ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.9. Ir-referenzi

Ir-referenza hija preċiżjoni li tippermetti li tinstab kwotazzjoni, li jissemma xogħol jew parti minn xogħol fir-rigward tas-suġġett li qed jiġi ttrattat jew li twassal għalih, kemm jekk tkun fit-test innifsu jew fin-noti ta’ qiegħ il-paġna. Għandha tiġi rispettata l-forma ta’ numerazzjoni oriġinali tar-Regolament, id-Direttiva, l-Artikoli tat-Trattati, il-kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja, eċċ. Għandha tiġi segwita wkoll it-traskrizzjoni eżatta tat-titoli f’każ ta’ kwotazzjoni ta’ dawn.

Meta jkunu integrati fit-test prinċipali, ir-referenzi jridu jkunu qosra u preferibbilment magħluqa f’parentesijiet.

5.9.1. Ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet differenti

Għall-preżentazzjoni ta’ referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fit-testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u għan-numerazzjoni tal-atti, ara l-Ewwel Parti.

F’pubblikazzjonijiet li mhumiex dawk tal-Ġurnal Uffiċjali, it-titoli tal-atti jistgħu jiġu kkwotati b’mod inqas strett. Madankollu, għandu jiġi nnutat li, f’kull każ, il-komponenti tat-Titolu tal-Att (it-titolu tal-Att, in-numru, l-entità li kitbitu, id-data u t-titolu) ma jkunux isseparati b’virgoli u li l-intestatura ma tiġix segwita minn virgola:

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistipula li […]
Ir-Regolament (UE) Nru 1204/2009 jistipula li […]
Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 dwar it-twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali jistipula li […]
Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali jistipula li […]
Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 dwar it-twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali jistipula li […]

Naturalment, ma hemm xejn li jwaqqaf l-użu ta’ virgoli imposti mis-sintassi ġewwa titolu:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1307/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd jistipula li […]

Fl-atti li jemendaw, it-titolu tal-Att ukoll irid jifforma massa unika (l-ebda punteġġatura bejn il-komponenti tal-atti emendati):

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea […]

L-użu ta’ “u” jew “sa”

F’pubblikazzjonijiet li mhumiex dawk tal-Ġurnal Uffiċjali, meta jkun hemm ġabra ta’ bosta regolamenti, artikoli, eċċ., l-użu tal-forom “u” jew “sa” għandu jiġi ddeterminat mir-regoli li ġejjin.

sa tliet numri għandha tintuża “u” u għandhom jiġu indikati n-numri kollha:
Ir-Regolamenti (UE) 2015/17, 2015/18 u 2015/19
(atti bl-istess qasam)
Ir-Regolamenti (UE) 2015/17, 2015/18 u 2015/19 u (UE, Euratom) 2015/623
(atti b’oqsma differenti)
l-Artikoli 2, 3 u 4 (u mhux “l-Artikoli minn 2 sa 4”)
’il fuq minn hekk:
Ir-Regolamenti (UE) minn 2016/52 sa 2016/56
l-Artikoli minn 2 sa 8

Għandu dejjem jiġi evitat l-użu tas-sing twil biex juri firxa ta’ artikoli: forma bħalma hija “ir-Regolamenti (UE) 2016/52-2016/56” tista’ tfisser kemm 2016/52 u 2016/56, kif ukoll minn 2016/52 sa 2016/56. Għalhekk il-preċiżjoni timponi l-użu esklussiv tal-forom “u” jew “sa”.

Ir-referenzi tal-Ġurnal Uffiċjali

Ara t-Taqsima 3.1.

Data tal-aħħar aġġornament: 4.9.2017
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss