27.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/68


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/315

tal-25 ta' Frar 2015

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument C(2015) 1004

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jinkiseb is-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, fosthom it-tjur. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku jikkawżaw żewġ forom tal-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal mortalità kbira ferm fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà mit-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Jekk tfaqqa' l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered ma' stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur tal-irziezet jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja.

(5)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni b'żewġ tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi mhux kummerċjali fejn jinżammu t-tjur f'Mecklenburg-Western Pomerania u din minnufih ħadet il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fost l-oħrajn it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, li għandhom jiġu definiti fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta' dawk iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza li stabbilixxiet l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi proprji fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat.

(7)

Sabiex ma jkunx hemm xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex pajjiżi terzi ma jagħmlux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fil-Ġermanja jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni

(8)

Għaldaqstant, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Ġermanja, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni 2005/94/KE, għandhom ikunu ddefiniti f'din id-Deċiżjoni u t-tul ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni għandu jiġi stipulat.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

PARTI A

Iż-żoni ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk inhu disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

DE

Il-Ġermanja

Kodiċi postali

Żona li tinkludi:

16.2.2015

 

 

Mecklenburg- Western Pomerania

 

 

 

 

17389

Fil-belt ta' Anklam:

iż-żona tal-belt ta' Anklam

il-parti ta' Gellendin

 

 

 

17390

Fil-muniċipalità ta' Murchin, il-parti ta' Relzow

 

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk inhu disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

DE

Il-Ġermanja

Kodiċi postali

Żona li tinkludi:

25.2.2015

 

 

Mecklenburg- Western Pomerania

 

 

 

 

17389

Fil-belt ta' Anklam, il-partijiet:

Pelsin

Stretense

 

 

 

17390

Fil-muniċipalità ta' Groß Polzin, il-partijiet li ġejjin:

Groß Polzin

Klein Polzin

Konsages

Quilow

 

 

 

17390

Fil-muniċipalità ta' Klein Bünzow, il-partijiet li ġejjin:

Groß Bünzow

Klein Bünzow

Klitschendorf

Ramitzow

Salchow

 

 

 

17390

Fil-muniċipalità ta' Murchin, il-partijiet li ġejjin:

Johanneshof

Libnow

Murchin

Pinnow

 

 

 

17390

Fil-muniċipalità ta' Rubkow, il-partijiet li ġejjin:

Bömitz

Daugzin

Krenzow

Rubkow

Zarrentin

 

 

 

17390

Fil-muniċipalità ta' Ziethen, il-partijiet li ġejjin:

Jargelin

Menzlin

Ziethen

 

 

 

17391

Fil-muniċipalità ta' Medow, il-parti ta' Nerdin

 

 

 

17391

Il-muniċipalità ta' Postlow

 

 

 

17391

Fil-muniċipalità ta' Stolpe, il-partijiet li ġejjin:

Neuhof

Stolpe an der Peene

 

 

 

17392

Il-muniċipalità ta' Blesewitz

 

 

 

17392

Il-muniċipalità ta' Butzow

 

 

 

17392

Fil-muniċipalità ta' Neuenkirchen, il-partijiet:

Müggenburg

Neuenkirchen

 

 

 

17392

Fil-muniċipalità ta' Sarnow, il-parti ta' Panschow

 

 

 

17398

Il-muniċipalità ta' Bargischow

 

 

 

17398

Fil-muniċipalità ta' Bugewitz, il-partijiet li ġejjin:

Bugewitz

Kamp

Lucienhof

Rosenhagen

 

 

 

17398

Fil-muniċipalità ta' Ducherow, il-parti ta' Busow

 

 

 

17398

Il-muniċipalità ta' Neu-Kosenow

 

 

 

17398

Il-muniċipalità ta' Rossin

 

 

 

17406

Fil-muniċipalità ta' Usedom, il-partijiet li ġejjin:

Kölpin

Zecherin

 

 

 

17440

Fil-muniċipalità ta' Buggenhagen, il-partijiet li ġejjin:

Klotzow

Wangelkow