ISSN 1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

4.1. L-awturi, id-dipartimenti tal-awtorizzazzjoni, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-istampar

4.1.1. L-awturi u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

L-istituzzjonijiet, l-organi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea jistgħu jużaw l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-bżonnijiet kollha tal-pubblikazzjoni tagħhom. L-Uffiċċju jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awturi, fost oħrajn, is-servizzi li ġejjin:

tħejjija ta’ pubblikazzjonijiet stampati u pubblikazzjonijiet multimedjali (CD-ROM, DVD, siti tal-Internet, kotba elettroniċi) u kuntratti ma’ provvedituri esterni,
disinn grafiku,
servizzi ta’ korrezzjoni,
POD, printing on demand (pubblikazzjonijiet stampati fuq rikjesta),
provvista ta’ identifikaturi (ISBN, ISSN, DOI, numri tal-katalogi — ara t-Taqsima 4.4).
NB:
Għall-pubblikazzjonijiet imħejjija direttament mill-Uffiċċju, l-identifikaturi jingħataw awtomatikament.

Il-proċedura fil-qosor

Id-dipartiment tal-awturi għandu l-ewwel nett jagħmel rikjesta lid-dipartiment tal-awtorizzazz­joni tal-istituzzjoni, l-organu jew l-aġenzija tiegħu. Imbagħad tiġi stabbilita u mibgħuta rikjesta għall-pubblikazzjoni lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni jew tal-istima li ssir, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iħejji l-karti tal-ordni u jibgħathom lid-diparti­ment tal-awtorizzazzjoni għall-firma.

Wara li jaslu l-manuskritt definittiv u l-karti tal-ordni ffirmati, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iħejji t-tipografija u l-qari inizjali tad-dokument. Fit-tmiem tal-produzzjoni, wara l-verifika ta’ għadd ta’ eżemplari; tal-ISBN, tan-numru tal-katalogu, tal-prezz eventwali tal-bejgħ u tal-modi tal-kunsinna, tintbagħat il-formola għall-pubblikazzjoni.

Wara l-kunsinna, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iwettaq kontrolli kwalitattivi tal-pubblikazz­joni u jivverifika l-konformità bejn il-pubblikazzjoni kkunsinnata u l-fattura.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-pubblikazzjonijiet perjodiċi, wieħed għandu jevita l-bdil tat-titolu jew tal-preżentazzjoni matul is-sena kkonċernata, billi dawn il-modifiki jirriżultaw f’kumplikazzjonijiet u dewmien għas-serje u l-katalogu, kif ukoll diffikultajiet fil-bejgħ u taħwid għall-qarrej.

Għall-awturi

Trid toħloq pubblikazzjoni? Trid tagħmel poster? Trid tolqot udjenza speċifika?
It-tweġibiet għall-mistoqsijiet tekniċi u amministrattivi tiegħek jinsabu kollha fuq

PubliCare (http://www.cc.cec/publications/publicare/index_en.html)
Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss