ISSN 1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.3.3. Nota legali (formola ta’ twissija)

L-awtur jista’ wkoll jitlob nota legali. Il-formola standard hija din li ġejja (dan l-eżempju japplika għall-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni iżda naturalment jista’ jiġi adattat għal istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta’ sors):

… fi 24 ilsien
La l-Kummissjoni Ewropea u l-ebda persuna li taġixxi f’isem il-Kummissjoni ma hija responsabbli mill-użu li jsir mill-informazzjoni mogħtija hawnhekk.

Jeżistu wkoll formoli oħrajn skont is-sors u/jew id-destinatarju tax-xogħol ippubblikat, u huma wkoll jistgħu jiġu adattati skont l-istituzzjoni jew il-korp ta’ sors:

… fi 24 ilsien
Dan id-dokument ma jistax jitqies li jikkostitwixxi pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni.
… fi 24 ilsien
Dan ir-rapport bl-ebda mod ma jrendi l-Kummissjoni Ewropea responsabbli.
… fi 24 ilsien
Il-kontenut ta’ din il-pubblikazzjoni mhux bilfors jirrifletti l-pożizzjoni jew l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
… fi 24 ilsien
L-avviżi espressi jorbtu biss lill-awtur (lill-awturi) u mhumiex se jitqiesu li jikkostitwixxu teħid ta’ pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.
Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss