ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.9.2. Ir-referenzi għat-Trattati

Fir-referenzi għall-Artikoli tat-Trattati, għandha ssir attenzjoni partikolari għall-istadji storiċi differenti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam man-numerazzjoni mill-ġdid tat-Trattat tal-UE. Wara kull emenda tat-Trattati, l-atti preċedenti għall-emenda bħal din iridu jippreservaw in-numerazzjoni u t-titolu tal-oriġini.

It-Trattat ta’ Maastricht (1.11.1993)

Malli daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Maastricht, jew “it-Trattat tal-Unjoni Ewropea” (it-Trattat tal-UE, jew it-TUE), l-isem “Komunità Ekonomika Ewropea” ġie sostitwit għal dak ta’ “il-Komunità Ewropea”. It-Trattat tal-KEE nbidel u sar it-Trattat tal-KE.

NB:
Jekk possibbli, għandha tiġi evitata l-abbrevjazzjoni TUE; preferibbilment għandha tintuża l-forma “it-Trattat tal-UE”.

It-Trattat tal-UE kien jikkonsisti minn Artikoli indikati permezz ta’ ittri jew permezz ta’ ittri u ċifri: “l-Artikolu A jew l-Artikolu K.1 tat-Trattat tal-UE”). Għandha tingħata attenzjoni biex ma jintużawx referenzi żbaljati tat-tip “l-Artikolu 130 A tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea”, li hija referenza għat-Trattat tal-KE.

Bl-istess mod, ma għandhiex tintuża l-formola “hekk kif emendat(a) permezz tat-Trattat tal-UE” (pereżempju, għandu jinkiteb, “l-Artikolu 130 A tat-Trattat tal-KE”, u mhux “l-Artikolu 130 A tat-Trattat tal-KE hekk kif emendat permezz tat-Trattat tal-UE”).

It-Trattat ta’ Amsterdam (1997)

Skont l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam, it-Trattat tal-UE kien soġġett għal numerazzjoni mill-ġdid tal-Artikoli (l-Artikoli A, B, C, eċċ ġew numerati mill-ġdid biex saru l-Artikolu 1, 2, 3…), b’konformità ma’ tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fit-Trattat imsemmi.

It-Trattat ta’ Amsterdam:
http://bookshop.europa.eu/mt/treaty-of-amsterdam-pbFX0897468/

It-Trattat ta’ Lisbona (1.12.2009)

Skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona, it-Trattat tal-UE reġa’ kien soġġett għal numerazzjoni mill-ġdid, b’konformità ma’ tabella ta’ korrelazzjoni mehmuża mat-Trattat ta’ Lisbona.

Tabella ta’ korrelazzjoni, it-Trattat ta’ Lisbona:
http://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:8d1c14fc-6be7-4d4e-8416-f28cfc7b3b60.0016.01/DOC_17&format=PDFPDF

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat tal-KE, jew TKE) ġie sostitwit bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat FUE, jew TFUE).

Il-kunċett ta’ “Komunità Ewropea” fis-sens tat-Trattat tal-KE ġie sostitwit minn “Unjoni Ewropea”. B’konsegwenza ta’ dan, it-termini “Komunitarju/Komunitarji” u “tal-Komunità” jridu jiġu sostitwiti minn “tal-Unjoni” jew il-forom kollha xierqa:

il-politika tal-Unjoni (u mhux il-politika Komunitarja)
il-muniti ta’ Pajjiżi Terzi (u mhux il-muniti ta’ Pajjiżi mhux Komunitarji)
NB:
Madankollu, “Komunità” u “Komunitarja/Komunitarju” jibqgħu aċċettati f’dak li għandu x’jaqsam mal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Trattat tal-Euratom) u għandom jibqgħu jintużaw f’referenzi storiċi.
Data tal-aħħar aġġornament: 29.6.2015
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss