ISSN 1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.12. It-tabelli

It-tabella sservi biex turi jew tispjega t-test b’iktar jew b’inqas dettalji. Għalhekk huwa importanti li tiġi ppreżentata b’mod sempliċi kif ukoll ċar kemm jista’ jkun.

L-intestaturi tal-kolonni tat-tabella kif ukoll in-nomenklaturi ma jridx ikollhom abbrevjazzjonijiet; barra minn dan, għandu jiġi evitat li l-kliem jinkiteb kollu b’ittri kapitali.

Għall-ispjegazzjonijiet ulterjuri kollha li jidhru fil-qiegħ tat-tabella u li mhumiex noti, huwa rakkomandat li tintuża l-formola ta’ NB:

NB:
m.d. = mhux determinat.

Ix-xogħlijiet jew it-tabelli multilingwi

Fil-każ ta’ xogħol multilingwi, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti jridu jsegwu l-ordni alfabetiku komuni tal-ismijiet ta’ oriġini tal-ilsna, stabbiliti fuq l-ortografija oriġinali tagħhom (ara t-Taqsima 7.2.1).

Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss