ISSN 1831-1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | © | Ipprintja l-paġna

9.2. L-indirizzi elettroniċi

Informazzjoni dwar l-indirizzi elettroniċi għandha tingħata kif indikat hawn taħt:

“E-mail:” (uża ż-żewġ punti):
E-mail: isem.kunjom@ec.europa.eu
“Internet:” (uża ż-żewġ punti):
Internet: http://europa.eu

Għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni, it-taqsira URL ma għadhiex tintuża fl-introduzzjoni ta’ indirizz elettroniku.

Aħna nistgħu nindikaw l-indirizzi elettroniċi mingħajr it-terminu introduttorju, b’mod partikolari jekk l-ispazju huwa limitat:

isem.kunjom@ec.europa.eu
http://www.europarl.europa.eu
NB:
Għal indirizzi tal-Internet huwa preferit li jinżamm il-protokoll tat-trasferiment (http://, https://, ftp://, eċċ.), b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konfigurazzjoni korretta ta’ links meta jitniżżlu paġni mill-Internet.
Indirizzi tal-Internet u l-punteġġatura

Aħna nippruvaw nevitaw li nużaw punt jew punteġġatura oħra fl-aħħar ta’ indirizz tal-Internet, biex l-ikkupjar u l-ippejstjar fil-bar tal-indirizz tal-brawżer tal-Internet ikun jista’ jsir b’mod aktar faċli. Meta possibbli, huwa rrakkomandat li t-test jiġi adattat billi jintużaw parentesi madwar l-indirizz tal-Internet, bħal fl-eżempju “ara l-websajt (http://europa.eu)”.

Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss