ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

9.1.2. L-indirizzi f’dokumenti monolingwi

Jekk l-indirizzi huma ppreżentati b’tali mod li tintuża l-istess struttura fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ta’ pubblikazzjoni (pereżempju, f’tabella li fiha lista ta’ indirizzi li jidhru fl-istess faċċata fil-verżjonijiet kollha), aħna nużaw ir-regoli għal xogħlijiet multilingwi (ara t-Taqsima 9.1.3).

Posta ddestinata għal pajjiż li juża alfabett Ruman

F’xogħlijiet monolingwi tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, l-indirizzi huma ta’ sikwit miktuba fil-lingwa tal-pajjiż li qed jippubblika/jibgħat. Dan hu l-każ b’mod partikolari għall-ismijiet ta’ bliet u pajjiżi:

Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjoni fil-Portugall
Iċ-Ċentru Jean Monnet
1069-068 Lisbona
IL-PORTUGALL

Madankollu, l-informazzjoni li tippreċiedi l-ismijiet tal-belt u tal-pajjiż tista’ tiġi ppreżentata wkoll fil-lingwa tal-pajjiż ta’ destinazzjoni; għandha tingħata preferenza lil dik il-preżentazz­joni minħabba li huwa iżjed ċar għas-servizzi postali tal-pajjiż destinarju:

Comissão Europeia
Representação em Portugal
Largo Jean Monnet

1069-068 Lisbona
IL-PORTUGALL

Bil-ħsieb li jiġu evitati problemi waqt it-tranżitu f’pajjiż intermedjarju, huwa rrakkomandat li jiżdied l-isem tal-pajjiż ta’ destinazzjoni (u possibbilment il-belt) f’lingwa li hija magħrufa internazzjonalment. Pereżempju, fil-każ ta’ oġġett mibgħut mill-Polonja għall-Ġermanja:

Herrn E. Muller
Goethestr. 13
22767 Hamburg
NIEMCY/GERMANY

F’xogħlijiet Bulgari u Griegi, l-indirizzi jinkitbu b’karattri Rumani, jekk possibbli fil-lingwa tal-pajjiż ta’ destinazzjoni, inkella bl-Ingliż.

Posta ddestinata għal pajjiż li mhux membru li ma jużax alfabett Ruman

Għal posta ddestinata għal pajjiż terz li mhux membru li ma jużax alfabett Ruman (iċ-Ċina, il-Ġappun, l-Arabja Sawdija, eċċ.) l-indirizz, b’mod partikolari l-isem tal-pajjiż, jinkiteb f’lingwa li hija magħrufa internazzjonalment (ta’ sikwit l-Ingliż); il-parti tal-indirizz li tikkonċerna t-triq tista’ tinkiteb billi tintuża traslitterazzjoni sempliċi bir-Ruman:

European Commission
Representation in Beijing
15 Dong Zhi Men Wai Daije, Sanlitun
100600 Beijing
CHINA

Posta ddestinata għal Stat Membru tal-UE li ma jużax alfabett Ruman (il-Bulgarija, il-Greċja u Ċipru)

F’xogħlijiet Maltin, l-indirizzi għal posta ddestinata għall-Bulgarija, għall-Greċja u għal Ċipru jinkitbu f’karattri Rumani (bi traslitterazzjoni jekk neċessarju, pereżempju, tal-isem tat-triq).

Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjoni fil-Bulgarija
Moskovska 9
1000 Sofija
BULGARIJA
Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjoni fil-Greċja
Vassilissis Sofias 2
106 74 Ateni
GREĊJA
Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjon f’Ċipru
Iris Tower, 8th Floor
Agapinoros 2
1076 Nikosija
ĊIPRU

F’xogħlijiet Bulgari u Griegi, l-ismijiet tal-belt u tal-pajjiż għandhom jiżdiedu f’karattri Rumani (bl-Ingliż).

Европейска комисия
Представителство
в България
ул. „Московска“ № 9
1000 София/Sofia
БЪЛГАРИЯ/BULGARIA
Ευρωπαϊκή Επιτροπή
Αντιπροσωπεία
στην Ελλάδα
Βασιλίσσης Σοφίας 2
106 74 Αθήνα/Athens
ΕΛΛΑΔΑ/GREECE
Ευρωπαϊκή Επιτροπή
Αντιπροσωπεία
στην Κύπρο
Iris Tower, 8ος όροφος
Αγαπήνωρος 2
1076 Λευκωσία/Nicosia
ΚΥΠΡΟΣ/CYPRUS

Il-każ partikolari tar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell

Fit-testi tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenżiji tal-Unjoni Ewropea, il-kitba tal-indirizzi tal-posta ddestinata għar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell bilingwi għandha ssegwi r-regoli li ġejjin.

Kitbiet monolingwi bil-Franċiż jew bl-Olandiż
Il-Franċiż
(indirizzi bil-FR biss)


Conseil de l’Union européenne
Rue de la Loi 175
1048 Bruxelles
BELGIQUE
L-Olandiż
(indirizzi bl-NL biss)


Raad van de Europese Unie
Wetstraat 175
1048 Brussel
BELGIË
Kitbiet uniligwi f’lingwa oħra tal-Unjoni Ewropea

L-ewwel parti tal-indirizz tista’ tinkiteb jew fil-format bilingwi jew f’lingwa waħda, prefereb­bilment f’lingwa rikonoxxuta internazzjonalment. Madankollu, l-ismijiet tat-triq, il-belt u l-pajjiż għandhom jinkitbu fil-format bilingwi:

Conseil de l’Union européenne/
Raad van de Europese Unie
Rue de la Loi/Wetstraat 175
1048 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË
Council of the European Union
Rue de la Loi/Wetstraat 175
1048 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË

Indirizzi f’pajjiżi li jitkellmu bil-Franċiż

Fil-Belġju, fi Franza u fil-Lussemburgu, il-preżentazzjoni tal-isem u n-numru tat-triq issegwi prinċipji differenti li jridu jiġu rrispettati.

IL-BELĠJU
Rue de la Source 200
L-isem tat-triq segwit min-numru (mingħajr virgola)
FRANZA
24 rue de l’Allée-au-Bois
In-numru segwit mill-isem tat-triq (mingħajr virgola)
IL-LUSSEMBURGU
2, rue Mercier
In-numru segwit mill-isem tat-triq (b’virgola)
Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss