7.1. Il-pajjiżi
7.1.1. Ismijiet u taqsiriet
(Ara wkoll l-Annessi A5 u A6).
Stati Membri
L-ismijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkitbu u jitqassru skont ir-regoli li ġejjin:
| Isem qasir, lingwa(i) oriġinali (isem ġeografiku) (1) |
Titolu uffiċjali, lingwa(i) oriġinali (isem tal-protokoll) |
Isem qasir tal-pajjiż bil-Malti (isem ġeografiku) |
Titolu uffiċjali tal-pajjiż bil-Malti (isem tal-protokoll) |
Kodiċi tal-pajjiż (2) |
Taqsira preċedenti (2) |
|---|---|---|---|---|---|
| Belgique/België | Royaume de Belgique/ |
il-Belġju | ir-Renju tal-Belġju | BE | B |
| България (*) | Република България | il-Bulgarija | ir-Repubblika tal-Bulgarija | BG | — |
| Česko | Česká republika | iċ-Ċekja | ir-Repubblika Ċeka | CZ | — |
| Danmark | Kongeriget Danmark | id-Danimarka | ir-Renju tad-Danimarka | DK | DK |
| Deutschland | Bundesrepublik Deutschland | il-Ġermanja | ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | DE | D |
| Eesti | Eesti Vabariik | l-Estonja | ir-Repubblika tal-Estonja | EE | — |
| Éire/Ireland | Éire/Ireland | l-Irlanda | l-Irlanda | IE | IRL |
| Ελλάδα (*) | Ελληνική Δημοκρατία | il-Greċja | ir-Repubblika Ellenika | EL | EL |
| España | Reino de España | Spanja | ir-Renju ta’ Spanja | ES | E |
| France | République française | Franza | ir-Repubblika Franċiża | FR | F |
| Hrvatska | Republika Hrvatska | il-Kroazja | ir-Repubblika tal-Kroazja | HR | — |
| Italia | Repubblica italiana | l-Italja | ir-Repubblika Taljana | IT | I |
| Κύπρος (*) | Κυπριακή Δημοκρατία | Ċipru | ir-Repubblika ta’ Ċipru | CY | — |
| Latvija | Latvijas Republika | il-Latvja | ir-Repubblika tal-Latvja | LV | — |
| Lietuva | Lietuvos Respublika | il-Litwanja | ir-Repubblika tal-Litwanja | LT | — |
| Luxembourg | Grand-Duché de Luxembourg | il-Lussemburgu | il-Gran Dukat tal-Lussemburgu | LU | L |
| Magyarország | Magyarország | l-Ungerija | l-Ungerija | HU | — |
| Malta | Repubblika ta’ Malta | Malta | ir-Repubblika ta’ Malta | MT | — |
| Nederland | Koninkrijk der Nederlanden | in-Netherlands | ir-Renju tan-Netherlands | NL | NL |
| Österreich | Republik Österreich | l-Awstrija | ir-Repubblika tal-Awstrija | AT | A |
| Polska | Rzeczpospolita Polska | il-Polonja | ir-Repubblika tal-Polonja | PL | — |
| Portugal | República Portuguesa | il-Portugall | ir-Repubblika Portugiża | PT | P |
| România | România | ir-Rumanija | ir-Rumanija | RO | — |
| Slovenija | Republika Slovenija | is-Slovenja | ir-Repubblika tas-Slovenja | SI | — |
| Slovensko | Slovenská republika | is-Slovakkja | ir-Repubblika Slovakka | SK | — |
| Suomi/Finland | Suomen tasavalta/ |
il-Finlandja | ir-Repubblika tal-Finlandja | FI | FIN |
| Sverige | Konungariket Sverige | l-Iżvezja | ir-Renju tal-Iżvezja | SE | S |
|
(*)
Traslitterazzjoni Latina: България
= Bulgaria; Ελλάδα = Elláda; Κύπρος = Kýpros.
(1)
L-isem qasir fil-lingwa(i) oriġinali
jintuża biex ikun iffissat l-ordni tal-protokoll u jintuża f’dokumenti
multilingwi (ara t-Taqsima 7.1.2).
(2)
It-taqsira li għandha tintuża = il-kodiċi ISO, bl-eċċezzjoni
tal-Greċja, li għaliha hija rrakkomandata it-taqsira EL (minflok il-kodiċi tal-ISO GR). It-taqsiriet il-qodma (ġeneralment meħuda mill-kodiċi internazzjonali għall-karozzi) baqgħu jintużaw
sat-tmiem tal-2002.
NB:
M’għandhiex tintuża r-“Repubblika tal-Irlanda”. Għalkemm din id-denominazzjoni tinsab f’ċerti dokumenti, din m’għandha l-ebda status uffiċjali. Uża “in-Netherlands” mhux l-Olanda peress li hija biss parti min-Netherlands (żewġ provinċji). |
|||||
Pajjiżi mhux membri
Fil-każ tal-pajjiżi mhux membri, wieħed ta’ min juża l-kodiċi ISO b’żewġ karattri (ISO 3166 alpha-2).
Għall-format ta’ preżentazzjoni (l-isem qasir, it-titolu uffiċjali, il-lista tal-kodiċi ISO), ara l-Annessi A5 u A6.
Għall-ordni rakkomandat, ara t-Taqsima 7.1.2.
Pajjiż aderenti / pPajjiżi kandidati
| Isem qasir fil-lingwa oriġinali (isem ġeografiku) | Isem qasir bil-Malti (isem ġeografiku) | Titolu uffiċjali bil-Malti (isem tal-protokoll) | Kodiċi tal-pajjiż |
|---|---|---|---|
| Crna Gora/Црна Гора | il-Montenegro | il-Montenegro | ME |
| l-Iżlanda | l-Iżlanda | IS | |
| Северна Македонија (2) | Il-Maċedonja ta’ Fuq | ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq | MK |
| Shqipëria | l-Albanija | ir-Repubblika tal-Albanija | AL |
| Srbija/Сpбија | is-Serbja | ir-Repubblika tas-Serbja | RS |
| Türkiye | it-Turkija | ir-Repubblika tat-Turkija | TR |
(1)
M’għandhiex tintuża r-“Repubblika tal-Iżlanda”. Għalkemm din id-denominazzjoni tinsab f’ċerti dokumenti, din m’għandha l-ebda status uffiċjali. F’Marzu 2015 l-Iżlanda talbet biex ma tibqax iktar tiġi kkunsidrata bħala pajjiż kandidat. Il-Kunsill ħa nota u bdew jitwettqu aġġustmenti prattiċi oħra tal-proċeduri ta’ ħidma. (2)
Traslitterazzjoni Latina: Северна Македонија = Severna Makedonija.
|
|||
Titolu uffiċjali jew isem qasir?
Il-forma t-twila (it-titolu uffiċjali) hija użata meta l-Istat huwa kkunsidrat bħala entità legali:
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Ir-Repubblika Franċiża hija awtorizzata li…
Il-forma l-qasira (l-isem qasir) hija użata meta l-Istat jissemma fil-kuntest ġeografiku jew ekonomiku:
Ħaddiema li huma residenti fi Franza…
L-esportazzjonijiet mill-Greċja…
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Ir-Rumanija


