ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.2. Paġna tat-titolu

Il-paġna tat-titolu jkollha:

l-editur (ara t-Taqsima 4.4.1),
it-titolu u, jekk applikabbli, is-sottotitolu tax-xogħol (ara t-Taqsima 5.1.1),
in-numru tal-edizzjoni (edizzjoni ġdida jew stampar mill-ġdid) u/jew is-sena,
il-post ta’ oriġini tal-editur (għandu jiġi indikat għal kull pubblikatur skont l-informazzjoni tat-trattat u l-protokolli rispettivi),
isem l-awtur (ara t-Taqsima 5.1.1),
NB:
It-titolu ta’ direttorat ġenerali jista’ jidher fuq il-paġna tat-titolu, iżda qatt ma għandu jidher fuq il-paġna I tal-qoxra.
in-numru tal-volum, għal pubblikazzjoni li jkun fiha iktar minn volum wieħed (ara t-Taqsima 5.1.1),
it-titolu tal-ġabra jew tas-serje kif ukoll in-numru serjali tax-xogħol, skont il-każ.

Edizzjoni ġdida jew stampar mill-ġdid

Pubblikazzjoni li jsirlha tibdil importanti tat-test jew tat-tipografija, għandha tkun ippubblikata f’edizzjoni ġdida (bl-indikazzjoni tan-numru tal-edizzjoni).

Jekk ma jkun hemm involut xejn ħlief stampar mill-ġdid, jistgħu jiġu indikati d-dati differenti tal-istampar mill-ġdid.

Paġna tat-titolu
Editur
Titolu tax-xogħol
(is-sena jew il-perjodu kopert irid jagħmel parti mit-titolu ta’ rapport annwali jew ta’ studju dwar dik is-sena jew dak il-perjodu)
Post tal-oriġini tal-editur
Paġna tat-titolu
Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss