Privacy Statement | Mappa tas-sit | Kuntatt | FAQ
Dan is-sit hu parti minn
 
 
 
 
 
 

Film competition TED and EUB

Dawl, kamera, azzjoni!

Konkors tal-films imniedi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi onlajn tal-EU Bookshop u TED

“Dwal, kamera, azzjoni!” kien l-isem tal-konkors tal-films li ġie mniedi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, sabiex isejjaħ għall-kreattività u l-ħiliet tekniċi ta’ studenti biex jaħdmu fuq il-produzzjoni ta’ films qosra u divertenti għall-promozzjoni ta’ tnejn mis-servizzi onlajn tiegħu: EU Bookshop u TED.

Il-konkors kien miftuh għall-iskejjel, il-kulleġġi u l-universitajiet kollha fl-UE u ż-ŻEE u mmirat lejn studenti tal-komunikazzjoni u l-multimidja.

B’kollox ġew riċevuti 50 filmat għall-konkors tal-films tal-EU Bookshop u t-TED, u ħafna minnhom kienu għall-EU Bookshop. Il-filmati ġew minn 14-il Stat Membru tal-UE: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.

L-istudenti rebbieħa ġew ippremjati ġewwa l-Maison de l’Europe fil-Lussemburgu minn Martine Reicherts, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Is-sitt films rebbieħa huma:

EU Bookshop

TED

Biex tara filmat qasir taċ-ċerimonja fuq EbS (Europe by Satellite):
Premjijiet Ċerimonja (16.3.2011)



Links to Publications
Office's websites

EU publications:

Research & development:

EU law:

Tenders:

EU directory: