Opportunitajiet ta’ karrieri

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) huwa l-punt ewlieni ta’ kuntatt għal kull min hu interessat li jaħdem mal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE. EPSO jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa biex jintgħażlu nies għal pożizzjonijiet permanenti u mhux permanenti. Apparti l-istaff permanenti, l-UE timpjega wkoll aġenti kuntrattwali u staff temporanju, toffri apprendistati u żżomm bażijiet tad-dejta ta' esperti f'kull qasam. Is-sit web EPSO jispjega l-proċess tal-għażla u jagħti pariri dwar kif wieħed għandu jħejji ruħu għall-kompetizzjonijiet.