ISSN 1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

Anness A1 Gwida għall-grafiki għall-emblema Ewropea

Il-Kunsill tal-Ewropa • Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Bandiera Ewropea

Il-Bandiera Ewropea — it-tnax-il kewkba mqiegħdaf’forma ta’ ċirku jfissru l-għaqda, is-solidarjetà u l-armonija fost il-popli tal-Ewropa.

Din hija l-bandiera Ewropea. Hija s-simbolu tal-Unjoni Ewropea imma hi wkoll simbolu tal-għaqda u tal-identità tal-Ewropa f’sens iktar wiesa’. Iċ-ċirku tal-istilel tad-deheb jirrappreżenta s-solidarjetà u l-armonijia bejn il-popli tal-Ewropa.

In-numru tal-istilel ma għandux x’jaqsam man-numru tal-Istati Membri. Hemm 12-il stilla għax in-numru 12 huwa tradizzjonalment simbolu ta’ perfezzjoni, sħuħija u unità. Għalhekk il-bandiera ma tinbidilx mat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Storja tal-bandiera

Mill-ħolqien tiegħu fl-1940, il-Kunsill tal-Ewropa kien konxju tal-bżonn li l-Ewropa tingħata simbolu li l-poplu Ewropew seta’ jidentifika ruħu miegħu. Nhar il-25 ta’ Ottubru 1955, l-Assemblea Parlamentari għażlet b’unanimità li tadotta ċirku ta’ 12-il stilla tad-deheb fuq sfond ikħal bħala emblema. Fit-8 ta’ Diċembru 1955, il-Kumitat tal-Ministri adotta din il-bandiera Ewropea.

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa esprimiet bosta drabi x-xewqa li tara lill-organizzazzjonijiet Ewropej l-oħrajn jadottaw dan is-simbolu Ewropew sabiex tissaħħaħ il-komplimentarjetà, is-solidarjetà u s-sentiment ta’ għaqda tal-Ewropa demokratika.

Huwa l-Parlament Ewropew li ħa l-inizjattiva li juża bandiera għall-Komunità Ewropea. Il-proposta ta’ riżoluzzjoni tressqet għal dan l-għan fl-1979, wara l-ewwel elezzjonijiet tal-Parlament miżmuma b’vot universali dirett. Fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata f’April 1983, il-Parlament Ewropew saħaq li l-bandiera Ewropea hi dik maħluqa mill-Kunsill tal-Ewropa fl-1955. F’Ġunju tal-1984, il-Kunsill Ewropew, waqt il-laqgħa tiegħu ta’ Fontainebleau, enfasizza l-bżonn li jitħeġġu l-identità u l-immaġini tal-Ewropa maċ-ċittadini u fid-dinja. Għaldaqstant, il-Kunsill Ewropew approva, waqt il-laqgħa tiegħu f’Milan f’Ġunju 1985, il-proposta tal-Kumitat Adonnino li kienet tistipula l-adozzjoni ta’ bandiera għall-Komunità. Il-Kunsill tal-Ewropa approva l-użu mill-Komunità Ewropea ta’ bandiera Ewropea li kienet adottata fl-1955 u l-istituzzjonijiet komunitarji daħħluha fil-bidu tal-1986.

Kemm il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma rrappreżentati mill-bandiera u s-simbolu Ewropew. Dan sar is-simbolu preminenti tal-identità Ewropea u ta’ Ewropa magħquda.

Il-Kunsill tal-Ewropa u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma kuntenti bl-interess dejjem akbar li ċ-ċittadini juru għall-bandiera. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa jaraw li jsir użu b’rispett tad-dinjità ta’ dan is-simbolu u jieħdu, fejn meħtieġ, il-passi meħtieġa biex jintervenu kontra l-użi abbużivi tal-emblema Ewropea.

Introduzzjoni

Dan il-manwal tal-grafika hu maħsub li jgħin lill-utenti jipproduċu l-emblema Ewropea tajjeb. Jinkludi istruzzjonijiet ta’ kif toħloq l-emblema u definizzjoni ta’ kuluri standard.

Deskrizzjoni simbolika

Fuq l-isfond ta’ sema ikħal, 12-il stilla Ewropea jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-għaqda tal-popli Ewropej. In-numru tal-istilel huwa ffissat għal 12, is-simbolu tal-perfezzjoni u l-għaqda.

Deskrizzjoni eraldika

Fuq l-isfond ta’ 12-il stilla tad-deheb li l-ponot tagħhom ma jmissux.

Deskrizzjoni ġeometrika

L-emblema hi forma ta’ bandiera rettangolari kaħla li tagħha l-bandiera hi darba u nofs it-tul tal-issar. 12-il stilla tad-deheb jinsabu f’intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt ta’ fejn jiltaqgħu d-dijagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirku hu daqs terz tat-tul tal-issar. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkumferenza ta’ ċirku inviżibbli li r-raġġ tiegħu hu daqs wieħed minn 18 tat-tul tal-issar. L-istilel kollha huma dritti — jiġifieri, b’punt wieħed vertikali u żewġ ponot f’linja dritta b’angoli dritti mal-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat sabiex l-istilel jidhru f’pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ tal-arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx.

Deskrizzjoni ġeometrika

Regolamenti tal-kuluri

L-emblema għandha dawn il-kuluri:

Ikħal pantomiku rifless għall-wiċċ tar-rettangolu: isfar pantomiku għall-istilel. L-iskala pantomika internazzjonali faċli ssibha u aċċessibli wkoll għad-dilettanti.

Regolamenti tal-kuluri
Proċess b’erba’ kuluri

Jekk il-proċess ta’ erba’ kuluri jintuża, mhux possibbli li tuża ż-żewġ kuluri standard. Huwa għalhekk neċessarju biex toħloqhom billi tuża l-proċess ta’ erba’ kuluri. L-isfar pantomiku jista’ jinkiseb billi tuża 100 % “proċess isfar”. Billi tħallat 100 % “proċess blu fl-aħdar” u 80 % “proċess maġenta” wieħed jista’ jikseb kulur simili ħafna għall-ikħal pantomiku rifless.

Internet

Ikħal pantomiku rifless jikkorrispondi għall-kulur web-palette RGB:0/51/153 (ħeksadeċimali:003399) isfar pantomiku jikkorrispondi għall-kulur web-palette RGB:255/204/0 (ħeksadeċimali: FFCC00).

Proċess Monokromiku ta’ riproduzzjoni

Jekk l-iswed biss huwa disponibbli, ħażżeż ir-rettangolu fuq l-iswed u stampa l-istilel fuq l-iswed u l-abjad.

Fl-eventwalità li l-ikħal ikun l-uniku kulur disponibbli (irid ikun ikħal rifless), uża 100 % bl-istilel riprodotti fl-abjad negattiv u l-isfond 100 % ikħal.

Proċess Monokromiku ta’ riproduzzjonií

Ipproduċi mill-ġdid fuq sfond ikkulurit

L-emblema hija prodotta għall-preferenza fuq sfond abjad. Evita sfond b’ħafna kuluri, u fi kwalunkwe każ wieħed li ma jmurx mal-blu. Jekk m’hemmx alternattiva għall-isfond ikkulurit, poġġi burdura bajda mar-rettangolu, b’wisa’ li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.

Ipproduċi mill-ġdid fuq sfond ikkulurit

Eżempji ta’ riproduzzjoni ħażina

1.
L-emblema tkun ta’ taħt fuq.
 Eżempji ta’ riproduzzjoni ħażina
2.
L-istilel mhumiex dritti.
 Eżempji ta’ riproduzzjoni ħażina
3.
L-istilel huma f’pożizzjoni ħażina fiċ-ċirku: huma jridu jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ tal-arloġġ.
 Eżempji ta’ riproduzzjoni ħażina

Użu minn partijiet terzi

Il-prinċipji tal-użu tal-emblema Ewropea minn partijiet terzi ġew stipulati fi ftehim amministrattiv mal-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-ftehim ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 271, 8.9.2012, p. 5).

Skont dan il-Ftehim, kull persuna naturali jew legali (“utent terz”) jista juża l-emblema Ewropea jew kwalunkwe mill-elementi tagħha, sakemm dan l-użu

(a)
ma joħloqx l-impressjoni jew l-assunzjoni li hemm konnessjoni bejn l-utent terz u xi wieħed mill-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji, l-aġenziji u l-organi tal-Unjoni Ewropea jew il-Kunsill tal-Ewropa meta din il-konnessjoni ma tkunx teżisti;
(b)
ma twassalx lill-pubbliku jaħseb li l-utent igawdi mill-appoġġ, l-isponsorizzazzjoni, l-approvazzjoni jew il-kunsens ta xi wieħed mill-istituzzjonijiet, l-organi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa fejn dan ma jkunx il-każ;
(c)
ma jsirx bkonnessjoni ma xi għan jew attività li mhux kompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa, jew bxi mod ieħor ikun illegali.

Jekk l-użu tal-emblema Ewropea jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, m’hemmx bżonn jintalab permess bil-miktub.

Mhijiex aċċettabbli r-reġistrazzjoni tal-emblema Ewropea, jew imitazzjoni araldika tagħha, bħala marka kummerċjali jew bħala xi dritt ieħor ta’ proprjetà intellettwali.

Mistoqsijiet marbuta mal-użu tal-emblema Ewropea jistgħu jiġu diretti lil:

European Commission
Joint Research Centre
Directorate A.4 — Central IP Service
GUIM 5/20
1049 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË

E-mail: EC-EU-EMBLEM@ec.europa.eu

Talbiet minn stati li mhumiex membri tal-UE

Council of Europe
Directorate of Legal Advice and Public International Law (Dlapil)
67075 Strasbourg Cedex
FRANCE
Tel. +33 388412000
Faks +33 388412052
E-mail: legal.advice@coe.int

L-oriġinali ta’ dawn id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn din il-websajt:
http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_mt.htm

Data tal-aħħar aġġornament: 15.4.2013
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss