ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.4.3. Nota legali (formula ta’ twissija)

Minbarra l-avviż tad-drittijiet tal-awtur u l-kwalifikazzjoni, l-awtur jista’ jżid avviż legali.

F’każ ta’ użu mill-ġdid

Għall-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, skont id-Deċiżjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011, mal-prinċipju tal-użu mill-ġdid l-awtur jista’ jżid waħda jew aktar minn dawn it-tliet kundizzjonijiet:

(1)
l-obbligu tal-utent mill-ġdid li jirrikonoxxi s-sors tad-dokumenti (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jirrakkomanda li dan l-obbligu jiżdied sistematikament):
L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.
(2)
l-obbligu li ma tinbidilx it-tifsira jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti:
Ma jistax isir tibdil fit-tifsira jew fil-messaġġ oriġinali ta’ dan id-dokument.
(3)
l-assenza ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minħabba l-użu mill-ġdid:
Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minħabba l-użu mill-ġdid ta’ din il-pubblikazzjoni.

F’każ ta’ riproduzzjoni

Il-formula standard hija din li ġejja (dan l-eżempju japplika għall-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni li ma’ jaqgħux taħt il-politika dwar l-użu mill-ġdid iżda naturalment jista’ jiġi adattat għal istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta’ sors):

La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe persuna li taġixxi f’isem il-Kummissjoni ma hija responsabbli mill-użu li jista’ jsir mit-tagħrif li ġej.

Jeżistu wkoll formuli oħrajn skont is-sors u/jew id-destinatarju tax-xogħol ippubblikat, u huma wkoll jistgħu jiġu adattati skont l-istituzzjoni jew il-korp ta’ sors:

Dan id-dokument ma jistax jitqies li jikkostitwixxi pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.
Dan ir-rapport bl-ebda mod ma jrendi l-Kummissjoni Ewropea responsabbli.
Il-kontenut ta’ din il-pubblikazzjoni mhux bilfors jirrifletti l-pożizzjoni jew l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
L-avviżi espressi jorbtu biss lill-awtur (lill-awturi) u mhumiex se jitqiesu li jikkostitwixxu teħid ta’ pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.
Data tal-aħħar aġġornament: 30.4.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss