Għanijiet
Organizzazzjoni
Sħubija
Liċenzjar
Ko-pubblikazzjoni
Attivitajiet ta’ appoġġ
Kuntatt
L-għan ewlieni tal-Forum tal-Pubblikaturi ta’ l-Unjoni Ewropea hu li jistimula sħubija dinamika bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u l-pubblikaturi.Din l-alleanza għandha l-għan li tissodisfa l-mira li tressaq l-Ewropa aktar viċin lejn iċ-ċittadini billi ttejjeb l-aċċess għal informazzjoni relatata ma’ l-UE.
Huwa meħtieġ li t-testijiet jipprovdu informazzjoni fuq il-politika ewlenija ta’ l-UE ppubblikata b’mod uffiċjali.Madankollu, informazzjoni ta’ appoġġ hi mitluba aktar, u hemm aktar il-bżonn li jkun hawn informazzjoni tradotta f’iżjed lingwi.Sħubija li taħdem bejn il-pubblikaturi u l-istituzzjonijiet Ewropej tikkostitwixxi bażi solida li fuqha wieħed jista’ jaffronta din ir-rikkezza kulturali fl-isfond u l-wisa’ kollha tiegħu.
Hu x’inhu l-medju tagħhom, il-pubblikaturi għandhom rwol essenzjali:meta jużaw id-dati u t-testi prodotti mill-istituzzjonijiet ta’ l-Ewropa, huma jistgħu jiżviluppaw prodotti speċjalizzati biex jagħmluhom disponibbli lill-pubbliku ġenerali u lil udjenzi professjonali.
Għalkemm il-Forum kien inizjalment maħsub li jkopri data minn istituzzjonjiet, din l-inizjattiva għandha tkun milqugħa minn aġenziji Ewropej u entitajiet oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.Għalhekk il-Forum tal-Pubblikaturi ta’ l-UE jipprovdi pjattaforma ċentralizzata għal opportunitajiet ta' liċenzjar f’materji Ewropej.
Il-Forum tal-Pubblikaturi ta’ l-UE kien stabbilit fl-1996.Huwa ko-presedut mill-President tal-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej (FEP) u d-Direttur ta’ l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komuitajiet Ewropej.
Is-Segretarjat tal-Forum jinsab fil-Lussumburgu, fl-Unità tas-Servizzi ta’ l-Awtur ta’ l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
Hemm żewġ kategoriji ta’ sħubija:membri sħaħ u membri mistednin.
Is-sħubija hija bla ħlas u teħtieġ biss li timtela l-formola tar-reġistrazzjoni, li hija disponibbli fil-websajt ta' l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
L-istruttura tal-liċenzjar tal-forum tirrappreżenta fattur ġdid fl-attivitajiet tal-liċenzjar ta’ l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.Il-Forum hu ta’ karattru partikolari u innovattiv, u dan hu l-aktar minħabba l-kondizzjonijiet ta’ kollaborazzjoni u dawk tal-miżati huma predeterminati.Huma għalhekk magħrufa minn qabel mis-sieħba kollha potenzjali.Il-kundizzjonijiet ma jridux jiġi negozjati mill-ġdid kull darba u, aktar minn hekk, huma sempliċi, trasparenti u favorevoli għall-pubblikaturi.
Pubblikaturi jistgħu jaddattaw il-manuskritti – jiġifieri jipprovdu l-aħħar irtokki, jżidu l-valur u jagħżlu mezz xieraq – biex jippromwovuhom lil udjenzi speċifiċi.Il-prodott aħħari għandu jkun ix-xogħol proprju tal-pubblikatur.
Barra mill-manuskritti oriġinali, il-pubblikaturi jistgħu jerġgħu jaħdmu wkoll fuq data digà ppubblikata – għadd ta' dettalji jistgħu jinstabu fil-katalogi, databases, direttorji, il-websajt ta’ l-Europa u 'l-ħanut tal-kotba ta' l-UE'.
It-termini ġenerali u l-kundizzjonijiet għall-kuntratt tal-liċenzja
[92 KB] jistgħu jkunu formulati biex jiffaċilitaw l-għoti sempliċi u dirett tad-drittijiet tal-pubblikazzjoni (ara paġni 4 u 5).Ġie stabbilit Prezz ta’ EUR 3 għal kull paġna A4 (jew ekwivalenti), jew għal kull 2 000 karattru għal manuskritti oriġinali, għalkemm dan il-prezz jista’ jkun rivedut fi stadju iktar tard.
Kuntratti ta' ko-pubblikazzjoni jippermettu l-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet konġunti.Huma jippermetti l-pubblikazzjoni ta' dokumenti preparati mid-dipartimenti ta' istituzzjonijiet jew aġenziji varji f'kollaborazzjoni ma' pubblikaturi pubbliċi jew privati.Il-kollaborazzjoni ma' pubblikaturi professjonali tagħti aċċess għal gruppi mmirati speċifikament minħabba t-tagħrif tal-pubblikatur dwar dawn il-gruppi u s-suq konċernat.
Il-prodotti finali li jirriżultaw minn din il-kollaborazzjoni jistgħu jiġu mqassma b'mod parallel mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u pubblikatur sieħeb. Huma jkollhom ukoll il-logos u l-kodiċijiet ta' identifikazzjoni taż-żewġ partijiet:l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u/jew id-dipartiment ta' l-oriġini fuq naħa, u l-ko-pubblikatur fuq in-naħa l-oħra.
Id-drittijiet ta' l-awtur se jkomplu jinżammu mill-Komunitajiet Ewropej.Il-pubblikazzjoni hija elenkata fil-'Ħanut tal-Kotba ta' l-UE' onlajn u fil-katalogi tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet.
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaġixxi f'isem id-DĠs/istituzzjonijiet u aġenziji, f'kollaborazzjoni mas-servizz ta' l-awtur, sabiex jinstab pubblikatur, u matul in-negozjati u l-firma tal-ftehim u l-monitoraġġ operazzjonali tal-proġett.Is-servizz ta' l-awturi huwa l-uniku wieħed responsabbli għall-kontenut tax-xogħol li jrid jiġi pubblikat.
L-istituzzjonijiet huma involuti fil-produzzjoni tal-pubblikazzjoni jew billi jfornu d-dokumenti mingħajr ħlas (tip ta' kuntratt A
[73 KB] ) jew billi jikkontribwixxu għall-proċess ta' manifattura u/jew billi jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja skond il-proċeduri miftehma mill-partijiet (tip ta' kuntratt B
[74 KB] ).
Filwaqt li l-liċenzjar ta' data hi waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Forum, is-Segretarjat jikkoordina wkoll l-attivitajiet addizzjonali li jsostnu l-għan tal-Forum li jkun spazju ta’ kollaborazzjoni u skambju.
Il-laqgħat tal-forum isiru għall-anqas darba fis-sena, u huma jservu bħala pjattaforma għal diskussjoni u skambju ta’ opinjonijiet.Il-membri kollha huma milqugħa u l-kontribut tagħhom hu apprezzat ħafna.
Il-laqgħat tar-rebbiegħa jsiru jew fil-Lussumburgu jew Brussell;il-laqgħat tal-ħarifa jsiru fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Frankfurt.
Il-bulettin, li għandu l-għan li jżomm lill-membri infurmati, huwa ppubblikat darbtejn fis-sena;huwa fih il-minuti tal-laqgħat tal-Forum, manuskritti disponibbli għal liċenzjar u artikoli.
Jiġi prodott katalogu stampat, li jkun fih għażla ta’ pubblikazzjonijet tal-membri, bħala riżultat tal-kollaborazzjoni tal-membri u jkun ippubblikat darba fis-sena.Dan jagħti idea tal-pubblikazzjonijiet numerużi attwali fuq affarijiet Ewropej u jirrappreżenta l-kontribuzzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet biex jippromovi l-pubblikazzjonijiet tas-sħab tiegħu.
Segretarjat tal-Forum tal-Pubblikaturi ta’ l-Unjoni Ewropea
Publications Office of the European Union
2, rue Mercier
2985 Luxembourg
LUXEMBOURG
E-mail: forum-info@publications.europa.eu
Tel. +352 29 29-44394
Fax +352 29 29-42901