Privacy Statement | Mappa tas-sit | Kuntatt | FAQ
Dan is-sit hu parti minn
 
 
 
 
 
 

Il-Pubblikazzjonijiet tal-UE

Il-websajt ta' l-EU Bookshop hija l-uniku punt ta' aċċess li għandek bżonn sabiex issib il-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

L-EU Bookshop jipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-kontenut tal-pubblikazzjonijiet permezz ta' avviżi biblijografiċi komprensivi. Tista' tniżżel il-pubblikazzjonijiet mill-internet fil-format PDF bla ħlas. Jekk il-pubblikazzjoni li qed tfittex mhix disponibbli, tista' tuża l-funzjoni 'PDF on request' ħalli ngħarrfuk b'email malli l-PDF in kwistjoni jiddaħħal fil-websajt.

Tista' tordna wkoll kopji singoli ta' kwalunkwe pubblikazzjoni li titqassam bla ħlas, sakemm din tkun disponibbli fuq l-ixkafef tagħna. Fil-każ tal-pubblikazzjonijiet bi ħlas, tista' tordnahom mill-EU Bookshop billi tgħażel wieħed minn fost l-aġenti tal-bejgħ tagħna, jew inkella niżżilha b'xejn mill-internet bħala fajl PDF. Il-pubblikazzjonijiet normalment jintbagħtu fi żmien 48 siegħa minn meta taslilna l-ordni.

Il-pubblikazzjonijiet tista' ssibhom premezz ta' funzjonijiet tat-tiftix sempliċi u avvanzati, billi tibbrawżja skond il-qasam tematiku jew skond l-awtor korporattiv (jiġifieri l-istituzzjoni, l-aġenzija jew entità oħra ta' l-Unjoni Ewropea). Barra minn hekk, tista' tiddeċiedi li tabbona fl-'EU Bookshop Tiegħi' biex h'hekk tkun tista' taċċessa xi funzjonijiet personalizzati, ngħidu aħna, tissejvja r-rikjesti tat-tiftix li tuża regolarment, jew tiġi nnotifikat b'email dwar pubblikazzjonijiet ġodda li jafu jolqtuk.

L-għan ta' l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huwa li s-sit 'EU Bookshop' ikun il-punt tad-dħul komuni għall-pubblikazzjonijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea. Bħalissa, din il-websajt hija disponibbli bi 22 lingwa.

 

 

 



Links to Publications
Office's websites

EU publications:

Research & development:

EU law:

Tenders:

EU directory: