4.1.2. Ġestjoni tal-proġetti mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
Interventi mill-managers tal-proġetti
Il-managers tal-proġetti jipproċedu għat-tħejjija tat-tipografija tal-manuskritt. L-indikazzjonijiet tipografiċi, l-għażla tal-karattri, id-determinazzjoni tal-formati u l-pjanifikazzjoni tal-iskadenzi għandhom jikkorrispondu mal-informazzjoni li jkun hemm fil-kuntratti ta’ qafas, is-sejħiet għal offerti u l-karti tal-ordni.
Il-managers jikkontrollaw l-identifikaturi internazzjonali; ISBN, ISSN, DOI (ara t-Taqsima 4.4), kif ukoll in-numru tal-katalogu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet stess.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-qoxra; jekk il-ħxuna tal-pubblikazzjoni tippermetti, it-titolu għandu jkun stampat fuq ix-xewka tagħha.
Il-formola għall-pubblikazzjoni tingħata wara l-verifika, partikolarment tal-paġni introduttorji (it-titolu, id-dritt tal-awtur, il-werrej, eċċ.). Din għandha tingħata mingħajr eċċezzjoni bil-miktub lill-istamperija bil-punti li ġejjin:
Id-disinjaturi
L-uffiċċju tal-ħolqien tal-grafika joħloq abbozzi u mudelli għall-posters, fuljetti, il-qoxra u l-mudelli tal-paġni, li jistgħu jintbagħtu lill-awturi qabel ma jiġu finalizzati.
Id-disinjaturi jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-identitajiet viżwali (l-emblemi, grafika, eċċ.) u d-disinn grafiku tas-siti tal-Internet (il-preżentazzjoni viżiva, il-banners, eċċ.).