ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.3. Naħa ta’ wara tal-paġna tat-titolu

5.3.1. Komponenti

See also the quick reference guide.

Fuq il-wara tal-paġna tat-titolu jinsabu, f’dan l-ordni, l-elementi li ġejjin:

f’pubblikazzjoni stampata, il-kliem “Printed by [stampatur] in [pajjiż]” (bl-Ingliż u bil-korsiv) u, jekk applikabbli, l-ekotikketta/i u/jew nota dwar il-prodott tal-karta stampata (ara t-Taqsima 5.3.2),
jekk xieraq, il-kliem “Il-manuskritt tlesta f’[Xahar] [Sena]”,
jekk xieraq, il-kliem “Edizzjoni riveduta”, “Edizzjoni rettifikata” jew “Edizzjoni Nru n”,
jekk xieraq, riżervi eventwali fir-rigward tar-responsabbiltà tal-istituzzjoni (ara t-Taqsima 5.4.3),
il-post tal-pubblikazzjoni (kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet), l-isem tal-pubblikatur u s-sena tal-pubblikazzjoni (skont id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tas-26 ta’ Ġunju 2009, il-pubblikatur huwa l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea),
id-dettalji dwar id-drittijiet tal-awtur (b’xi spjegazzjoni/awtorizzazzjoni għar-riproduzzjoni) (ara wkoll t-Taqsimiet 5.4.1 u 5.4.2),
jekk xieraq, id-drittijiet tal-awtur tal-illustrazzjonijiet jekk mhumiex inklużi biswithom (ara t-Taqsima 5.4.4),
l-identifikaturi (ISBN, DOI…) (ara wkoll it-Taqsima 4.4).
NB:
Is-sena tal-pubblikazzjoni titqiegħed wara l-isem tal-pubblikatur sabiex issir distinzjoni ċara mis-sena tad-drittijiet tal-awtur (ara t-Taqsima 5.4.1(c)).
Il-wara tal-paġna tat-titolu
1. Informazzjoni dwar il-prodott tal-karta stampata
2. Informazzjoni dwar il-manuskritt jew l-edizzjoni
3. Nota legali tas-servizz tal-awturi
4. Il-post, il-pubblikatur u s-sena ta’ pubblikazzjoni
6. Identifikaturi
Il-wara tal-paġna tat-titolu
Data tal-aħħar aġġornament: 22.11.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss