ISSN 1831-1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.3.2. Id-drittijiet tal-awtur

Istituzzjonijiet u korpi

Id-drittijiet tal-awtur huwa dritt esklussiv li jappartjeni lill-awtur jew lill-editur li jutilizza, għal żmien determinat, xogħol letterarju jew artistiku. Fil-każ tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni, id-drittijiet tal-awtur huwa tal-Unjoni Ewropea bħala entità sħiħa, u mhux ta’ kull istituzzjoni jew korp b’mod individwali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom il-personalità ġuridika proprja tagħhom (il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment).

Ir-regola għall-protezzjoni tiġi sodisfatta jekk il-kopji kollha ta’ pubblikazzjoni jkollhom avviż ta’ dan it-tip, imsemmi drittijiet ta’ riproduzzjoni, bl-iskop li jinforma lill-pubbliku li l-protezzjoni tad-dritt tal-awtur hija ddikjarata fir-rigward tax-xogħol rilevanti.

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

Qabel l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona (sat-30 ta’ Novembru 2009):
© Il-Komunitajiet Ewropej, [is-sena]

Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment

Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment għandhom il-personalità ġuridika proprja tagħhom u, għaldaqstant, tad-drittijiet tal-awtur proprji tagħhom:

© il-Bank Ċentrali Ewropew, [is-sena]
© il-Bank Ewropew tal-Investiment, [is-sena]
© il-Fond Ewropew tal-Investiment, [is-sena]
Euratom

Id-dokumenti mfassla fl-ambitu tat-Trattat tal-KEEA (u li jaqgħu taħt il-linja baġitarja tal-KEEA) iridu jinkludu drittijiet ta’ riproduzzjoni kif xieraq:

© Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, [is-sena]

Id-drittijiet ta’ riproduzzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati bi spjegazzjoni li tartikola l-grad ta’ protezzjoni ddikjarata. Fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni bħal din, ix-xogħol huwa kompletament protett, soġġett għall-eċċezzjonijiet previsti minn varji leġiżlazzjonijiet nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali.

Id-drittijiet ta’ riproduzzjoni, segwiti bil-kliem “Printed in [il-pajjiż]”, għandu jkollhom  waħda minn dawn il-forom li ġejjin

avviż uniku tad-drittijiet tal-awtur, li jindika li x-xogħol huwa kompletament protett:
© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
Printed in [il-pajjiż]
avviż tad-drittijiet tal-awtur flimkien ma’ spjegazzjoni (awtorizzazzjoni ta’ riproduzzjoni):
© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, bil-kundizzjoni li jiġi rikonoxxut is-sors.
Printed in [il-pajjiż]
Il-Kummissjoni Ewropea (l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti)

L-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni hu regolat bid-Deċiżjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011.

Meta japplika l-prinċipju ta’ użu mill-ġdid, huwa għaqli li jintuża l-kliem li ġej:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
L-użu mill-ġdid awtorizzat.
Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija rregolata bid-Deċiżjoni 2011/833/UE (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).
Printed in [il-pajjiż]

B’konformità mad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija, is-servizzi tal-awtur jistgħu jżidu ma’ din, waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)
l-obbligu tal-utent mill-ġdid li jirrikonoxxi s-sors tad-dokumenti;
(b)
l-obbligu li ma tinbidilx it-tifsira jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti;
(c)
l-assenza ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minħabba l-użu mill-ġdid.
Il-kunċetti tad-dritt tal-awtur japplikaw ukoll għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi, u għalhekk għat-test kollu ppubblikat fuq l-Internet. Ara wkoll il-paġna dwar id-drittijiet tal-awtur fuq Europa.

Jekk il-pubblikazzjoni fiha elementi (ritratti, illustrazzjonijiet, graffs, testi, eċċ.) li d-dritt tal-awtur tagħhom jappartjeni lil parti terza, is-sors ta’ kull element u, jekk hemm bżonn, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom, għandhom jiġu indikati b’mod ċar. Is-servizzi tal-awtur (istituzzjonijiet, korpi, aġenziji) għandhom jiksbu awtorizzazzjoni bil-miktub mid-detenturi tad-dritt tal-awtur ta’ dawn l-elementi (ara Taqsima 5.11.2).

(a)

Organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji)

L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji; ara Taqsima 9.5.3 għal-lista sħiħa) għandhom il-personalità ġuridika proprja tagħhom u għalhekk għandhom jiġu indikati bl-isem bħala d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:

© L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, [is-sena]
Printed in [il-pajjiż]

© L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, [is-sena]
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, bil-kundizzjoni li jiġi rikonoxxut is-sors.
Printed in [il-pajjiż]
NB:
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li għandu superviżjoni amministrattiva mill-Kummissjoni, jippreserva l-formoli tad-drittijiet tal-awtur bin-nota “L-Unjoni Ewropea” (sat-30 ta’ Novembru 2009: “Il-Komunitajiet Ewropej”).
(b)

Nota tas-sena

Għall-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, it-tul ta’ żmien tal-protezzjoni konferit lil xogħol fi lsien speċifiku jibda minn mindu tiġi ppubblikata l-ewwel darba. Għalhekk is-sena li trid tidher fl-avviż tad-drittijiet tal-awtur mhix dik tal-pubblikazzjoni ta’ dik tal-verżjoni lingwistika eventwali oriġinali, iżda dik tal-pubblikazzjoni tal-verżjoni lingwistika rilevanti.

Meta xi xogħol jiġi stampat għall-ewwel darba fi lsien speċifiku, is-sena tal-pubblikazzjoni u s-sena tad-drittijiet tal-awtur ikunu l-istess. F’każ ta’ stampar mill-ġdid, l-avviż tad-drittijiet tal-awtur ma jinbidilx. Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ pubblikazzjonijiet mill-ġdid, li jikkostitwixxu pubblikazzjonijiet ġodda, id-data tal-avviż tad-drittijiet tal-awtur trid tikkorrispondi mas-sena tal-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni l-ġdida.

Meta jinbidel il-format ta’ pubblikazzjoni (pereżempju, minn ktieb stampat isir e-book), is-sena tal-edizzjoni hija l-istess bħall-edizzjoni oriġinali jekk ma tkun saret l-ebda bidla. Jekk isiru bidliet sostanzjali, tiġi ppubblikata edizzjoni ġdida, u mhux talli għandha tkun ippubblikata d-data tal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni (f’dan l-eżempju l-verżjoni stampata), imma anke dik tal-edizzjoni l-ġdida (e-book).

Data tal-aħħar aġġornament: 17.6.2014
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss