L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea joffru portal bla ħlas u multilingwi għal-leġiżlazzjoni tal-UE onlajn: EUR-Lex.
EUR-Lex jagħti aċċess komprensiv għal-liġi Ewropea. Jipprovdi mezz konvenjenti biex jiġu kkonsultati onlajn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, it-trattati, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, is-serje ta’ dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea, il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal tas-Servizz Ċivili, u l-ġabra ta’ leġiżlazzjoni konsolidata. Jipprovdi wkoll links għal sorsi oħrajn ta’ informazzjoni bħar-reġistri tal-istituzzjonijiet u siti leġiżlattivi oħrajn tal-UE u tal-Istati Membri.
EUR-Lex joffri funzjonijiet ta’ tiftix, bil-faċilitajiet ta’ tiftix sofistikati ta’ CELEX integrati fih biex tiġi pprovduta analiżi dokumentarja u legali fil-fond. Hemm aċċess bla ħlas għat-tipi kollha ta’ dokumenti (formati: HTML, PDF, Word u TIF) u fi 23 lingwa meta disponibbli.
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok żur Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-liġi tal-UE minn EUR-Lex hi disponibbli wkoll b’liċenzja minn partijiet terzi. Id-detentur tal-liċenzja jista’ jagħti l-informazzjoni liċenzjata bħala prodott jew servizz.
Id-dejta hi aġġornata kull ġimgħa jew kull xahar permezz ta’ server FTP, fil-format XML. Il-‘User ID’ u l-‘Password’ huma meħtieġa.
Vantaġġi ta’ servizz bil-liċenzja:
Il-kumpaniji li jixtiequ jsiru jafu t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ ftehim għal-liċenzja EUR-Lex jistgħu jitolbu fajl sħiħ, bit-termini u l-kundizzjonijiet, lil licences@publications.europa.eu.