11. Xogħlijiet ta’ referenza
L-attenzjoni għall-konsistenza fl-ortografija u l-preżentazzjoni tat-test hija importanti, u għandu jsir kull sforz sabiex ir-regoli bażiċi tal-Malti jiġu osservati anki fix-xogħol tradott. Dan għandu jgħin biex jillimita u jnaqqas konsiderevolment il-varjazzjonijiet u nuqqasijiet oħra li jistgħu joħolqu konfużjoni lill-qarrej jew lil min ikun qed ifittex ix-xogħol ippubblikat.
Minħabba l-irwol interistituzzjonali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jeħtieġ li jkun hemm standard stilistiku tal-Unjoni komuni bejn l-awturi kollha. Għaldaqstant, l-Uffiċċju jirreferi għat-Tagħrif tal-Akkademja bħala s-sors ta’ referenza ewlenija fil-liġi Maltija u għall-aħħar ħarġiet ta’ pubblikazzjonijiet oħra meta jkun qed jaħdem fuq dokumenti bil-Malti:
http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/Decizjonijiet1_25.07.08.pdf
Filwaqt li t-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija II (li jinkludi t-Tagħrif, iż-Żieda u l-Aġġornament) jibqa’ s-sors uffiċjali, wieħed jista’ jikkonsulta wkoll il-pubblikazzjonijiet li ġejjin sakemm dawn ma jkunux f’kunflitt mat-Tagħrif u dment li ma jiġix indikat mod ieħor mill-Kunsill tal-Malti:



