X'nagħmlu

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jippubblika kuljum il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jippubblika kuljum il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE (24 meta jkun meħtieġ l-Irlandiż).

Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika tal-ĠU (ĠU-e) hi awtentika u għandha effetti legali (ir- Regolament (UE) Nru 216/2013).

Kull sena, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jipproduċi diversi pubblikazzjonijiet fil-kuntest tal-politika u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u entitajiet oħra u jagħmilhom disponibbli f’format stampat jew elettroniku.

Kull sena, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jipproduċi diversi pubblikazzjonijiet fil-kuntest tal-politika u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u entitajiet oħra u jagħmilhom disponibbli f’format stampat jew elettroniku.

Servizzi onlajn

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni jimmaniġġja diversi websajts li joffru servizzi speċifiċi għaċ-ċittadini Ewropej:

  • EUR-Lex

    EUR-Lex jipprovdi aċċess miftuħ għal-liġi tal-Unjoni Ewropea fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE (24 meta jkun meħtieġ l-Irlandiż). Huwa jippermetti wkoll is-segwitu ta’ proċeduri leġiżlattivi. Il-bażi tad-dejta hi aġġornata kuljum u fiha aktar minn 3 miljun dokument b'xi testi li jmorru lura għall-1951.  

    Dan il-vidjow jispjega x'inhi EUR-Lex u għal xiex tista' tużaha. Hu bl-Ingliż, b'sottotitoli b'24 lingwa tal-UE.

  • EU Bookshop

    Is-sit EU Bookshop EU Bookshop huwa librerija u ħanut tal-kotba onlajn ta’ pubblikazzjonijiet minn istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-Unjoni Ewropea.  

  • Il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE

    Il- Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE huwa punt uniku ta’ aċċess għal dejta mill-istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-Unjoni Ewropea.

  • TED

    Ted (Tenders Electronic Daily) hija l-verżjoni onlajn tas-'Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea', iddedikat għall-akkwist pubbliku Ewropew. F’TED madwar 1 700 avviż ta’ xiri pubbliku jiġu ppubblikati kuljum.

  • Min hu min fl-UE

    Min hu min fl-UE hu d-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan jelenka l-indirizzi ta’ kuntatt tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħra kollha tal-UE.

  • CORDIS

    CORDIS (Servizz Komunitarju għall-Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp) huwa r-repożitorju pubbliku ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea u portal użat biex ixerred l-informazzjoni dwar proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE kollha u r-riżultati tagħhom fl-aktar sens wiesa’.

Għodod u manwali

  • Il- Gwida tal-Istil Interistituzzjonali fiha r-regoli u l-konvenzjonijiet stilistiċi li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet u mill-entitajiet kollha tal-UE. Teżisti f’24 lingwa uffiċjali tal-UE (il-Kroat f’verżjoni abbozz).

  • Eurovoc hu teżawru multilingwi u multidixxiplinarju li jkopri l-attivitajiet tal-UE, b’mod partikolari mill-Parlament Ewropew. Fih termini fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE, kif ukoll fis-Serb.

  • Ir- Reġistru tal-Metadejta (MDR) fih id-definizzjonijiet tal-metadejta, vokabularji b'valur ikkontrollat (tabelli ta' awtorità) u dejta oħra ta’ referenza għal finijiet ta' konsultazzjoni, validazzjoni u użu mill-ġdid f'format li jinqara min-nies u mill-magni.

Rapporti annwali tal-attività

Ir-rapport annwali tal-attività 2015: AAR 2015 pdf - 506 KB [772 KB] - Anness 1 excel - 100KB [103 KB] - Anness 2 excel - 73KB [66.5 KB] - Anness 3 excel - 96KB [97.5 KB]

Ir-rapport annwali tal-attività 2014: AAR 2014 pdf - 506 KB [953 KB] - Anness 1 excel - 100KB [100 KB] - Anness 2 excel - 73KB [73 KB] - Anness 3 excel - 96KB [96 KB]

Ir-rapport annwali tal-attività 2013: AAR 2013 pdf - 506 KB [506 KB] - Annessi pdf - 348 KB [348 KB]