ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.4.4. Ir-riproduzzjoni ta’ elementi artistiċi (tpinġijiet, ritratti, eċċ.)

Meta tinħoloq pubblikazzjoni, is-servizzi tal-awtur għandhom jikkunsidraw il-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-awtur. Jekk hemm inkorporati elementi artistiċi li d-dritt tal-awtur jappartjeni lil ħaddieħor (id-dritt tal-awtur ta’ parti terza), huwa kruċjali li jiġi żgurat li d-drittijiet kollha meħtieġa biex jintużaw dawn l-elementi ġew akkwistati. F’kull wieħed minn dawn il-każi, aċċerta ruħek li ma jkun hemm l-ebda inkonsistenza bejn il-kliem tal-avviż tad-drittijiet tal-awtur tal-elementi artistiċi fil-pubblikazzjoni u d-drittijiet miksuba mill-Unjoni Ewropea, mill-Euratom jew minn entità b’personalità ġuridika (BĊE, BEI, FEI u organizzazzjonijiet deċentralizzati) dwar dawn l-elementi.

Elementi li jappartjenu lill-Unjoni Ewropea, lill-Euratom jew lil entità b’personalità ġuridika

Għall-elementi kollha akkwistati permezz ta’ kuntratt (1) ma’ kuntrattur estern, is-servizz tal-awtur għandu jiżgura li l-kuntratt fih klawżola li tikkonċedilu d-drittijiet tas-sjieda tal-elementi. F’dan il-każ, id-drittijiet tar-riproduzzjoni għandu jkollhom il-forma li ġejja:

Illustrazzjoni/Ritratt/eċċ. paġna …, © L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
Illustrazzjoni/Ritratt/eċċ. paġna …, © Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, [is-sena]
Illustrazzjoni/Ritratt/eċċ. paġna …, © Il-Bank Ċentrali Ewropew, [is-sena]
Illustrazzjoni/Ritratt/eċċ. paġna …, © [L-isem tal-aġenzija], [is-sena]

Elementi li jappartjenu lil partijiet terzi

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li mhuwiex taħt id-drittijiet tal-awtur tal-UE, Euratom jew ta’ entità b’personalità ġuridika, għandu jintalab permess għal kull element direttament mingħand id-detentur tad-drittijiet. Avviż tad-drittijiet tal-awtur għandu jitpoġġa ħdejn kull element kif qed jintwera hawn taħt. Barra minn hekk, għandha tiddaħħal nota ġenerali fil-paġni preliminari:

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li mhuwiex taħt id­drittijiet tal­awtur tal­Unjoni Ewropea, għandu jintalab permess direttament mingħand id­detenturi tad­drittijiet tal-awtur.
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li mhuwiex taħt id­drittijiet tal­awtur tal­ … [l­isem tal­entità], għandu jintalab permess direttament mingħand id­detenturi tad­drittijiet tal-awtur.
Elementi li jappartjenu lil persuna individwali (parti terza jew membru tal-persunal fil-kapaċità privata tiegħu)

Għal kull element ipprovdut minn persuna esterna jew minn membru tal-persunal f’kapaċità privata, għandu jiġi ffirmat kuntratt ta’ liċenzja li jiddeskrivi fil-qosor il-kundizzjonijiet tal-użu tal-element. Id-drittijiet tar-riproduzzjoni għandu jkollhom il-forma li ġejja:

Illustrazzjoni/Ritratt/eċċ. paġna …, © [isem l-artist], [is-sena]
Elementi minn depożitu ta’ stampi

Il-liċenzji proposti għandhom jiġu osservati strettament. L-avviż tad-drittijiet tal-awtur għandu jiġi indikat kif ġej:

Illustrazzjoni/Ritratt/eċċ. paġna …, [isem l-artist], © [isem id-depożitu tal-istampi], [is-sena]
Liċenzji tal-Kreattività Komuni

Normalment dawn il-liċenzji jesiġu li jissemma s-sit fejn tinstab l-istampa u li tidher ħolqa li tippermetti lil kulħadd isib l-istampa fuq dak is-sit. Normalment l-użu ta’ dawn l-istampi hu soġġett għal kundizzjonijiet speċjali u ma għandhomx jintużaw mingħajr parir legali.

Dritt għal immaġini personali (persuni li jidhru f’ritratti jew vidjows)

Minbarra l-kuntratt li jorbot lis-servizz tal-awturi mal-awtur ta’ ritratt jew filmat, il-persuni li jidhru f’ritratt jew filmat għandhom jiġu kkunsidrati (dritt għal immaġini personali).

Is-servizz tal-awturi għandu jinkludi klawsola fil-kuntratt mal-kuntrattur, jew jitlob lill-membru tal-persunal li huwa l-awtur tar-ritratt jew vidjow, li jiġi żgurat li kull persuna li tidher f’ritratt jew filmat tiffirma kuntratt standard li jawtorizza lill-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ turihom.

Għal kwalunkwe mistoqsija, ikkuntattja lis-servizz responsabbli mid-drittijiet tal-awtur fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP-COPYRIGHT@publications.europa.eu).
(1)
Ħolqa interna/dokument ta’ ħidma għall-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej.
Data tal-aħħar aġġornament: 19.4.2022
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss