7.2. Il-lingwi
7.2.1. L-ordni tal-verżjonijiet tal-lingwa u l-kodiċi ISO (testi multilingwi)
Regola ġenerali
Il-verżjonijiet tal-lingwa għandhom jidhru fl-ordni alfabetiku tat-titoli formali fil-forom oriġinali miktuba (il-kodiċi użati huma l-kodiċi ISO 639-1 fis-seħħ, kodiċi alfa-2).
Dan l-ordni huwa meħtieġ, pereżempju, għat-titolu ta’ pubblikazzjoni fuq qoxra multilingwi, għas-sekwenza tal-lingwi f’pubblikazzjoni multilingwi, għall-paġna ewlenija u għall-għażla tal-lingwi f’sit web multilingwi, eċċ.
| Titolu tal-lingwa sors (1) | Titolu bil-Malti | Kodiċi ISO (2) |
|---|---|---|
| български (*) | il-Bulgaru | bg |
| español (3) | l-Ispanjol | es |
| čeština | iċ-Ċek | cs |
| dansk | id-Daniż | da |
| Deutsch | il-Ġermaniż | de |
| eesti keel | l-Estonjan | et |
| ελληνικά (*) | il-Grieg | el |
| English | l-Ingliż | en |
| français | il-Franċiż | fr |
| Gaeilge | l-Irlandiż (4) | ga |
| hrvatski | il-Kroat | hr |
| italiano | it-Taljan | it |
| latviešu valoda | il-Latvjan | lv |
| lietuvių kalba | il-Litwan | lt |
| magyar | l-Ungeriż | hu |
| Malti | il-Malti | mt |
| Nederlands | l-Olandiż | nl |
| polski | il-Pollakk | pl |
| português | il-Portugiż | pt |
| română | ir-Rumen | ro |
| slovenčina (slovenský jazyk) | is-Slovakk | sk |
| slovenščina (slovenski jezik) | is-Sloven | sl |
| suomi | il-Finlandiż | fi |
| svenska | l-Iżvediż | sv |
| (*)
Traslitterazzjoni Latina: български
= bulgarski; ελληνικά = elliniká.
(1)
Ittra inizjali kbira jew żgħira: segwi l-forma miktuba fit-titolu tal-lingwa oriġinali.
(2)
Il-kodiċi ISO għal-lingwi jinkitbu b’ittri żgħar; madankollu jistgħu jinkitbu wkoll b’ittri kbar għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni tipografika.
(3)
Fl-Ispanjol, it-terminu lengua española jew español jieħu post castellano fuq talba tal-awtoritajiet Spanjoli. Dan tal-aħħar hu l-isem uffiċjali tal-lingwa imma jintuża biss biex ikun iddeterminat il-post.
(4)
Tużax il-kelma “Gaeliku”, iż-żewġ termini
mhumiex sinonimi. Ara t-Taqsima 7.2.4.
|
||
Din ir-regola tidħol strettament fis-seħħ fil-verżjonijiet finali (il-paġni tal-firma) tat-trattati u l-ftehim.
Każijiet speċjali
Fil-każ tad-dokumenti multilingwi li jinħarġu fuq livell nazzjonali skont it-testi adottati mill-Kunsill (il-passaporti, il-kard Ewropea tas-saħħa), l-ordni huwa ġeneralment determinat individwalment b’att mill-Kunsill. Il-lingwi l-aktar diffużi fl-Istati Membri rispettivi jidhru fil-bidu, ġeneralment b’dan il-mod:


