ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

7.3. Il-muniti

7.3.1. L-euro u s-cent

Sorsi oħra ta’ informazzjoni dwar l-euro

L-euro

euro

Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Europew milħuqa f’Madrid f’Diċembru tal-1995, il-munita unika hija l-“euro” (suddiviżjoni: cent; simbolu: ; kodiċi ISO: EUR).

Iż-żona tal-euro

It-terminu “iż-żona tal-euro” huwa t-terminu uffiċjali għall-grupp ta’ pajjiżi li adottaw l-euro bħala l-munita unika tagħhom. Termini oħra, bħalma huma “eurolandja” u “żona euro”, għandhom ikunu evitati.

L-euro u l-ecu

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ħa post l-ecu bir-rata ta’ wieħed għal wieħed (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, 19.6.1997, p. 1); ara wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1)). Referenzi storiċi għall-ecu (qabel l-1999) għandhom jibqgħu fl-ecu.

Is-cent

cent

Fil-prinċipju, it-terminu “cent” jintuża fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Madankollu, “cent” ma jimpedix l-użu komuni tal-varjanti ta’ dan it-terminu fl-Istati Membri (skont il-premessa 2 tar-Regolament (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998).

Fil-Malti, jekk jinqala’ każ fejn jista’ jinħoloq xi dubju, jista’ jintuża t-terminu “ċenteżmu” (plural: “ċenteżmi”).

Il-forma preferuta fit-testi tal-UE hija “cent” (obbligatorja fit-testi legali kollha).

Ara wkoll it-Taqsima 7.3.3, “Ir-regoli dwar kif għandhom jinkitbu l-unitajiet monetarji”:
Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss