ISSN 1831-1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

4.2.4. Dokumenti camera-ready, lesti għar-riproduzzjoni

F’każ ta’ dokumenti li huma camera-ready, i.e. lesti għar-riproduzzjoni, is-servizz tal-awtur għandu jiżgura li fit-test ikunu saru l-interventi meħtieġa kollha, filwaqt li ma ssir l-ebda korrezzjoni fl-istadju tar-riproduzzjoni (ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali).

Għandu jsir qari mill-ġdid bir-reqqa direttament wara li jiġi ttajpjat it-test, qabel ma jkun ippaġġnat (page layout) b’mod definittiv. Dan l-ippaġġnar għandu wkoll jiġi soġġett għal verifika tipografika fil-fond qabel ma jiġi prodott it-test.

It-testi għandu jkollhom numru tal-paġna b’mod kontinwu mill-paġna tat-titolu, inkluża din tal-aħħar. In-numerar għandu jinkludi l-paġni vojta. Il-partijiet u l-kapitoli li jibdew fuq paġna fuq il-lemin (paġna farradija) ikollhom numru farradi. Jekk it-test tal-parti jew tal-kapitolu preċedenti jieqaf fuq paġna farradija, għandha tiġi paġna vojta qabel il-parti l-ġdida jew il-kapitolu l-ġdid. Pereżempju, jekk il-Kapitolu I jispiċċa fuq paġna 19, il-Kapitolu II għandu jibda fuq paġna 21, u paġna 20 tkun vojta.

L-ispazju li jiġi qabel titolu jew sottotitolu dejjem għandu jkun akbar minn dak li jisseparah mit-test.

Bejn il-paragrafi u l-inċiżi, għandu jitħalla spazju doppju vojt bejn il-linji.

Mhuwiex permess li paġna tibda mill-aħħar linja ta’ inċiż. Huwa preferibbli, iżda biss f’dan il-każ, li taqbeż b’linja l-limitu tal-istruttura tal-paġna preċedenti. Bl-istess mod, wieħed għandu jevita li jispiċċa paġna b’titolu jew b’sottotitolu, bl-ewwel sing jew bl-ewwel linja tan-numerar.

Il-kwotazzjonijiet u l-innumerar għandhom ikunu allinjati, jekk ikun il-każ, mad-daħla tal-ewwel linja.

Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss