9.3. In-numri tat-telefown
Il-modi ta’ kif jinkitbu n-numri tat-telefown huma kkontrollati minn standards internazzjonali varji maħruġa mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (prinċipalment ir-rakkomandazzjonijiet ITU-T E.122, E.123 u E.126).
Fil-prattika, madankollu, dawn in-normi joħolqu diversi diffikultajiet, speċjalment dawk li jikkonċernaw il-forom irrakkomandati ta’ preżentazzjoni. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, l-awtoritajiet tal-UE qablu fuq preżentazzjoni uniformi fil-lingwi kollha tal-UE, skont il-prinċipji li ġejjin.
+33 140633900
+32 222020-43657
Numri tat-telefown ragruppati
Meta tindika aktar minn numru tat-telefown wieħed, ifridhom billi tuża żbarra (solidus) bi spazju ma’ kull naħa:
+33 140633900 / 140678900 / 140123456
Meta jiġu indikati numri konsekuttivi b’mod imqassar, għandu jintuża numru magħqud mingħajr spazju. Għandu jintuża sing biex ikun indikat il-bidu ta’ parti varjabbli tan-numri tat-telefown, bl-istess mod bħan-numri tal-estensjoni (ara r-raba’ punt hawn fuq):
+33 1406339-00/01/02
Espressjonijiet introduttorji
L-espressjonijiet li ġejjin huma ġeneralment użati biex jintroduċu numri ta’ kuntatt:
Alternattivament, jista’ jintuża simbolu grafiku:
☎ +33 1406339-00/01/02
Qiegħda ssir eċċezzjoni għan-numru tat-telefown tal-Europe Direct (normalment jidher fuq il-qoxra ta’ wara tal-paġna titolari ta’ pubblikazzjoni), u allura għandu jidher dejjem hekk:
00 800 6 7 8 9 10 11