EuroVoc hu teżawru multilingwi u multidixxiplinarju li jkopri t-terminoloġija fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea, b’enfasi fuq l-attività parlamentari. EuroVoc hu disponibbli bi 22 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż u l-Iżvediż), bil-lingwa ta’ pajjiż kandidat (il-Kroat), u bil-lingwa ta’ pajjiż terz (is-Serb).
It-teżawru EuroVoc jintuża fost oħrajn kemm mill-Parlament Ewropew, mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet, mill-Parlamenti Nazzjonali u mir-reġjuni fl-Ewropa, kif ukoll mill-amministrazzjonijiet nazzjonali u mill-utenti privati tal-Istati Membri u ta’ stati mhux membri tal-Unjoni Ewropea.