ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

9.1.3. L-indirizzi f’dokumenti multilingwi

F’xogħlijiet multilingwi tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, il-listi ta’ indirizzi huma normalment komposti darba biss biex ikunu armonizzati u konsistenti.

NB:
F’xogħlijiet monolingwi, jekk l-indirizzi huma ppreżentati b’tali mod li tintuża l-istess struttura fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha (pereżempju, f’tabella li fiha lista ta’ indirizzi li jidhru fl-istess faċċata ta’ pubblikazzjoni fil-verżjonijiet kollha) aħna nużaw ir-regoli għal xogħlijiet multilingwi.

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

Għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kull indirizz huwa ppreżentat fil-lingwa oriġinali, filwaqt li għandhom jitqiesu r-rimarki li ġejjin.

Għall-Belġju, l-indirizzi huma mogħtija bil-Franċiż u bl-Olandiż (sar ftehim mal-awtoritajiet Belġjani li l-Ġermaniż, it-tielet lingwa nazzjonali, ma jkunx irrappreżentat).
Għall-Bulgarija, għall-Greċja u għal Ċipru, l-indirizzi huma mogħtija darba f’karattri tal-alfabett oriġinali u darba f’karattri Rumani (traskrizzjoni bl-Ingliż). Fil-verżjoni ta’ karattri Bulgari u Griegi, l-ismijiet tal-belt u tal-pajjiż jidhru wkoll f’karattri Rumani (traskrizzjoni bl-Ingliż).
Għall-Irlanda, l-indirizzi huma mogħtija bl-Irlandiż u bl-Ingliż.
Għal Malta, l-indirizzi huma mogħtija bil-Malti u bl-Ingliż.
Għall-Finlandja, l-indirizzi huma mogħtija bil-Finlandiż u bl-Iżvediż.
Għal eżempju ta’ lista multilingwi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ara t-Taqsima 9.1.4.

Pajjiżi terzi

Għal pajjiżi terzi li ma jużawx alfabett Ruman (iċ-Ċina, il-Ġappun u pajjiżi li jużaw lingwi Għarab), l-indirizzi jeħtieġu traslitterazzjoni f’lingwa li tuża alfabett Ruman. L-isem tal-pajjiż, u possibbilment dak tal-belt, jidher f’lingwa tal-Unjoni li hija magħrufa internazzjonalment, li s-soltu tkun l-Ingliż.

Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss