Publications Office of the EU
Legal notices: Cookie policy - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
Cookie Policy new mt

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Portal tal-OP)
Politika dwar il-cookies

X'inhuma l-cookies?

Cookie hu file żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Jippermetti lis-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi tal-wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għaliex toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.

  • Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom.
  • Cookies ta’ partijiet terzi jistgħu jintużaw meta sit web juża servizzi esterni li jistabbilixxu l-cookies tagħhom stess.
  • Cookies tas-sessjoni huma cookies li jitħassru awtomatikament meta tagħlaq il-browser tiegħek.
  • Cookies persistenti huma cookies li jiġu ssejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u jibqgħu fuq il-kompjuter tiegħek meta tagħlaq il-browser tiegħek.
  • Cookies essenzjali huma cookies neċessarji biex jiżġuraw li s-sit web jintwera lilek b’mod korrett. Dawn jistgħu pereżempju jinkludu informazzjoni dwar il-verżjoni u l-lingwa tas-sistema operattiva tiegħek, il-browser jew il-post.

Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab jew biex taċċetta l-cookies kollha jew biex taċċetta biss il-cookies essenzjali. Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.

Kif nużaw il-cookies?

Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar cookies tal-ewwel parti stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna. Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies ta’ partijiet terzi. Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:

  • il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tfittxijiet u l-preferenzi tan-notifiki;
  • l-aħħar żjara tiegħek fuq is-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
  • jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.

Preferenzi tal-viżitaturi

Il-cookies li jirreġistraw il-preferenzi tiegħek huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru jekk aċċettajtx il-cookies kollha jew dawk essenzjali biss.

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
PORTAL2012_USER_PREFERENCES PORTAL TAL-OP Ħażna tal-preferenzi tal-utent (lingwa, aċċessibbiltà, paġinazzjoni, domandi default, eċċ.) Tmiem is-sessjoni tal-browser
ID_GUEST_LANGUAGE_@@ PORTAL TAL-OP Ħażna tal-lingwa tal-viżitatur Sena waħda

Cookies operazzjonali

Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B'mod partikulari:

  • cookies ta’ awtentikazzjoni;
  • cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.

Cookies ta’ awtentikazzjoni

Dawn jinħażnu meta tilloggja fis-siti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi tuża s-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, taċċetta l-politika ta’ privatezza assoċjata.

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
PORTAL2012_USER_PREFERENCES PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
ID_GUEST_LANGUAGE_@@ PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
       

Cookies operazzjonali

Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B'mod partikulari:

  • cookies ta’ awtentikazzjoni
  • cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.

Cookies ta’ awtentikazzjoni

Dawn jinħażnu meta tilloggja fis-siti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi tuża s-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, taċċetta l-politika ta’ privatezza assoċjata.

Isem Servizz Għan Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
KC_RESTART PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
AUTH_SESSION_ID PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
AUTH_SESSION_ID_LEGACY PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
KEYCLOAK_LOCALE PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
KEYCLOAK_SESSION PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
KEYCLOAK_SESSION_LEGACY PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
KEYCLOAK_IDENTITY PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser
KEYCLOAK_IDENTITY_LEGACY PORTAL TAL-OP Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal Tmiem is-sessjoni tal-browser

 

L-isem ta’ dawn il-cookies jista’ jinbidel, għal raġunijiet tekniċi.

Cookies tekniċi

Isem Servizz Għan Tul taż-żmien tal-cookies
OP_PORTAL_BASKET_ID PORTAL TAL-OP Immaniġġjar tal-karru tax-xiri Tmiem is-sessjoni tal-browser
COOKIE_SUPPORT PORTAL TAL-OP Użat biex ikun magħruf jekk l-utent jippermettix il-cookies Tul ta’ żmien ta’ sena waħda
JSESSIONID PORTAL TAL-OP Użat mis-siti biex tinżamm sessjoni anonima tal-utent mis-server Tmiem is-sessjoni tal-browser
LFR_SESSION_STATE_10161 PORTAL TAL-OP Fih l-ID tal-utent fuq il-pjattaforma Liferay. Tmiem is-sessjoni tal-browser
OPPORTAL_LAST_PATH PORTAL TAL-OP Użat fil-proċess ta’ ridirezzjonar wara l-login Tmiem is-sessjoni tal-browser
Route PORTAL TAL-OP Użat mill-proxy tal-web għall-affinità tan-nodi Jiskadi f’jumejn
dtCookie PORTAL TAL-OP Iżomm kont ta’ żjara fuq diversi talbiet Tmiem is-sessjoni tal-browser
dtLatC PORTAL TAL-OP Ikejjel kemm idum biex jirrispondi s-server għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni Tmiem is-sessjoni tal-browser
dtPC PORTAL TAL-OP Meħtieġ biex jidentifika l-endpoints it-tajbin għat-trażmissjoni tas-sinjal; jinkludi l-ID tas-sessjoni għall-korrelazzjoni. Tmiem is-sessjoni tal-browser
dtSa PORTAL TAL-OP Jissejvja l-ismijiet tal-azzjonijiet tal-utenti, bħal Ikklikkja l-Login, fuq paġni differenti Tmiem is-sessjoni tal-browser
rxVisitor PORTAL TAL-OP Fih l-ID tal-viżitatur biex jikkorrelata s-sessjonijiet Tmiem is-sessjoni tal-browser
opSSWS PORTAL TAL-OP Informazzjoni dwar it-tfittixijiet esperti Tmiem is-sessjoni tal-browser

 

Cookies analitiċi


Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna. Il-cookies jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna — bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).

Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza u ma tintuża għal ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies — permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur meta tagħżel li taċċetta il-cookies essenzjali biss.

Isem Servizz Għan Tul taż-żmien tal-cookies
_pk_ses PORTAL TAL-OP Ġbir ta’ data analitika mill-utenti 30 minuta
_pk_id PORTAL TAL-OP Ġbir ta’ data analitika mill-utenti 13-il xahar
ppms_privacy_ PORTAL TAL-OP Ħażna tal-kunsens tal-viżitatur għall-ġbir u l-użu tad-data 365 jum jew 30 minuta (għall-ittraċċar anonimu)

 

Cookies ta' partijiet terzi

Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, bħal YouTube, Facebook u Twitter. Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma lil hinn mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.

Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li fuqhom m’għandniex kontroll.

Jekk ma tarax dan il-kontenut, ma jiġi installat ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.

Data privata

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data dwar l-ibbrawżjar. Dawn il-cookies ma jintużaw għal ebda għan ieħor għajr dawk deskritti hawnhekk.

Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?

Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq — għad-dettalji, ara aboutcookies.org

Tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek

Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-browser tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort. Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).

Immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit

Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-browser preferut tiegħek.

Imblukkar tal-cookies

Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. il-login għall-profil tiegħek).