirrikjedi miżuri kontra s-sussidji Ewropej u dawk tal-Istati Uniti; |
17. |
Tfakkar li t-tliet strateġiji reġjonali tal-UE għar-Reġjuni Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u dik għall-Afrika t’Isfel għandu jkollhom l-għan li jsaħħu t-tliet pilastri ewlenin tas-Sħubija AKP-UE kif stabbilit fil-Ftehima ta’ Sħubija ta’ Cotonou; |
18. |
Tistieden lill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi lid-delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi tal-AKP ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa għall-eżerċitar tal-kompetenzi l-ġodda tagħhom; |
19. |
Tfakkar li fir-rigward tal-kummerċ, l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew issa hija meħtieġa għall-adozzjoni tal-ftehimiet kummerċjali; tissuġerixxi, għaldaqstant, li tiġi kkunsidrata serjament il-possibilità li, fl-aġenda tal-JPA, jiġu inklużi dibattiti dwar il-ftehimiet kummerċjali li jkunu qed jiġu nnegozjati; |
20. |
Tfakkar li l-Grupp AKP għandu jasserixxi lilu nnifsu bħala attur globali abbażi tar-riżorsi umani u naturali kollettivi tiegħu, ir-rabtiet storiċi tiegħu mal-UE u l-appoġġ tiegħu għall-ekonomiji emerġenti. |
21. |
Tenfasizza li l-kompetenzi l-ġodda kkonferiti lill-Parlament Ewropew mit-Trattat ta’ Lisbona għandhom jintużaw biex isaħħu d-dimensjoni parlamentari tar-relazzjonijiet AKP-UE li l-Assemblea Parlamentari Konġunta hija l-pedament tagħhom; tittama li din id-dimensjoni parlamentari tiġi riflessa fil-baġit tal-FEŻ u f’informazzjoni aħjar għall-membri parlamentari AKP dwar l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali implimentati mill-Unjoni Ewropea u dwar l-użu tal-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-UE fil-pajjiżi tal-AKP; |
22. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana u lill-Parlament pan-Afrikan. |
RIŻOLUZZJONI (2)
dwar l-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
— |
wara li ltaqgħet f’Lomé (it-Togo) bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru 2011, |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, |
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta’ Sħubija tal-AKP-UE ffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rriveduta fl-2005 u fl-2010, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 66 tagħha, |
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta’ Settembru 2000, li tistipula l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala objettivi stabbiliti b’mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar u l-ġuħ, |
— |
wara li kkunsidrat il-Kunsens ta’ Monterrey, adottat fil-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp li saret f’Monterrey, fil-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2002, |
— |
wara li kkunsidrat il-Konferenza dwar l-Iffinanzjar Innovattiv li saret f’Pariġi mit-28 sad-29 ta’ Mejju 2009 u l-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp li saret f’Doha mit-28 ta’ Novembru sat-2 ta’ Diċembru 2008, |
— |
wara li kkunsidrat l-Inizjattiva tal-Pajjiżi Foqra Bi Djun Kbar (HIPC) imnedija fl-1996 mill-FMI u mill-Bank Dinji bl-għan li jiġi żgurat li l-ebda pajjiż fqir ma jkollu jitgħabba b’piż ta’ dejn li ma jistax ilaħħaq miegħu, |
— |
wara li kkunsidrat l-Inizjattiva Multilaterali tas-Serħan mid-Dejn (MDRI) imnedija f’Ġunju tal-2005 mill-G8, |
— |
wara li kkunsidrat l-abbozz ta’ prinċipji tal-UNCTAD dwar il-promozzjoni tal-għoti u t-teħid b’self sovran responsabbli tas-26 ta’ April 2011, |
— |
wara li kkunsidrat il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (3) |
— |
wara li kkunsidrat id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi – X’se tagħmel l-UE wara Doha? X’inhuma l-prospetti biex jintlaħqu l-miri tal-UE tal-2010 u l-2015?” (Appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi – X’se tagħmel l-UE wara Doha? X’inhuma l-prospetti biex jintlaħqu l-miri tal-UE tal-2010 u l-2015?) tal-15 ta’ April 2009, |
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp – Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet Fiskali (2010/2102 (INI)) (4) |
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Finanzi u l-Kummerċ (ACP-EU/101.079/11/fin.), |
A. |
billi l-kriżi globali wasslet għal żieda fil-livelli tad-dejn sovran f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja u billi terz tal-pajjiżi tal-AKP għandhom diffikultajiet li jirrigwardaw id-dejn jew jinsabu f’riskju kbir li jkollhom diffikultajiet li jirrigwardaw id-dejn |
B. |
billi l-manutenzjoni ta’ livell għoli ta’ djun tista’ ssir ostakolu għall-iżvilupp billi tassorbi ammonti sinifikanti tar-riżorsi baġitarji u/jew tnaqqas l-investiment fis-servizzi soċjali pubbliċi u l-infiq relatat mal-faqar; billi l-manutenzjoni tad-djun tista’ tnaqqas ukoll l-investiment meħtieġ biex jistimula t-tkabbir ekonomiku; |
C. |
billi 1% tat-tkabbir ekonomiku fil-kummerċ huwa tliet darbiet ikbar mill-għajnuna pubblika għall-iżvilupp; |
D. |
billi d-donaturi għandhom jgħinu lill-pajjiżi tal-AKP biex jilħqu u jżommu livell sostenibbli ta’ dejn fit-tul, u b’hekk isaħħu l-isforzi tagħhom biex jonqos il-faqar u jiġi promoss it-tkabbir; billi, proprju b’rabta ma’ dan, huwa ammirevoli l-fatt li l-Klabb ta’ Pariġi tal-kredituri kkanċella, f’Lulju 2010, it-tieni ħlas parzjali tad-dejn dovut mis-Seychelles sabiex dan il-pajjiż jingħata għajnuna biex iġib id-dejn tiegħu f’livell sostenibbli; |
E. |
billi l-ħelsien mid-dejn huwa wieħed mill-għanijiet tal-Għan ta’ Żvilupp tal-Millennju 8, li għandu l-għan speċifiku li jittratta b’mod komprensiv il-problemi ta’ dejn ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta’ miżuri nazzjonali u internazzjonali li jagħmlu d-dejn sostenibbli fiż-żmien twil; |
F. |
billi attwalment l-iktar strumenti sinifikanti għal-ħelsien mid-dejn fil-livell internazzjonali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma l-Inizjattiva tal-Pajjiżi Foqra Bi Djun Kbar (HIPC) u l-Inizjattiva Multilaterali tas-Serħan mid-Dejn (MDRI); billi, minn Diċembru 2010, ġew approvati pakketti ta’ tnaqqis tad-dejn abbażi tal-Inizjattiva HIPC f’36 pajjiż, 32 minnhom fl-Afrika, liema pakketti jipprovdu USD 72 biljun f’ħelsien mill-manutenzjoni tad-djun matul iż-żmien; billi l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE jinkorru l-parti l-kbira tal-ispejjeż involuti fl-Inizjattiva HIPC u fl-MDRI; |
G. |
billi l-inizjattiva HIPC u l-MDRI waslu biex jispiċċaw u, għaldaqstant, huma meħtieġa riformi politiċi u mekkaniżmi internazzjonali ġodda li jittrattaw it-tnaqqis tad-dejn, u l-ġestjoni u l-ħlas tad-dejn; |
H. |
billi l-mekkaniżmi futuri għall-ġestjoni u s-sostenibilità tad-dejn m’għandhomx ikunu bbażati biss fuq kunsiderazzjonijiet finanzjarji, iżda għandhom jikkunsidraw l-ħtiġijiet ta’ nfiq tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi djun kbar b’rabta mal-ilħuq tal-MDGs; |
I. |
billi l-korpi ta’ sorveljanza tal-pajjiżi tal-AKP bħall-istituzzjonijiet supremi ta’ verifika, il-parlamenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jkollhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ tal-użu tar-riżorsi baġitarji mill-gvern, biex b’hekk titnaqqas il-ġestjoni ħażina tal-fondi pubbliċi; |
J. |
billi l-governanza tajba, l-istat tad-dritt u t-trasparenza huma indispensabbli għall-ġestjoni adegwata tal-fondi pubbliċi u s-sostenibilità tad-dejn; |
K. |
billi mġiba responabbli mill-mutwanti kollha hija kruċjali għall-promozzjoni ta’ finanzi sostenibbli u ta’ kwalità tajba; |
L. |
billi, wara l-kriżi ekonomika globali, il-pajjiżi tal-AKP għandhom jagħtu iżjed attenjoni lill-mobilizzazzjoni domestika tar-riżorsi bħala rimedju għall-possibilità ta’ tnaqqis fl-għajnuna barranija u fis-sorsi ta’ finanzjament barranin għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom ta’ tnaqqis fil-faqar; |
1. |
Tistieden lill-UE u lil donaturi oħra biex jistabbilixxu sett ta’ linji gwida dwar l-iffinanzjar responsabbli, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi finanzjarja globali li qed taggrava s-sitwazzjoni tad-dejn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-effetti mifruxa tagħha, b’mod partikolari t-tnaqqis fil-kummerċ globali u t-tnaqqis drastiku fl-esportazzjoni tal-komoditajiet b’rabta ma’ dan; |
2. |
Tistieden lill-UE, lill-Grupp AKP u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-AKP biex, flimkien mal-korpi internazzjonali rilevanti, ifasslu mudell ta’ mekkaniżmu xieraq ta’ tpaċija tad-dejn għall-pajjiżi li għandhom id-djun, ibbażat fuq valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tagħhom, biex b’hekk tonqos il-possibilità ta’ politiċizzazzjoni żejda fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-ħelsien mid-dejn, inkluża l-possibilità ta’ korruzzjoni min-naħa tad-donatur (retrokummissjonijiet); hija tal-fehma li, permezz ta’ dan kollu, id-donaturi se jkunu jistgħu jikkunsidraw, fuq bażi ta’ każ b’każ, is-sitwazzjoni partikolari tal-pajjiż tal-AKP sieħeb u l-livell ta’ żvilupp ġenerali tiegħu; hija tal-opinjoni li l-mekkaniżmu ta’ tpaċija tad-dejn jista’ jieħu l-forma ta’ kanċellazzjoni tad-dejn, skedar mill-ġdid tad-dejn, ħlas lura tad-dejn jew taħlita ta’ dawn l-għażliet; |
3. |
Tistieden lid-donaturi biex jistabbilixxu, b’mod konġunt mal-pajjiż tal-AKP sieħeb, il-kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-iskema ta’ tpaċija tad-dejn, sabiex jinstab bilanċ tajjeb bejn l-obbligu ta’ manutenzjoni tad-djun u l-obbligu li jinqdew il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni, ladarba l-ġestjoni tajba tad-dejn hija prekondizzjoni għall-iżvilupp sostenibbli; |
4. |
Hija tal-fehma li l-fondi addizzjonali kollha miksuba mill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-AKP permezz tal-kanċellazzjoni tad-dejn għandhom jiġu allokati għaż-żieda fin-nefqa f’oqsma ta’ natura soċjali bħall-edukazzjoni bażika, il-kura tas-saħħa primarja u l-HIV/AIDS, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-MDGs; tistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex flimkien mal-pajjiżi tal-AKP, tesplora l-possibilità li d-dejn jinbidel f’investiment pubbliku fis-servizzi soċjali u fil-prodotti pubbliċi bħala parti mill-iskema tagħhom ta’ ħelsien mid-dejn jew ikkombinata ma’ skemi oħra; |
5. |
Hija tal-fehma li meta tiġi kkunsidrata l-kanċellazzjoni tad-dejn f’xi pajjiż tal-AKP, din tista’ ssir ukoll bl-għan li l-benefiċċji tal-kanċellazzjoni tad-dejn jiġu allokati għall-iffinanzjar tal-ħolqien tal-SMEs, li l-istabbiliment u t-tkabbir tagħhom huma prekondizzjoni meħtieġa biex titfaċċa u tiżviluppa tl-klassi medja fil-pajjiżi tal-AKP; għaldaqstant, tistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-pajjiżi tal-AKP, tesplora l-possibilità li l-istrateġiji ta’ tpaċija tad-dejn tal-pajjiżi tal-AKP jiġu ttrasformati u orjentati mill-ġdid, fejn ikun xieraq, lejn l-investiment pubbliku fl-SMEs, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li dawn it-tipi ta’ intrapriżi lokali jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-ħolqien ta’ impjiegi u għat-tkabbir domestiku u, għalhekk, għat-taffija tad-dejn fil-pajjiżi tal-AKP; |
6. |
Tqis li huwa meħtieġ li jiġi promoss l-aċċess għall-kreditu sabiex tiġi żgurata klima intraprenditorjali vijabbli; tistieden għaldaqstant lill-pajjiżi tal-AKP u lis-sħab privati biex jieħdu miżuri li jwieġbu għal dan ir-rekwiżit; |
7. |
Tistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi donaturi biex jgħinu lill-pajjiżi tal-AKP ifasslu l-istrateġiji nazzjonali tad-dejn fi ħdan il-kuntest tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp, bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jippromwovu b’mod partikolari r-ristrutturar sod tal-ekonomija tagħhom u l-formazzjoni interna tal-kapital u tat-tfaddil; |
8. |
Tistieden lill-UE u lill-OECD biex ma jwessgħux id-definizzjoni ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) u biex iwaqqfu l-prattika li l-ħelsien mid-dejn jitniżżel bħala nefqa għall-għajnuna; tistieden lill-UE, madankollu, biex tikkunsidra l-ħelsien mid-dejn flimkien ma’ skemi oħra ta’ tpaċija tad-dejn bħala parti minn sforz komprensiv biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
9. |
Tistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib (bl-għajnuna tal-istiuzzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-aġenziji tan-NU, il-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, u l-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet Ewropej ta’ Ffinanzjar tal-Iżvilupp) l-iżvilupp u l-impatt fuq l-iżvilupp tar-rata tad-dejn tal-pajjiżi tal-AKP, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u tal-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppaw; |
10. |
Tistieden lill-Kummissjoni biex tinforma regolarment lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, permezz ta’ rapport, dwar l-iskemi eżistenti ta’ tpaċija tad-dejn mal-pajjiżi tal-AKP sħab u l-impatt tagħhom fuq il-kapaċità tal-pajjiżi biex jilħqu l-MDGs, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ġuħ u l-malnutrizzjoni u tal-provvista ta’ servizzi tas-saħħa; |
11. |
Tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP sħab biex jieħdu bis-serjetà l-manutenzjoni tad-dejn barrani kif ukoll tad-dejn domestiku tagħhom kif dovut; |
12. |
Hija tal-fehma li l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, b’mod partikolari fost il-politiki dwar il-kummerċ, l-iżvilupp u t-trasparenza finanzjarja, għandha tkun prinċipju gwida tal-koperazzjoni ta’ żvilupp tal-UE u għandha tagħti informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ standards għall-għoti u t-teħid b’self responsabbli; |
13. |
Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP sħab biex iżidu l-isforzi domestiċi tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-kontroll baġitarju u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi u l-evażjoni fiskali, u biex jibqgħu għaddejjin bl-isforzi fit-tul tagħhom bl-għan li jinħoloq l-ambjent ekonomiku stabbli meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw aħjar is-swieq finanzjarji u s-setturi bankarji domestiċi tagħhom; |
14. |
Hija tal-opinjoni li l-pajjiżi tal-AKP għandhom jiffukaw fuq it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ tassazzjoni sostenibbli, inkluż il-ħolqien ta’ korp robust ta’ ġbir tat-taxxa li jkollu s-setgħa jiddefendi l-interess essenzjali tal-istat biex ikollu aċċess għal dak li għandu jkun is-sors ewlieni ta’ finanzjament statali; |
15. |
Tirrikonoxxi r-rwol importanti tal-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti u l-ħolqien ta’ regoli sodi għall-finanzi u l-investiment fil-livell globali; tfakkar fl-impenji tal-UE fir-rigward tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u tistieden lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi tal-AKP fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħruġ illeċitu ta’ fondi u l-ħarba illeċita ta’ kapital, minħabba li dawn ġew identifikati bħala ostakolu ewlieni għall-mobilizzazzjoni ta’ dħul domestiku għall-iżvilupp; |
16. |
Hija tal-fehma li l-pajjiżi tal-AKP għandhom jippruvaw joħolqu klima li tiffavorixxi l-investiment billi jiġu stabbiliti liġijiet li jiżguraw li l-investituri jkollhom iċ-ċertezza legali li jeħtieġu biex jinvestu; |
17. |
Titlob li tiżdied il-koperazzjoni transkonfinali bejn il-pajjiżi tal-AKP fl-iskambju tal-aqwa prattiki fir-rigward tat-tħejjija tal-baġit pubbliku tagħhom u l-kontroll tal-użu tiegħu għall-interess tal-pubbliku; tirrakkomanda li, skont il-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha talloka iktar fondi għall-għajnuna teknika u l-bini ta’ kapaċità fil-pajjiżi tal-AKP, liema fondi għandhom jintużaw għall-iffissar u l-kontroll tal-baġit u għall-ġestjoni tad-dejn; |
18. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Bank Dinji, lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-Istati Membri tal-UE |
RIŻOLUZZJONI (5)
dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilitajiet f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
— |
wara li ltaqgħet f’Lomé (it-Togo) bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru 2011 |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, |
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta’ Sħubija tal-AKP-UE (“Il-Ftehima ta’ Cotonou”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) dwar in-nondiskriminazzjoni, |
— |
wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD), adottata fl-2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tagħha, li jiddikjara li l-partijiet kollha għandhom jinkludu d-diżabilità u l-persuni b’diżabilità fl-isforzi tagħhom fir-rigward tal-koperazzjoni internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU 7/9 tas-27 ta’ Marzu 2008, 10/7 tas-26 ta’ Marzu 2009, 13/11 tal-25 ta’ Marzu 2010 u 16/15 tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b’diżabilità, |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 19 tat-TFUE, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li jipprojbixxu l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll l-Artikoli 21 u 26 tagħha, li jistabbilixxu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, |
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-anzjani fil-pajjiżi tal-AKP tal-1 ta’ Novembru 2001, u dwar il-kwistjonijiet tas-saħħa, iż-żgħażagħ, l-anzjani u l-persuni b’diżabilità, adottati fl-Assemblea ta’ Cape Town fil-21 ta’ Marzu 2002, |
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-diżabilità u l-iżvilupp, adottata fid-19 ta’ Jannar 2006, |
— |
wara li kkunsidrat ir-Rapport Dinji dwar id-Diżabilità ppubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Bank Dinji f’Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidrat l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) tan-NU u d-Dokument dwar ir-Riżultati tas-Summit tal-2010 dwar l-MDGs bl-isem “Keeping the Promise: United to Achieve the Millennium Development Goals” (Inżommu l-Wegħda Tagħna: Magħqudin biex Nilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju) (Riż. 65/1), |
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Pekin dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, li titlob livell ta’ għajxien aħjar, livell indaqs ta’ parteċipazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ attitudnijiet u prattiki diskriminatorji, |
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000 li tistipula l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b’mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar, |
— |
wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjonijiet 65/186 u 64/131 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) bl-isem “Realising the Millennium Development Goals for Persons with Disabilities towards 2015 and beyond” (Nilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju għall-Persuni b’Diżabilità sas-sena 2015 u lil hinn minnha), |
— |
wara li kkunsidrat l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020, “Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli” (COM(2010) 0636 finali) u l-pjan ta’ implimentazzjoni inizjali tagħha 2010-2015 (SEC(2010) 1324 finali), |
— |
wara li kkunsidrat in-Nota ta’ Gwida tal-UE dwar id-Diżabilità u l-Iżvilupp għad-Delegazzjonijiet u s-Servizzi tal-UE, |
— |
vu le rapport du Bureau international du travail intitulé «The price of exclusion: wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol bl-isem “The price of exclusion: the economic consequences of excluding people with disabilities from the world of work” (L-effett tal-esklużjoni: il-konsegwenzi ekonomiċi li ġġib magħha l-esklużjoni tal-persuni b’diżabilità mid-dinja tax-xogħol) ippubblikat fl-2009, |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(4) tal-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (1981), li jgħid li l-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal miżuri speċjali ta’ protezzjoni, u l-Artikolu 16(1), li jistipula li kull individwu għandu jkollu d-dritt li jgawdi mill-aqwa stat ta’ saħħa fiżika u mentali li kapaċi jkollu, |
— |
wara li kkunsidrat id-Deċennju Afrikan tal-Persuni b’Diżabilità (2000-2009), id-Deċennju Asjatiku u Paċifiku tal-Persuni b’Diżabilità (1993-2002), id-Deċennju Asjatiku Paċifiku l-Ġdid tal-Persuni b’Diżabilità (2003-2012) u s-Sena Ewropea tal-Persuni b’Diżabilità (2003), |
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (ACP-EU/100.954/11/fin.), |
A. |
billi iktar minn biljun persuna fid-dinja – 15% tal-popolazzjoni – jgħixu b’xi forma ta’ diżabilità (6) |
B. |
billi, skont is-CRPD, “il-persuni b’diżabilità jinkludu dwak li għandom ħsarat fiżiċi, mentali, intellettwali jew fis-sensi fuq perjodu twil li flimkien ma’ diversi ostakli jistgħu jxekklu l-partċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor”; |
C. |
billi d-diżabilità għandha tendenza li taffettwa b’mod sproporzjonat il-popolazzjonijiet vulnerabbli, fejn il-probabilità ta’ diżabilità tiżdied skont il-livell ta’ faqar (WRD 2011); billi d-diżabilità hija, għaldaqstant, kwistjoni relatata mal-iżvilupp; |
D. |
billi s-CRPD għandha l-għan li tippromwovi, tipproteġi u tiżgura t-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni kollha b’diżabilità, u li tippromwovi r-rispett għad-dinjità inerenti tagħhom; |
E. |
billi l-UE, 19 mill-Istati Membri tagħha u 48 Stat tal-AKP irratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD), u ħafna oħrajn huma firmatarji tagħha; |
F. |
billi l-impenji legali internazzjonali huma effettivi biss meta jiġu appoġġjati mil-liġijiet u l-politiki nazzjonali; |
G. |
billi l-WHO u l-Bank Dinji jelenkaw il-politiki u l-istandards mhux adegwati, l-attitudnijiet negattivi, in-nuqqas ta’ provvista ta’ servizzi, l-iffinanzjar mhux adegwat, in-nuqqas ta’ aċċessibilità, in-nuqqas ta’ konsultazzjoni u ta’ involviment u n-nuqqas ta’ data u ta’ evidenza bħala l-kawżi tal-esklużjoni tal-persuni b’diżabilità; |
H. |
billi l-persuni b’diżabilità jistgħu jesperjenzaw l-esklużjoni fl-aspetti kollha tal-ħajja, inklużi x-xogħol, is-servizzi pubbliċi, it-trasport, il-komunikazzjoni, l-edukazzjoni u l-informazzjoni; |
I. |
billi fil-pajjiżi fejn l-istennija tal-għomor taqbeż is-70 sena, in-nies iqattgħu madwar 8 snin minn ħajjithom iħabbtu wiċċhom ma’ diżabilità waħda jew iktar; |
J. |
billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw għamlu progress sinifikanti – għalkemm parzjali – fir-rigward tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fil-proġetti ta’ żvilupp; |
K |
billi huwa stmat li, globalment, ir-rati ta’ impjieg tal-persuni b’diżabilità jammontaw għal nofs ta’ dawk tal-persuni mingħajr diżabilità, u li l-maġġoranza tal-persuni b’diżabilità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jaqgħu fil-kategorija tal-età tax-xogħol huma qiegħda u jgħixu fil-faqar; |
L. |
billi l-esklużjoni tal-persuni b’diżabilità mix-xogħol għandha konsegwenzi ekonomiċi sinifikanti, li l-ILO tqis li jvarjaw minn 3% għal 7% tal-PDG tal-pajjiżi Afrikani, u billi l-konsegwenzi tal-inklużjoni huma ħafna inqas minn dawk tal-esklużjoni, ladarba l-fatt li l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà jippermetilhom imantnu lilhom infushom u lil oħrajn u jikkontribwixxu għall-ekonomija; |
M. |
billi l-assoċjazzjonijiet għall-persuni b’diżabilità għandhom rwol partikolari li huwa dak li jirrappreżentaw u jwasslu l-interessi speċifiċi tal-persuni b’diżabilità quddiem il-politiċi u l-pubbliku ġenerali; |
N. |
billi l-esklużjoni tal-persuni b’diżabilità hija l-fattur abbażi tal-inugwaljanza tagħhom, kemm f’termini tad-diskriminazzjoni fil-leġiżlazzjoni, tal-ostakoli fiżiċi u dawk relatati mal-komunikazzjoni jew tal-istigma soċjali jew in-nuqqas ta’ viżibilità fil-proċessi politiċi u l-baġits, u billi tnejn mill-ikbar ostakoli għall-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà huma n-nuqqas ta’ viżibilità tagħhom u l-attitudnijiet negattivi lejhom; |
O. |
billi n-nisa u l-bniet b’diżabilità huma partikolarment vulnerabbli u ċ-ċans li jesperjenzaw vjolenza sessista huwa tliet darbiet iktar minn dak għan-nisa mingħajr diżabilità; fid-dawl ta’ dan kollu, tfakkar fit-tendenza perikoluża li din il-vjolenza x’aktarx ma tiġix irrappurtata (7) |
1. |
Tħeġġeġ lill-Istati tal-AKP kollha u lill-Istati Membri tal-UE li għad iridu jiffirmaw u jirratifikaw is-CRPD u l-Protokoll Fakultattiv tagħha biex jagħmlu dan mingħajr riżervi u biex jistabbilixxu mekkaniżmi domestiċi għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom; |
2. |
Tħeġġeġ lill-membri parlamentari biex jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li jiġu adottati liġijiet u pjanijiet nazzjonali dwar id-diżabilità mill-parlamenti tagħhom, inkluż billli jsir skrutinju tal-baġits u jintużaw l-proposti leġiżlattivi tal-membri parlamentari; |
3. |
Tistieden lill-parlamenti nazzjonali biex jistabbilixxu kumitati biex isegwu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tindirizza l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità; |
4. |
Tilqa’ l-fatt li, fis-Summit ta’ Livell Għoli tal-2010 dwar l-MDGs, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità ġew rikonoxxuti bħala kruċjali biex jintlaħqu l-MDGs; titlob lill-komunità internazzjonali, għaldaqstant, biex tħejji inizjattivi dwar l-MDGs b’tali mod li l-persuni b’diżabilità jkunu fost il-gruppi fil-mira ewlenin; |
5. |
Tirrikonoxxi li l-miżuri speċjali għall-ugwaljanza tal-persuni b’diżabilità, inklużi l-kwoti għall-elezzjonijiet fejn xieraq fil-kuntest lokali, kellhom impatti pożittivi fuq l-immaġni tal-persuni b’diżabilità fil-livell nazzjonali, u tħeġġeġ lill-Istati tal-AKP u tal-UE biex jippromwovu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità; |
6. |
Tenfasizza li l-midja għandu jkollha rwol iktar attiv fil-ġlieda kontra l-istereotipi u fil-promozzjoni tal-inklużjoni; titlob lill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell internazzjonali, nazzjonali u lokali biex jiżguraw u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni permezz tal-midja, il-politiki edukattivi u l-kampanji pubbliċi; |
7. |
Tenfasizza b’insistenza r-rwol ewlieni li għandhom l-assoċjazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-problemi tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità; tistieden lill-Istati tal-AKP u tal-UE biex jappoġġjaw il-ħolqien ta’ moviment għall-persuni b’diżabilità fl-Istati tal-AKP u tal-UE; |
8. |
Tenfasizza l-ħtieġa ta’ ambjenti u materjal ta’ tagħlim aċċessibbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-tfal u l-adulti kollha b’diżabilità fl-attivitajiet edukattivi; tindika li hemm bżonn jiġi mħeġġeġ u appoġġjat l-iżvilupp ta’ kultura ta’ tagħlim sensittiva u reattiva għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b’diżabilità, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ speċjalizzat għall-għalliema ta’ appoġġ; tenfasizza r-rwol vitali tal-komunità tad-donaturi li tappoġġja l-infrastruttura edukattiva aċċessibbli u li tiżgura li l-UE tinkludi impenji li jirrigwardaw id-diżabilità fid-djalogi tagħha dwar is-settur tal-edukazzjoni; |
9. |
Tenfasizza li 98% tat-tfal b’diżabilità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw m’għandhom ebda aċċess għall-edukazzjoni primarja universali bla ħlas; tenfasizza li dan ma jippermettix li jintlaħaq għalkollox it-tieni Għan ta’ Żvilupp tal-Millennju; |
10. |
Tenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jitjiebu l-faċilitajiet edukattivi u li jitħeġġeġ it-tkabbir ta’ kultura ta’ tagħlim bl-għan li jiġu ssodisfati b’mod effikaċi l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b’diżabilità; |
11. |
Titlob li l-gvernijiet nazzjonali u lokali jinkludu l-aspetti kollha tal-aċċessibilità fil-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha u jadattaw il-leġiżlazzjoni eżistenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-aċċessibilità; titlob lill-komunità tad-donaturi biex tinkludi l-aspetti kollha tal-aċċessibilità fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp u fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha; |
12. |
Titlob skambju ta’ prattiki tajbin fost il-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll fost il-pajjiżi żviluppati; titlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa forum għall-iskambju ta’ prattiki, ma’ donaturi internazzjonali oħra, dwar l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità u titlobha twettaq aħjar l-impenji tagħha skont l-Artikolu 32 tas-CRPD; |
13. |
Tenfasizza l-importanza tal-ġbir tad-data għal implimentazzjoni effikaċi tas-CRPD, u tistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati tal-AKP biex jaħdmu mill-qrib mas-servizzi nazzjonali tal-istatistika sabiex jiżguraw li l-ġbir tad-data diżaggregata jittejjeb u jingħata prijorità u li l-iktar data reċenti u komprensiva tifforma l-bażi tal-ħidma tagħhom u tal-implimentazzjoni tal-politiki; |
14. |
Tħeġġeġ lill-Istati tal-AKP biex jintegraw l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fl-aġendi nazzjonali ta’ żvilupp tagħhom, biex jadottaw mekkaniżmi biex tiżdied ir-rappreżentanza tagħhom fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jipprovdu allokazzjonijiet baġitarji adegwati għall-persuni b’diżabilità u jiżguraw iktar edukazzjoni għal kulħadd dwar il-mard li jikkawża d-diżabilitajiet; |
15. |
Tħeġġeġ lill-Istati tal-AKP biex jippromwovu attitudnijiet u perċezzjonijiet ta’ inklużjoni tal-persuni b’diżabilità, u biex jippromwovu d-djalogu bejn il-persuni b’diżabilità u l-gvern fil-livelli kollha; |
16. |
Tistieden lill-gvernijiet tal-Istati tal-AKP u tal-UE biex jistabbilixxu miżuri f’ċentri korrettivi biex jiżguraw li l-persuni b’diżabilità li jkunu wettqu xi reat ikollhom faċilitajiet adattati għall-kundizzjonijiet partikolari tagħhom, kemm meta jinżammu f’dawn iċ-ċentri kif ukoll meta jkunu liberi li jgħixu fil-komunità; |
17. |
Tappoġġja lill-Istati tal-AKP fil-ħidma tagħhom biex iżidu l-aċċess għall-edukazzjoni, l-iskemi tal-mikrokreditu u opportunitajiet oħra li jiġġeneraw id-dħul; |
18. |
Titlob lill-Istati tal-UE u tal-AKP biex iwessgħu l-edukazzjoni dwar l-HIV/AIDS għal kulħadd, inklużi l-persuni b’diżabilità, li sikwit jiġu esklużi mis-servizzi ta’ prevenzjoni u kura tal-HIV/AIDS; |
19. |
Titlob li jiġu vverifikati l-opportunitajiet ta’ inklużjoni tal-persuni b’diżabilità meta jiġu implimentati proġetti tal-UE u proġetti konġunti xierqa; |
20. |
Titlob li l-proġetti infrastrutturali ffinanzjati mill-UE jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, u li d-delegazzjonijiet tal-UE f’pajjiżi terzi jiġu stabbiliti jew organizzati mill-ġdid biex jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità; |
21. |
Tistieden lill-UE biex tinkludi l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità (DPOs) fil-proġetti tagħha, inklużi dawk li jippromwovu l-aċċess għall-ġustizzja; titlob li d-Dokumenti Strateġiċi għal kull Pajjiż jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità; |
22. |
Tenfasizza li l-UE u l-AKP għandhom jippromwovu politiki ta’ inklużjoni fil-fora rilevanti kollha tan-NU u f’dawk internazzjonali, minħabba li l-kwistjoni tad-diżabilità attwalment hija nieqsa minn ħafna diskussjonijiet internazzjonali ta’ livell għoli (Rio+20, l-aġenda tal-OECD) u għandha titqies bħala waħda prijoritarja fl-aġenda politika; |
23. |
Tenfasizza li l-kawżi tad-diżabilità huma ħafna u jvarjaw, u għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri politiċi; tistieden lill-Istati tal-AKP, għaldaqstant, biex jieħdu miżuri ta’ sigurtà fit-toroq, jiġġieldu kontra l-malnutrizzjoni bħala fattur ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ diżabilitajiet, itejbu l-aċċess għall-ilma nadif u tajjeb għax-xorb, jindirizzaw l-impatti ta’ kunflitt relatati mad-diżabilità, u jiżguraw l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tas-saħħa u għax-xogħol deċenti billi l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità tiġi integrata fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp; tistieden lill-UE biex tagħti prijorità lil dawn il-kunsiderazzjonijiet permezz tal-koperazzjoni tagħha għall-iżvilupp mal-Istati tal-AKP; |
24. |
Tistieden lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE biex, kull sentejn, tirrapporta dwar il-prattiki tajbin u l-progress fl-inklużjoni fil-pajjiżi tal-AKP, tirrevedihom u tenfasizzahom; |
25. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament pan-Afrikan u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. |
RIŻOLUZZJONI (8)
war il-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika, speċjalment fis-Somalja
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
— |
wara li ltaqgħet f’Lomé (it-Togo) bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru 2011, |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, |
— |
wara li kkunsidrat l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, |
— |
wara li kkunsidrat l-istqarrija tal-24 ta’ Awwissu 2011 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Catherine Ashton, dwar ir-reazzjoni tal-UE għall-karestija fil-Qarn tal-Afrika, |
— |
wara li kkunsidrat il-Konferenza tad-Donaturi organizzata mill-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa fil-25 ta’ Awwissu 2011, |
A. |
billi l-perjodu estiż ta’ nixfa li qed jiddeterjora l-Qarn tal-Afrika – flimkien mal-konflitti fir-reġjun, il-prezzijiet għoljin tal-ikel u r-riżorsi li dejjem qed isiru iktar limitati – irriżulta fl-ikbar kriżi umanitarja u tal-ikel fid-dinja, li attwalment tolqot, skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), lil 13.3-il miljun persuna, li minnhom 840 000 huma refuġjati, u għexieren ta’ eluf persuni, li iktar minn nofshom huma tfal, diġà mietu; |
B. |
billi hemm emerġenza fil-Qarn tal-Afrika, bl-agħar nixfa f’60 sena u bl-agħar spostament tal-popolazzjoni bil-massa, kwart tal-popolazzjoni Somala ta’ 7.5 miljun persuna qed jiġu spostati fil-pajjiż stess jew inkella bħala refuġjati fil-pajjiżi ġirien; |
C. |
billi r-rati tal-malnutrizzjoni fl-iktar reġjuni milquta min-nixfa jaqbżu t-30%, jiġifieri iktar mid-doppju tal-livell limitu ta’ emerġenza rikonoxxut internazzjonalment; |
D. |
billi s-Somalja, fejn erba’ miljun persuna huma milquta mill-ġuħ u sitt reġjuni ġew iddikjarati li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ ġuħ, hija l-iktar pajjiż li nltaqat bl-agħar mod mid-diżastru umanitarju; billi ċ-ċirkustanzi jiġu aggravati min-nuqqas ta’ riżorsi naturali tas-Somalja u mill-konsegwenzi li jġibu magħhom 20 sena ta’ konflitt fit-territorju tagħha; |
E. |
billi, ġimgħa wara ġimgħa, minħabba l-ġuħ, eluf ta’ persuni qed isiru refuġjati u s-sitwazzjoni umanitarja fil-kampijiet qed tmur għall-agħar minn jum għall-ieħor, fejn jirriżulta li 30% tat-tfal taħt il-ħames snin qed ibatu minn malnutrizzjoni, qed ifaqqgħu epidemiji, inklużi l-kolera u l-ħosba, u qed jiġu rappurtati każijiet ta’ stupru (9); |
F. |
billi 80% tar-refuġjati huma nisa u tfal, li ħafna minnhom isofru vjolenza sesswali u intimidazzjoni tul it-triq lejn il-kampijiet tar-refuġjati; |
G. |
billi Dadaab, fil-Kenja, attwalment huwa l-ikbar kamp tar-refuġjati fid-dinja, b’463 710 (10) refuġajti jgħixu f’sit maħsub għal 90 000 refuġjat; billi, xi darba, iktar minn 3 000 Somalu qasmu l-fruntieri ta’ pajjiżhom biex marru l-Etjopja u l-Kenja, fejn kienu qed ifittxu l-ikel u s-sigurtà; |
H. |
billi, sa issa, jeżisti finanzjament għal 62 % biss taż-USD 2.4 biljun mitluba min-NU għall-ġlieda kontra n-nixfa fir-reġjun, u USD 940 miljun oħra huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-għajnuna essenzjali hemmhekk; |
I. |
billi l-aċċess għall-persuni kkonċernati għadu l-ostakolu ewlieni biex tittaffa s-sitwazzjoni tal-ikel fir-reġjun; billi s-Somalja għadha wieħed mill-iktar pajjiżi perikolużi għall-ħaddiema li jipprovdu għajnuna umanitarja; |
J. |
billi l-Programm Dinji tal-Ikel jeħtieġ EUR 250 miljun oħra biex tiġi pprovduta l-għajnuna li se tkun meħtieġa matul is-sitt xhur li ġejjin; |
K. |
billi, b’rispons għall-emerġenza fil-Qarn tal-Afrika, il-Kummissjoni allokat EUR 97.47 miljun lir-reġjun u qed tipprepara biex iżżid l-appoġġ tagħha, biex b’hekk il-kontribuzzjoni umanitarja totali tagħha ta’ din is-sena għall-ħidma biex tittaffa n-nixfa tammonta għal EUR 158 miljun; billi, fil-Konferenza tad-Donaturi f’Addis Ababa, l-istati membri ewlenin tal-Unjoni Afrikana impenjaw ruħhom li jirrilaxxaw kważi USD 350 miljun għall-pajjiżi milquta min-nixfa; |
L. |
billi l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) hija prinċipalment iffinanzjata mill-Faċilità Afrikana għall-Paċi, li hija ffinanzjata mir-riżorsi tat-taqsima għall-iżvilupp fit-tul tad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); |
M. |
billi l-impatt tat-tibdil fil-klima affettwa serjament il-prodotti tal-uċuħ tar-raba’, u dan, flimkien maż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, ippospona l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; |
N. |
billi huwa meħtieġ li l-pastoraliżmu, it-trobbija tal-annimali u s-sigurtà tal-ilma (inklużi d-digi u l-pajpijiet) jiġu appoġġjati; billi s-sitwazzjoni attwali tal-komunitajiet pastorali fil-Qarn tal-Afrika qed tikkawża tħassib sejru; billi l-gvernijiet għandhom ikomplu l-ħidma li diġà saret u jistituzzjonalizzaw il-ġestjoni tan-nixfa fiż-żoni kkonċernati; |
1. |
Tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni umanitarja bla preċedent u li għadha qed tiddeterjora fil-Qarn tal-Afrika u tqis in-numru ta’ mwiet kawża tal-ġuħ bħala inaċċettabbli; |
2. |
Tenfasizza li mhux previst l-ebda titjib fis-sitwazzjoni qabel is-sena d-dieħla minħabba li l-ħsad huwa mistenni li se jsir tard, b’rendiment taħt il-medja, filwaqt li r-riżorsi tar-ragħa u tal-ilma ġew eżawriti u l-prezzijiet taċ-ċereali ewlenin bħall-qamħirrum, kif ukoll tal-ilma u l-fjuwil, żdiedu f’salt; |
3. |
Titlob mobilizzazzjoni aħjar mill-komunità internazzjonali, li għandha terġa’ tirdoppja l-isforzi tagħha biex tlaħħaq ma’ din l-emerġenza sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet umanitarji li dejjem jiżdiedu u jiġi evitat li s-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar; |
4. |
Tenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkontrollata l-għajnuna billi jiġu identifikati s-sħab affidabbli fuq il-post u jitjiebu l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u ta’ distribuzzjoni, biex b’hekk tiġi evitata l-possibilità li provvisti ma jaslux għand id-destinatarji tagħhom jew jinsterqu; |
5. |
Tilqa’ l-moblizzazzjoni tal-UE (kemm fil-livell tal-Kummissjoni kif ukoll f’dak tal-Istati Membri) u titlob li tiżdied il-provvista ppjanata tal-għajnuna; tilqa’ l-isforzi tal-Unjoni Afrikana biex tiġi indirizzata l-kriżi u tenfasizza l-ħtieġa urġenti mhux biss għall-għajnuna alimentari iżda wkoll għal saħħa u sanitazzjoni aħjar fuq il-post; |
6. |
Tikkundanna r-rwol tal-grupp militanti Iżlamista, al-Shabab fit-tfixkil tal-ħidma tal-aġenziji ta’ għajnuna u tfaħħar il-Programm Dinji tal-Ikel għall-ħidma tiegħu biex iwassal għajnuna alimentari li tilħaq l-ikbar parti tal-popolazzjoni operattivament possibbli; |
7. |
Tafferma mill-ġdid li l-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha tkun prijorità, iżda titlob is-solidarjetà fost il-pajjiżi ġirien sabiex jiġi evitat li tfaqqa’ gwerra li jkollha effetti tassew devastanti; |
8. |
Tenfasizza li huwa estremament diffiċli li l-persuni tas-Somalja jkollhom aċċess għall-għajnuna alimentari, speċjalment fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar tal-pajjiż u fiż-żoni kkontrollati mill-milizzja ta’ al-Shabab; tissottolinja l-ħtieġa li jiġi involut kull min huwa milqut mill-konflitt fis-Somalja fil-livelli kollha; tħeġġeġ li jiġi stabbilit reġim ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali bil-għan li tkun tista’ tinbeda r-rikostruzzjoni tal-pajjiż; |
9. |
Tistieden lill-awtoritajiet kkonċernati biex jagħtu aċċess mingħajr limiti lill-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u biex jiżguraw li l-persuni ċivili, speċjalment in-nisa u t-tfal, jiġu protetti fiċ-ċirkostanzi kollha, f’konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali; barra minn hekk tikkundanna fermament iż-żieda fil-vjolenza, inklużi l-attakki suwiċidi u s-sekwestri; |
10. |
Tistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-gvernijiet fir-reġjun biex itejbu minnufih it-tranżizzjoni bejn l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp; tistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-proġetti tal-pajjiżi tal-Afrika tal-Lvant dwar il-kapaċitajiet ta’ prevenzjoni tal-ġuħ u s-sistemi ta’ twissija bikrija tan-nixfa; |
11. |
Tenfasizza li l-pajjiżi Afrikani wkoll jeħtieġu jieħdu miżuri fit-tul, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, biex jiġi żgurat li n-nixfa ma tkunx neċessarjament sinonima mal-ġuħ; tenfasizza li, flimkien mal-adozzjoni ta’ miżuri immedjati, għandu jiġi stabbilit appoġġ fit-tul biex jiġi żgurat li l-persuni jkollhom għajxien sostenibbli; |
12. |
Tistieden lill-gvernijiet Afrikani biex iwettqu l-impenn tagħhom li jallokaw mill-inqas 10% tal-baġits nazzjonali tagħhom għall-agrikoltura, bl-għan li tintlaħaq rata ta’ tkabbir annwali ta’ 6% fis-settur agrikolu, jiżguraw l-aċċess għall-art lill-bdiewa żgħar u l-investiment fl-agrikoltura u l-kummerċ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti relatati man-nutrizzjoni kwotidjana taċ-ċittadini tagħhom; |
13. |
Tilqa’, f’dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li talloka iktar minn EUR 680 miljun lir-reġjun sal-2013 fil-forma ta’ għajnuna fit-tul għall-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u s-sigurtà tal-ikel u l-ħolqien ta’ valur miżjud għall-prodotti agrikoli tiegħu; titlob żieda fil-proporzjon ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp allokata għall-agrikoltura; |
14. |
Titlob iktar trasparenza, informazzjoni ta’ kwalità aħjar u provvista ta’ informazzjoni fil-ħin dwar ir-riżervi u l-istokks tal-prodotti bażiċi relatati mal-ikel, u l-formazzjoni tal-prezzijiet fil-livell internazzjonali, kif mitlub fil-Komunikazzjoni reċenti mill-Kummissjoni “Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima”; titlob li l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-ispekulazzjoni fis-swieq tal-prodotti bażiċi tal-ikel u tal-agrikoltura jwaqqfu l-attività spekulattiva, li ġġib magħha prezzijiet tal-ikel għoljin u volatili, u biex l-indirizzar tal-faqar u t-tbatija tal-bnedmin jieħu prijorità fuq il-qligħ; |
15. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà u s-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet u l-istati membri tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
RIŻOLUZZJONI (11)
dwar l-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq l-istati sub-Saħarjani tal-viċinat
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
— |
wara li ltaqgħet f’Lomé (it-Togo) bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru 2011, |
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, |
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tat-18 ta’ Mejju 2011 dwar “It-taqlib demokratiku fit-Tramuntana tal-Afrika u fil-Lvant Nofsani: il-konsegwenzi għall-pajjiżi tal-AKP, l-Ewropa u d-dinja” (ACP-EU/100.958/11/fin.), |
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-3 u s-7 ta’ Frar, is-7 ta’ April u s-7 ta’ Lulju 2011, rispettivament dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija u l-Eġittu, ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf, dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Baħrejn u fil-Jemen u dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni, |
— |
wara li kkunsidrat il-ħolqien tal-Politika Ewropea tal-Viċinat mill-2004, u b’mod partikolari l-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Mejju 2011 bl-isem “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni” (COM(2011)0303) u tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem “Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200), |
— |
wara li kkunsidrat il-miri tal-Ftehima ta’ Sħubija tal-AKP-UE ffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Jannar 2000, u riveduta fl-2005 u fl-2010, |
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Kajr tal-Unjoni Afrikana dwar is-suġġett “Insaħħu l-Governanza Politika għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabilità fl-Afrika” tal-4 u l-5 ta’ Settembru 2011, |
— |
wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza tat-30 ta’ Jannar 2007, |
— |
wara li kkunsidrat il-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tas-16 ta’ Diċembru 1966, |
— |
wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 u l-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, |
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta’ Diċembru 1948, |
A. |
billi r-rebħa tal-poplu Tuneżin, ta’ dak Eġizzjan u anki Libjan tirrappreżenta mewġa ġdida ta’ tama, libertà, solidarjetà, demokrazija u bidla reali, mixtieqa kemm minn dawn it-tliet popolazzjonijiet kif ukoll mill-popli oppressi; |
B. |
billi dan it-taqlib irriżulta fit-telf ta’ ħajjiet umani, u ħalla eluf ta’ persuni spostati u refuġjati kemm fil-pajjiżi kkonċernati kif ukoll lil hinn minnhom; |
C. |
billi xi problemi enfasizzati mir-Rebbiegħa Għarbija huma simili għal dawk li jaffrontaw numru ta’ pajjiżi fir-reġjun sub-Saħarjan: rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, żieda fil-prezzijiet tal-ikel u tal-fjuwil, koruzzjoni persistenti, ksur tad-drittijiet bażiċi u parteċipazzjoni limitata fit-teħid tad-deċiżjonijiet; |
D. |
billi, fil-każ tal-Libja, dan it-taqlib irriżulta fil-qtil ta’ diversi Afrikani sub-Saħarjani ta’ ġilda skura, li tqiesu, inġustament, bħala merċenarji mħallsa minn Gaddafi, u billi l-gangsters u kriminali oħra qabdu kwantitajiet enormi ta’ armi ħfief u anki tqal; billi dawn is-sitwazzjonijiet jikkostitwixxu theddida għall-ġirien tal-Libja (l-Alġerija, il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Burkina Faso); |
E. |
billi l-inkwiet politiku osservat f’numru ta’ pajjiżi sub-Saħarjani jista’ jitqies bħala ripetizzjoni tar-Rebbiegħa Għarbija, iżda kellu impatt limitat f’termini ta’ bidla; |
F. |
billi, f’dan il-kuntest, għandhom jiġu kkunsidrati r-riskju li l-armi militari jiddaħħlu fi stati Saħelo-Saħarjani u t-theddidiet li jirriżultaw għas-sigurtà tar-reġjuni li jinsabu mal-fruntieri tagħhom; |
G. |
billi t-Talba għall-Paċi tal-Kajr kienet tirrifletti d-determinazzjoni tal-Unjoni Afrikana biex il-paċi ssir realtà fl-Afrika u biex tistabbilixxi ċerti passi konkreti li għandhom jittieħdu għal dan l-għan, filwaqt li tiġi enfasizzata l-kultura tal-paċi, b’mod partikolari permezz tal-edukazzjoni, sabiex il-ġenerazzjonijiet tal-futur ma jkollhomx jgħaddu mit-tbatija li jġibu magħhom il-gwerra u l-vjolenza; |
H. |
Billi, minkejja l-fatt li l-kontinent Afrikan għandu ħafna żejt, minerali u riżorsi agrikoli u naturali oħra, il-parti l-kbira tal-popolazzjoni għadha fqira ħafna, u dan jikkostitwixxi ksur tad-dinjità tal-bniedem; |
1. |
Tappoġġja bis-sħiħ u b’mod assolut l-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittmi tal-poplu tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq, li jistgħu jaġixxu bħala ispirazzjoni għall-bidla demokratika fil-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana u, potenzjalment, jikkontribwixxu għall-konsolidazzjoni demokratika fil-kontinent Afrikan kollu; |
2. |
Tistieden lill-awtoritajiet biex iwaqqfu l-użu tal-vjolenza kontra d-dimostranti, jirrispettaw il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni tagħhom, u jiggarantixxu s-sigurtà tagħhom; titlob inkjesti indipendenti dwar l-avvenimenti li wasslu biex dimostranti paċifiċi inqatlu, indarbu u ġew arrestati f’dawn il-pajjiżi u biex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-qorti; |
3. |
Titlob li jinħelsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet il-persuni kollha arrestati matul id-dimostrazzjonijiet kif ukoll il-priġunieri politiċi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti kollha; |
4. |
Tesprimi mill-ġdid is-solidarjetà tagħha mal-poplu Eġizzjan u l-appoġġ tagħha għat-tranżizzjoni demokratika; tesprimi t-tħassib kbir tagħha dwar il-konflitti vjolenti reċenti, li fihom ħafna persuni ċivili nqatlu u mijiet indarbu mill-forzi tas-sigurtà; titlob investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti u titlob li dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom; tħeġġeġ li jintemmu l-istat ta’ emerġenza u l-proċessi militari tal-persuni ċivili; |
5. |
Tikkundanna bis-sħiħ ir-ripressjoni brutali kontinwa mir-reġim Sirjan u l-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tas-sigurtà fil-konfront tal-popolazzjoni; tagħti l-kondoljanzi tagħha lill-familji tal-vittmi u ttenni s-solidarjetà tagħha mal-poplu Sirjan; titlob tranżizzjoni demokratika rapida fis-Sirja; |
6. |
Tilqa’ b’sodisfazzjon il-progess li sar mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana u tħeġġeġ it-tkomplija tal-isforzi biex jiġi implimentat proċess ta’ stabilizzazzjoni demokratika u biex jiġu garantiti l-libertà, id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u l-ġustizzja; |
7. |
Tinnota li l-iżviluppi reċenti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani għandhom riperkussjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali, mhux biss fil-pajjiżi kkonċernati iżda anki fil-pajjiżi tal-AKP u fl-Ewropa; |
8. |
Tistieden lill-Unjoni Ewropea biex tagħti appoġġ kbir lir-riformi politiċi u ekonomiċi li għaddejjin fir-reġjun; tenfasizza li, sabiex jingħata appoġġ lit-tranżizzjoni demokratika, huwa essenzjali li jiġu mobilizzati l-istrumenti eżistenti kollha fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u l-politika ta’ żvilupp; |
9. |
Tistieden lill-awtoritajiet Marokkini biex jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt ta’ awtodeterminazzjoni tal-poplu Saħrawi, li huwa l-unika soluzzjoni vijabbli, ġusta u dejjiema tal-konflitt; tenfasizza l-ħtieġa li jiġi rispettat bis-sħiħ u li jitkompla l-proċess tan-negozjati fil-qafas tan-NU; |
10. |
Tistieden lill-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri tagħha u lill-Unjoni Afrikana (UA) biex ikomplu juru solidarjetà huma u jimmaniġġjaw l-emerġenza umanitarja li laqtet mijiet ta’ eluf ta’ persuni li ħarbu mil-Libja u marru f’pajjiżi ġirien bħat-Tuneżija, l-Eġittu, in-Niġer, il-Mali u ċ-Ċad u anki l-Ewropa; |
11. |
Tinsisti fuq l-involviment tal-Istati Membri tal-UE, tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-organizzazzjonijiet speċjalizzati fil-proċess tal-akkoljenza, il-kura u r-rintegrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi ġirien tal-Libja, li qed jaslu bil-massa, u fil-proċess tal-ħelsien tal-vittmi li ġew arrestati inġustament; |
12. |
Tilqa’ d-Dikjarazzjoni tal-Kajr tal-Unjoni Afrikana dwar is-suġġett “Insaħħu l-Governanza Politika għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabilità fl-Afrika”; |
13. |
Tfakkar li l-UA adottat diversi strumenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba; tistieden lill-Membri kollha tal-UA biex jadottaw u jimplimentaw dawk l-istrumenti, b’mod partikolari l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, u tħeġġeġ lill-awtoritajiet fl-Istati Afrikani biex jirratifikaw lil din tal-aħħar; |
14. |
Titlob konformità stretta mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-Esportazzjoni ta’ Armi, inkluża trasparenza ikbar fir-rigward tal-kummerċ tal-armi bejn l-UE u l-Afrika; |
15. |
Hija tal-fehma li l-elezzjonijiet huma meħtieġa, iżda mhumiex biżżejjed biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal proċess tad-demokratizzazzjoni, li huwa usa’ mis-sempliċi fatt li jiġu organizzati l-elezzjonijiet; hija tal-fehma li biex ikun hemm suċċess fid-demokratizzazzjoni, l-involviment fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż huwa kruċjali, biex jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-popolazzjoni, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi, u tingħata attenzjoni speċjali għall-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
16. |
Tenfasizza r-rwol kritiku tal-governanza, ir-rispett għall-istat tad-dritt, l-allokazzjoni ġusta tar-riżorsi bejn il-partijiet kollha tal-popolazzjoni u t-tmexxija nazzjonali fil-prevenzjoni tal-konflitti u l-promozzjoni tal-paċi sostenibbli; tistieden lill-pajjiżi tal-AKP u lill-UE biex jagħtu attenzjoni partikolari lill-iżvilupp u l-appoġġ tal- organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-bini ta’ kapaċità istituzzjonali; |
17. |
Tistieden lill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija biex jiddefendu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jħeġġu lil dawn tal-aħħar biex ikunu involuti fis-soċjetà u fil-korpi tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet u f’dawk politiċi; |
18. |
Hija tal-fehma li korp tal-imħallfin u midja indipendenti għandhom rwol essenzjali biex jiffurmaw u jirregolaw prattiki demokratiċi bl-għan li jissaħħaħ l-istat tad-dritt u li jitwaqqfu istituzzjonijiet demokratiċi, inklużi parlamenti pluralisti li jiffunzjonaw; |
19. |
Tenfasizza r-rwol tat-teknoloġija moderna u l-midja soċjali fil-mobilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika b’rabta mar-Rebbiegħa Għarbija, u tindika li r-rappurtar ta’ dawn l-avvenimenti mill-midja ma tax l-importanza dovuta lil ċerti rivoluzzjonijiet fl-Afrika sub-Saħarjana; |
20. |
Tirrikonoxxi li xi pajjiżi Afrikani sub-Saħarjani qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jintegraw ċerti gruppi etniċi u tribujiet fl-istrutturi tagħhom tal-governanza demokratika; tħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi biex jitgħallmu mill-esperjenza ta’ nazzjonijiet Afrikani oħra li taw l-awtonomija reġjonali u kulturali f’diversi forom sabiex jevitaw li ċerti gruppi fis-soċjetà jiġu iżolati; |
21. |
Tistieden lill-Unjoni Ewropea biex tieħu inizjattivi biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-istati sub-Saħarjani sabiex jittaffew il-konsegwenzi ekonomiċi tar-Rebbiegħa Għarbija; |
22. |
Tistieden lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra tissospendi temporanjament il-ħlas lura tad-dejn mill-pajjiżi li għaddejjin min tranżizzjoni demokratika; titlob li jiġu ffriżati l-assi tal-mexxejja korrotti u li dawn l-assi jiġu rritornati lill-pajjiżi kkonċernati; |
23. |
Tesprimi tħassib dwar ir-riżorsi loġistiċi u l-armi li rnexxielhom jiġbru l-membri tal-organizzazzjoni misterjuża tal-AQMI (al-Qaeda fil-Magreb Iżlamiku), ħaġa li malajr qed twassal għal nuqqas ta’ sigurtà fl-istrixxa Saħelo-Saħarjana; |
24. |
Tinsisti dwar l-involviment tal-Istati Membri tal-UE, tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-organizzazzjonijiet speċjalizzati fil-proċess ta’ rkupru tal-armi minn persuni li qabel kienu kombattenti u minn persuni ċivili u fil-proċess ta’ żgurar tas-sigurtà tal-ġirien tal-Libja li jinsabu f’riskju ta’ destabilizzazzjoni; |
25. |
Tindika li l-istokk massiv ta’ armi li għandha l-AQMI huwa theddida mhux biss għall-pajjiżi ġirien, iżda għad-dinja kollha; |
26. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Parlament pan-Afrikan, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran. |
(1) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fit-23 ta’ Novembru f’Lomé (it-Togo)
(2) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fit-23 ta’ Novembru 2011 f’Lomé (it-Togo).
(4) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2011-0082+0+DOC+XML+V0//MT
(5) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fit-23 ta’ Novembru f’Lomé (it-Togo).
(6) Rapport Dinji dwar id-Diżabilità (WRD), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Bank Dinji, Ġunju 2011
(7) Ir-Rapport Annwali tal-Amnesty International għall-2011.
(8) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fit-23 ta’ Novembru f’Lomé (it-Togo)
(9) Rapporti tal-OCHA dwar is-sitwazzjoni tas-Somalja u l-Qarn tal-Afrika, minn Awwissu sa Novembru 2011
(10) ECHO, rapport tal-kriżi tal-Qarn tal-Afrika, Nru 6, tal-1 ta’ Ottubru 2011
(11) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fit-18 ta’ Mejju 2011 f’Lomé (it-Togo).