ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

9.1.5. L-indirizzi fl-Istati Membri: karatteristiċi speċifiċi

Il-kodiċi postali, l-Eircode u l-kodiċi tal-pajjiżi

It-tabella li ġejja tiddeskrivi preċiżament l-istruttura tal-kodiċi postali fl-Istati Membri kollha.

Pajjiż Kodiċi postali/
Eircode (1)
Kodiċi tal-pajjiż Kummenti
Il-Belġju 4 ċifri    
Il-Bulgarija 4 ċifri    
Iċ-Ċekja 5 ċifri   Hemm spazju bejn it-tielet u r-raba’ ċifra. Hemm żewġ spazji bejn il-kodiċi postali u l-isem tal-belt.
Id-Danimarka 4 ċifri    
Il-Ġermanja 5 ċifri   Qatt tuża kodiċi ta’ pajjiż (D- jew DE-) qabel il-kodiċi postali. Jekk tagħmel hekk tista’ twassal għal dewmien tal-posta li tintgħażel bil-magna.
L-Estonja 5 ċifri    
L-Irlanda 7 karattri alfanumeriċi (Eircode)   Żid, jekk possibbli, il-kodiċi tas-settur f’Dublin.
L-Eircode għandu jitqiegħed f’linja separata, ’il fuq mill-isem tal-pajjiż.
Il-Greċja 5 ċifri   Hemm spazju bejn it-tielet u r-raba’ ċifra.
Spanja 5 ċifri   Daħħal l-isem tal-provinċja f’linja separata wara l-isem tal-belt — ara l-lista fuq il-websajt tal-UPU PDF (EN).
Franza 5 ċifri    
Il-Kroazja 5 ċifri HR Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “HR-”.
L-Italja 5 ċifri   Daħħal l-abbrevjazzjoni tal-provinċja wara l-isem tal-belt — ara l-lista fuq il-websajt tal-UPUPDF (EN).
Ċipru 4 ċifri    
Il-Latvja 4 ċifri
(lejn il-lemin)
LV Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “LV-”. Din tinsab lejn il-lemin tal-isem tal-belt, minn liema kelma hija mifruda b’virgola.
Il-Litwanja 5 ċifri LT Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “LT-”.
Il-Lussemburgu 4 ċifri L Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “L-”.
L-Ungerija 4 ċifri   L-isem tat-triq għandu jitpoġġa taħt l-isem tal-belt. Il-kodiċi postali għandu jitpoġġa f’linja separata, fuq l-isem tal-pajjiż.
Malta 3 ittri + 4 ċifri   Il-kodiċi postali għandu jitpoġġa taħt l-isem tal-belt, bi spazju bejn l-ittri u ċ-ċifri.
in-Netherlands 4 ċifri + 2 ittri   Hemm spazju bejn iċ-ċifri u l-ittri. Hemm żewġ spazji bejn il-kodiċi postali u l-isem tal-belt.
L-Awstrija 4 ċifri    
Il-Polonja 5 ċifri   Hemm sing bejn it-tieni u t-tielet ċifra.
Il-Portugall 7 ċifri   Hemm sing bejn ir-raba’ u l-ħames ċifra.
Ir-Rumanija 6 ċifri    
Is-Slovenja 4 ċifri SI Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “SI-”.
Is-Slovakkja 5 ċifri   Hemm spazju bejn it-tielet u r-raba’ ċifra.
Il-Finlandja 5 ċifri FI Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “FI-” (jew minn “AX-” għall-Gżejjer Åland).
L-Iżvezja 5 ċifri SE Il-kodiċi postali jrid ikun ippreċedut minn “SE-”. Hemm spazju bejn it-tielet u r-raba’ ċifra.
Ir-Renju Unit 5 sa 7 karattri alfanumeriċi   Il-kodiċi postali għandu jinkiteb fil-linja ta’ qabel tal-aħħar tal-indirizz, fuq l-isem tal-pajjiż. Għandu jkun fuq linja waħdu mingħajr sinjali ta’ punteġġatura. Spazju jissepara l-ewwel blokka (2 sa 4 karattri alfanumeriċi) mit-tieni blokka (3 karattri li huma dejjem fl-ordni: ċifra ittra ittra).
(1)
Sakemm mhux indikat mod ieħor, il-kodiċi postali jidher fuq ix-xellug tal-isem tal-belt. Jintuża biex jiddefinixxi grupp ta’ indirizzi. Min-naħa l-oħra, l-Eircode, imniedi l-Irlanda f’Lulju 2015, huwa kodiċi uniku assenjat lil kull indirizz residenzjali u kummerċjali.
NB:
Għal raġunijiet prattiċi (sinottiżmu fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha) l-lista qiegħda f’ordni ta’ protokoll.

Osservazzjonijiet oħra

Xi Stati Membri (il-Belġju, l-Irlanda, Malta u l-Finlandja) għandhom tnejn jew aktar lingwi uffiċjali li jintużaw bħala lingwi proċedurali fl-istituzzjonijiet Ewropej. (Għalkemm Ċipru għandu l-Grieg u t-Tork bħala lingwi uffiċjali, jintuża biss il-Grieg bħala lingwa proċedurali fl-istituzzjonijiet Ewropej.) Ta’ min jinnota li għall-Belġju, permezz ta’ ftehim mal-awtoritajiet Belġjani, il-format tal-indirizz multilingwi ma jinkludix il-verżjoni Ġermaniża. Għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri qed jintużaw żewġ lingwi uffiċjali meta jinkitbu l-indirizzi: Il-Franċiż u l-Olandiż għall-Belġju; l-Irlandiż u l-Ingliż għall-Irlanda; il-Malti u l-Ingliż għal Malta u l-Finlandiż u l-Isvediż għall-Finlandja.

F’xi pajjiżi għandhom jitqiesu ċerti alfabeti distinti (il-Bulgarija, il-Greċja/Ċipru).

Il-kitba tal-indirizzi għal destinazzjoni f’wieħed mill-pajjiżi ta’ dawn iż-żewġ gruppi tiddependi fuq il-lingwa(i) tal-pubblikazzjoni u fuq jekk ix-xogħol huwiex monolingwi jew multilingwi.

Indirizzi għal destinazzjoni fil-Belġju, fl-Irlanda, f’Malta jew fil-Finlandja
Xogħlijiet monolingwi
Xogħlijiet f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni: fil-prinċipju, l-indirizzi huma biss f’dik il-lingwa.
Xogħlijiet f’lingwa oħra tal-UE: l-indirizzi huma fiż-żewġ lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni (bħal ma jiġri fil-każ ta’ xogħlijiet multilingwi).
Xogħlijiet multilingwi

L-indirizzi huma mogħtija fiż-żewġ lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni.

Indirizzi għal destinazzjoni fil-Bulgarija, fil-Greċja jew f’Ċipru
Xogħlijiet monolingwi
Xogħlijiet bil-Bulgaru jew bil-Grieg: l-indirizzi huma fil-lingwa tal-pubblikazzjoni iżda l-ismijiet tal-belt u tal-pajjiż jiżdiedu bl-Ingliż.
Xogħlijiet fil-lingwi l-oħra tal-UE: l-indirizzi huma f’karattri Rumani (bi trażlitterazzjoni jekk neċessarja, pereżempju, tal-isem tat-triq).
Xogħlijiet multilingwi

L-indirizzi jingħataw bil-Bulgaru/bil-Grieg u l-ismijiet tal-belt u tal-pajjiż jiżdiedu bl-Ingliż. L-indirizz sħiħ jingħata wkoll f’karattri Rumani (traskrizzjoni bl-Ingliż).

Data tal-aħħar aġġornament: 18.9.2018
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss